23.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 170/6


Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

(2015/C 170/05)

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi qiegħed hawnhekk javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta’ idrokarburi fiż-żona magħrufa bħala Brielle, li tinsab fil-provinċja ta’ Zuid-Holland u l-baħar territorjali u hija kkonfinata kif ġej:

a.

il-linja dritta għaddejja mill-vertiċi B sal-vertiċi awżiljarja 1 sal-intersezzjoni ta’ dik il-linja mal-linja ddefinita fl-Anness tal-Att tal-Minjieri (Mijnbouwwet). Dik l-intersezzjoni tinsab qrib il-vertiċi A;

b.

imbagħad il-linja dritta li tgħaddi mill-vertiċi B sal-vertiċi C;

c.

imbagħad il-linja dritta għaddejja mill-vertiċi C sal-intersezzjoni tal-linja mmarkata mill-konfini tan-Nofsinhar tal-blokka S3, kif indikat fil-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament tal-Minjieri (Mijnbouwregling) (Il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245), mal-linja ddefinita fl-Anness tal-Att tal-Minjieri. Dik l-intersezzjoni tinsab qrib il-vertiċi D;

d.

imbagħad il-linja ddefinita fl-Anness tal-Att tal-Minjieri għaddejja mill-vertiċi D sal-intersezzjoni msemmija fil-punt “a”.

Il-koordinati tal-punti msemmijin huma kif ġej:

Vertiċi

X

Y

Vertiċi awżiljarja 1

59 659,53

444 308,27

A (1)

59 720,10

444 264,21

B

78 000,00

430 966,10

C

78 000,00

423 000,00

D (1)

45 358,39

428 286,78

Il-koordinati jikkorrispondu mas-sistema nazzjonali ta’ trijangulazzjoni (RD, Rijksdriehoeksmeting).

Abbażi ta’ din id-deskrizzjoni tal-konfini, l-erja tas-superfiċe hija ta’ 343,6 km2.

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b’dan jistieden lill-partijiet interessati jibagħtu applikazzjoni kompetittiva għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar tal-idrokarburi fiż-żona magħrufa bħala Brielle, b’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 tal-Att tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (Staatsblad 2002, Nru 542).

Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (Mijnbouwwet) (Staatsblad 2002, Nru 542).

L-iskadenza biex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet hija t-13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:

De Minister van Economische Zaken

ter attentie van mevrouw J. J. van Beek, directie Energiemarkt

Bezuidenhoutseweg 73

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se jittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mingħand is-Sinjura J. J. van Beek, fuq in-numru tal-telefown li ġej: +31 703796326.


(1)  il-post approssimattiv