|
24.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 353/6 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2015/C 353/05)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TAL-ORIĠINI PROTETTA/INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“KARLOVARSKÝ SUCHAR”
Nru UE: CZ-PGI-0105-01344 – 15.6.2015
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Grupp applikanti u interess leġittimu
|
Karlovarská pekárna Trend s.r.o. |
|
Slepá 517/1 |
|
360 05 Karlovy Vary |
|
ČESKÁ REPUBLIKA |
|
Tel. +420 774455807 |
|
Posta elettronika: jaros@karlovarskapekarna.cz |
L-interess leġittimu jirriżulta mill-fatt li l-applikant huwa l-uniku produttur fiż-żona; ara t-test għal aktar dettalji.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Ir-Repubblika Ċeka
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
— |
☐ |
Isem il-prodott |
|
— |
☒ |
Deskrizzjoni |
|
— |
☐ |
Żona ġeografika |
|
— |
☒ |
Prova ta’ oriġini |
|
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
— |
☒ |
Rabta |
|
— |
☐ |
Tikkettar |
|
— |
☐ |
Oħrajn (għandu jiġi ppreċiżat) |
4. Tip ta’ emenda/i
|
— |
☒ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
— |
☐ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
5. Emenda/i
I. Deskrizzjoni tal-prodott:
Fis-seba’ paragrafu tal-punt 4.2 tal-Ispeċifikazzjoni “Karatteristiċi fiżikokimiċi”, is-sentenza “Valuri medji għal kull 100 g tal-prodott - Karlovarský suchar special” tinbidel b’din, “Kwantitajiet minimi ta’ kostitwenti għal kull 100 g tal-prodott: ‘Karlovarský suchar special’”: Iċ-ċifri għad-diversi kostitwenti huma emendati kif ġej:
Materja niexfa: min. 90 g;
Proteini: min. 10 g;
Xaħam: min. 1,7 g;
Karboidrati: min. 64,1 g;
Valur enerġetiku: 1 400-1 570 kJ
Il-punt 3.2 tad-Dokument Uniku huwa fformulat skont dan.
II. Fit-tmien paragrafu tal-punt 4.2 tal-Ispeċifikazzjoni, is-sentenza “Valuri medji għal kull 100 g tal-prodott - Karlovarský suchar dietní” tinbidel b’din, “Kwantitajiet minimi ta’ kostitwenti għal kull 100 g tal-prodott: ‘Karlovarský suchar dietní’”: Iċ-ċifri għad-diversi kostitwenti huma emendati kif ġej:
Materja niexfa: min. 90 g;
Proteini: min. 10 g;
Xaħam: min. 1,5 g;
Karboidrati: min. 63,9 g;
Valur enerġetiku: 1 370-1 550 kJ
Fl-għaxar paragrafu “Karatteristiċi mikrobijoloġiċi” tal-punt 4.2, il-kelma “ferm” titħassar mit-tielet sentenza, “Fil-parametri kollha r-riżultati huma negattivi jew ferm taħt in-norma.” Il-ħames sentenza “Il-karatteristiċi mikrobijoloġiċi tal-prodott iridu jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament: id-Digriet Nru 132/2004 Coll., dwar rekwiżiti mikrobijoloġiċi għall-ikel, il-metodu ta’ kontroll u evalwazzjoni.” tinbidel b’din, “Il-karatteristiċi mikrobijoloġiċi tal-prodott iridu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”
Fil-ħdax-il paragrafu tal-punt 4.2, “Karlovarský suchar special:”, jitħassar il-kliem “ilma tax-xorb” u “melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary”.
Fit-tlettax-il paragrafu tal-punt 4.2, is-sentenza “Dawn huma kkummerċjalizzati fi kraten tal-200 g.” tinbidel b’din, “Dawn huma kkummerċjalizzati f’imballaġġi ta’ piżijiet differenti.”
Il-punti 3.2 u 3.3 tad-Dokument Uniku huma fformulati skont dan.
Il-valuri speċifikati għall-kwantitajiet tad-diversi kostitwenti ta’ Karlovarský suchar special u ta’ Karlovarský suchar dietní jiġu sostiwiti b’livell ogħla ta’ kontenut minimu ta’ materja niexfa u b’livell aktar baxx ta’ kontenuti minimi ta’ xaħam u ta’ zokkor.
Il-kontenut minimu ogħla ta’ materja niexfa huwa r-riżultat ta’ titjib fit-teknoloġija tal-ħażna u tat-trasport, li jfisser li l-prodott ma jassorbix umdità addizzjonali. Il-kontenuti aktar baxxi ta’ zokkor u ta’ xaħam huma dovuti għal rekwiżiti djetetiċi moderni, billi l-biskuttelli jitqiesu u huma użati bħala ikel djetetiku. Il-kontenuti mnaqqsa ta’ xaħam u ta’ zokkor irriżultaw f’inqas valur enerġetiku, speċjalment fil-każ ta’ Karlovarský suchar dietní. Il-firxiet indikati oriġinarjament għall-kostitwenti varji ġew sostitwiti b’ammonti minimi preskritti minħabba s-simplifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll, u normalment ma hemmx żieda sinifikanti f’dawn il-valuri għaliex irid jinżamm il-valur enerġetiku speċifikat hawn fuq.
III. Prova ta’ oriġini
Jeħtieġ li jsiru diversi emendi minuri fil-punt 4.4 tal-Ispeċifikazzjoni.
Fit-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu, jitħassar il-kliem “melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary”.
L-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu hija emendata: “Verifika interna tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet issir darba kull sitt xhur minn teknologu tal-kumpanija.” tinbidel b’din, “Verifika interna tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni ssir minn teknologu tal-kumpanija skont l-HACCP.”
Fit-tieni sentenza tat-tielet paragrafu, jitħassar il-kliem “punti kritiċi”.
Fil-ħames paragrafu “Punti ta’ kontroll individwali”, taħt “l-għarbiel tad-dqiq”, jitħassar il-kliem “verifiki fiżiċi”. L-inċiż “- it-tidwib tax-xaħam (verifiki viżwali għal impuritajiet)” jitħassar ukoll minn dan il-paragrafu.
Fis-sitt paragrafu “Dispożizzjonijiet Prinċipali”, il-kliem “skont id-Digrieti implimentattivi Nri 852/2004 u 178/2002” jinbidel bil-kliem “b’konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ”.
Fis-seba’ paragrafu “Kontroll mikrobijoloġiku”, l-ewwel sentenza “Jintbagħtu kampjuni għal analiżi mikrobijoloġika tal-inqas darba fis-sena.” tinbidel b’din “Jintbagħtu kampjuni għal analiżi mikrobijoloġika, skont is-sistema HACCP.” Fir-raba’ sentenza, titħassar il-kelma “ferm”. Il-ħames sentenza “Il-karatteristiċi mikrobijoloġiċi tal-prodott iridu jkunu konformi ma’ dan id-digriet implimentattiv: id-Digriet Nru 132/2004 Coll., dwar rekwiżiti mikrobijoloġiċi għall-ikel, il-metodu għall-kontroll u l-evalwazzjoni.” tinbidel b’din, “Il-karatteristiċi mikrobijoloġiċi huma vvalutati abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.”
Il-verifika interna tal-konformità mal-proċess teknoloġiku u tal-ispeċifikazzjoni tinbidel u ssir monitoraġġ kontinwu tal-HACCP.
Il-verifiki tat-tidwib tax-xaħam tħassru minħabba li l-produzzjoni tal-materja prima ġiet modernizzata u l-produtturi u l-fornituri jiggarantixxu l-kwalità tal-prodott permezz ta’ ċertifikati ta’ kwalità.
IV. Metodu ta’ produzzjoni
Jeħtieġ li jsiru diversi modifiki minuri fil-punt 4.5 tal-Ispeċifikazzjoni.
Fit-tieni paragrafu, jitħassar il-kliem fil-parentesi “Melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary”.
Titħassar is-sentenza “Il-melħ sprudel ta’ Karlovy Vary huwa taħlita ta’ sodju u sulfat tal-potassju u karbonat tal-idroġenu tas-sodju.”
Fil-ħames paragrafu “Taħlit”, it-tieni u t-tielet sentenzi “Wara ż-żieda tal-ingredjenti, il-materja prima titħallat f’reċipjent tal-għaġna bl-ilma sħun, it-temperatura tal-fermentazzjoni hija ta’ madwar 27 C. Wara dan, l-għaġina titħallat f’column beater għal madwar seba’ minuti sakemm tikseb konsistenza moderatament iebsa u titħalla toqgħod f’temperatura ta’ bejn 27 °C u 30 °C; l-għaġina trid toqgħod għal madwar 60 - 80 minuta.” jinbidlu b’dawn, “Wara ż-żieda tal-ingredjenti, il-materja prima titħallat bl-ilma f’reċipjent tal-għaġna. Wara dan titħallat għaġina moderatament iebsa f’column beater u mbagħad trid toqgħod f’temperatura ta’ bejn 20 °C u 30 °C; l-għaġina trid toqgħod għal bejn 20 u 40 minuta.”
Fis-sitt paragrafu “Separazzjoni”, is-sentenza “Wara li tkun tħalliet toqgħod l-għaġina titqatta’ f’biċċiet ta’ bejn 1,10 u 1,15 kg fil-piż, li jiġu ffurmati f’għamliet tal-ħobż u jitqiegħdu f’forom bix-xaħam (tiswir f’forom).” tinbidel b’din, “Wara li tkun tħalliet toqgħod l-għaġina tiġi ffurmata f’ħobżiet li mbagħad jiġu maqtugħin u mqiegħda f’forom bix-xaħam (tiswir f’forom).”
Fis-seba’ paragrafu “Teħmir”, is-sentenza “Il-ħobżiet jitħallew jogħlew għal madwar 60 minuta f’temperatura ta’ fermentazzjoni ta’ bejn 35 °C sa 40 °C u f’umdità relattiva ta’ bejn 70 % u 75 %.” tinbidel b’din, “Il-ħobżiet jitħallew jogħlew għal madwar 60 minuta f’temperatura tal-forn ta’ bejn 35 °C u 40 °C u f’umdità ta’ bejn 70 % u 80 %.”
Fit-tmien paragrafu “Sajran”, is-sentenza “Wara li jkunu għolew, il-ħobżiet jitqiegħdu f’forom bla kopertura f’forn tal-istimjar f’temperatura ta’ bejn 220 °C u 230 °C, jissajru għal bejn 35 u 45 minuta f’temperatura ta’ minn 280 °C sa 300 °C.” tinbidel b’din, “Wara li jkunu għolew, il-ħobżiet jitqiegħdu f’forom koperti f’forn tal-istimjar jew f’forn rotanti f’temperatura ta’ bejn 220 u 230 °C, u jitħallew isiru għal bejn 35 u 45 minuta f’temperatura ta’ minn 280 °C sa 300 °C.”
Fl-għaxar paragrafu “Tqattigħ”, is-sentenza “Il-ħobżiet jitqattgħu fuq taljatur f’biċċiet tal-ħxuna ta’ 13,5 mm.” tinbidel b’din, “Il-ħobżiet jitqattgħu fuq taljatur.”
Fil-ħdax-il paragrafu “Xiwi”, is-sentenza “Il-biċċiet jitqiegħdu direttament fuq pjastru tax-xiwi u jiġu mixwija għal 12-il minuta f’temperatura ta’ ġewwa ta’ bejn 200 °C u 210 °C u f’temperatura tal-burner ta’ bejn 280 °C u 300 °C” tinbidel b’din, “Il-biċċiet jitqiegħdu orizzontalment fuq pjastru tax-xiwi jew fuq karti tas-sajran u jinxtwew għal bejn 8 minuti u 12-il minuta f’temperatura ta’ ġewwa ta’ bejn 200 °C u 210 °C.”
Fit-tnax-il paragrafu “Tkessiħ u imballaġġ”, is-sentenzi “Wara x-xiwi, il-biċċiet jitqiegħdu f’krejts u, meta jkunu tkessħu kompletament, jitgeżwru fil-fojl tal-aluminju b’karta protettiva. Il-biskuttelli ppakkjati jitqiegħdu f’kaxxi stampati żgħar tal-kartun, li mbagћad jiġu ppakkjati f’kaxxi kbar tal-kartun. Il-prodott jiżen 200 g, b’tolleranza ta’ -7 %.” jinbidlu b’din, “Il-biċċiet mixwija jitqiegħdu fuq l-ixkafef u, meta jkunu tkessħu kompletament, jiġu ppakkjati fil-fojl b’tikketta imwaħħla jew fil-fojl stampat, jew f’kaxxi tal-kartun ta’ użin differenti.”
Il-punt 3.4 tad-Dokument Uniku huwa fformulat skont dan.
Fir-rigward tat-tħassir tar-referenza għall-melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary fit-tieni paragrafu, ara l-Ġustifikazzjoni għall-emendi fil-parti V.
Billi t-temperatura tal-materja prima użata u l-kwantità ta’ għaġina mħallta mhumiex dejjem l-istess, il-parametri rigward it-temperatura tal-ilma, il-fermentazzjoni, it-taħlit, it-temperatura tal-għaġina u l-ħin kemm iddum toqgħod l-għaġina huma emendati.
Rigward il-qtugħ, titħassar ir-referenza għall-ħxuna għax din tiddependi fuq id-daqs tal-laned tal-forn użati.
Rigward il-fermentazzjoni, tiżdied l-informazzjoni dwar l-umdità minħabba li jintużaw laned tal-forn koperti. Jeħtieġ livell pjuttost għoli ta’ umdità biex l-għaġina tkun tista’ togħla kif xieraq fil-laned tal-forn koperti.
Meta tinħema, l-għaġina għandha titqiegħed fil-laned tal-forn magħluqin sabiex jiġi żgurat li meta jinqatgħu d-dimensjonijiet tal-biċċiet jibqgħu l-istess. Bis-saħħa tal-avvanzi fid-disinn tal-fran, tip ta’ forn ieħor possibbli, jiġifieri forn rotanti, jissemma wkoll. It-temperatura tal-forn hija ogħla minħabba li t-temperatura taqa’ b’madwar 10 °C meta l-fwar jiġi introdott fil-kompartiment tal-ħami tal-fran użati. It-temperatura tas-sajran hija emendata minħabba li t-tagħmir modernizzat huwa aktar effiċjenti filwaqt li tintuża inqas enerġija, element li jagħmel il-proċess aktar ekonomiku u aktar ekoloġiku.
Għat-tqattigħ, titħassar ir-referenza għall-ħxuna tal-biċċiet, billi din ma għandha l-ebda impatt fuq il-kwalità tal-prodott li tirriżulta.
Għax-xiwi, issa qed jintużaw fran aktar moderni. Il-fran bil-conveyor-belt issa jintużaw biss f’każijiet rari filwaqt li t-trejs tal-forn jintużaw fi fran rotanti. Il-ħin kemm idumu jinxtwew huwa emendat għaliex jiddependi fuq il-kwantità tal-biskuttelli li qed jinxtwew. Titħassar ir-referenza għat-temperatura tal-burners, billi din ma għandha l-ebda impatt fuq il-kwalità tal-prodott li tirriżulta.
Dwar l-imballaġġ, tħalliet varjazzjoni akbar sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet differenti tal-konsumaturi.
V. Rabta
L-aħħar sentenza tat-tieni paragrafu tal-punt 4.6 “Rabta” tal-Ispeċifikazzjoni, “Il-kwalità tal-prodott ġejja mill-użu tal-materja prima lokali (l-ilma ta’ Karlovy Vary, il-melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary), u minn tradizzjonijiet lokali u l-esperjenza umana.” tinbidel b’din, “Il-kwalità tal-prodott ġejja mill-użu tal-materja prima lokali (l-ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary), u minn tradizzjonijiet lokali u mill-esperjenza umana.”
L-ewwel sentenza tat-tielet paragrafu, “Il-prodott fih l-ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary u, fil-każ ta’ Karlovarský suchar special, melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary.” tinbidel b’din, “Il-prodott fih l-ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary.” Fl-aħħar sentenza ta’ dan il-paragrafu, jitħassar il-kliem “melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary”.
Il-punt 5 tad-Dokument Uniku huwa fformulat skont dan.
Meta tfasslet l-ispeċifikazzjoni oriġinali, il-melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary kien jiġi manifatturat permezz ta’ teknoloġija speċifika, jiġifieri n-nanofiltrazzjoni, li ma għadhiex tintuża. Il-melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary issa għandu parametri differenti, billi huwa prodott b’mod intermittenti u b’metodi differenti. Għaldaqstant jidher xieraq li il-melħ min-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary u s-sustanzi li fih jinbidlu għal ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary mingħajr iż-żieda ta’ ilma tax-xorb. Dan bl-ebda mod ma jaffettwa t-togħma jew karatteristiċi oħra tal-prodott.
DOKUMENT UNIKU
“KARLOVARSKÝ SUCHAR”
Nru UE: CZ-PGI-0105-01344 – 15.6.2015
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Titolu
“Karlovarský suchar”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Ir-Repubblika Ċeka
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Grupp 2.4: prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Bħalissa jiġu produtti żewġ varjetajiet ta’ “Karlovarský suchar”: “Karlovarský suchar special” u “Karlovarský suchar dietní”
Forma: biċċiet maqtugħin minn forma ta’ ħobż, għamla regolari li tikkorrispondi għal-landa li fiħ inħema l-prodott;
Dehra: poruż b’mod uniformi, moħmi tajjeb, nadif, frisk, imnixxef sew; ma għandux jinħaraq u ma jridx ikun fih oġġetti barranin.
Kulur: kannella dehbi, iżda mhux skur.
Togħma: togħma delikata moħmija; il prodott la għandu jkollu togħma morra jew qarsa u lanqas ma għandu jkollu xi togħma barranija.
Riħa: ir-riħa normali ta’ prodotti tal-furnara; ma għandux ikun skadut jew ikollu riħa barranija.
Karatteristiċi fiżikokimiċi:
Kwantitajiet minimi ta’ kostitwenti għal kull 100 g ta’ prodott - “Karlovarský suchar special”
Materja niexfa: min. 90 g;
Proteini: min. 10 g;
Xaħam: min. 1,7 g;
Karboidrati: min. 64,1 g;
Valur enerġetiku: 1 400-1 570 kJ
Kwantitajiet minimi ta’ kostitwenti għal kull 100 g ta’ prodott - “Karlovarský suchar dietní”
Materja niexfa: min. 90 g;
Proteini: min. 10 g;
Xaħam: min. 1,5 g;
Karboidrati: min. 63,9 g;
Valur enerġetiku: 1 370-1 550 kJ
Il-prodotti jitqiegħdu fis-suq ippakkjati f’fojl b’tikketta mwaħħla jew f’fojl stampat, jew f’kaxxi tal-kartun ta’ piżijiet differenti.
3.3. Għalf għall-annimali (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
“Karlovarský suchar special”: dqiq tal-qamħ, ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary, dqiq li jtejjeb, zokkor, xaħam veġetali solidu, ħmira, melħ tat-tisjir, isfar tal-bajd imnixxef.
“Karlovarský suchar dietní”: dqiq tal-qamħ, ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary, ilma tax-xorb, dqiq li jtejjeb, xaħam veġetali solidu, ħmira, melħ tat-tisjir.
L-ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary huwa tat-tip bikarbonat-kubrit-sodju-klorur b’mineralizzazzjoni totali ta’ madwar 6,45 g/l u b’kontenut ta’ minerali ta’ 560 - 980 mg/l.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-materja prima prinċipali (l-ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary) tinkiseb miż-żona definita. L-ipproċessar tal-materja prima u l-istadji kollha ta’ produzzjoni jseħħu fiż-żona definita.
Il-proċess ta’ produzzjoni għal “Karlovarský suchar” huwa kif ġej:
L-għaġina tiġi ppreparata b’taħlit dirett (straight-dough). Wara li titkejjel il-materja prima, l-ingredjenti jitħalltu kollha flimkien bl-ilma f’reċipjent tal-għaġna. Wara dan, jinħadmu f’column mixer sakemm tissawwar għaġina moderatament iebsa, li titħalla toqgħod. Wara li tkun tħalliet toqgħod, l-għaġina tiġi ffurmata permezz ta’ diviżur f’ħobżiet, li jinqasmu f’biċċiet u jitqiegħdu f’laned tal-form bix-xaħam sakemm joqogħdu kompletament. Wara jkunu qagħdu, il-ħobżiet jitqiegħdu f’laned koperti f’forn li jaħdem bl-istim jew fi forn rotanti, biex isiru. Wara s-sajran, il-prodotti jinħarġu mil-laned tagħhom u jitqiegħdu fuq karrijiet biex jibidru. Imbagħad jitqattgħu f’biċċiet b’taljatur, jitpoġġew fuq pjanċi tax-xiwi jew fuq trejs tal-forn, u jinxtwew. Wara x-xiwi, il-biċċiet jitqiegħdu fuq xkafef u meta jiksħu kompletament jiġu ppakkjati.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat
Il-prodott għandu jiġi ppakkjat fis-sit tal-produzzjoni. Dan huwa minħabba l-fraġilità tiegħu u l-fatt li faċilment jassorbi l-umdità ambjentali, kif ukoll biex it-traċċabbiltà tal-prodott tittejjeb.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih qed tirreferi d-denominazzjoni
L-isem “Karlovarský suchar” għandu jidher fuq l-imballaġġ. L-ebda rekwiżit speċifiku dwar it-tikkettjar huwa stabbilit fir-rigward tal-pożizzjonament, tal-kitba, tal-kulur, eċċ.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tar-reġjun ta’ Karlovy Vary, bil-konfini tal-muniċipalitajiet ta’ Karlovy Vary– Šemnice – Kyselka – Velichov – Ostrov – Hroznětín – Mezirolí – Stará Role – Karlovy Vary, b’dawk il-muniċipalitajiet inklużi.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika definita hija storikament marbuta mat-turiżmu tal-ispa u man-nixxiegħat u l-ilmijiet termali. L-ilma ta’ Karlovy Vary huwa magħruf u uniku minħabba l-kratteristiċi tiegħu u jiġi min-nixxiegħat termali ta’ Karlovy Vary, li huma fost dawk l-aktar importanti u l-aktar magħrufa fid-dinja. Il-fatt li s-sorsi joħorġu fil-post preċiż imsemmi huwa dovut għal qsim fil-qoxra tad-dinja u għall-intersezzjoni ta’ xquq sinifikanti fiż-żona tal-madwar ta’ Karlovy Vary.
Karlovarský suchar huwa speċifiku minħabba, b’mod partikolari r-reputazzjoni tiegħu u minħabba t-tradizzjoni li ilha stabbilita għal żmien twil tal-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita ta’ Karlovy Vary, minħabba il-freskezza tiegħu, minħabbli li jiffaċilita d-diġestjoni u minħabba l-benefiċċji djetetiċi tiegħu.
Għal għexieren ta’ snin, il-produttur uża l-metodu tradizzjonali ta’ produzzjoni tal-Karlovarský suchar biss fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4. Il-Karlovarský suchar huwa prodott meqjus bħala parti mill-karatteristika lokali ta’ Karlovy Vary flimkien mat-trattament fi spa u l-ilma minerali, u jikkontribwixxi għar-reputazzjoni ta’ dan l-ispa.
Il-Karlovarský suchar fih l-ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary, li jrid ikun frisk. L-ilma tan-nixxiegħa termali ta’ Karlovy Vary itejjeb u jiffaċilita l-assorbiment u d-diġestjoni intestinali.
Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ta’ Karlovy Vary u l-Karlovarský suchar tista’ titqies b’rabta storika bejn il-produzzjoni ta’ Karlovarský suchar fiż-żona ġeografika definita u l-użu tal-ilma minerali lokali fil-produzzjoni tiegħu. Karlovy Vary huwa spa magħruf ferm għall-ilmijiet tan-nixxiegħa li jfejqu. Barra minn hekk, hemm tradizzjoni li ilha għal ħafna żmien - u għalhekk in-nies tal-lokal għandhom l-esperjenza fil-produzzjoni tal-Karlovarský suchar, li jintuża fi programmi djetetiċi bħala parti minn trattament fi spa.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament)
http://www.upv.cz/dms/vestnik/vestnik_spolecny/2014/vestnik_50-2014.pdf#page=143
Gazzetta Uffiċjali Nru 50, 10.12.2014, p. 143 et seq).
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.