|
22.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/1 |
AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI
Linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS (organizzazzjoni komuni tas-swieq) għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-uċuħ tar-raba'
(2015/C 431/01)
WERREJ
|
1. |
INTRODUZZJONI: L-GĦAN U L-AMBITU TA' DAWN IL-LINJI GWIDA | 3 |
|
2. |
REGOLI ĠENERALI U SETTORJALI APPLIKABBLI GĦALL-FTEHIMIET KONKLUŻI MINN PRODUTTURI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA, TAL-LAĦAM TAĊ-ĊANGA U TAL-VITELLA U TAL-UĊUĦ TAR-RABA' | 4 |
|
2.1. |
Introduzzjoni | 4 |
|
2.2. |
Qafas ġenerali tal-kompetizzjoni | 4 |
|
2.2.1. |
L-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE għall-produzzjoni u l-kummerċ fi prodotti agrikoli | 4 |
|
2.2.2. |
Derogi speċifiċi barra mil-leġiżlazzjoni agrikola mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE: Regolament dwar Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni | 8 |
|
2.3. |
Deroga ġenerali fir-Regolament dwar l-OKS: L-Artikoli 206 u 209 | 9 |
|
2.4. |
Deroga mill-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, u tal-uċuħ tar-raba', kif stabbiliti fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS | 10 |
|
2.5. |
Valutazzjoni ta' OP dwar il-kompatibbiltà tal-akkordju mar-regoli tal-kompetizzjoni | 12 |
|
3. |
KUNDIZZJONIJIET GĦALL-APPLIKAZZJONI TAD-DEROGA | 14 |
|
3.1. |
Ir-rikonoxximent tal-OP/AOP | 14 |
|
3.2. |
L-objettivi tal-OP u l-akkwist ta' prodotti minn dawk li mhumiex membri | 15 |
|
3.3. |
It-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti | 16 |
|
3.3.1. |
Il-metodu simplifikat | 18 |
|
3.3.2. |
Il-metodu alternattiv | 29 |
|
3.4. |
Ir-relazzjonijiet bejn l-OP u l-membri tagħha | 29 |
|
3.5. |
Il-produzzjoni tal-PAK | 30 |
|
3.6. |
L-obbligu ta' notifika | 31 |
|
3.7. |
Is-salvagwardji | 31 |
|
3.7.1. |
Introduzzjoni | 31 |
|
3.7.2. |
L-esklużjoni tal-kompetizzjoni | 32 |
|
3.7.3. |
Suq rilevanti iżgħar tal-prodott b'effetti antikompetittivi | 32 |
|
3.7.4. |
L-objettivi tal-PAK ikunu pperikolati | 33 |
|
4. |
ID-DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IS-SETTURI KKONĊERNATI | 33 |
|
4.1. |
Iż-żejt taż-żebbuġa | 33 |
|
4.1.1. |
Eżempji tal-applikazzjoni tad-Deroga fis-settur taż-żejt taż-żebbuġ | 33 |
|
4.1.2. |
L-identifikazzjoni tas-suq rilevanti | 35 |
|
4.1.2.1. |
Is-suq rilevanti tal-prodott | 35 |
|
4.1.2.2. |
Is-suq ġeografiku rilevanti | 35 |
|
4.2. |
Is-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella | 35 |
|
4.2.1. |
Eżempji tal-applikazzjoni tad-deroga fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella | 35 |
|
4.3. |
Uċuħ tar-raba' | 37 |
|
4.3.1. |
Eżempji tal-applikazzjoni tad-deroga fis-settur tal-uċuħ tar-raba' | 37 |
|
ANNESS I: |
Flowchart għall-Produtturi | 40 |
|
ANNESS II: |
Flowchart għal OP/AOP | 41 |
1. INTRODUZZJONI: L-GĦAN U L-AMBITU TA' DAWN IL-LINJI GWIDA
|
(1) |
Dawn il-Linji Gwida (1) jiggwidaw lill-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, u s-setturi tal-uċuħ tar-raba' dwar kif għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS (2) li jistabbilixxi regoli speċifiċi għal negozjati kuntrattwali f'dawn is-setturi. Dawn, madankollu, huma suġġetti għall-paragrafu 3 tal-Artikoli 206 tar-Regolament dwar l-OKS (3). |
|
(2) |
Il-Linji Gwida mhumiex legalment vinkolanti. Filwaqt li dawn għandhom l-għan li jipprovdu gwida speċifika lill-produtturi, tibqa' r-responsabbiltà tal-produtturi li jivvalutaw il-prattiċi proprji tagħhom. Il-Linji Gwida huma maħsuba wkoll biex jiggwidaw lill-qrati u lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri fl-applikazzjoni tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS. |
|
(3) |
L-entitajiet ikkonċernati b'dawn il-Linji Gwida huma ddefiniti kif ġej:
Meta l-Linji Gwida jirreferu għal Organizzazzjoni tal-Produtturi (OP), din ir-referenza għandha tinftiehem bħala li tinkludi l-Assoċjazzjoni ta' Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (AOP) jekk mhux speċifikat mod ieħor b'mod espliċitu. OP tista' tiġi stabbilita taħt forom legali differenti, skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. Fejn il-kooperattivi huma rikonoxxuti bħala OP ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS. L-organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti mhumiex koperti mill-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS. Huma jistgħu madankollu jibbenefikaw mill-possibbiltà ta' deroga stabbilita fl-Artikolu 210 tar-Regolament dwar l-OKS. |
|
(4) |
L-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jippermetti lill-OP u lill-AOP li jinnegozjaw, f'isem il-membri tagħhom, kuntratti għall-provvista tal-prodotti kkonċernati b'numru ta' kundizzjonijiet (4). |
|
(5) |
Il-Linji Gwida jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
|
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea hija mingħajr preġudizzju għall-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (5) rigward l-interpretazzjoni tal-Artikoli 39, 42, 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem it-“TFUE”) u tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni tkompli tissorvelja t-tħaddim tal-Linji Gwida fuq il-bażi ta' informazzjoni dwar is-suq mingħand il-partijiet interessati u l-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Kompetizzjoni ANK) u tista' tirrevedi l-Linji Gwida fid-dawl ta' żviluppi futuri u għarfien għal żvilupp. Sakemm ikun hemm reviżjoni tal-Linji Gwida, dawn jibqgħu validi sakemm l-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS mhumiex modifikati. Fil-każ ta' modifika tal-artikoli kollha jew kwalunkwe artikolu msemmija hawn fuq, il-Linji Gwida jiġu, fejn xieraq, riveduti u aġġornati skont il-bidliet adottati. |
2. REGOLI ĠENERALI U SETTORJALI APPLIKABBLI GĦALL-FTEHIMIET KONKLUŻI MINN PRODUTTURI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA, TAL-LAĦAM TAĊ-ĊANGA U TAL-VITELLA U TAL-UĊUĦ TAR-RABA'
2.1. Introduzzjoni
|
(8) |
L-Artikolu 42 TFUE jagħti lil-leġiżlatur tal-UE (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) s-setgħa li jiddeċiedi sa fejn ir-regoli tal-kompetizzjoni japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ fi prodotti agrikoli. |
|
(9) |
B'mod aktar preċiż, skont l-Artikolu 42 TFUE, il-leġiżlatur tal-UE jiddeċiedi l-livell tal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għas-settur agrikolu, billi jikkunsidra l-objettivi tal-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem l-“objettivi tal-PAK”) stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni tirrikonoxxi l-preċedenza tal-objettivi tal-politika agrikola fuq l-għanijiet tat-Trattat fir-rigward tal-kompetizzjoni (6). |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 39 TFUE, l-objettivi tal-PAK huma dawn li ġejjin:
|
2.2. Qafas ġenerali tal-kompetizzjoni
2.2.1. L-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE għall-produzzjoni u l-kummerċ fi prodotti agrikoli
|
(11) |
Fuq il-bażi tal-Artikolu 42 TFUE, l-Artikolu 206 tar-Regolament dwar l-OKS jiddikjara r-regoli tal-kompetizzjoni fl-Artikoli minn 101 sa 106 TFUE bħala applikabbli għall-produzzjoni u l-kummerċ fi prodotti agrikoli: “Ħlief jekk ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, u skont l-Artikolu 42 TFUE, l-Artikoli 101 sa 106 TFUE u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tiegħu għandhom, bla ħsara għall-Artikoli 207 sa 210 ta' dan ir-Regolament, japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki kollha msemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102 TFUE li huma relatati mal-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u mal-kummerċ tagħhom.” |
|
(12) |
L-Artikoli 101 (7) u 102 (8) TFUE japplikaw għall-imġiba ta' impriżi u assoċjazzjonijiet ta' impriżi fil-forma ta' akkordji, deċiżjonijiet, prattiċi jew abbuż minn pożizzjoni dominanti biss sa fejn dawn “jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri”. Dettalji dwar l-interpretazzjoni ta' dan il-kriterju ta' applikabbiltà jinsabu fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-effett fuq il-kummerċ (9). Jekk il-kummerċ bejn l-Istati Membri mhuwiex affettwat, japplikaw ir-regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni. |
|
(13) |
L-Artikolu 101 TFUE japplika, fil-prinċipju, għall-attivitajiet ekonomiċi kollha tal-produtturi u l-OP. L-OP hija assoċjazzjoni ta' produtturi individwali u konsegwentement hija meqjusa kemm bħala assoċjazzjoni ta' impriżi u kif ukoll bħala impriża fiha nfisha għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE dwar il-kompetizzjoni (10), meta hija twettaq attività ekonomika. Konsegwentement, kemm l-OP u kif ukoll il-membri tagħha jridu jkunu konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni. Għalhekk, ir-regoli tal-kompetizzjoni ma japplikawx biss għall-akkordji bejn il-produtturi individwali (pereż. il-ħolqien ta' OP u l-istatuti ta' fondazzjoni tagħha), iżda wkoll għad-deċiżjonijiet meħuda u l-kuntratti konklużi mill-OP. |
|
(14) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet numru ta' sentenzi li jittrattaw il-kooperattivi b'mod partikolari. Tabilħaqq, il-kooperattivi huma forma speċifika ta' OP. Meta kienet qiegħda tivvaluta l-applikabilità tal-Artikolu 101(1) TFUE għall-kooperattivi (li hija waħda mill-forom possibbli kif tista' tiġi stabbilita OP), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-organizzazzjoni ta' impriża fil-forma speċifika ta' assoċjazzjoni kooperattiva, ma tikkostitwixxix fiha nfisha mġiba antikompetittiva. Madankollu, dan ma jfissirx li l-assoċjazzjonijiet kooperattivi, bħala tali, awtomatikament jaqgħu barra mill-projbizzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE billi dawn xorta waħda jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba kummerċjali tal-membri tagħhom sabiex jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq li fih joperaw dawk l-impriżi (11). |
|
(15) |
Eżempju tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE għall-attivitajiet tal-produtturi:
|
|
(16) |
L-Artikolu 102 TFUE japplika wkoll għall-produtturi kif ukoll għal OP li taġixxi bħala impriża. Il-projbizzjoni tal-abbuż minn pożizzjoni dominanti prevista fl-Artikolu 102 TFUE, hija applikabbli b'mod sħiħ fis-settur agrikolu. Madankollu, sabiex jinkiser l-Artikolu 102 TFUE, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(17) |
Eżempju tal-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE għall-attivitajiet ta' OP:
|
|
(18) |
L-Artikolu 101 TFUE jista' japplika wkoll għal ftehimiet, inklużi deċiżjonijiet interni u l-istatuti ta' OP li saru bejn il-membri ta' OP u bejn l-OP u l-membri tagħha, meta dawn huma kompetituri attwali jew potenzjali, fl-istess suq tal-prodott. Dan jista' jkun il-każ (a) jekk il-produtturi huma kapaċi, skont l-istatuti tal-OP, li joħorġu mill-OP fi żmien qasir; (b) jekk huma kapaċi jiddeċiedu liberament dwar il-volumi li huma jipprovdu l-OP bihom, sabiex parti biss mill-produzzjoni tagħhom tinbiegħ permezz tal-OP. Il-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat il-kwistjoni tal-istatuti ta' kooperattivi u l-konformità tagħhom mal-Artikolu 101(1) TFUE f'numru ta' każijiet, fejn hija rrikonoxxiet l-effetti favur il-kompetizzjoni tat-tali arranġamenti kooperattivi skont ċerti kundizzjonijiet (16) u fejn hija nnotat li r-regoli statutorji li jirregolaw il-ħruġ ta' membri mill-OP u l-obbligi ta' fornimenti jistgħu ma jaqgħux fil-projbizzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE skont ċerti kundizzjonijiet u sakemm dan huwa limitat għal dak meħtieġ sabiex jiġu żgurati l-funzjonijiet tal-OP b'mod adegwat (17). |
|
(19) |
Eżempju tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE għall-akkordji bejn il-membri ta' OP:
|
2.2.2. Derogi speċifiċi barra mil-leġiżlazzjoni agrikola mill-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE: Regolament dwar Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni
|
(20) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 (18) (minn hawn 'il quddiem “l-Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni”), l-akkordji ta' speċjalizzazzjoni jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, akkordji, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma bejn impriżi li bihom jiftiehmu li jipproduċu flimkien ċerti prodotti jew li jissottokuntrattaw lil xulxin il-produzzjoni ta' prodott wieħed jew aktar (impriża waħda ssir il-produttur esklużiv għal wieħed minn dawn il-prodotti) (19). |
|
(21) |
Rigward b'mod partikolari s-settur agrikolu, akkordju ta' speċjalizzazzjoni jista' jirreferi għal produzzjoni konġunta ta' prodotti agrikoli u kull attività ta' pproċessar/trasformazzjoni ta' prodotti agrikoli fi prodotti oħra, bħalma huma l-qatla u t-tqattigħ tal-laħam, it-tħin taċ-ċereali, eċċ. Fil-kuntest ta' OP agrikoli, huwa aktar probabbli li akkordju ta' speċjalizzazzjoni jikkonċerna l-ipproċessar/it-trasformazzjoni ta' prodotti agrikoli mhux ipproċessati fi prodotti oħra billi hemm ftit impriżi konġunti għall-produzzjoni ta' prodotti agrikoli mhux ipproċessati. |
|
(22) |
Ir-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni jistabbilixxi li, skont l-Artikolu 101(3) TFUE, l-Artikolu 101(1) TFUE ma japplikax għall-akkordji ta' speċjalizzazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet (20). |
|
(23) |
L-ewwel, l-ishma mis-suq kombinati tal-partijiet ma jridux jaqbżu 20 % tas-suq rilevanti. |
|
(24) |
It-tieni, l-akkordji ta' speċjalizzazzjoni ma jridux jinkludu restrizzjonijiet 'ibsin', jiġifieri ffissar tal-prezzijiet, limitazzjoni tal-output u allokazzjoni tas-swieq jew tal-konsumaturi. |
|
(25) |
Madankollu hemm xi eċċezzjonijiet. L-isfera ta' sikurezza tal-Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni tista' tapplika għal (21):
|
|
(26) |
Eżempju tal-applikazzjoni possibbli tal-Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni fis-settur agrikolu:
|
2.3. Deroga ġenerali fir-Regolament dwar l-OKS: L-Artikoli 206 u 209
|
(27) |
L-Artikolu 206 tar-Regolament dwar l-OKS jipprevedi li l-Artikolu minn 101 sa 106 TFUE japplika għal akkordji dwar prodotti agrikoli ħlief jekk previst mod ieħor fir-Regolament dwar l-OKS. Għalhekk, l-Artikolu 206 tar-Regolament dwar l-OKS jikkonferma l-prinċipju ġenerali li d-dritt tal-kompetizzjoni tal-UE japplika għall-produzzjoni u l-kummerċ fi prodotti agrikoli. Dan, madankollu, huwa suġġett għall-Artikoli minn 207 sa 210 tar-Regolament dwar l-OKS. |
|
(28) |
L-Artikolu 209 tar-Regolament dwar l-OKS jeskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE l-akkordji, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma li jirrigwardaw il-produzzjoni ta', jew il-kummerċ fi prodotti agrikoli jekk jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet. It-tali deroga, għall-kuntrarju ta' dik li tinsab fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS, tapplika għas-setturi agrikoli kollha koperti bir-Regolament dwar l-OKS. Għaldaqstant, l-Artikolu 209 tar-Regolament dwar l-OKS huwa strument separat u awtonomu u huwa rreferut minn hawn 'il quddiem bħala “Deroga Ġenerali”. |
|
(29) |
Il-produtturi jistgħu jibbenefikaw minn din id-Deroga Ġenerali f'żewġ sitwazzjonijiet differenti:
|
|
(30) |
Id-Deroga Ġenerali (iż-żewġ forom) ma tapplikax għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jinvolvu obbligu li jiġi ċċarġjat l-istess prezz jew li bih tkun eskluża l-kompetizzjoni. |
|
(31) |
Ma hija meħtieġa l-ebda deċiżjoni minn qabel tal-Kummissjoni Ewropea jew ta' Awtorità Nazzjonali tal-Kompetizzjoni sabiex wieħed jibbenefika mid-Deroga Ġenerali stabbilita fl-Artikolu 209 tar-Regolament dwar l-OKS, jiġifieri din tapplika b'mod awtomatiku u l-produtturi jridu jivvalutaw huma stess jekk huma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tagħha. L-oneru tal-prova tal-ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE f'kull proċediment nazzjonali jew tal-UE jaqa' fuq dawk li jallegaw il-ksur. Madankollu, il-parti li titlob il-benefiċċju tad-Deroga Ġenerali għandha l-oneru li tipprova li l-kundizzjonijiet tad-Deroga Ġenerali jkunu sodisfati. |
2.4. Deroga mill-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, u tal-uċuħ tar-raba', kif stabbiliti fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS
|
(32) |
Skont l-Artikolu 206 tar-Regolament dwar l-OKS, l-Artikoli 101 u 102 TFUE japplikaw għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi li jirrigwardaw il-kummerċ fi prodotti agrikoli “ħlief jekk ma jkunx previst mod ieħor f'dan ir-Regolament”. Billi jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-akkordji, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi tal-produtturi ta' prodotti agrikoli f'ċerti setturi, l-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS joħolqu derogi mill-applikazzjoni tal-Artikoli 101 (23) u 102 TFUE. |
|
(33) |
Kollha flimkien jew separatament, l-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jiġu riferuti fil-Linji Gwida bħala “id-Deroga”. |
|
(34) |
L-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS ma jirriżultawx f'termini, regoli u mġieba sussegwenti ta' OP li jaqaw lil hinn mill-ambitu tal- Artikolu 102 TFUE. Huwa improbabbli ħafna, fid-dawl tal-limiti stabbiliti fl-Artikoli 169(2)(c), 170(2)(c) u 171(2)(c) tar-Regolament dwar l-OKS, li OP li tosserva dawk il-limiti jkollha pożizzjoni dominanti (kollettivament) fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE. Fit-tali ċirkustanzi eċċezzjonali, il-produtturi għandhom jivvalutaw jekk l-attivitajiet ta' dik l-OP dominanti jistgħux iwasslu għal abbuż ta' pożizzjoni dominanti. |
|
(35) |
L-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jirrigwardaw prodotti taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (24), u ċerti prodotti mis-settur tal-uċuħ tar-raba' (25). L-Artikoli 169(1), 170(1) u 171(1) tar-Regolament dwar l-OKS jistipulaw li “[a] organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur […] li hija rikonoxxuta skont l-Artikolu 152(1) u li ssegwi objettiv wieħed jew aktar tal-konċentrazzjoni tal-provvista, it-tqegħid fis-suq tal-prodotti magħmulin mill-membri tagħha u jiġu ottimizzati l-ispejjeż tal-produzzjoni, tista' tinnegozja f'isem il-membri tagħha, fir-rigward ta' parti jew l-aggregati kollha tal-produzzjoni tal-membri tagħha, kuntratti għall-provvista” tal-prodotti ta' dawn is-setturi koperti bid-definizzjonijiet stabbiliti f'dawn l-artikoli. |
|
(36) |
L-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jirrigwardaw kull akkordju jew deċiżjoni jew prattika meħuda mill-OP meta tinnegozja kuntratti għall-provvista f'isem il-membri tagħha. |
|
(37) |
B'mod partikolari, il-paragrafu 1 tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jippermettu attivitajiet konġunti ta' provvista, jiġifieri attivitajiet konġunti ta' bejgħ u relatati mal-bejgħ ta' prodotti agrikoli fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, u tal-uċuħ tar-raba' mill-produtturi ta' dawn il-prodotti agrikoli permezz ta' OP. |
|
(38) |
L-għan tad-Deroga huwa li żżid is-saħħa tan-negozjar tal-produtturi fis-setturi kkonċernati fir-rigward tal-operaturi downstream sabiex ikun assigurat livell tal-għajxien ġust għall-produtturi u żvilupp vijabbli tal-produzzjoni (26). Dan l-objettiv irid jintlaħaq f'konformità mal-għanijiet tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikolu 39 TFUE. B'mod aktar preċiż, dan għandu jinkiseb billi jkunu ġġenerati effiċjenzi sinifikanti permezz tal-integrazzjoni tal-attivitajiet fl-OP sabiex l-attivitajiet ta' dawn l-OP jikkontribwixxu b'mod ġenerali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PAK (27). |
|
(39) |
L-għan tad-Deroga għandu jinkiseb billi l-OP jikkonċentraw b'mod effettiv il-provvista u jqiegħdu l-prodotti fis-suq (28) u, bħala konsegwenza, jinnegozjaw kuntratti ta' provvista f'isem il-membri tagħhom. L-iżgurar tal-konformità mal-objettivi tal-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tirrikjedi li dawn l-OP isegwu strateġija ta' kummerċjalizzazzjoni b'mod effettiv. |
|
(40) |
Sabiex titwettaq l-istrateġija tagħhom, it-tali OP normalment jinnegozjaw u jikkonkludu kuntratti ta' provvista li jinkludi t-termini rilevanti kollha: il-prezzijiet, il-volumi u possibbilment ukoll termini kuntrattwali oħra bħal referenzi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità tal-prodotti, id-durata tal-kuntratt, klawżoli ta' terminazzjoni, klawżoli ta' ħruġ (29), dettalji dwar il-perjodi u l-proċeduri tal-pagament, l-arranġamenti għall-ġbir u l-kunsinna tal-prodotti kif ukoll ir-regoli applikabbli f'każ ta' force majeure. |
|
(41) |
L-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni tal-OP tista' tinvolvi wkoll akkordji u prattiċi bejn l-OP u l-membri tagħha li jkunu intrinsikament marbuta mal-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni ta' OP bħall-ippjanar tal-produzzjoni (30), l-istabbiliment tal-kalendarju u l-volumi ta' produzzjoni li għandhom ikunu kkummerċjalizzati mill-OP (31) u skambji ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva (32). |
|
(42) |
Fil-Linji Gwida, in-“negozjar ta' kuntratti ta' provvista minn OP f'isem il-membri tagħha” jiġi riferut bħala “negozjati kuntrattwali”. |
|
(43) |
In-negozjati kuntrattwali jista' jkollhom forom differenti: pereż. irkanti (fiżiċi jew onlajn), bejgħ minn fuq it-telefown, negozjar f'suq spot u/jew kambju tal-futuri. Il-forma tan-negozjati kuntrattwali ma tinfluwenzax l-applikazzjoni tad-Deroga. |
|
(44) |
In-negozjati kuntrattwali jistgħu jseħħu bi jew mingħajr it-trasferiment tas-sjieda tal-prodotti mill-produtturi lill-OP (33). Barra minn hekk, dawn l-attivitajiet ta' provvista konġunta jistgħu jsiru irrispettivament minn jekk il-prezz tal-provvista nnegozjat mill-OP ikunx għall-parti mill-produzzjoni jew għall-produzzjoni sħiħa tal-membri tal-OP (34). |
|
(45) |
Madankollu, biex tibbenefika mid-Deroga, OP trid tissodisfa numru ta' kundizzjonijiet (35) meta tinnegozja kuntratti ta' provvista f'isem il-membri tagħha sabiex tibbenefika mid-Deroga:
|
|
(46) |
Dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu diskussi fid-dettall fis-Taqsima 3 iktar 'l isfel. |
|
(47) |
Akkordju, deċiżjoni jew prattika miftiehma li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS (pereżempju minħabba li n-negozjati kuntrattwali ta' prodotti tal-uċuħ tar-raba' jkopru aktar minn 15 % tal-produzzjoni nazzjonali totali tal-prodott) ma tistax tibbenefika mid-Deroga. Dan ma jfissirx awtomatikament ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni kif diskuss f'din it-taqsima. |
2.5. Valutazzjoni ta' OP dwar il-kompatibbiltà tal-akkordju mar-regoli tal-kompetizzjoni
|
(48) |
L-impriżi kollha, inklużi l-produtturi agrikoli u l-OP iridu jivvalutaw huma stess il-kompatibbiltà tal-akkordji, id-deċiżjonijiet jew il-prattiċi miftiehma skont l-Artikolu 101(1) u (3) u l-Artikolu 102 TFUE. |
|
(49) |
Sabiex tipprovdi gwida u tiffaċilita l-awtovalutazzjoni tal-akkordji, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi mill-impriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat linji gwida/gwida rigward l-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE. F'dan il-kuntest, l-aktar rilevanti huma:
|
|
(50) |
OP fis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, u tal-uċuħ tar-raba' għandha tivvaluta l-konformità tagħha mar-regoli ta' kompetizzjoni kif ġej:
|
3. KUNDIZZJONIJIET GĦALL-APPLIKAZZJONI TAD-DEROGA
|
(51) |
Id-Deroga maħluqa bl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS hija soġġetta għal numru ta' kundizzjonijiet rigward:
|
|
(52) |
Din it-Taqsima tanalizza kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet. |
3.1. Ir-rikonoxximent tal-OP/AOP
|
(53) |
OP jew AOP trid tkun rikonoxxuta formalment mill-awtoritajiet nazzjonali skont l-Artikolu 152(1) u l-Artikolu 156(1) tar-Regolament dwar l-OKS (40) sabiex tibbenefika mid-Deroga. OP tista' tkun entità ġuridika jew parti minnha. |
|
(54) |
Jekk Stat Membru ma jirrikonoxxix OP u/jew AOP, il-produtturi f'dak l-Istat Membru ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mid-Deroga. Madankollu huma jistgħu xorta waħda jivvalutaw l-attivitajiet tagħhom skont id-Deroga Ġenerali tal-Artikolu 209 tar-Regolament dwar l-OKS, ir-Regolament għall-Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni u skont l- Artikolu 101(3) TFUE. |
|
(55) |
OP tista' tkun membru ta' OP oħra (dak li jissejjaħ “OP tat-tieni saff”), li tikkummerċjalizza l-produzzjoni tagħha fornita mill-OP membri tagħha. L-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi jekk it-tali OP tat-tieni saff humiex rikonoxxuti bħala OP jew bħala AOP. Minħabba li d-Deroga tapplika bl-istess mod għall-OP u għall-AOP, l-OP tat-tieni saff tista' fiż-żewġ sitwazzjonijiet tibbenefika mid-Deroga. |
|
(56) |
Il-membri ta' OP jistgħu jkunu, apparti minn produtturi, entitajiet ukoll li ma jkunux produtturi tal-prodotti agrikoli kkonċernati. L-OP bil-parteċipazzjoni ta' nonprodutturi jridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha li jirrigwardaw l-istabbiliment ta' OP u l-istatuti tagħhom, inkluż it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-kontroll demokratiku kif stabbilit fl-Artikoli 152, 153 u 154 tar-Regolament dwar l-OKS. Suġġetta għal dawn il-kundizzjonijiet, il-kwantitajiet miġjuba minn produttur li mhuwiex membru lill-OP huma meqjusa bl-istess mod bħal prodotti miġjuba minn produttur membru tal-OP għall-iskop tal-applikazzjoni tad-Deroga. Saħansitra, meta jiġu kkalkulati l-volumi għall-għanijiet ta' konformità mat-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti, ma hemmx bżonn li ssir distinzjoni bejn prodotti miġjuba minn produtturi membri u minn produtturi li mhumiex membri. |
3.2. L-objettivi tal-OP u l-akkwist ta' prodotti minn dawk li mhumiex membri
|
(57) |
Sabiex tibbenefika mid-Deroga, OP trid issegwi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:
|
|
(58) |
Madankollu, id-Deroga teħtieġ ukoll li OP tikkonċentra l-provvista u tqiegħed il-prodotti tal-membri tagħha fis-suq għall-volum tal-prodotti kopert bin-negozjati kuntrattwali (43). Għalhekk, l-insegwiment tal-objettiv ta' ottimizzazzjoni tal-ispejjeż ta' produzzjoni (l-ittra c. iktar 'il fuq), jekk ma jkunx akkumpanjat mir-realizzazzjoni attwali taż-żewġ objettivi l-oħra tal-konċentrazzjoni tal-provvista u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti mmanifatturati mill-membri tagħha, ma jkunx suffiċjenti sabiex tibbenefika mid-Deroga. |
|
(59) |
L-objettiv tat-tqegħid fis-suq jirreferi għall-prodotti mmanifatturati mill-membri tagħha. Dan ma jeskludix li, bħala attività anċillari, fin-negozjati kuntrattwali OP tista' tinkludi wkoll prodotti mixtrija separatament mill-OP. Dan huwa konsistenti mal-objettiv tal-OP tal-konċentrazzjoni tal-provvista. Il-possibbiltà li jiġu inklużi prodotti mixtrija separatament mingħand produtturi li ma jkunux membri (44) tippermetti lill-OP, f'ċerti sitwazzjonijiet, li tilħaq klijenti akbar li jkunu jeħtieġu volumi akbar milli jkunu jistgħu joffru l-membri f'dak il-mument partikolari. Din il-possibbiltà tippermetti wkoll lill-OP li tissostitwixxi l-produzzjoni tal-membri li tkun nieqsa f'ċerti mumenti, pereżempju minħabba kundizzjonijiet tat-temp sfavorevoli, u b'hekk jiġi evitat ir-riskju li OP titlef klijent. |
|
(60) |
Id-Deroga tkopri kemm il-prodotti tal-membri ta' OP kif ukoll ta' dawk li mhumiex membri, għall-produzzjoni totali tagħhom jew parti minnha, sakemm il-limiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deroga jiġu rrispettati. |
|
(61) |
Bid-Deroga, madankollu, ix-xiri ta' prodotti mingħand min mhux membru (jiġifieri mis-suq) ma jistax isir l-attività prinċipali ta' OP: skont id-Deroga, OP għandha, qabelxejn, tfittex li tqiegħed fis-suq il-prodotti tal-membri tagħha. Sabiex jiġu salvagwardjati l-objettivi tad-Deroga, ix-xiri ta' prodotti mingħand dawk li mhumiex membri għandu jibqa' anċillari. Ix-xiri ta' prodotti mingħand dawk li mhumiex membri jibqa' anċillari jekk, f'ċirkustanzi normali, OP ma tixtrix aktar minn 25 % tal-produzzjoni suġġetta għal negozjati kuntrattwali fuq perjodu ta' sena. Madankollu jista' jkun hemm sitwazzjonijiet eċċezzjonali (marbuta pereżempju mal-kundizzjonijiet tat-temp, mard) meta jinqabeż dan il-livell, f'perjodu partikolari ta' 12-il xahar, jista' jkun ġustifikat mingħajr ma jiġi mminat il-karattru anċillari ta' din l-attività. |
|
(62) |
Jeħtieġ li jiġu vvalutati fuq bażi ta' każ b'każ, id-diżastri naturali jew sitwazzjonijiet oħra assimilati magħhom li jirriżultaw fil-produzzjoni limitata għal perjodu twil ta' żmien. Fit-tali sitwazzjoni, sakemm l-OP tieħu l-passi meħtieġa mingħajr dewmien biex titreġġa' lura s-sitwazzjoni preċedenti għal avveniment ta' force majeur u r-rekwiżiti oħra tad-Deroga huma sodisfati, l-OP ma għandhiex titlef il-benefiċċju tad-Deroga matul dak iż-żmien u tista' tkopri l-ħtiġijiet tagħha għall-kummerċjalizzazzjoni permezz tal-akkwist ta' prodotti mingħand min mhux membru tagħha matul perjodu raġonevoli ta' rkupru. |
|
(63) |
Il-kundizzjonijiet kollha tad-Deroga kif stabbiliti fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jiġu rrispettati wkoll fir-rigward tal-kwantitajiet mixtrija mingħand dawk li mhumiex membri. B'mod partikolari, dawn il-volumi jiġu inklużi fil-volumi suġġetti għan-negozjati kuntrattwali għall-iskopijiet tal-iżgurar tal-konformità mal-limiti ta' 15 % tal-produzzjoni nazzjonali totali għas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-uċuħ tar-raba' u ta' 20 % tas-suq rilevanti applikabbli fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa. |
|
(64) |
Eżempju tal-applikazzjoni tad-Deroga għal negozjati kuntrattwali minn OP f'isem il-membri tagħha, li tkopri prodotti ta' produtturi li mhumiex membri:
|
3.3. It-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti
|
(65) |
It-test tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jipprovdi għat-tliet setturi kollha taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, u tal-uċuħ tar-raba' li “[a] organizzazzjoni tal-produtturi tissodisfa l-objettivi msemmija f'dan il-paragrafu dment li l-insegwiment ta' dawk l-objettivi jwassal għall-integrazzjoni tal-attivitajiet u li tali integrazzjoni aktarx tiġġenera effiċjenzi sinifikanti (45) sabiex l-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-produttur jikkontribwixxu b'mod ġenerali biex jiġu sodisfati l-objettivi tal-Artikolu 39 TFUE .” |
|
(66) |
Id-Deroga għalhekk tirrikjedi li OP, li twettaq negozjati kuntrattwali: (1) tintegra l-attivitajiet, u (2) li dawk l-attivitajiet ikunu aktarx jiġġeneraw effiċjenzi sinifikanti sabiex ikun assigurat li l-attivitajiet tal-OP jikkontribwixxu b'mod ġenerali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK. |
|
(67) |
In-negozjati kuntrattwali u attivitajiet konġunti oħra mill-produtturi jista' jkollhom impatti differenti fuq il-kisba tal-objettivi tal-PAK. |
|
(68) |
L-akkordji bejn produtturi agrikoli sabiex iwettqu konġuntament ċerti attivitajiet jistgħu jwasslu għal effiċjenzi u għalhekk benefiċċji ekonomiċi, b'mod partikolari jekk jgħaqqdu flimkien attivitajiet, ħiliet jew assi, bħala mezz biex jaqsmu r-riskji, jiffrankaw l-ispejjeż, iżidu l-investimenti, jiġbru l-għarfien, itejbu l-kwalità u l-varjetà tal-prodotti, u jniedu l-innovazzjoni aktar malajr. It-tali attivitajiet jistgħu jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK, possibbilment iwasslu pereżempju għal żidiet fil-produttività (pereż. minħabba aċċess għal teknoloġiji aħjar tal-produzzjoni, pereżempju permezz ta' attivitajiet ta' akkwist konġunt), għal żidiet fid-dħul għall-produtturi (pereż. minħabba t-titjib fil-kwalità permezz ta' faċilitajiet aħjar ta' produzzjoni jew ħażna miksuba konġuntament) jew għal disponibbiltà aħjar tal-provvisti (pereż. minħabba sistemi aħjar ta' ħażna jew distribuzzjoni miksuba jew organizzati konġuntament). |
|
(69) |
L-akkordji bejn produtturi agrikoli sabiex iwettqu negozjati kuntrattwali jistgħu, madankollu, jillimitaw il-kompetizzjoni u finalment ifixklu l-kisba tal-objettivi tal-PAK. Dan jista' jkun pereżempju l-każ jekk il-produtturi jikkonkludu akkordju li jiffissal-prezzijiet, inaqqas l-output jew jikkondividi s-swieq. It-tali akkordji, filwaqt li jistgħu jżidu l-qligħ tal-produtturi, jistgħu jipperikolaw il-kisba ta' objettivi oħra tal-PAK jekk iwasslu, pereżempju, għal prezzijiet mhux raġonevoli għall-konsumatur (minħabba ż-żidiet fil-prezzijiet), għal problemi ta' disponibbiltà tal-provvisti (minħabba restrizzjonijiet tal-provvista) jew għal tnaqqis fil-produttività (minħabba li t-tnaqqis fil-kompetizzjoni bejn il-produtturi jista' jnaqqas l-inċentiv sabiex tiżdied il-produttività). |
|
(70) |
F'sitwazzjonijiet fejn l-attivitajiet relatati mal-bejgħ ta' OP li twettaq negozjati kuntrattwali f'isem il-membri tagħha, ifixklu l-kisba ta' ċerti objettivi tal-PAK, il-ġenerazzjoni ta' effiċjenzi sinifikanti tista' tikkumpensa għal dawn l-effetti u tassigura li l-attivitajiet tal-OP b'mod ġenerali jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK. Għalhekk, l-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jirrikjedu li:
|
|
(71) |
L-OP tista' tibbenefika mid-Deroga biss jekk tissodisfa dan it-test (minn hawn 'il quddiem it-“Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti”). |
|
(72) |
It-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti jirrikjedi:
|
|
(73) |
Kif deskritt iktar 'il fuq fil-paragrafu (55), OP tista' tkun membri ta' OP oħra (l-hekk imsemmija “OP tat-tieni saff”) li tbigħ l-output tal-ewwel OP. In-negozjati kuntrattwali tal-OP tat-tieni saff jistgħu jibbenefikaw minn Deroga sakemm hija tirrispetta l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-Deroga kif elenkata fil-paragrafu (51). Meta jkun qiegħed jiġi valutat jekk l-OP tikkonformax b'mod partikolari mat-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti, l-attivitajiet li jżidu l-effiċjenza tal-OP tal-ewwel saff (pereż. il-ġbir u t-trasport tal-prodotti) jistgħu jiġu kkunsidrati għall-kontabilità tal-effiċjenzi fl-OP/AOP tat-tieni saff skont id-Deroga. |
|
(74) |
L-OP tista' tivvaluta jekk tikkonformax mat-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti permezz ta' metodu simplifikat ipprovdut mil-leġiżlatur tal-UE. Jekk l-OP ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-metodu simplifikat, l-OP tista', f'ċerti ċirkustanzi, tuża metodu alternattiv sabiex tivvaluta jekk tikkonformax mat-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti. |
3.3.1. Il-metodu simplifikat
|
(75) |
It-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' kull wieħed mill-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jistabbilixxi metodu sabiex tiġi valutata l-konformità mat-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti (“metodu simplifikat”). Id-Deroga tistipula (48) li t-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti jista' jiġi ssodisfat jekk:
|
|
(76) |
Dan il-metodu simplifikat mhuwiex applikabbli f'numru ta' sitwazzjonijiet. L-ewwel, mhuwiex eskluż li attivitajiet differenti minn dawk elenkati fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS joħolqu effiċjenzi u, fil-każ individwali li dawn l-attivitajiet joħolqu t-tali effiċjenzi sinifikanti, li l-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-produtturi b'mod ġenerali jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK. Fit-tali sitwazzjoni mhijiex koperta bil-metodu simplifikat u tkun teħtieġ analiżi każ b'każ spjegata fil-paragrafu minn (82) sa (86) iktar 'l isfel skont il-metodu alternattiv. |
|
(77) |
It-tieni, il-metodu simplifikat ma jirrigwardax sitwazzjonijiet fejn l-OP tkun impenjat ruħha li tinvesti f'attivitajiet li jżidu l-effiċjenza iżda l-investiment ikun jeħtieġ xi żmien sabiex jimmaterjalizza kompletament. It-tali sitwazzjoni mhijiex koperta bil-metodu simplifikat (li jibbaża fuq attivitajiet diġà mwettqa mill-OP) u jkun jeħtieġ analiżi każ b'każ spjegata fil-paragrafi minn (82) sa (86) iktar 'l isfel skont il-metodu alternattiv. |
|
(78) |
Il-metodu simplifikat jeħtieġ l-identifikazzjoni ta' attivitajiet fost dawk elenkati fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS u l-valutazzjoni tas-sinifikat tal-volumi u tal-ispejjeż koperti minn dawk l-attivitajiet. L-erba' kaxxi li ġejjin jippreżentaw għal kull wieħed mit-tliet setturi sitwazzjonijiet fejn it-tali attivitajiet jirrappreżentaw volumi sinifikanti tal-prodott ikkonċernat u spejjeż sinifikanti tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodott sabiex l-OP tkun tista' tibbenefika mid-Deroga. Dan jista' jinkiseb permezz ta' attività waħda jew permezz ta' kombinazzjoni ta' diversi attivitajiet fejn l-ebda waħda mill-attivitajiet imniżżla fid-Deroga, waħedha, aktarx li tiġġenera effiċjenzi sinifikanti. Kull sitwazzjoni tirrikjedi analiżi każ b'każ biex ikun żgurat li l-ispejjeż iġġenerati u l-volumi koperti minn dawn l-attivitajiet huma biżżejjed biex jiġu ġġenerati effiċjenzi sinifikanti. Is-segwenti eżempji ma għandhomx l-għan li jelenkaw b'mod eżawrjenti s-sitwazzjonijiet kollha meta japplika l-metodu simplifikat.
|
|
(79) |
Fis-sitwazzjonijiet ta' applikazzjoni tal-metodu simplifikat tat-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti identifikat iktar 'il fuq dan jwassal sabiex l-attività singola ta' titjib tal-effiċjenza tkopri aktar minn nofs il-volumi kummerċjalizzati mill-OP. Il-volumi rikjesti jistgħu jkunu eċċezzjonalment aktar baxxi kont meħud tal-varjazzjonijiet żgħar fil-volumi ta' produzzjoni fis-snin konsekuttivi minħabba l-kundizzjonijiet ambjentali/klimatiċi. Fit-tali sitwazzjoni, it-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti jiġi kkunsidrat bħala sodisfatt jekk l-attività tkopri aktar minn 40 % tal-volumi kkummerċjalizzati mill-OP f'sena partikolari u għal dik is-sena biss u meta l-attività għat-titjib tal-effiċjenza tkopri aktar minn nofs il-volumi kkummerċjalizzati mill-OP fis-snin l-oħra. |
|
(80) |
F'każ ta' force majeure (pereżempju faċilitajiet ta' ħżin jiġu distrutti b'nar), anki jekk attività hija temporanjament sospiża, l-OP tista' xorta waħda tibbenefika mid-Deroga sakemm hija taddotta mingħajr dewmien il-miżuri kollha meħtieġa biex treġġa' lura għas-sitwazzjoni qabel l-avveniment ta' force majeure u li r-rekwiżiti l-oħrajn tad-Deroga huma sodisfatti. |
|
(81) |
Fl-aħħar nett, jekk OP ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-metodu simplifikat, hija tista' turi permezz ta' metodu alternattiv li xorta waħda tissodisfa t-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti. |
3.3.2. Il-metodu alternattiv
|
(82) |
Jekk OP ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-metodu simplifikat spjegat iktar 'il fuq, hija tista' tuża metodu alternattiv sabiex tivvaluta jekk tikkonformax mat-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti. Dan jista' jkun minħabba li ma setax ikun hemm konformità mal-metodu simplifikat iżda l-OP tikkunsidra li l-attivitajiet tagħha xorta waħda jissodisfaw it-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti. Dan jista' jkun ukoll minħabba li l-OP tkun f'sitwazzjoni li ma tkunx koperta bil-metodu simplifikat: l-OP tista' twettaq attivitajiet mhux elenkati fil-metodu simplifikat jew l-OP tista' tkun għadha mhijiex qiegħda twettaq attivitajiet ta' titjib tal-effiċjenza b'mod partikolari f'każijiet fejn ikunu qegħdin jinħolqu OP ġodda, meta l-OP ikun beħsiebhom jiżviluppaw attivitajiet ġodda ta' integrazzjoni, eċċ. |
|
(83) |
Il-metodu alternattiv jeħtieġ valutazzjoni tal-attivitajiet kollha tal-OP u valutazzjoni ta' jekk xi wħud mill-attivitajiet humiex probabbli li jiġġeneraw effiċjenzi sinifikanti sabiex l-OP b'mod ġenerali tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK. Dawn il-Linji Gwida jipprovdu xi gwida dwar il-metodu alternattiv mingħajr ma jkopru l-aspetti kollha possibbli ta' valutazzjoni bil-metodu alternattiv minħabba n-natura ta' każ b'każ tagħha. |
|
(84) |
Xi attivitajiet għajr dawk elenkati fil-paragrafu 1(a) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jistgħu joħolqu effiċjenzi. F'każijiet bħal dawn, huwa neċessarju li jiġi vvalutat abbażi tal-fatti tas-sitwazzjoni speċifika in kwistjoni jekk it-tali attivitajiet ta' OP ikunux probabbli li jiġġeneraw effiċjenzi sinifikanti sabiex dawn l-attivitajiet b'mod ġenerali jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK (53). |
|
(85) |
Il-metodu alternattiv jista' jindirizza wkoll sitwazzjoni fejn OP tkun impenjat ruħha li tinvesti f'attivitajiet li jtejbu l-effiċjenza iżda l-investiment ikun jeħtieġ xi żmien sabiex jimmaterjalizza ruħu kompletament waqt li l-OP diġà tkun tbigħ sabiex tistabbilixxi l-preżenza tagħha fis-suq u tassigura l-vijabbiltà tal-investimenti li tagħmel. Kull investiment jeħtieġ perjodu differenti biex jiġi implimentat. Madankollu, bħala regola ġenerali, dan ma għandux jieħu aktar minn sena biex jiġi implimentat, ħlief għal investimenti sinifikanti ħafna (jiġifieri fl-ipproċessar jew f'faċilitajiet ta' loġistika). |
|
(86) |
Fit-tali ċirkustanzi, l-OP trid turi li hija finanzjarjament impenjata li twettaq l-attività u li hija biss kwistjoni ta' żmien qabel ma hija effettivament twettaq l-attività minħabba dewmien inevitabbli fl-implimentazzjoni (pereż. il-bini ta' faċilità). Jekk l-OP tkun kapaċi turi tali impenn, ikun neċessarju li jiġi valutat abbażi tal-fatti tas-sitwazzjoni speċifika in kwistjoni jekk it-tali attivitajiet ġodda ta' OP jiġġenerawx effiċjenzi sinifikanti sabiex dawn l-attivitajiet b'mod ġenerali jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK (54). Jekk il-każ in kwistjoni jkun jirrigwarda attivitajiet elenkati fil-paragrafu 1(a) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS, il-valutazzjoni tista' ssir bħall-valutazzjoni bil-metodu simplifikat abbażi tat-tip u s-sinifikat (f'termini ta' volum u spejjeż) tal-attivitajiet ippjanati. Jekk il-każ in kwistjoni jkun jirrigwarda attivitajiet mhux elenkati fil-paragrafu 1(a) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS, il-valutazzjoni tkun speċifika għall-każ. Jekk fil-prattika, l-attività fl-aħħar mill-aħħar ma tkunx tista' titwettaq minħabba avveniment li ma jaqax fil-kontroll tal-OP, l-OP xorta waħda tista' tibbenefika mid-Deroga sakemm ikun għadda żmien neċessarju wara l-materjalizzazzjoni ta' dan l-avveniment għat-twaqqif tan-negozjati kuntrattwali li jfixklu l-objettivi tal-PAK (ara l-eżempju tal-uċuħ tar-raba' fit-Taqsima 4.3.). |
3.4. Ir-relazzjonijiet bejn l-OP u l-membri tagħha
|
(87) |
Id-Deroga ma tiddependix fuq jekk ikunx hemm trasferiment jew le tas-sjieda tal-prodott(i) kkonċernat(i) mill-produtturi għall-OP billi hija tapplika għall-OP fiż-żewġ sitwazzjonijiet (55). It-trasferiment tas-sjieda mhuwiex neċessarju għall-benefiċċju tad-Deroga. |
|
(88) |
Madankollu, id-Deroga timponi żewġ rekwiżiti fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-OP u l-membri tagħha (56):
|
3.5. Il-produzzjoni tal-PAK
|
(89) |
Id-Deroga hija suġġetta għal limiti kwantitattivi (57). |
|
(90) |
Fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-uċuħ tar-raba', id-Deroga hija applikabbli bil-kundizzjoni li l-volum tal-prodott li jkun kopert bin-negozjati kuntrattwali minn OP partikolari, u li jiġi prodott f'kull Stat Membru partikolari, ma jaqbiżx 15 % tal-produzzjoni nazzjonali totali ta' kull prodott imsemmi rispettivament fl-Artikoli 170(1)(a) u (b) u l-Artikoli 171(1)(a)-(l) tar-Regolament dwar l-OKS. |
|
(91) |
Fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, id-Deroga hija applikabbli biss f'każ li l-volum tal-produzzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li jkun kopert bin-negozjati kuntrattwali minn OP partikolari, u li jkun prodott f'kull Stat Membru partikolari, ma jaqbiżx l-20 % tas-suq rilevanti, filwaqt li ssir distinzjoni bejn iż-żejt taż-żebbuġa għall-konsum mill-bniedem u ż-żejt taż-żebbuġa għal użi oħra. Dawn il-Linji gwida jipprovdu dettalji rigward l-istabbiliment tas-suq rilevanti fit-Taqsima speċifika dwar is-settur taż-żejt taż-żebbuġa. |
|
(92) |
L-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jirreferu għall-iskopijiet tal-istabbiliment tal-limiti massimi fuq is-saħħa tas-suq għall-produzzjoni “fi kwalunkwe Stat Membru partikolari”. Għalhekk, jekk in-negozjar minn OP f'isem il-membri tagħha jirrigwarda l-provvista f'aktar Stati Membri, il-volumi tal-produzzjoni f'kull Stat Membru ma għandhomx jaqbżu 15 % tal-produzzjoni nazzjonali għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u l-uċuħ tar-raba' u 20 % tas-suq rilevanti għaż-żejt taż-żebbuġa. |
|
(93) |
Jekk is-sehem inizjalment mhuwiex aktar minn 15 % tal-produzzjoni nazzjonali għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella jew l-uċuħ tar-raba' (58) jew 20 % tas-suq rilevanti għas-settur taż-żejt taż-żebbuġ, iżda sussegwentement jogħla oltre dak il-livell mingħajr ma jaqbeż l-20 % tal-produzzjoni nazzjonali għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella jew l-uċuħ tar-raba' jew 25 % tas-suq rilevanti għaż-żejt taż-żebbuġa, id-Deroga prevista fl-Artikoli 169, 170 u 170 tar-Regolament dwar l-OKS għandha tkompli tapplika għal perjodu ta' sena kalendarja wara s-sena li fiha s-sehem ta' produzzjoni nazzjonali ta' 15 % għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella jew l-uċuħ tar-raba' jew 20 % tas-suq rilevanti għaż-żejt taż-żebbuġa kien inqabeż. |
|
(94) |
Fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ċ-ċifri ta' produzzjoni nazzjonali rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE (59). Hemm informazzjoni aġġornata fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea (60). Id-dejta tal-produzzjoni nazzjonali totali rilevanti hija kkalkulata abbażi ta' medja Olimpika (61) ta' ħames snin preċedenti sabiex jiġi pprovdut valur ta' referenza stabbli li ma jkunx suġġett għal varjazzjonijiet annwali. |
|
(95) |
Dawn il-limiti massimi ma jillimitawx il-kapaċità tal-OP biex jinnegozjaw f'isem il-membri tagħhom dwar volumi ogħla. F'dan il-każ, id-Deroga ma tapplikax, billi dan huwa limitat għal negozjati kuntrattwali li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet spjegati f'dawn il-Linji Gwida. Fil-każ fejn l-OP tinnegozja volumi ogħla, l-OP jkollha tivvaluta l-attivitajiet tagħha skont ir-regoli tal-kompetizzjoni l-oħra u d-derogi disponibbli u spjegati fit-Taqsima 2 iktar 'il fuq. |
3.6. L-obbligu ta' notifika
|
(96) |
Id-Deroga tirrikjedi (62) li l-OP tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih topera l-volum ta' produzzjoni tal-prodotti kkonċernati li jkun kopert bin-negozjati tagħha f'isem il-membri tagħha. L-awtoritajiet kompetenti rispettivi huma determinati minn kull Stat Membru. |
|
(97) |
L-obbligu li jiġi nnotifikat il-volum ta' produzzjoni kopert min-negozjati kuntrattwali lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ma jimplikax li l-awtorità nazzjonali kkonċernata tawtorizza n-negozjati kuntrattwali. |
3.7. Is-salvagwardji
3.7.1. Introduzzjoni
|
(98) |
Il-paragrafu 5 tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS jistabbilixxi mekkaniżmu ta' salvagwardja, li jipprovdi lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea bis-setgħa li jiddeċiedu f'każ individwali jekk negozjar partikolari mill-OP għandu jerġa' jinfetaħ jew ma jkollux lok. |
|
(99) |
Jekk in-negozjati mill-OP ikopru Stat Membru wieħed biss, is-salvagwardji jiġu applikati mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta' dak l-Istat Membru. Jekk in-negozjati mill-OP ikopru aktar minn Stat Membru wieħed, is-salvagwardji jiġu applikati mill-Kummissjoni Ewropea. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea huma riferuti minn hawn 'il quddiem bħala “l-awtoritajiet kompetenti tal-kompetizzjoni”. |
|
(100) |
Kif stipulat fil-paragrafu 5 tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS il-klawżola ta' salvagwardja tikkostitwixxi eċċezzjoni mid-Deroga u għalhekk għandha tiġi interpretata b'mod restrittiv. |
|
(101) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-kompetizzjoni jistgħu jużaw il-klawżola ta' salvagwardja anki jekk il-limiti kwantitattivi (15 % tal-produzzjoni nazzjonali totali tal-prodotti fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-uċuħ tar-raba' jew 20 % tas-suq rilevanti fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa) għan-negozjati mill-OP ikunu rrispettati b'mod sħiħ. |
|
(102) |
Il-mekkaniżmu ta' salvagwardja jista' jiġi applikat mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni fit-tliet sitwazzjonijiet limitati li ġejjin:
|
|
(103) |
Fit-tliet sitwazzjonijiet kollha, l-azzjoni tal-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni skont l-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS ma għandhiex il-karattru ta' sanzjoni għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, iżda pjuttost hija meqjusa bħala miżura preventiva. |
|
(104) |
Sakemm tiġi adottata deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni li n-negozjati għandhom jerġgħu jinfetħu jew li ma għandhomx ikollhom lok, in-negozjati mwettqa minn OP f'konformità mal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS huma legali. Għalhekk, qabel id-data tat-tali deċiżjoni, in-negozjati minn OP li jissodisfaw il-kundizzjonijiet fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS ma jistgħux jiġu sanzjonati skont il-liġi ġenerali tal-kompetizzjoni tal-UE. |
|
(105) |
Għaldaqstant, jekk l-OP tirrispetta d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni dwar l-innegozjar mill-ġdid jew il-kanċellazzjoni tan-negozjati kuntrattwali, l-OP tkun responsabbli biss għal negozjati kuntrattwali li huma mwettqa wara dik id-data. |
|
(106) |
Madankollu, wara d-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni li n-negozjati in kwistjoni għandhom jerġgħu jinfetħu jew li ma għandhomx ikollhom lok, id-Deroga ma tibqax aktar disponibbli. Konsegwentement, jekk l-OP wara d-data tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni ma tirrispettax id-deċiżjoni u tkompli n-negozjati jew iżżomm l-implimentazzjoni tal-kuntratti konklużi, jistgħu jinbdew proċeduri skont il-liġi ġenerali tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-imġiba tal-OP. |
3.7.2. L-esklużjoni tal-kompetizzjoni
|
(107) |
Rigward l-ewwel sitwazzjoni, meta l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni tintervjeni biex tevita li tkun eskluża l-kompetizzjoni, il-bejgħ/kuntratti ta' OP innegozjati f'isem il-membri tagħha jistgħu jkunu konformi b'mod sħiħ mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS, iżda jinkludu klawżoli li jillimitaw il-kompetizzjoni lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex tinkiseb il-konċentrazzjoni tal-provvista, jiġifieri negozjati kuntrattwali (jiġifieri klawżoli mhux inklużi bħala kundizzjonijiet fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS, pereżempju klawżola ta' esklużività li jista' jkollha effetti antikompetittivi f'suq b'numru limitat ta' operaturi li kollha jkollhom kundizzjonijiet ta' esklużività). |
|
(108) |
Meta l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni tintervjeni biex tevita l-esklużjoni tal-kompetizzjoni, hija jkollha l-għan li tipproteġi r-rivalità bejn il-produtturi u l-proċessi kompetittivi. Fit-tali analiżi jiġu kkunsidrati kemm il-kompetizzjoni attwali u l-kompetizzjoni potenzjali (64). Il-kompetizzjoni tista' tiġi eskluża jekk wieħed mill-aktar parametri importanti tagħha jiġi eliminat kompletament f'suq rilevanti partikolari: dan jgħodd b'mod partikolari għall-kompetizzjoni fil-prezz (65) jew il-kompetizzjoni fir-rigward tal-innovazzjoni. Elementi oħra li għandhom impatt fuq l-analiżi tal-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni huma inter alia: l-ishma mis-suq fil-kuntest aktar wiesa' tal-analiżi tal-kapaċità attwali li jikkompetu tal-kompetituri u l-inċentivi tagħhom biex jagħmlu dan (66); it-tnaqqis tal-kompetizzjoni b'riżultat tan-negozjati kuntrattwali kkonċernati; il-kapaċità li jiġu implimentati u miżmuma żidiet fil-prezzijiet; l-ostakoli għal dħul ġdid. Għal aktar dettalji rigward il-valutazzjoni tal-esklużjoni tal-kompetizzjoni ara (b'analoġija) it-Taqsima 2 tal-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat [attwalment l-Artikolu 101(3) TFUE]. (67). |
|
(109) |
Jekk, madankollu, il-kuntratti ta' provvista ta' OP konklużi f'isem il-membri tagħha ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS u dawn il-kuntratti ma jkunx fihom klawżoli li jirrestrinġu l-kompetizzjoni lil hinn minn dak li jkun meħtieġ sabiex jippermettu l-konċentrazzjoni tal-provvista prevista minn dawk l-artikoli, huma ma jiksrux l-Artikolu 101 TFUE. |
3.7.3. Suq rilevanti iżgħar tal-prodott b'effetti antikompetittivi
|
(110) |
Dwar it-tieni sitwazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni tista' tiddeċiedi li n-negozjati għandhom jerġgħu jinfetħu jew ma jkollhomx lok jekk hija ssib:
Dan ma japplikax għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa, fejn is-suq rilevanti mhuwiex definit fl-Artikolu 169 tar-Regolament dwar l-OKS. |
3.7.4. L-objettivi tal-PAK ikunu pperikolati
|
(111) |
It-tielet sitwazzjoni, meta l-awtorità kompetenti tal-kompetizzjoni tista' tintervjeni hija marbuta mas-sejbiet tagħha li l-objettivi tal-PAK huma pperikolati minħabba attivitajiet ta' integrazzjoni ulterjuri ta' OP. Din is-sitwazzjoni tista' timmaterjalizza ruħha f'każijiet fejn OP tkun għamlet valutazzjoni proprja bbażata fuq il-metodu simplifikat. Skont dak il-metodu, hemm suppożizzjoni li jekk jintlaħqu l-kriterji rilevanti, l-attivitajiet tal-OP b'mod ġenerali jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK. Awtorità tal-kompetizzjoni tista' ssib li fil-prattika dan ma jkunx il-każ anki jekk jintlaħqu l-kriterji. |
4. ID-DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IS-SETTURI KKONĊERNATI
4.1. Iż-żejt taż-żebbuġa
4.1.1. Eżempji tal-applikazzjoni tad-Deroga fis-settur taż-żejt taż-żebbuġ
|
(112) |
Din it-taqsima tal-linji gwida tindirizza l-applikazzjoni prattika tar-regoli speċifiċi tar-Regolament dwar l-OKS fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, permezz tal-eżempji ta' hawn taħt. |
|
(113) |
Eżempju tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 169 tar-Regolament dwar l-OKS ta' OP attiva fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa fejn tapplika d-Deroga:
|
|
(114) |
Eżempju tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 169 tar-Regolament dwar l-OKS ta' OP attiva fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa fejn tapplika d-Deroga:
|
|
(115) |
Eżempju tal-valutazzjoni, skont l-Artikolu 169 tar-Regolament dwar l-OKS, ta' OP attiva fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa meta ma tapplikax id-Deroga:
|
4.1.2. L-identifikazzjoni tas-suq rilevanti
|
(116) |
Id-Deroga tirrikjedi l-identifikazzjoni tal-prodott u s-swieq ġeografiċi rilevanti għall-bejgħ bl-ingrossa taż-żejt taż-żebbuġa sabiex l-OP ikunu jistgħu jidentifikaw jekk dawn ikunux konformi mal-limitu massimu ta' sehem mis-suq stabbilit mid-Deroga (68). |
|
(117) |
Jeħtieġ li s-swieq rilevanti jiġu valutati fuq bażi ta' każ b'każ u l-Kummissjoni Ewropea pprovdiet gwida dwar kif jiġu identifikati s-swieq rilevanti fl-Avviż tagħha dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti (69). Mhuwiex possibbli għall-Kummissjoni Ewropea li tipprovdi definizzjonijiet preċiżi tas-swieq rilevanti għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa iżda, sabiex tgħin il-produtturi jimplimentaw id-Deroga, dawn il-Linji Gwida jipprovdu gwida speċifika għas-settur ibbażat fuq l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni Ewropea fil-ħin tal-adozzjoni ta' dawn il-Linji Gwida (70). Is-swieq rilevanti jistgħu jevolvu maż-żmien, fost l-oħrajn minħabba l-iżviluppi fis-suq. |
|
(118) |
Il-kwistjoni hija li jiġu identifikati s-swieq tal-prodott u ġeografiċi rilevanti għall-bejgħ bl-ingrossa taż-żejt taż-żebbuġa. F'dak is-suq, il-bejjiegħa essenzjalment jinkludu produtturi u kummerċjanti filwaqt li x-xerrejja essenzjalment jinkludu kummerċjanti, manifatturi, bejjiegħa bl-imnut, klijenti industrijali u klijenti fis-settur tal-lukandi u r-ristoranti. |
4.1.2.1.
|
(119) |
L-ewwel nett, is-suq tal-prodott rilevanti għaż-żejt taż-żebbuġa jidher li huwa distint mis-swieq tal-prodott għal żjut oħra tal-ikel, meta jitqiesu fost l-oħrajn id-differenzi fil-karatteristiċi, il-prezzijiet u l-għanijiet ta' dawn il-prodotti. Barra minn dan, jista' ma jkunx neċessarju li jiġu identifikati swieq separati għat-tipi differenti ta' żejt taż-żebbuġa (straverġni, verġni u żjut oħra bbażati fuq iż-żebbuġ (71)) meta jitqies il-grad għoli ta' sostituzzjoni bejn dawn il-kategoriji. Barra minn dan, kont meħud tal-organizzazzjoni tal-kanali tal-bejgħ, jista' jkun xieraq li jiġu identifikati tliet swieq separati:
Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi eskluż li fis-suq taż-żejt taż-żebbuġa fornut lill-bejjiegħa bl-imnut, il-provvista ta' tikketti privati u prodotti tal-marka jiffurmaw swieq tal-prodott differenti. |
|
(120) |
L-elementi komuni deskritti hawn fuq ta' segmentazzjoni tas-suq ma jeskludux l-identifikazzjoni ta' swieq tal-prodott aktar dojoq. |
4.1.2.2.
|
(121) |
Minn perspettiva ġeografika, is-suq rilevanti għall-provvista taż-żejt taż-żebbuġa ma jidhirx li huwa idjaq minn dak nazzjonali u jista' jkun mifrux maż-ŻEE kollha fir-rigward tat-tliet kanali kollha tal-bejgħ, jiġifieri l-provvista ta' żejt taż-żebbuġa lil klijenti bl-imnut, lill-industrija u lis-settur tal-lukandi u r-ristoranti. |
4.2. Is-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella
4.2.1. Eżempji tal-applikazzjoni tad-deroga fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella
|
(122) |
Din it-taqsima tal-linji gwida tindirizza l-applikazzjoni prattika tar-regoli speċifiċi tar-Regolament dwar l-OKS fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella permezz tal-eżempji ta' hawn taħt. |
|
(123) |
Eżempju tal-valutazzjoni, skont l-Artikolu 170 tar-Regolament dwar l-OKS, ta' OP attiva fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella meta tapplika d-Deroga.
|
|
(124) |
Eżempju tal-valutazzjoni, skont l-Artikolu 170 tar-Regolament dwar l-OKS, ta' OP attiva fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella meta tapplika d-Deroga.
|
|
(125) |
Eżempju tal-valutazzjoni, skont l-Artikolu 170 tar-Regolament dwar l-OKS, ta' OP attiva fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella meta ma tapplikax id-Deroga:
|
4.3. Uċuħ tar-raba'
4.3.1. Eżempji tal-applikazzjoni tad-deroga fis-settur tal-uċuħ tar-raba'
|
(126) |
Din it-taqsima tal-linji gwida tindirizza l-applikazzjoni prattika tar-regoli speċifiċi tar-Regolament dwar l-OKS fis-settur tal-uċuħ tar-raba', permezz tal-eżempji ta' hawn taħt. |
|
(127) |
Eżempju tal-valutazzjoni, skont l-Artikolu 171 tar-Regolament dwar l-OKS, ta' OP attiva fis-settur tal-uċuħ tar-raba', fejn tapplika d-Deroga:
|
|
(128) |
Eżempju tal-valutazzjoni, skont l-Artikolu 171 tar-Regolament dwar l-OKS, ta' OP attiva fis-settur tal-uċuħ tar-raba' meta tapplika d-Deroga:
|
|
(129) |
Eżempju tal-valutazzjoni, skont l-Artikolu 171 tar-Regolament dwar l-OKS, ta' OP attiva fis-settur tal-uċuħ tar-raba', meta ma tapplikax id-Deroga:
|
(1) Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa, tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-uċuħ tar-raba' (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida”).
(2) Ir-“Regolament dwar l-OKS” huwa r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(3) L-Artikolu 206, paragrafu 3, tar-Regolament dwar l-OKS: “il-Kummissjoni għandha, fejn adegwat, tippubblika linji gwida biex tassisti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, kif ukoll lill-impriżi”.
(4) B'mod partikolari, l-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS japplikaw esklużivament għal kategorija speċifika ta' OP u AOP, li huma rikonoxxuti mill-Istati Membri skont l-Artikoli 152(1) u 156(1) tar-Regolament dwar l-OKS, jiġifieri dawn ir-regoli ma jirrigwardaw l-ebda kategorija ta' OP jew AOP. Għal aktar dettalji ara l-paragrafu (53) hawn taħt.
(5) Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hawnhekk tirreferi għall-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
(6) Sentenza fil-Kawża Maizena, 139/79, UE:C:1980:250, paragrafu 23; Sentenza fil-Kawża Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-280/93, UE:C:1994:367, paragrafu 61.
(7) L-Artikolu 101 TFUE:
“1. Is-segwenti għandhom ikunu inkompatibbli mas-suq intern u għandhom ikunu projbiti: l-akkordji kollha bejn impriżi, id-deċiżjonijiet kollha ta' deċiżjonijiet assoċjazzjonijiet bejn impriżi u l-prattiċi kollha miftiehma li jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, partikolarment dawk li jinvolvu:
|
(a) |
iffissar dirett jew indirett tal-prezzijiet tal-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta' kundizzjonijiet oħra tan-negozju, |
|
(b) |
il-limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni, tas-swieq, tal-iżvilupp tekniku jew tal-investiment, |
|
(c) |
it-taqsim tas-swieq jew it-taqsim ta' fonti ta' provvista, |
|
(d) |
l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet differenti għal transazzjonijiet ekwivalenti ma partijiet oħra, li b'hekk jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv, |
|
(e) |
is-suġġettar tal-konklużjoni ta' kuntratt għall-aċċettazzjoni, mill-parti l-oħra, ta' obbligi addizzjonali li, jew min-natura tagħhom jew skont l-użu kummerċjali, ma jkollhom l-ebda konnessjoni mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti. |
2. L-akkordji jew deċiżjonijiet projbiti bid-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jkunu awtomatikament nulli.
3. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu dikjarati inapplikabbli fil-każ ta' xi wieħed milli ġejjin, jiġifieri:
|
— |
akkordji jew kategoriji ta' akkordji bejn impriżi, |
|
— |
deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi jew kategoriji ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi, |
|
— |
prattiċi miftiehma jew kategoriji ta' prattiċi miftiehma, |
li jikkontribwixxu sabiex itejbu l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta' prodotti, jew sabiex jippromwovu progress tekniku jew ekonomiku waqt li fl-istess ħin, jassiguraw li l-konsumaturi jkollhom sehem ġust mill-benefiċċji li joħorġu minnhom, iżda li ma:
|
(a) |
jimponux fuq l-impriżi interessati restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli għall-kisba tal-għanijiet ta' hawn fuq, |
|
(b) |
jagħtux lil dawn l-impriżi l-possibiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni f'parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.” |
(8) L-Artikolu 102 TFUE:
“Safejn il-kummerċ bejn l-Istati Membri jista' jiġi milqut, kull abbuż minn impriża waħda jew iktar minn pożizzjoni dominanti fi ħdan is-suq intern, jew fi ħdan parti sostanzjali tiegħu, ikun inkompatibbli mas-suq intern u jkun projbit.
Eżempji ta' abbuż bħal dan huma:
|
(a) |
l-impożizzjoni diretta jew indiretta ta' prezzijiet inġusti tal-akkwist jew tal-bejgħ, jew kundizzjonijiet oħra inġusti ta' kummerċ, |
|
(b) |
il-limitazzjoni tal-produzzjoni, tas-swieq jew tal-iżvilupp tekniku bi ħsara għall-konsumaturi, |
|
(c) |
l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet differenti għal transazzjonijiet ekwivalenti ma' partijiet oħra, li b' hekk jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv, |
|
(d) |
is-suġġettar tal-konklużjoni ta' kuntratti għall-aċċettazzjoni mill-parti l-oħra, ta' obbligi addizzjonali li, jew min-natura tagħhom jew skont l-użu kummerċjali, ma jkollhom l-ebda konnessjoni mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.” |
(9) Avviż tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-effett fuq il-kunċett ta' kummerċ li hemm fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 81).
(10) Attività ekonomika hija definita bħala attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti u servizzi f'suq partikolari. Għad-dettalji ara: pereż. is-sentenza fil-Kawża Il-Kummissjoni vs L-Italja, 118/85, UE:C:1987:283, paragrafu 7. Impriża hija entità involuta f'attività ekonomika.
(11) Għal aktar dettalji u sfond ara s-sentenza fil-Kawża Oude Luttikhuis, C-399/93, UE:C:1995:434, paragrafi 10-16. Ara wkoll l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali Tesauro f'din il-kawża, UE:C:1995:277, paragrafu 29-30.
(12) Għad-dettalji ara: L-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5).
(13) Is-sentenza fil-Kawża United Brands, 27/76, UE:C:1995:277, paragrafu 65.
(14) L-imġiba abbużiva ta' esklużjoni huma dawk il-prattiċi mhux ibbażati fuq prestazzjoni normali tan-negozju, li jfittxu li jagħmlu ħsara lill-pożizzjoni kompetittiva tal-kompetituri tal-kumpanija dominanti, jew li jeskluduhom għalkollox mis-suq, li finalment jikkawżaw dannu lill-klijenti (bħar-rifjut ta' provvista, li jagħtu liċenzja, prezzijiet predatorji). L-imġiba abbużiva ta' sfruttament, mill-banda l-oħra, tinvolvi t-tentattiv minn kumpanija dominanti li tisfrutta l-opportunitajiet ipprovduti mis-saħħa tagħha fis-suq sabiex tagħmel ħsara direttament lill-klijenti, pereżempju billi timponi prezzijiet eċċessivi.
(15) Għad-dettalji ara: Avviż tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-effett fuq il-kunċett ta' kummerċ li hemm fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 81).
(16) Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza fil-Kawża Oude Luttikhuis UE:C:1995:434, paragrafu 12; is-sentenza fil-Kawża Dansk Landbrugs Grovvareselskab (DLG), C-250/92, UE:C:1994:413, pereż. il-paragrafu 32.
(17) Pereż. is-sentenza fil-Kawża Dansk Landbrugs Grovvareselskab (DLG), UE:C:1994:413, paragrafu 35; is-sentenza fil-Kawża Oude Luttikhuis, UE:C:1995:434, paragrafu 14.
(18) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2010 tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti akkordji ta' speċjalizzazzjoni, ĠU L 335, 18.12.2010, p. 43.
(19) Għad-dettalji dwar id-definizzjonijiet, ara l-Artikolu 1 tal-Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni.
(20) L-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni.
(21) L-Artikolu 4 tal-Eżenzjoni ta' Kategorija ta' Speċjalizzazzjoni.
(22) Is-sentenza fil-Kawża Frubo, 71/74, UE:C:1975:61; Is-sentenza tal-14 ta' Diċembru 1997, Florimex, T-70/92 u T-71/92 UE:T:1997:69; is-sentenza fil-Kawża Oude Luttikhuis UE:C:1995:434; is-sentenza tat-13 ta' Diċembru 2006, FNCBV vs Il-Kummissjoni, T-217/03 u T-245/03, UE:T:2006:391.
(23) Il-Linji Gwida japplikaw għall-kuntratti ta' provvista nnegozjati minn OP f'isem il-membri tagħhom irrispettivament mil-livell ta' integrazzjoni li jinvolvu bl-eċċezzjoni ta' operazzjonijiet li jikkostitwixxu konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament dwar l-Għaqdiet, ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) kif ikun il-każ, pereżempju, b'impriżi konġunti li jwettqu fuq bażi permanenti l-funzjonijiet kollha ta' entità ekonomika awtonoma.
(24) Dawn bhejjem ħajjin maħsuba għall-qatla huma koperti mill-Artikolu 170 tar-Regolament dwar l-OKS:
|
(a) |
l-ifrat tas-subġeneru Bibos jew tas-subġeneru Poephagus ta' piż li jaqbeż 80 kg iżda li ma jaqbiżx 160 kg għall-atla taħt il-Kodiċi NM ex 0102 29 21; |
|
(b) |
l-ifrat tas-subġeneru Bibos jew tas-subġeneru Poephagus ta' piż li jaqbeż 160 kg iżda li ma jaqbiżx 300 kg għall-qatla taħt il-Kodiċi NM ex 0102 29 41; |
|
(c) |
l-ifrat tas-subġeneru Bibos jew tas-subġeneru Poephagus ta' piż li jaqbeż 300 kg għall-qatla taħt il-Kodiċi NM ex 0102 29 51; |
|
(d) |
il-baqar għall-qatla li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM ex 0102 29 61; u |
|
(e) |
l-ifrat għall-qatla li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM ex 0102 29 91. |
L-ifrat għat-tismin u l-qatla ulterjuri mhumiex koperti mill-Kodiċijiet NM elenkati fl-Artikolu 170 tar-Regolament dwar l-OKS.
(25) Il-prodotti li ġejjin mhux maħsubin għaż-żrigħ u fil-każ tax-xgħir mhux maħsub għall-immaltjar, huma koperti mill-Artikolu 171 tar-Regolament dwar l-OKS:
|
(a) |
qamħ komuni li jaqa' taħt il-Kodiċi NM ex 1001 99 00; |
|
(b) |
xgħir li jaqa' taħt il-Kodiċi NM ex 1003 90 00; |
|
(c) |
qamħirrum li jaqa' taħt il-Kodiċi NM ex 1005 90 00; |
|
(d) |
sikrana li taqa' taħt il-Kodiċi NM 1002 90 00; |
|
(e) |
qamħ durum li jaqa' taħt il-Kodiċi NM 1001 19 00; |
|
(f) |
ħafur li jaqa' taħt il-Kodiċi NM 1004 90 00; |
|
(g) |
triticale (taħlita ta' qamħ u segala) li taqa' taħt il-Kodiċi ex 1008 60 00; |
|
(h) |
żerriegħa tal-kolza li taqa' taħt il-Kodiċi NM ex 1205; |
|
(i) |
żerriegħa tal-ġirasol li taqa' taħt il-Kodiċi NM ex 1206 00; |
|
(j) |
fażola tas-sojja li taqa' taħt il-Kodiċi NM 1201 90 00; |
|
(k) |
ful li jaqa' taħt il-Kodiċijiet NM ex 0708 u ex 0713; |
|
(l) |
piżelli ħodor li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0708 u ex 0713. |
(26) Ara t-Taqsima 2.4 ta' dawn il-Linji Gwida fuq ir-relazzjoni bejn l-Artikoli 169, 170 u 171 tal-OKS mal-Artikoli 101 u 102 TFUE.
(27) Ara l-premessa 139 tar-Regolament dwar l-OKS.
(28) Il-paragrafu 2(d) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(29) Il-ħruġ minn kuntratt jista' jkun meħtieġ pereżempju fil-każ ta' falliment tal-uċuħ tar-raba' kkważat pereżempju bil-kundizzjonijiet tat-temp jew il-mard.
(30) L-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni tal-OP tista' teħtieġ l-ippjanar tal-produzzjoni tal-membri sabiex tkun assigurata l-kunsinna tal-prodotti mill-membri lill-OP skont l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni. L-ippjanar tal-produzzjoni jseħħ qabel ma jibda ċ-ċiklu ta' produzzjoni, meta dan ikun għadu jista' jinfluwenza l-ammont ta' output li l-OP teħtieġ. Is-sitwazzjoni fejn l-ippjanar tal-produzzjoni tifforma parti mill-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni ta' OP, hija koperta mid-Deroga. Madankollu, din is-sitwazzjoni tvarja mis-sitwazzjoni fejn l-ippjanar tal-produzzjoni titwettaq barra mit-tali strateġija, pereżempju meta OP tikkoordina ppjanar konġunt ma' OP oħra, jew meta OP tikkoordina ppjanar konġunt mal-membri tagħha għall-produzzjoni li dawk il-membri jbigħu barra mill-OP. F'dan l-aħħar każ, l-ippjanar tal-produzzjoni jista' jiġi kopert minn derogi oħra mir-regoli ta' kompetizzjoni skont ir-Regolament dwar l-OKU jew mir-regoli ġenerali ta' kompetizzjoni.
(31) L-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni tal-OP tista' tirrikjedi l-istabbiliment tal-kalendarju u li l-volumi ta' produzzjoni jiġu kkummerċjalizzati mill-OP. Dan jista' jirriżulta fil-ħżin ta' parti mill-produzzjoni tal-OP jew f'deċiżjonijiet mill-OP biex jiġi pospost il-bejgħ ta' ċerti volumi minħabba l-kundizzjonijiet tas-suq. It-tali deċiżjonijiet inkwantu jifformaw parti mill-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni ta' OP huma koperta mid-Deroga. Id-Deroga ma tkoprix, madankollu, kull ftehim mill-OP u/jew il-membri tagħha dwar prodotti li mhumiex kummerċjalizzati mill-OP.
(32) L-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni tal-OP tista' tirrikjedi l-iskambju ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva bejn il-membri sabiex pereżempju tiġi identifikata l-kapaċità tal-membri biex iżidu l-kunsinni lill-OP. Għaldaqstant, is-sitwazzjoni fejn l-iskambju ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva tifforma parti mill-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni ta' OP tkun koperta mid-Deroga. Din is-sitwazzjoni madankollu tvarja mis-sitwazzjoni fejn l-iskambju ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva jitwettaq barra mit-tali strateġija. Dan ikun il-każ pereżempju jekk l-informazzjoni tirrigwarda bħala eżempju l-volumi li l-produtturi jbiegħu barra mill-OP. Fl-aħħar każ, l-iskambju ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva tista' tiġi koperta minn derogi oħra mir-regoli tal-kompetizzjoni skont ir-Regolament dwar l-OKS jew mir-regoli ta' kompetizzjoni ġenerali.
(33) Ara l-paragrafu 2(a) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(34) Ara l-paragrafu 2(b) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(35) Din hija biss ħarsa ġenerali tal-aktar kundizzjonijiet importanti; elementi speċifiċi jiġu ttrattati fid-dettall fit-taqsimiet li ġejjin u lista sħiħa tista' tinstab fil-leġiżlazzjoni rispettiva, jiġifieri l-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(36) ĠU C 11, 14.1.2011, p. 1.
(37) Ara l-paragrafi minn 150 sa 293 tal-Linji Gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 TFUE għall-akkordji ta' kooperazzjoni orizzontali.
(38) Dettalji rigward l-akkordji ta' kummerċjalizzazzjoni konġunta fil-paragrafi 225-257 tal-Linji Gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 101 TFUE għall-akkordji ta' kooperazzjoni konġunta.
(39) ĠU C 101, 27.4.2004, p. 97.
(40) L-Artikolu 152(1) tar-Regolament dwar l-OKS:
“Organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. L-Istati Membri jistgħu fuq talba jirrikonoxxu, meta jintalbu, organizzazzjonijiet ta' produtturi, li:
|
(a) |
ikunu magħmulin u kkontrollati f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 153(2), minn produtturi f'settur speċifiku elenkat fl-Artikolu 1(2); |
|
(b) |
ikunu ffurmati fuq inizjattiva tal-produtturi; |
|
(c) |
isegwu objettiv speċifiku li jista' jinkludi mill-anqas wieħed mill-objettivi li ġejjin:
|
(41) OP tagħmel sforzi biex tbigħ il-prodotti b'mod effettiv; jiġifieri hija ma twettaqx biss strateġija ta' kummerċjalizzazzjoni konġunta iżda tagħmel ukoll offerti ta' bejgħ u tikkonkludi bejgħ ma' klijenti/xerrejja fir-rigward tal-prodotti tal-membri tagħha.
(42) Il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(43) Il-paragrafu 2(d) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(44) Xi ħadd mhux membru jista' jkun jew produttur li ma jkunx membru tal-OP jew kummerċjant. Dawk li mhumiex membri ma jipparteċipawx direttament fin-negozjati kuntrattwali mwettqa minn OP f'isem il-membri tagħha, jiġifieri l-OP tinnegozja b'mod indipendenti minn dawk li mhumiex membri. Il-prodotti ta' dawk li mhumiex membri jinxtraw minn OP mingħand dawk li mhumiex membri separatament, dawn in-negozjati ma' dawk li mhumiex membri ma jiffurmawx parti min-negozjati kuntrattwali u għalhekk ma jibbenefikawx mid-Deroga.
(45) Enfasi miżjuda.
(46) Madankollu, l-esternalizzazzjoni ta' attivitajiet minn OP rikonoxxuta trid tkun f'konformità mal-Artikolu 155 tar-Regolament dwar l-OKS. Dan irid ikun permess minn qabel mill-Istati Membri. L-esternalizzazzjoni tal-produzzjoni mhijiex permessa. L-OP trid tibqa' responsabbli biex tassigura t-twettiq tal-attività esternalizzata u għall-ġestjoni, il-kontroll u s-superviżjoni ġenerali tal-arranġament kummerċjali għat-twettiq tal-attività. Aktar dettalji dwar l-esternalizzazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jrid jiġi adottat.
(47) Billi dan it-test ta' effiċjenza jiddependi fuq il-kisba tal-objettivi tal-PAK fid-dawl tal-bażi legali speċifika pprovduta mill-Artikoli 39 u 42 TFUE għar-regoli tal-kompetizzjoni fil-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli, huwa differenti minn kull test tal-effiċjenza li jiġi applikat fl-infurzar tal-kompetizzjoni f'setturi oħra.
(48) Il-paragrafu 1, subparagrafu 3 punt (a) u (b) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(49) Dawn l-attivitajiet huma:
|
(i) |
id-distribuzzjoni konġunta, inkluża l-pjattaforma tal-bejgħ konġunt jew it-trasport konġunt; |
|
(ii) |
l-ippakkjar, it-tikkettar jew il-promozzjoni konġunti; l-ewwel żewġ attivitajiet huma kkunsidrati biss għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa; |
|
(iii) |
l-organizzazzjoni konġunta tal-kontroll tal-kwalità; |
|
(iv) |
l-użu konġunt ta' tagħmir jew faċilitajiet ta' ħażna; |
|
(v) |
l-ipproċessar konġunt; din l-attività hija kkunsidrata biss għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa; |
|
(vi) |
il-ġestjoni konġunta ta' skart relatat direttament mal-produzzjoni tal-prodott; din l-attività hija kkunsidrata biss għas-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella; |
|
(vii) |
l-akkwist konġunt ta' inputs. |
(50) Fil-Greċja, l-Italja u Spanja, l-ispejjeż tal-fertilizzanti bħala medja kienu jirrappreżentaw 18 % tal-ispejjeż operattivi (azjendi agrikoli speċjalizzati fil-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa) fl-2010, 14 % għall-pestiċidi u 27 % għall-ispejjeż tal-fjuwil u l-enerġija, abbażi tad-dejta tar-rapport EU olive oil farms report based on FADN data, http://ec.europa.eu/agriculture/rica/pdf/Olive_oil%20_report2000_2010.pdf, p. 57-76.
(51) Fl-UE-27, l-ispejjeż tal-għalf fl-2011 kienu jirrappreżentaw 41 % tal-ispejjeż operattivi għal min irabbi u min isemmen, 22 % għall-ispiża tal-annimali mixtrija u 7 % għall-ispejjeż tal-fjuwil u l-enerġija, abbażi tar-rapport EU beef farms report 2012 based on FADN data. http://ec.europa.eu/agriculture/rica/pdf/beef_report_2012.pdf, p. 69.
(52) Fl-UE-27, l-ispejjeż tal-fertilizzanti kienu jirrappreżentaw pereżempju għall-qamħ, il-qamħ durum, ix-xgħir u l-qamħirrum medja ta' 24 % tal-ispejjeż operattivi fl-2011, 11 % għall-pestiċidi u 17 % għall-ispejjeż tal-fjuwil u l-enerġija, abbażi tad-dejta tar-rapport EU cereal farms report 2013 based on FADN data, http://ec.europa.eu/agriculture/rica/pdf/cereal_report_2013_final.pdf p. 26-79.
(53) Jekk l-elementi tal-metodu simplifikat f'termini ta' volum u spejjeż kif deskritt iktar 'il fuq ikunu ssodisfati, huwa probabbli li t-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti jkun issodisfat fit-tali sitwazzjoni ukoll. Jekk le, it-Test tal-Effiċjenzi Sinifikanti jkun irid jiġi vvalutat abbażi tal-fatti tas-sitwazzjoni speċifika in kwistjoni sabiex ikun assigurat li l-attivitajiet ta' OP jiġġeneraw effiċjenzi sinifikanti biex dawn l-attivitajiet b'mod ġenerali jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-PAK.
(54) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 53.
(55) Il-paragrafu 2(a) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(56) Il-paragrafu 2(e) u (f) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(57) Il-paragrafu 2(c) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(58) L-Artikoli 170(1)(a) u (b) l-Artikoli 171(1)(a)-(l) tar-Regolament dwar l-OKS.
(59) Iż-żejt taż-żebbuġa: ĠU C 256, 7.8.2014, p. 4.
L-uċuħ tar-raba': ĠU C 256, 7.8.2014, p. 1.
Il-laħam taċ-ċanga u tal-vitella: ĠU C 256, 7.8.2014, p. 3.
(60) Iż-żejt taż-żebbuġa: http://ec.europa.eu/agriculture/olive-oil/legislation/index_en.htm
Il-laħam taċ-ċanga u tal-vitella: h http://ec.europa.eu/agriculture/beef-veal/policy-instruments/index_en.htm
L-uċuħ tar-raba': http://ec.europa.eu/agriculture/cereals/legislation/index_en.htm
(61) Il-medja Olimpika hija kkalkulata abbażi tad-dejta ta' produzzjoni matul l-aħħar ħames snin, billi jitneħħew is-snin għoljin jew baxxi u b'ponderazzjoni fil-medja tat-tliet snin rimanenti.
(62) Il-paragrafu 2 g) tal-Artikoli 169, 170 u 171 tar-Regolament dwar l-OKS.
(63) Din il-possibbiltà tapplika biss għas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u tal-uċuħ tar-raba', jiġifieri mhux għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa, fejn huma rilevanti biss il-kundizzjonijiet taħt a. jew c.
(64) Pereż. Is-sentenza tat-28 ta' Frar 2002, T-395/94, Atlantic Container Line vs il-Kummissjoni, UE:T:2002:49, paragrafu 330.
(65) Pereż. is-sentenza fil-Kawża Metro vs il-Kummissjoni, 26/76, UE:C:1977:167, paragrafu 21: “… Madankollu, għalkemm il-kompetizzjoni fil-prezzijiet hija tant importanti li qatt ma tista' tiġi eliminata, hija ma tikkostitwixxix l-unika forma effettiva ta' kompetizzjoni jew dik li trid tingħata prijorità assoluta f'kull ċirkustanza. Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni bl-Artikolu 85(3) juru li r-rekwiżiti għaż-żamma ta' kompetizzjoni li taħdem jistgħu jiġu rikonċiljati mas-salvagwardja ta' objettivi ta' natura differenti u li għal dan il-għan ċerti restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni huma permissibbli, sakemm ikunu essenzjali għall-kisba ta' dawk l-objettivi u li ma jwasslux għall-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni għal parti sostanzjali tas-Suq Komuni. …”
(66) F'dan il-kuntest għandu jitfakkar li l-entitajiet li jibbenefikaw mid-Deroga huma suġġetti għal limiti ta' saħħa fis-suq ta' 15 % tal-produzzjoni nazzjonali għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella u l-uċuħ tar-raba' kif ukoll ta' 20 % tas-suq rilevanti għaż-żejt taż-żebbuġa.
(67) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Avviż — Linji Gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat [attwalment l-Artikolu 101(3) TFUE], ĠU C 101, 27.4.2004, p. 97.
(68) Ara t-Taqsima 3.5 dwar il-Limitu ta' produzzjoni
(69) Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5).
(70) Dan jinkludi investigazzjonijiet preċedenti mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni [DĠ għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u każijiet Spanjoli tal-Awtorità Nazzjonali tal-Kompetizzjoni (NCA — National Competition Authority)] kif ukoll informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni Ewropea mill-operaturi.
(71) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 tat-13 ta' Jannar 2012 dwar l-istandards ta' marketing għaż-żejt taż-żebbuġa, ĠU L 12, 14.1.2012, p. 14 (kif emendat).
ANNESS I
ANNESS II