19.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 428/11


Avviż skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

(2015/C 428/09)

Sommarju

Bl-Att tal-Kabinett Nru. 45 bid-data tal-5.12.2015, ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern bin-numru tal-ħruġ 167 Volum A tas-7.12.2015, ittieħdet deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni tal-Artikolu 6a ta’ Nru 3864/2010, u l-allokazzjoni tal-bilanċ tad-defiċit tal-kapital lid-detenturi ta’ strumenti kapitali u obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu “National Bank of Greece SA” soġġetti għall-miżuri ta’ dan l-Artikolu 6 A hawn fuq, qabel l-għoti ta’ Għajnuna mill-Istat lill-istituzzjoni ta’ kreditu msemmija hawn fuq mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja.

a.

L-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri għandha l-għan li tipproteġi interess pubbliku prevalenti, bil-ħsieb li jiġi evitat tfixkil sinifikanti għall-ekonomija b’konsegwenzi negattivi għaċ-ċittadini minħabba l-kapitalizzazzjoni tal-imsemmi bank u sabiex l-għajnuna mill-Istat tkun l-inqas possibbli, dawk il-miżuri huma skont Artikolu 6 A ta’ l. 3864/2010, bħala miżuri ta’ riorganizzazzjoni ta’ art. 3 tal-Liġi 3458/2006 u l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE.

b.

Kwalunkwe persuna li għandha interess leġittimu tista’ tressaq appell ta’ annullament kontra dan l-Att tal-Kabinett quddiem il-Council of State, 47- 49 Panepistimiou str, Postal Code 105 64 Athens, fi żmien sittin (60) jum kalendarju li jibdew minn l-għada tal-pubblikazzjoni tal-Att tal-Kabinett fil-Gazzetta tal-Gvern (7-12-2015), skont id-dispożizzjonijiet tal-Art. 46 ta’ pd 18/1989.