29.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/7 |
Avviż dwar id-dazji antidumping u kompensatorji definittivi imposti fuq l-importazzjonijiet tal-moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: il-bdil tal-isem ta’ kumpanija suġġetta għal impriża
(2015/C 286/06)
L-impenn offrut fil-qafas ta’ proċedimenti antidumping u antisussidji dwar l-importazzjonijiet tal-moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ġie aċċettat mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE (1).
Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd, kodiċi addizzjonali TARIC B893 (flimkien maż-żewġ kumpaniji relatati tagħha, li isimhom jibqa’ l-istess), li l-impenn tagħha ġie aċċettat bid-Deċiżjoni 2013/707/UE, innotifikat lill-Kummissjoni li bidlet isimha għal China Machinery Engineering Wuxi Co. Ltd.
Il-kumpanija argumentat li l-bdil ta’ isimha ma jaffettwax id-dritt tagħha li tkompli tibbenefika mir-rati tad-dazju individwali li qabel kienu japplikaw għal Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd.
Il-Kummissjoni eżaminat it-tagħrif mogħti lilha u kkonkludiet li l-bidla fl-isem ma taffettwa bl-ebda mod is-sejbiet tad-Deċiżjoni 2013/707/UE.
Għalhekk, ir-referenza fl-Anness tad-Deċiżjoni 2013/707/UE għal:
Wuxi Taichang Electronic Co., Ltd Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co., Ltd. Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co., Ltd. |
B893 |
għandha tinbidel għal:
Wuxi Taichang Electronic Co., Ltd China Machinery Engineering Wuxi Co. Ltd Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co., Ltd. |
B893 |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC B893, li qabel kien ta’ Wuxi Machinery & Equipment Import & Export Co. Ltd u ż-żewġ kumpaniji relatati tagħha għandu japplika għal China Machinery Engineering Wuxi Co. Ltd u u għaż-żewġ kumpaniji relatati tagħha.
(1) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.