|
14.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/10 |
Komunikazzjoni mill-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi
(2015/C 55/06)
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi jinforma li rċieva applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fiż-żona magħrufa bħala Slootdorp-Osst li tinsab fil-provinċja ta' Noord-Holland u delimitata mil-linji dritti li jaqsmu l-pari tal-vertiċi A-B, B-C, C-D, D-E, E-F, F-G, G-H, H-I, I-J, J-K, K-L, L-M, M-N, N-O, O-P, P-Q, Q-R, R-S, S-T, T-U u A-U. Il-koordinati tal-vertiċi elenkati huma kif ġej:
|
Vertiċi |
X |
Y |
|
A |
121850,00 |
544925,00 |
|
B |
126164,00 |
548733,00 |
|
C |
131093,00 |
550242,00 |
|
D |
132287,00 |
548486,00 |
|
E |
136554,00 |
539674,00 |
|
F |
135833,00 |
532062,00 |
|
G |
139007,00 |
527973,00 |
|
H |
141918,00 |
529683,00 |
|
I |
145576,00 |
528902,00 |
|
J |
147900,00 |
528313,00 |
|
K |
149281,00 |
524456,00 |
|
L |
145594,00 |
521861,00 |
|
M |
144599,00 |
518389,00 |
|
N |
142305,00 |
516546,00 |
|
O |
138785,00 |
514851,00 |
|
P |
137000,00 |
516000,00 |
|
Q |
137000,00 |
524000,00 |
|
R |
133510,00 |
528990,00 |
|
S |
131600,00 |
530000,00 |
|
T |
128300,00 |
533000,00 |
|
U |
125000,00 |
537975,00 |
Il-koordinati jikkorrispondu għas-sistema nazzjonali ta' trijangulazzjoni (RD, Rijksdriehoeksmeting).
Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-konfini l-erja tas-superfiċe hija ta' 327,7 km2.
Skont l-Artikolu 15 (2) tal-Att tal-Minjieri (Stb. 2002, nr. 542), il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi b'dan jistieden lill-partijiet interessati, jissottomettu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fiż-żona msemmija hawn fuq.
Il-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att tal-Minjieri (Bullettin tal-Atti u d-Digrieti 2002, Nru 542).
L-iskadenza biex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet hija t-13-il ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jiġu indirizzati lil:
|
De Minister van Economische Zaken |
|
ter attentie van mevrouw J. J. van Beek, directie Energiemarkt |
|
Bezuidenhoutseweg 73 |
|
Postbus 20401, |
|
2500 EK Den Haag |
|
NEDERLAND |
L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu.
Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mingħand is-Sinjura van Beek, fuq in-numru tal-telefown li ġej: +31 703796326.