1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1332, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1322 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

(2015/C 253/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1332 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1322 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet indikati, qabel id-data tal-adozzjoni ta’ dik ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.

Fit-23 ta’ Settembru 2014 u s-27 ta’ Marzu 2015, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda u aġġorna l-lista ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011), flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jkunu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

United Nations – Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room TB-08045D

United Nations

New York, N.Y. 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 9173679448

Fax. +1 2129631300/3778

Indirizz elettroniku: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/1988/index.shtml

B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni indikati min-NU għandhom jiġu inklużi fil-listi ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/486/PESK u r-Regolament (UE) Nru 753/2011. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.

(2)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 31.

(3)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 206, 1.8.2015, p. 1.