|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 218/2 |
Avviż għall-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2015/C 218/02)
L-informazzjoni li ġejja tirrigwarda l-persuni u l-entità li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066 (2) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entità li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni fuq din il-lista tal-persuni u l-entità kkonċernati huma indikati fl-entrati rilevanti fl-anness inkwistjoni.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u tal-entità kkonċernati dwar il-fatt li huwa possibbli li titressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat (jew l-Istati Membri kkonċernati), kif indikat fis-siti elettroniċi msemmija fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea (3), sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għall-bżonnijiet fundamentali jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjoni li jkunu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Conseil de l’Union européenne |
|
Secrétariat général |
|
DGC 1C |
|
Rue de la Loi 175 |
|
1048 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed ukoll tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52.
(2) ĠU L 174, 3.7.2015, p. 25.