4.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 76/1


NOTI TA' SPJEGA GĦAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA TAL-UNJONI EWROPEA

(2015/C 076/01)

Publikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 9 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1)

SOMMARJU

Prefazjoni 9

A.

Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda 11

Ċ.

Regoli ġenerali applikabbli kemm għal nomenklatura kif ukoll għal dazji 11

Taqsima I

Annimali ħajjin; prodotti minn annimali

1

Annimali ħajjin 13

2

Laħam u ġewwieni li jittiekel 16

3

Ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akwatiċi oħrajn 30

4

Prodotti tal-ħalib; bajd tat-tjur; għasel naturali; prodotti tajbin għall-ikel ġejjin minn annimali, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra 37

5

Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra 41

Taqsima II

Prodotti veġetali

6

Siġar ħajjin u pjanti oħrajn; basal, għeruq u bħalhom; fjuri maqtugħin u weraq ornamentali 43

7

Veġetali u ċerti għeruq u tuberi tajbin għall-ikel 45

8

Frott u ġewż tajbin għall-ikel; qoxra tal-frott taċ-ċitru jew bettieħ 53

9

Kafè, tè, matè u ħwawar 59

10

Ċereali 63

11

Prodotti ta’ l-industrija tat-tħin; Malt; lamti; inulina; glutina tal-qamħ 64

12

Żrieragħ u frott żejtnin; diversi qmuħ, żrieragħ u frott; pjanti industrijali jew mediċinali; tiben u magħlef 67

13

Gommalakka; gomom, rażi, u linef u estratti veġetali oħrajn 71

14

Materjali veġetali tat-trizza; prodotti veġetali li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra 72

Taqsima III

Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xemgħat ta’ annimali jew ħxejjex

15

Xaħmijiet u żjut ta’ annimali jew ħxejjex u prodotti mill-qsim tagħhom; xaħmijiet ippreparati tajbin għall-ikel; xemgħat ta’ annimali jew ħxejjex 73

Taqsima IV

Preparazzjonijiet ta’ l-ikel; xorb, spirti u ħall; tabakk u sostituti manifatturati tat-tabakk

16

Preparazzjonijiet ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċej, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn 78

17

Zokkor u ħelu taz-zokkor 82

18

Kawkaw u preparazzjonijiet tal-kawkaw 85

19

Preparazzjonijiet ta’ ċereali, dqiq, lamtu jew ħalib; prodotti ta’ koki ta’ l-għaġina 87

20

Preparazzjonijiet ta’ ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti 90

21

Preparazzjonijiet diversi tajbin għall-ikel 94

22

Xorb, spirti u ħall 97

23

Fdal u skart mill-industrija ta’ l-ikel; għalf ta’ l-annimali ppreparat 103

24

Tabakk u sostituti manifatturati ta’ tabakk 107

Taqsima V

Prodotti minerali

25

Melħ; kubrit; trabijiet u ħaġar; materjali tat-tikħil, ġir u siment 110

26

Minerali (Ores), gagazza u rmied 114

27

Karburanti minerali, żjut minerali u prodotti tad-distillazzjoni tagħhom; sustanzi bituminużi; xemgħat minerali 116

Taqsima VI

Prodotti ta’ l-industrija kimika jew dawk relatati magħha

28

Kimiċi inorganiċi; komposti organiċi jew inorganiċi ta’ metalli prezzjużi, ta’ elementi kimiċi metalliċi rari (Rare-earth metals), ta’ elementi radjoattivi jew ta’ isotopi 141

29

Kimiċi organiċi 146

30

Prodotti farmaċewtiċi 154

31

Fertilizzanti 158

32

Estratti għall-ikkunzar jew għaż-żbigħ; tannini u derivattivi tagħhom; żebgħa, pigmenti u materjal ieħor taż-żbigħ; żebgħa u verniċi; stokk u gomom oħrajn; linek 160

33

Żjut essenzjali u reżinojdi; preparazzjonijiet ta’ fwejjaħ, kosmetiċi jew tat-twaletta 165

34

Sapun, aġenti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu (Surface-active), preparazzjonijiet għal ħasil, preparazzjonijiet għal lubrikar, xemgħat artifiċjali, xemgħat ippreparati, preparazzjonijiet għal lostrar jew għal għorik, xemgħat u oġġetti simili, pasta għal mudellar, xemgħat dentali (Dental waxes) u preparazzjonijiet dentali b’bażi ta’ġibs 167

35

Sustanzi albuminojdali; lamti modifikati; kolol; enżimi 169

36

Splussivi; prodotti pirotekniċi; sulfarini; ligi piroforiċi; ċerti preparazzjonijiet kombustibbli 171

37

Oġġetti fotografiċi jew ċinematografiċi 172

38

Diversi prodotti kimiċi 175

Taqsima VII

Plastiks u oġġetti tagħhom; gomma u oġġetti tagħha

39

Plastiks u oġġetti tagħhom 183

40

Gomma (lastiku) u oġġetti tagħha 190

Taqsima VIII

Ġlud mhux maħdumin, ġilda, ferijiet u oġġetti magħmulin minnhom; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż ta’ l-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-korda tal-musrana (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir)

41

Ġlud mhux maħdumin (ħlief ferijiet) u ġilda 193

42

Oġġetti tal-ġilda; oġġetti tas-sarraġ u xedd; oġġetti għas-safar, boroż ta’ l-idejn u kontenituri simili; oġġetti tal-musrana ta’ annimali (ħlief musrana tad-dudu tal-ħarir) 198

43

Ferijiet u fer artifiċjali; manifatturi tagħhom 200

Taqsima IX

Injam u oġġetti ta’ l-injam; faħam ta’ l-injam; sufra u oġġetti tas-sufra; manifatturi ta’ tiben, ta’ spartu jew ta’ materjali oħrajn tat-trizza; xogħol tal-qfief u xogħol tal-qasab

44

Injam u oġġetti ta’ l-injam; faħam ta’ l-injam 202

45

Sufra u oġġetti ta’ sufra 209

46

Manifatturi ta’ tibna, ta’ spartu jew materjali oħrajn ta’ trizza; xogħol tal-qfief u xogħol tal-qasab 211

Taqsima X

Polpa ta’ l-injam jew ta’ materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat; karta u kartun u oġġetti magħmulin minnhom

47

Polpa ta’ l-injam jew ta’ materjal ieħor ċellulożiku fibruż; (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat 212

48

Karta u kartun; oġġetti ta’ polpa tal-karta, tal-karta jew tal-kartun 214

49

Kotba stampati, gazzetti, stampi u prodotti oħrajn ta’ l-industrija ta’ l-istampar; manuskritti, testi ttajpjati u pjanti 219

Taqsima XI

Tessuti u oġġetti ta’ tessuti

50

Ħarir 220

51

Suf, xagħar fin jew aħrax ta’ annimali; ħjut u drapp minsuġ minn krin 223

52

Qoton (tajjar) 225

53

Fibri oħrajn ta’ tessuti veġetali; ħjut tal-karta u drappijiet minsuġin minn ħjut tal-karta 226

54

Filamenti magħmulin mill-bniedem; strixxi u oġġetti simili ta’ materjali tessili magħmulin mill-bniedem 227

55

Fibri magħmulin mill-bniedem ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (Staple) 230

56

Materjal tessili artab, feltru u materjali mhux minsuġin; ħjut speċjali; spag, ċwiemi, ħbula u kejbils u oġġetti minnhom 231

57

Twapet u kisi ta’ l-art ieħor ta’ tessuti 232

58

Drappijiet minsuġin speċjali; drappijiet ta’ tessuti bil-bżiebeż; bizzilla; tapizzeriji; aċċessorji; rakkmu 233

59

Drappijiet ta’ tessuti mimlijin b’sustanza oħra (Impregnated), miksijin, mgħottijin jew laminati; oġġetti ta’ tessuti ta’ tip tajjeb għal użu industrijali 235

60

Drappijiet maħdumin bil-labar (Knitted) jew bil-ganċ (Crocheted) 237

61

Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, maħdumin bil-labar (Knitted) jew bil-ganċ (Crocheted) 238

62

Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, mhux maħdumin bil-labar (Knitted) jew bil-ganċ (Crocheted) 248

63

Oġġetti oħrajn manifatturati ta’ tessuti; settijiet; ħwejjeġ li jintlibsu u oġġetti ta’ tessuti li jintlibsu; ċraret 256

Taqsima XII

Ilbies għar-riġlejn, ilbies għar-ras, umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten għall-mixi, bsaten-siġġu, swat, frosti u partijiet tagħhom; rix ippreparat u oġġetti magħmulin minnu; fjuri artifiċjali; oġġetti ta’ xagħar uman

64

Ilbies għar-riġlejn, getti u bħalhom; partijiet ta’ dawn l-oġġetti 257

65

Ilbies għar-ras u partijiet tiegħu 263

66

Umbrelel, umbrelel tax-xemx, bsaten għall-mixi, bsaten-siġġu, swat, frosti u partijiet tagħhom 264

67

Rix u l-ewwel rix (Down) ippreparati u oġġetti magħmulin minn rix jew mill-ewwel rix; fjuri artifiċjali; oġġetti ta’ xagħar uman 265

Taqsima XIII

Oġġetti tal-ġebel, ġibs, siment, asbestos, mika jew materjali simili; prodotti ta’ ċeramika; ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ

68

Oġġetti tal-ġebel, ġibs, siment, asbestos, mika jew materjali simili 266

69

Prodotti ta’ ċeramika 270

70

Ħġieġ u oġġetti tal-ħġieġ 275

Taqsima XIV

Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli miksijin b’metall prezzjuż, u oġġetti tagħhom, ġojjelli artifiċjali; munita

71

Perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż, metalli prezzjużi, metalli miksijin b’metall prezzjuż, u oġġetti tagħhom, ġojjelli artifiċjali; munita 280

Taqsima XV

Metalli ta’ valur baxx u oġġetti ta’ metalli ta’ valur baxx

72

Ħadid u azzar 284

73

Oġġetti ta’ ħadid jew azzar 293

74

Ram u oġġetti tiegħu 302

75

Nikil u oġġetti tiegħu 303

76

Aluminju u oġġetti tiegħu 304

78

Ċomb u oġġetti tiegħu 305

81

Metalli oħrajn ta’ valur baxx; ċermiti; oġġetti tagħhom 306

82

Għodod, tagħmir, pożati, mgħaref u frieket, ta’ metall ta’ valur baxx; partijiet tagħhom ta’ metall ta’ valur baxx 307

83

Taħlita ta’ oġġetti ta’ metall ta’ valur baxx 309

Taqsima XVI

Makkinarju u għodod mekkaniċi; apparat elettriku; partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu l-ħoss; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu stampa u ħoss televiżivi u partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti

84

Reatturi nukleari, kaldaruni (Boilers), makkinarju u għodod mekkaniċi; partijiet tagħhom 311

85

Makkinarju u tagħmir elettriku u partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti 331

Taqsima XVII

Vetturi, biċċiet ta’ l-ajru, bastimenti u tagħmir tat-trasport assoċjat

86

Lokomottivi, magni u vaguni (Rolling stock) u partijiet tagħhom ta’ ferroviji jew ta’ tramm; tagħmir u armar u partijiet tagħhom għal-linji ta’ ferroviji jew ta’ tramm; tagħmir ta’ sinjalar tat-traffiku mekkaniku (inkluż elettro-mekkaniku) ta’ kull tip 357

87

Vetturi ħlief magni u vaguni (Rolling stock) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm; u partijiet u aċċessorji tagħhom 359

88

Inġenji ta’ l-ajru, inġenji ta’ l-ispazju, u partijiet tagħhom 368

89

Bastimenti, dgħajjes u strutturi oħra li jżommu f’wiċċ l-ilma 369

Taqsima XVIII

Strumenti u apparat ottiku, fotografiku, ċinematografiku, għal kejl, għal iċċekkjar, għal preċiżjoni, mediku jew kirurġiku; arloġġi u arloġġi ta’ l-idejn, strumenti mużikali; partijiet u aċċessorji tagħhom

90

Strumenti u apparat ottiku, fotografiku, ċinematografiku, għal kejl, għal iċċekkjar, ta’ preċiżjoni, mediku jew kirurġiku; partijiet u aċċessorji tagħhom 370

91

Arloġġi u arloġġi ta’ l-idejn jew tal-but u partijiet tagħhom 376

92

Strumenti mużikali; partijiet u aċċessorji ta’ oġġetti bħal dawn 377

Taqsima XIX

Armi u munizzjon; partijiet u aċċessorji tagħhom

93

Armi u munizzjon; partijiet u aċċessorji tagħhom 378

Taqsima XX

Oġġetti manifatturati varji

94

Għamara; friex, imtieraħ, irfid għal imtieraħ, kuxxini u tagħmir (furnishing) simili mimli; lampi u tagħmir (fittings) tad-dawl, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; sinjali mdawlin, pjanċi ta’ l-ismijiet imdawlin u simili; bini prefabbrikat 379

95

Ġugarelli, logħob u rekwiżiti ta’ l-sports; partijiet u aċċessorji tagħhom 381

96

Oġġetti manifatturati varji 387

PREFAZJONI

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 fuq in-nomenklatura tat-tariffa u ta’ l-istatistika u fuq it-Tariffa tad-Dwana Komuni (2) stabbilixxa nomenklatura, magħruf bħala n-“Nomenklatura Magħquda” jew mqassra għal “NM”, ibbażata fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali fuq is-Sistema Armonizzata tad-Deskrizzjoni u Kkowdjar tal-Merkanzija (3), magħrufa bħala “is-Sistema Armonizzata” jew imqassra għal “SA”.

L-SA kien supplimentat bin-Noti ta’ Spjega (HSENs) tiegħu stess. Dawn in-noti bl-Ingliż u l-Franċiż jinħarġu u jinżammu aġġornati mill-:

WORLD CUSTOMS ORGANIZATION (WCO)

Customs Cooperation Council (CCC),

30, rue du Marché,

B-1210 Brussels

Bis-saħħa ta’ Artiklu 9, paragrafu 1 (a), tieni indent, tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tal-Kummissjoni il-Kummissjoni taddotta Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda (CNENs) wara konsiderazzjoni mit-Taqsima tan-Nomenklatura tat-Tariffa u ta’ l-Istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana. Għalkemm is-CNENs jistgħu jirreferu għall-HSENs, dawn ma jieħdux post dawn ta’ l-aħħar iżda għandhom jitqiesu bħala żieda magħhom u għandhom jintużaw flimkien magħhom.

Din il-verżjoni tas-CNENs tinkludi u, fejn xieraq, tissostitwixxi dawk pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje Ċ, sal-16 ta’ Settembru 2014 (4). CNENs pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, serje Ċ, sussegwenti għal dik id-data jibqgħu fis-seħħ u ikunu inkorporati fis-CNENs meta dawn ikunu reveduti.

Bħala żieda, il-kodiċi tat-titlu u s-subtitlu NM li għalihom issir referenza jirriflettu dawk il-kodiċi fin-Nomenklatura Maqgħquda għall-2015 kif stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 (5).

Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar “Linji gwida dwar il-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda tal-oġġetti ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut f’settijiet” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C (6).

A. Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda

Regola ġenerali 5 (b)

Kontenituri għall-ippakkjar normalment użati għal xorb, ġamm, mustarda, ħwawar, eċċ., għal negozju, għandhom jkunu klassifikati ma’ l-oġġetti li jkunu fihom anke’ jekk jidher b’mod ċar li dawn tajbin għal użu repettitiv.

 

Ċ. Regoli ġenerali applikabbli kemm għal nomenklatura kif ukoll għal dazji

Regola ġenerali 3

1.

F’artiklu 18 (1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 2913/92 (7), kull ġurnata oħra ħlief il-festi pubbliċi tas-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, u Sibtijiet u Ħdud, huma “ġranet ta’ xogħol”.

2.

Fejn l-ebda rata m’hija ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-ġurnata ta’ qabel ta’ l-aħħar ta’ xogħol tax-xahar jew il-ġurnata ta’ qabel ta’ l-aħħar ta’ xogħol qabel il-ħmistax tax-xahar, ir-rata msemmija f’Artiklu 18 (1) tar-Regolament t’hawn fuq għal konverżjoni ta’ l-ewro fil-muniti nazzjonali għandha tkun l-aħħar rata pubblikata qabel il-ġurnata ta’ qabel ta’ l-aħħar ta’ xogħol tax-xahar jew qabel il-ħmistax.

TAQSIMA I

ANNIMALI ĦAJJIN; PRODOTTI MINN ANNIMALI

KAPITLU 1

ANNIMALI ĦAJJIN

0101

Żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib

0101 29 10 u 0101 29 90

Żwiemel

Żwiemel slavaġ, bħaż-żiemel Przewalski jew tarpan (żiemel Mongoljan, huma inklużi f'dawn is-subtitli. Madanakollu, żebri (Equus zebra, Equus greyvi, Equus burchelli, Equus quagga, eċċ.) huma klassifikati fis-subtitlu 0106 19 00 għalkemm dawn jagħmlu parti mill-familja ekwideja.

Ibridi ta' debba u żebru (zebrule) huma klassifikati fis-subtitlu 0106 19 00.

0101 30 00

Ħmir

Kemm ħmir domestiċi kif ukoll ħmir mhux domestiċi jaqgħu f'dan is-subtitlu. Fost dawn ta' l-aħħar huma djiggetai Mongoli, il-ħmar salvaġġ Tibetjan, l-onagru u l-hemione jew nofs-ħmar (Equus hemionus).

Ibridi tal-ħmar u ż-żebra (żebrass) huma klassifikati fis-subtitlu 0106 19 00.

0101 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-annimali deskritti fl-ewwel paragrafu tan-Noti ta' Spjega SA għal titlu 0101.

0102

Annimali ta' l-ifrat ħajjin

0102 21 10 sa 0102 29 99

Frat

Dawn is-subtitli jinkludu l-annimali deskritti fin-Noti ta' Spjega SA għal titlu 0102, l-ewwel paragrafu, (1).

Il-gniedes għandhom 14-il par kustilja, filwaqt li l-annimali l-oħra kollha tal-ispeċi tal-ifrat (bl-eċċezzjoni tal-biżonti Ewropej u Amerikani) għandhom biss 13-il par kustilja.

0102 31 00 sa 0102 39 90

Buflu

Dawn is-subtitli jinkludu l-annimali deskritti fin-Noti ta' Spjega SA għal titlu 0102, l-ewwel paragrafu, (2).

Il-biżun Ewropew (Bison bonasus) u l-biżun Amerikan (Bison bison) għandhom 14-il par kustilja, filwaqt li l-annimali l-oħra kollha tal-ispeċi tal-ifrat (bl-eċċezzjoni tal-gniedes) għandhom biss 13-il par kustilja.

0102 39 10

Speċi domestiċi

Dan is-subtitlu tkopri l-annimali kollha tal-ispeċi domestika tal-ifrat tal-ġeneru Bubalus, irrispettivament mill-użu intiż tagħhom (stokk, tkabbir, tismin, trobbija, qatla, eċċ.), iżda esklużi annimali ta' razza pura għar-razza (subtitlu 0102 31 00).

0102 39 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu tkopri l-annimali tal-ifrat tal-ġenera Syncerus u Bison, iżda esklużi annimali ta' razza pura għar-razza (subtitlu 0102 31 00).

0102 90 20 sa 0102 90 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu l-annimali deskritti fin-Noti ta' Spjega SA għal titlu 0102, l-ewwel paragrafu, (3).

0102 90 91

Speċi domestiċi

Dan is-subtitlu tkopri l-annimali kollha tal-ispeċi domestika tal-ifrat li mhumiex inklużi hawn fuq, irrispettivament mill-użu intiż tagħhom (stokk, tkabbir, tismin, trobbija, qatla, eċċ.), iżda esklużi annimali ta' razza pura għar-razza (subtitlu 0102 90 20).

0103

Majjali ħajjin

0103 91 90

Oħrajn

Majjali ħajjin ta' speċi mhux domestika jinkludu:

1.

majjal selvaġġ (Sus scrofa);

2.

qżieqeż salvaġġi Afrikani (Phacochoerus aethiopicus), ħnieżer tax-xmara jew ħnieżer taċ-ċriev (Potamochoerus porcus) u l-majjal tal-foresta sewda;

3.

babirussa (Babyrousa babyrussa);

4.

pekari (majjal selvaġġ) (Dicotyles tajacu).

0103 92 90

Oħrajn

Ara n-Nota ta' Spjega għal subtitlu 0103 91 90.

0104

Nagħaġ u mogħoż ħajjin

0104 10 10 sa 0104 10 80

Nagħaġ

Dawn is-subtitli jinkludu annimali domestiċi ta' l-ispeċi tan-nagħaġ ovine (Ovis aries), il-varjetajiet differenti ta' muflun, bħall-muflun Ewropew (Ovis musimon), il-Kanadiż jew “big horn” (Ovis canadensis), l-Asjatiku jew Shapoor urjal (Ovis orientalis), il-mufflun Pamir argali (Ovis ammon) kif ukoll in-nagħaġ Aoudad jew Barbary (Ammotragus lervia) li huma magħrufin bħala “nagħaġ bil-kriniera” għalkemm iżjed jixbaħ lill-mogħoż milli lin-nagħaġ.

0104 20 10 u 0104 20 90

Mogħoż

Dawn is-subtitli jinkludu annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-mogħoż, il-mogħża tal-barr (Capra ibex) u l-mogħża Bezoar jew il-mogħża Persjana (Capra aegagrus jew Capra hircus).

Dawn li ġejjin, madanakollu, huma esklużi minn dawn is-subtitli u huma klassifikati fis-subtitlu 0106 19 00: iċ-ċerva tal-misk (Moschus moschiferus), ix-xevrotin ta’ l-ilma (Hyemoschus) u x-xevrotin Asjatiku (Tragulus) li ma jagħmlux parti mill-ispeċi tal-mogħoż. Esklużi wkoll huma annimali magħrufin bħala antilopi mogħoż (hemitragues (nofs-mogħoż), kamoxxa, eċċ.).

0105

Tjur ħajjin, jiġifieri, tjur ta' l-ispeċi Gallus domesticus , papri, wiżż, dundjani u farawni

Dan it-titlu jkopri biss għasafar domestiċi ħajjin ta' l-għamliet speċifikati fit-titlu (tajr ta' l-ispeċi Gallus domesticus inklużi tiġieġ u ħasi), kemm jekk mrobbijin biex ibidu, jew għal-laħam tagħhom, jew għar-rix tagħhom jew għal kwalunkwe skop ieħor (pereżempju, għall-ħażna ta' guvi, parkijiet jew għadajjar).

Għasafar selvaġġi (pereżempju, dundjani selvaġġi — Meleagris gallopavo), għalkemm dawn ikunu trabbew u inqatlu b'manjiera simili bħall-għasafar domestiċi speċifikati f'dan it-titlu, huma klassifikati fis-subtitlu 0106 39 80.

Ħamiem ta' l-ispeċi domestika huma klassifikati fis-subtitlu 0106 39 10.

0106

Annimali ħajjin oħrajn

0106 13 00

Iġmla u kamelidi oħrajn (Camelidae)

Dan is-subtitlu jkopri iġmla, dromedarji u annimali oħrajn tal-familja tal-ġemel (ljama, alpaki, gwanaki, vikunji).

0106 14 10

Fniek domestiċi

Dan is-subtitlu jkopri biss fniek ta' l-ispeċi domestika, kemm jekk mrobbijin għal-laħam tagħhom, għall-fêr tagħhom (pereżempju, il-fenek Angora) jew għal kwalunkwe skop ieħor.

0106 14 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri fniek slavaġ (Oryctolagus cuniculus) u liebri.

0106 19 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-mammiferi ħajjin kollha, bl-eċċezzjoni ta' żwiemel domestiċi u mhux domestiċi, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib (titlu 0101), annimali ta' l-ifrat (titlu 0102), ħnieżer (titlu 0103), nagħaġ u mogħoż (titlu 0104), primati (subtitlu 0106 11 00), baleni, delfini, fiċeni, lamantini u dugongi, foki, iljuni tal-baħar u odobeni (walruses) (subtitlu 0106 12 00) u fniek u fniek tal-liebru (subtitli 0106 14 10 u 0106 14 90).

Eżempji ta' mammiferi inklużi f'dan is-subtitlu huma:

1.

ċriev irġiel, ċriev (mhux tqal), ċriev żgħar, kamoxxi jew mogħoż slavaġ (Rupicapra rupicapra), elk komuni jew Amerikan (Alces alces), antilopi mogħoż (mogħża għażżiela (Naemorhedus), Hemitragus jew għażżiel bil-qrun) u antilopi proprji;

2.

iljuni, tigri, orsijiet, rinoċeronti, ipoppotami, iljunfanti, ġiraffi, okapi, kangaruijiet, żebri, eċċ.;

3.

skwirils, volpijiet, viżonti (mink Amerikan), farien il-ġebel, kasturi, muskrati jew farien tal-misk, lontri, fniek ta' l-Indi;

4.

renni;

5.

klieb u qtates.

0106 20 00

Rettili (inklużi sriep u fkieren)

Dan is subtitlu jkopri rettili, gremxul, fkieren ta' l-art, u fkieren (tal-baħar jew ta' l-ilma ħelu) kollha.

0106 39 10

Ħamiem

Dan is-subtitlu jkopri l-għasafar kollha tal-familja tal-bċieċen (ħamiem), kemm jekk salvaġġi u kemm jekk domestiċi, irrispettivament mill-użu intiż ta' dawn ta' l-aħħar (bċieċen tal-bitħa tal-farm, bċieċen ornamentali, ħamiem vjaġġatur).

Il-bċieċen mhux domestiċi jinkludu l-beċċun taċ-ċurkett jew beċċun ta' l-injam (wood dove) (Columba palumbus), l-istock dove (Columba oenas), il-beċċun tal-ġebel (Columba livia), il-beċċun tal-bronż Awstraljan, ħamiem u gamiem (Streptopelia turtur, Streptopelia risoria).

Madanakollu, ċertu speċi ta' tjur relatati mill-qrib bħan-nicobars (Caloenas nicobarica), kolumbari, bċieċen tal-kuruna, gaugas u syrrhaptes huma esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f'subtitlu 0106 39 80.

0106 39 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-għasafar ħajjin kollha, ħlief tjur ta' l-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u fargħun (titlu 0105) u ħlief għasafar tal-priża (subtitlu 0106 31 00), psittaciformes (subtitlu 0106 32 00), ngħam u emu (subtitlu 0106 33 00) u ħamiem domestiċi u mhux domestiċi (subtitlu 0106 39 10).

Eżempju ta' l-għasafar inklużi f'dan is-subtitlu huma:

1.

il-wiżża “greylag” (Anser anser), il-wiżża brent (Branta bernicla), papra salvaġġa (Tadorna tadorna), kuluvert (Anas platyrhynchos), bokka sekonda (Anas strepera), widgeon (Anas penelope), pintail (Anas acuta), kuċċarun (Anas clypeata), biġmla (Anas querquedula, Anas crecca), scoter u edredu;

2.

ċinji u paguni;

3.

perniċi, faġani, summiena, gallini, bekkaċċ, ħaġla sidirha aħmar (grouse), hazel-grouse, papri salvaġġi, ortolan, merilli, mlievez suwed, alwetti;

4.

sponsuni, tits, kanarini, kolibri, eċċ.

0106 49 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri dud tal-ħarir, friefet, ħanfus u insetti oħrajn.

0106 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri:

1.

kull speċi oħra ta' annimali ħajjin, bl-eċċezzjoni ta' ħut, krustaċji, molluski u invertebrati akwatiċi oħrajn (kapitlu 3) u kulturi ta' mikrobi (titlu 3002);

2.

żrinġijiet.

KAPITLU 2

LAĦAM U ĠEWWIENI LI JITTIEKEL

Ġenerali

1.

Laħam u ġewwieni, xieraq u tajjeb għal konsum uman, jibqgħu klassifikati f’dan il-kapitlu anki jekk preżentati, pereżempju, kif intiż għall-manifattura ta’ ikel ta’ annimali domestiċi.

2.

Għall-għanijiet ta’ dan il-kapitlu l-iskop tal-kliem “laħam” u “ġewwieni” huwa kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu.

3.

Gwida fuq l-istati differenti li fih il-laħam u l-ġewwieni ta’ dan il-kapitlu jistgħu jkunu (friski, imkessħin, immellħin jew f’ilma mielaħ, imnixfin jew affumikati) tingħata fin-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu. Għandu jkun innutat li laħam friżat u laħam parzjalment jew totalment defrostjat għandhom ikunu klassifikati fl-istess manjiera bħal laħam friżat. Madanakollu, “friżat” tkopri mhux biss laħam li kien friżat meta kien frisk iżda wkoll laħam li l-ewwel kien imnixxef daqsxejn u mbagħad friżat sakemm il-preservazzjoni attwali u li tibqa’ tiegħu tiddependi essenzjalment minn friżar bħal dan.

4.

Gwida tingħata ukoll, fin-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, fuq id-distinzjoni bejn laħam u ġewwieni f’dan il-kapitlu u dak ta’ kapitlu 16. Madanakollu, dan il-kapitlu jkopri ġewwieni li jittiekel, nejj, ikkappuljat, jew mqatta’ b’mod fin iżda mhux preparat iżjed, imgeżwer f’materjal tal-plastik (anki fil-forma ta’ zalzett) għal ħeffa fil-maneġġar u t-trasportar biss.

5.

Għall-għanijiet ta’ dintinzjoni bejn qatgħat bil-għadam jew mingħajr għadam, qarquċa u għeruq (tendons) m’għandhomx jitqiesu bħala għadam.

Nota Addizzjonali 1 (A) (d) u Nota Addizzjonali 1 (A) (e)

Għall-finijiet tan-Noti Addizzjonali 1 (A) (d) u 1 (A) (e) ta' dan il-kapitolu (li għandhom jinqraw flimkien man-Nota Addizzjonali 1 (C) ta' dan il-kapitolu), filwaqt li jiddeterminaw jekk il-kundizzjonijiet tal-għadd minimu jew massimu ta' kustilji humiex issodisfatti, huma biss il-kustilji, kemm jekk sħaħ u kemm jekk maqtugħin, imwaħħla direttament mas-sinsla tad-dahar li għandhom jingħaddu.

Skont din l-ispjegazzjoni, id-disinn ta' hawn taħt juri eżempju ta' parti ta' quddiem ta' bhima tal-ifrat li tkun konformi man-Noti Addizzjonali 1 (A) (d) u 1 (A) (e) moqrija flimkien man-Nota Addizzjonali 1 (C) ta' dan il-kapitolu.

 

PARTI TA' QUDDIEM PARTI TA' WARA

Image

Nota Addizzjonali 2 (Ċ)

Għall-għanijiet ta’ Nota Addizzjonali 2 (Ċ) għal dan il-Kapitlu, rigward iż-żewġ tekniki ta’ qtugħ differenti u l-partijiet “xedaq ta’ isfel”, “xedaq” u “xedaq u xedaq ta’ isfel flimkien”, ara d-dijagramma t’hawn taħt

 

Image

 

Image

Nota Addizzjonali 6 (a)

Melħ ma jitqiesx li huwa taħwir skond is-sinifikat ta’ din in-Nota Addizzjonali.

Ara ukoll Nota Addizzjonali 7 għal dan il-kapitlu.

 

0201

Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, frisk jew imkessaħ

Dan it-titlu jkopri biss laħam frisk jew imkessaħ ta’ l-annimali ta’ titlu 0102.

Għall-għanijiet tad-definizzjonijiet ta’ kwarti ta’ quddiem u kwarti ta’ wara, il-konsiderazzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(a)

il-ponta ta’ l-għonq u l-għonq jitqiesu li huma l-parti muskolari ta’ l-għonq bis-seba’ nofs vertebri ċervikali;

(b)

l-ispalla titqies li hi l-ġoga tas-sieq ta’ quddiem u tinkludi l-għadam skapulum, omeru, radjus u cubitus u l-muskoli li jdawwruhom;

(ċ)

il-flett taċ-ċanga jitqies li huwa l-parti tan-nofs tal-flett taċ-ċanga (sirloin) u l-istriploin; il-koxxa tista tinkludi il-gooseskirt jew le.

0201 10 00

Karkassi u nofs-karkassi

It-termini “karkassi” u “nofs-karkassi” huma definiti fil-paragrafi (a) u (b) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) ta’ dan il-kapitlu. L-ewwel tmien jew disa’ apophyses vertebrali dorsali jistgħu jitħallew jew fuq in-naħa tal-lemin jew fuq in-naħa tax-xellug tan- nofs-karkassa.

0201 20 20

Kwarti “kumpensati”

It-terminu “kwarti kumpensati” huwa definit f’paragrafu (ċ) tan-Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu.

0201 20 30

Kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin

It-termini “kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin” u “kwarti ta’ quddiem mifrudin” huma definiti f’paragrafi (d) u (e) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. Għalhekk minn din in-Nota Addizzjonali jkompli li l-partijiet ta’ quddiem ta’ nofs-karkassi, pereżempju, li bil-għadam korrispondenti kollu jinkludu inqas minn erba’ kustilji, li minnhom l-għonq u l-ispalla huma neqsin, jew li minnhom għadma, eż., l-għadma Atlas, tneħħiet, huma esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f’subtitlu 0201 20 90.

0201 20 50

Kwarti ta’ wara mhux mifrudin jew mifrudin

It-termini “kwarti ta’ wara mhux mifrudin” u “kwarti ta’ wara mifrudin” huma definiti f’paragrafi (f) u (g) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu. Għalhekk minn din in-Nota Addizzjonali jkompli li l-partijiet ta’ wara ta’ nofs-karkassi, pereżempju, li bil-għadam korrispondenti kollu jinkludu inqas minn tlitt kustilji jew li minnhom il-koxxa jew il-flett taċ-ċanga, inkluż il-flett huma neqsin, huma esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f’subtitlu 0201 20 90. Madanakollu, kwarti ta’ wara mingħajr kliewi jew xaħam tal-kliewi, bil-falda rqiqa jew mingħajrha, jibqgħu klassifikati bħala kwarti ta’ wara.

0201 20 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi, pereżempju, l-ispalla, il-koxxa jew il-flett taċ-ċanga, bil-għadam. Inklużi hawn ukoll huma l-partijiet ta’ quddiem u ta’ wara ta’ nofs-karkassi (bil-għadam) li ma jwieġbux għad-definizzjonijiet ta’ kwarti “kumpensati”, kwarti ta’ quddiem jew kwarti ta’ wara.

0201 30 00

Mingħajr għadam

Dan is-subtitlu jinkludi qatgħat kollha ta’ laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, friski jew imkessħin, li minnhom tneħħa l-għadam kollu, pereżempju, fletti u perżut mingħajr għadam.

0202

Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, friżat

Dan it-titlu jkopri biss laħam friżat minn annimali ta’ titlu 0102.

0202 10 00

Karkassi u nofs-karkassi

It-termini “karkassi” u “nofs-karkassi” huma definiti f’paragrafi (a) u (b) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu.

0202 20 10

Kwarti “kumpensati”

It-terminu “kwarti kumpensati” huwa definit f’paragrafu (ċ) tan-Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu.

0202 20 30

Kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin jew mifrudin

It-termini “kwarti ta’ quddiem mhux mifrudin” jew “kwarti ta’ quddiem mifrudin” huma definiti f’paragrafi (d) u (e) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu.

0202 20 50

Kwarti ta’ wara mhux mifrudin jew mifrudin

It-termini “kwarti ta’ wara mhux mifrudin” u “kwarti ta’ wara mifrudin”, huma definiti f’paragrafi (f) u (g) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu.

0202 20 90

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0201 20 90 japplikaw, mutatis mutandis.

0202 30 50

Crop”, qatgħat ta’ spalla u skapula u sidra

It-termini “crop”, “spalla u skapula” u “sidra” huma definiti f’paragrafu (h) ta’ Nota Addizzjonali 1 (A) għal dan il-kapitlu.

0202 30 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri kull qatgħa ta’ laħam u annimali ta’ l-ifrat, friżati, li huma kompletament bla għadam, bl-eċċezzjoni tal-blokki friżati imsemmijin f’subtitlu 0202 30 10 u l-qatgħat ta’ subtitlu 0202 30 50.

0203

Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew friżat

Dan it-titlu jkopri biss laħam ta’ l-annimali ta’ titlu 0103.

Il-laħam ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-majjali ċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Awstralja bħala laħam ta’ majjali li jgħixu fis-salvaġġ fl-Awstralja jitqies bħala laħam tal-majjal għajr majjal domestiku.

0203 11 10 sa 0203 19 90

Frisk jew imkessaħ

Dawn is-subtitli jkopru biss laħam frisk jew imkessaħ ta’ annimali li jaqgħu f’ titlu 0103.

0203 11 10

Ta’ majjal domestiku

It-terminu “karkassi u nofs-karkassi” huwa definit f’paragrafu (a) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

0203 12 11

Ġarretti u qatgħat tagħhom

It-terminu “ġarretti” huwa definit f’paragrafu (b) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu jinkludi x-xikel ta’ l-ispalla bil-għadam mis-saqajn ta’ wara.

0203 12 19

Spalel u qatgħat tagħhom

It-terminu “spalel” huwa definit f’paragrafu (d) tan-Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu jinkludi kustilji ta’ l-għonq żgħar jew “kustilji żgħar” u x-xikel ta’ l-ispalla bil-għadam mis-saqajn ta’ quddiem.

0203 19 11

Truf ta’ quddiem u qatgħat tagħhom

It-terminu “truf ta’ quddiem” huwa definit f’paragrafu (ċ) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu ma jinkludix ix-xikel ta’ l-ispalla bil-għadam mis-saqajn ta’ quddiem, u lanqas kustilji ta’ l-għonq żgħar jew “kustilji żgħar” (subtitlu 0203 12 19).

0203 19 13

Flett u qatgħat tiegħu, bil-għadma

It-terminu “flett” huwa definit f’paragrafu (e) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu jinkludi kustilji tal-flett.

0203 19 15

Żaqq ( streaky ) u qatgħat tagħha

It-termini “żaqq” u “qatgħat” huma definiti f’paragrafu (f) tan-Nota Addizzjonali 2 (A) u fin-Nota Addizzjonali 2 (B) għal dan il-kapitlu

Qatgħat tagħhom m’humiex klassifikati f’dan is-subtitlu sakemm ma jkunx fihom il-ġilda jew ix-xaħam ta’ taħt il-ġilda.

Dan is-subtitlu ma jinkludix kustilji ta’ l-għonq mingħajr ġilda jew mingħajr xaħam ta’ taħt il-ġilda (subtitlu 0203 19 59).

0203 19 59

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ukoll kustilji ta’ l-għonq mingħajr ġilda jew mingħajr xaħam ta’ taħt il-ġilda.

0203 19 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi biss il-laħam ta’ l-annimali li jaqgħu f’subtitli 0103 91 90 jew 0103 92 90, partikolarment il-laħam tal-ħanżir salvaġġ, għajr karkassi, nofs-karkassi, saqajn, spallejn, partijiet minn saqajn u partijiet minn spallejn.

0203 21 10 sa 0203 29 90

Friżati

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0203 11 10 sa 0203 19 90 u s-subdiviżjonijiet tagħhom japplikaw, mutatis mutandis

0204

Laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat

Dan it-titlu jinkludi biss laħam ta’ annimali ta’ titlu 0104 frisk, imkessaħ jew friżat, kemm jekk domestiċi jew slavaġ, partikolarment laħam ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ (ovine) (nagħaġ domestiċi jew slavaġ) kif ukoll il-laħam tal-mogħża tal-barr.

0204 10 00

Karkassi u nofs-karkassi tal-ħaruf, friski jew imkessħin

It-termini “karkassi” u “nofs-karkassi” huma definiti f’paragrafi (a) u (b) ta’ Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu.

It-tifsira ta’ laħam tal-ħaruf hija stipulata fin-Noti ta’ Spjega SA sa subtitli 0204 10 u 0204 30.

0204 21 00

Karkassi u nofs-karkassi

It-termini “karkassi” u “nofs-karkassi” huma definiti f’paragrafi (a) u (b) tan-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu.

0204 22 10

Kwarti ta’ quddiem qosra

It-terminu “kwarti ta’ quddiem qosra” huwa definit f’paragrafi (ċ) u (d) tan-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu.

0204 22 30

Qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf

It-terminu “qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf” huwa definit f’paragrafi (e) u (f) tan-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu.

0204 22 50

Saqajn

It-terminu “saqajn” huwa definit f’paragrafi (g) u (h) tan-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu.

0204 30 00

Karkassi u nofs-karkassi tal-ħaruf, friżati

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0204 10 00 japplikaw, mutatis mutandis.

0204 41 00 sa 0204 43 90

Laħam ieħor tan-nagħaġ, friżat

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0204 21 00, 0204 22 10, 0204 22 30 u 0204 22 50 japplikaw, mutatis mutandis għal subtitli 0204 41 00, 0204 42 10, 0204 42 30 u 0204 42 50, rispettivament.

0204 50 11 sa 0204 50 79

Laħam tal-mogħoż

It-termini “karkassi” u “nofs-karkassi” (subtitli 0204 50 11 u 0204 50 51), “kwarti ta’ quddiem qosra” (subtitli 0204 50 13 u 0204 50 53), “qatgħat tad-dahar u/jew l-aħjar truf” (subtitli 0204 50 15 u 0204 50 55) u “saqajn” (subtitli 0204 50 19 u 0204 50 59) huma definiti fin-Nota Addizzjonali 3 (A) għal dan il-kapitlu, f’paragrafi (a) u (b), (ċ) u (d), (e) u (f) u (g) u (h), rispettivament.

0206

Ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ta’ l-ifrat, majjal, nagħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula jew bgħula tar-rkib, frisk, imkessaħ jew friżat

Dan it-titlu jkopri l-ġewwieni ta’ annimali li jaqgħu f’titli 0101 sa 0104. Ġewwieni intiż għall-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi ma jaqax fis-subtitli konċernati sakemm dan ma jżommx mal-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti.

Iżjed gwida tinsab fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0206.

0206 10 10 sa 0206 10 98

Ta’ annimali ta’ l-ifrat, frisk jew imkessaħ

Dawn is-subtitli jkopru biss ġewwieni frisk ta’ annimali li jaqgħu f’titlu 0102.

0206 10 95

Falda ħoxna u falda rqiqa

Falda ħoxna u falda rqiqa huma partijiet muskolari tad-dijaframma.

0206 21 00 sa 0206 29 99

Ta’ annimali ta’ l-ifrat, friżat

Dawn is-subtitli jkopru biss ġewwieni friżat ta’ annimali ta’ titlu 0102.

0206 30 00

Tal-majjal, frisk jew imkessaħ

Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni frisk jew imkessaħ ta’ annimali ta’ titlu 0103.

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0206 49 00, l-ewwel paragrafu, japplika mutatis mutandis.

Dan is-subtitlu jinkludi ukoll saqajn, dnieb, fwied, kliewi, qlub, ilsna, pulmuni, ġilda li tittiekel, mħuħ u borqom.

0206 41 00 u 0206 49 00

Tal-majjal, friżat

Dawn is-subtitli jkopru biss ġewwieni friżat ta’ l-annimali ta’ titlu 0103.

0206 49 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi rjus u nofsijiet ta’ rjus, bl-imħuħ, bil-ħaddejn jew bl-ilsna, u partijiet ta’ rjus jew mingħajrhom (Nota Addizzjonali 2 (Ċ) għal dan il-kapitlu); it-terminu “partijiet ta’ rjus” huwa definit fit-tielet paragrafu tan-Nota Addizzjonali msemmija.

Dan is-subtitlu jinkludi ukoll saqajn, dnieb, kliewi, qlub, ilsna, pulmuni, ġilda li tittiekel, mħuħ u borqom.

Dan is-subtitlu jinkludi ġewwieni tal-ħanżir salvaġġ.

0206 80 91

Ta’ żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib

Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni frisk jew imkessaħ ta’ annimali ta’ titlu 0101.

0206 80 99

Ta’ nagħaġ u mogħoż

Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni frisk jew imkessaħ ta’ annimali ta’ titlu 0104.

0206 90 91

Ta’ żwiemel, ħmir, bgħula u bgħula tar-rkib

Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni friżat ta’ annimali ta’ titlu 0101.

0206 90 99

Ta’ nagħaġ u mogħoż

Dan is-subtitlu jkopri biss ġewwieni friżat ta’ annimali ta’ titlu 0101.

0207

Laħam u ġewwieni li jittiekel, ta’ tjur tat-titlu 0105 , frisk, imkessaħ jew friżat

0207 11 10

Imnittfa u mnaddfa mill-imsaren, bl-irjus u s-saqajn, magħrufa bħala “83 % tiġieġ”

Dan is-subtitlu jinkludi tjur imnittef, bl-irjus u s-saqajn, li minnu tneħħew l-imsaren, iżda bil-ġewwieni l-ieħor (partikolarment il-pulmuni, il-kliewi, il-qanżħa, il-qalb, l-ovarji) f’postu.

0207 11 30

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “70 % tiġieġ”

Dan is-subtitlu jinkludi tiġieġ għax-xiwi, li huma tiġieġ imnittfin bla rjus u bla saqajn, iżda bl-għonq, kompletament imsewwijin, iżda li fil-karkassa tagħhom tneħħew il-qalb, il-fwied u l-qanżħa.

0207 11 90

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “65 % tiġieġ”, jew preżentati mod ieħor

Dan is-subtitlu jinkludi tiġieġ għax-xiwi, li huma tiġieġ imnittfin bla rjus u bla saqajn, u kompletament imsewwijin. Dan ikopri wkoll tjur preżentati f’forma oħra għajr dawk imsemmijin f’subtitli 0207 11 10 u 0207 11 30, eż., tiġieġ mhux imnittfin, mhux imnaddfin, bl-irjus u bis-saqajn.

0207 12 10 u 0207 12 90

Mhux imqattgħin f’biċċiet, friżati

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0207 11 30 u 0207 11 90 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 13 10

Bla għadam

Dan is-subtitlu jkopri laħam ta’ tjur, mingħajr għadam, mingħajr każ mil-liema parti tal-karkassa dan ġej.

0207 13 20

Nofsijiet jew kwarti

It-terminu “nofsijiet” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (b) għal dan il-kapitlu.

It-terminu “kwarti” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (ċ) għal dan il-kapitlu. Dan is-subtitlu jinkludi kwarti ta’ wara li jikkonsistu fil-biċċa t’isfel tal-koxxa (il-qasba tas-sieq u l-fibula), is-sieq (wirk), parti ta’ wara tad-dahar u l-koxxa kif ukoll il-kwarti ta’ quddiem li jikkonsistu essenzjalment minn nofs is-sider bil-ġewnaħ imwaħħal.

0207 13 30

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (d) għal dan il-kapitlu.

0207 13 40

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

Ara Nota Addizzjonali 4 (a) għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu jinkludi dhur bl-għenuq imwaħħlin li jikkonsistu f’biċċa mill-għonq, id-dahar u possibilment il-koxxa; dhur; għenuq; koxox (dnieb); ponot tal-ġwienaħ.

0207 13 50

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (e) għal dan il-kapitlu.

0207 13 60

Saqajn u qatgħat tagħhom

It-terminu “saqajn” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (f) għal dan il-kapitlu.

Il-qatgħa li tifred is-sieq mid-dahar għandha ssir bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi kif muri fid-dijagramma t’hawn taħt:

 

Image

0207 13 91

Fwied

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0207, l-aħħar paragrafu.

0207 13 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri ġewwieni li jittiekel, partikolarmnet qlub, għallat u msielet ta’ taħt il-munqar, iżda bl-eċċezzjoni ta’ fwied.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll is-saqajn tat-tjur.

0207 14 10 sa 0207 14 99

Qatgħat u ġewwieni, friżati

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0207 13 10 sa 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 24 10

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “80 % dundjani”

Dan is-subtitlu jinkludi dundjani mnittfin mingħajr rjus u saqajn iżda bl-għonq, kompletament imsewwijin, iżda li fil-karkassa tagħhom tneħħew l-għonq, il-qalb, il-fwied u l-qanżħa.

0207 24 90

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “73 % dundjani”, jew preżentati mod ieħor

Dan is-subtitlu jinkludi dundjani mnittfin, lesti għax-xiwi, mingħajr rjus, għenuq u saqajn u kompletament msewwijin. Dan ikopri wkoll dundjani preżentati f’forma oħra għajr dawk imsemmijin f'subtitli 0207 24 10 u 0207 24 90.

0207 25 10 u 0207 25 90

Mhux imqattgħin f’biċċiet, friżati

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0207 24 10 u 0207 24 90 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 26 10

Bla għadam

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 26 20

Nofsijiet jew kwarti

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 20 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 26 30

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (d) għal dan il-kapitlu.

0207 26 40

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 40 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 26 50

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (e) għal dan il-kapitlu.

0207 26 60

Koxox u qatgħat tal-koxox

It-terminu “koxox (drumsticks)” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (g) għal dan il-kapitlu.

Il-qatgħa li tifred il-koxxa mill-wirk għandha ssir bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi kif muri fid-dijagramma t’hawn taħt.

 

Image

0207 26 70

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-qatgħat definiti fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (h) għal dan il-kapitlu.

Il-qatgħat li jifirdu il-wirk (ġieli magħruf kummerċjalment bħala koxxa) jew is-sieq sħiħa mid-dahar, għandhom isiru bejn iż-żewġ linji li jiddemarkaw il-ġogi, kif muri fid-dijagramma fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 26 60.

0207 26 91

Fwied

Ara in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0207, l-aħħar paragrafu.

0207 26 99

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 27 10 sa 0207 27 99

Qatgħat u ġewwieni, friżati

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0207 26 10 sa 0207 26 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 41 30

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “70 % papri”

Dan is-subtitlu jinkludi papri mnittfin, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, kompletament imsewwijin, iżda li mill-karkassa tagħhom tneħħew il-qalb, il-fwied u l-qanżħa.

0207 41 80

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u bla għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “63 % papri”, jew preżentati mod ieħor

Dan is-subtitlu jinkludi papri mnittfin, lesti għax-xiwi, bla rjus, bla għenuq u bla saqajn u kompletament imsewwijin. Dan ikopri ukoll papri preżentati f’forma oħra għajr dawk imsemmijin f'subtitli 0207 41 20, 0207 41 30 u 0207 41 80.

0207 42 30

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn iżda bl-għenuq, bil-qlub, bil-fwied u bil-qnieżaħ, magħrufa bħala “70 % papri”

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 41 30 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 42 80

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn u mingħajr għenuq, qlub, fwied u qnieżaħ, magħrufa bħala “63 % papri”, jew preżentati mod ieħor

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 41 80 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 43 00

Fwied bix-xaħam, frisk jew imkessaħ

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 0207, l-aħħar paragrafu.

0207 44 10

Bla għadam

In-noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 44 21

Nofsijiet jew kwarti

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 20 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 44 31

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (a) u (d) għal dan il-kapitlu

0207 44 41

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 40 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 44 51

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (e) għal dan il-kapitlu.

0207 44 61

Saqajn u qatgħat tagħhom

It-terminu “saqajn” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (a) u (f) għal dan il-kapitlu.

0207 44 71

Palito’ tal-papri

It-terminu “palito’ tal-papri” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (ij) għal dan il-kapitlu.

0207 44 91

Fwied, mhux fwied bix-xaħam

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0207, l-aħħar paragrafu.

0207 44 99

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 45 10

Bla għadam

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 45 21 sa 0207 45 81

Bl-għadam

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 20 sa 0207 13 60 u 0207 44 71 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 45 93 u 0207 45 95

Fwied

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0207, l-aħħar paragrafu.

0207 45 99

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 51 90

Imnittfa u msewwija, bla rjus u bla saqajn, bil-qlub u bil-qnieżaħ jew mingħajrhom, magħrufa bħala “75 % wiżż”, jew preżentati mod ieħor

Dan is-subtitlu jinkludi wiżż imnittef, bla rjus u bla saqajn, kompletament imsewwi, iżda li mill-karkassa tiegħu tneħħew il-qalb u l-qanżħa, kif ukoll wiżż imnittef, lest għax-xiwi, bla rjus u bla saqajn, u kompletament imsewwi. Dan ikopri ukoll wiżż ippreżentat f’forma oħra għajr dawk imsemmijin f'subtitli 0207 51 10 u 0207 51 90 eż., wiżż maqtul li kien imnittef u svinat, iżda mhux imsewwi, u bla rjus u bla saqajn.

0207 52 90

Imnittfa u imsewwija, bla rjus u bla saqajn, bil-qlub u bil-fwied jew mingħajrhom, magħrufa bħala “75 % wiżż”, jew preżentati mod ieħor

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 51 90 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 53 00

Fwied bix-xaħam, frisk jew imkessaħ

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal kapitlu 0207, l-aħħar paragrafu.

0207 54 10

Bla għadam

In-noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 54 21

Nofsijiet jew kwarti

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 20 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 54 31

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (a) u (d) għal dan il-kapitlu

0207 54 41

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 40 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 54 51

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (e) għal dan il-kapitlu.

0207 54 61

Saqajn u qatgħat tagħhom

It-terminu “saqajn” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (a) u (f) għal dan il-kapitlu.

0207 54 71

Palito’ tal-wiżż

It-terminu “palito’ tal-wiżż” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (ij) għal dan il-kapitlu.

0207 54 91

Fwied, mhux fwied bix-xaħam

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal kapitlu 0207, l-aħħar paragrafu.

0207 54 99

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 55 10

Bla għadam

In-noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 55 21 sa 0207 55 81

Bl-għadam

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 20 sa 0207 13 60 u 0207 44 71 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 55 93 u 0207 55 95

Fwieds

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal kapitlu 0207, l-aħħar paragrafu.

0207 55 99

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 60 10

Bla għadam

In-noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 60 21

Nofsijiet jew kwarti

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 20 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 60 31

Ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot

It-terminu “ġwienaħ sħaħ, bil-ponot jew mingħajr ponot” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (a) u (d) għal dan il-kapitlu

0207 60 41

Dhur, għenuq, dhur bl-għenuq imwaħħlin, biċċiet tad-denb u truf tal-ġwienaħ

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 40 japplikaw, mutatis mutandis.

0207 60 51

Isdra u qatgħat tagħhom

It-terminu “isdra” huwa definit fin-Nota Addizzjonali 4 (a) u (e) għal dan il-kapitlu.

0207 60 61

Saqajn u qatgħat tagħhom

It-terminu “saqajn” huwa definit f’Nota Addizzjonali 4 (a) u (f) għal dan il-kapitlu.

0207 60 99

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0207 13 99 japplikaw, mutatis mutandis.

0208

Laħam u ġewwieni li jittiekel ieħor, frisk, imkessaħ jew friżat

Dan it-titlu jkopri biss laħam u ġewwieni li jittiekel ta’ l-annimali klassifikati f’titlu 0106, frisk, imkessaħ jew friżat.

0208 10 10

Ta’ fenek domestiku

Dan is-subtitlu jkopri l-laħam ġewwieni li jittiekel ta’ l-annimali li jaqgħu f’subtitlu 0106 14 10.

0208 90 10

Ta’ ħamiem domestiku

Dan is-subtitlu jkopri l-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ ħamiem domestiku (ħamiem tal-bitħa tal-farm, ħamiem ornamentali, ħamiem vjaġġatur). Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ ħamiem deskritt bħala “mhux domestiku” fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0106 39 10 huma, għalhekk, esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f’subtitlu 0208 90 30.

0208 90 30

Ta’ kaċċa, ħlief fniek jew liebri

Dan is-subtitlu jinkludi l-laħam u ġewwieni li jittiekel ta’:

1.

tjur bil-fêr; ċriev ħamranin, ċriev żgħar, kamoxxi jew izard (Rupicapra rupicapra), elk, antilóp mogħża, antilópi, għażżiela, orsijiet u kangaru’;

2.

tjur bir-rix; ħamiem selvaġġ, wiżż selvaġġ, papri slavaġ, perniċi, faġani, gallini, bekkaċċ, ħaġla sidirha aħmar (grouse), ortolani u nagħmiet.

Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ annimali ġeneralment oġġetti għal kaċċa u sparar (faġani, ċriev ħamranin, nagħmiet, eċċ.) jibqgħu klassifikati bħala laħam u ġewwieni li jittiekel ta’ annimali slavaġ anki meta annimali bħal dawn trabbew fi priġunerija.

Il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ renni huwa eskluż minn dak is-subtitlu (subtitlu 0208 90 60). Madanakollu, il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ ċerti speċi ta’ renni (eż. karibú) huma klassifikati f’dan is-subtitlu sakemm tingħata prova li dan il-laħam u ġewwieni li jittiekel ġew minn annimali li għexu fis-salvaġġ u li kienu kkaċċjati.

Dan is-subtitlu ma jkoprix il-laħam u l-ġewwieni li jittiekel ta’ fniek slavaġ (Oryctolagus cuniculus) jew liebri, li jaqgħu f’subtitlu 0208 10 90.

0208 90 60

Ta’ renni

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0208 90 30, tielet paragrafu.

0209

Xaħam tal-majjal, mingħajr ebda dgħif, u xaħam tat-tjur, mhux maħdum jew estratt mod ieħor, frisk, imkessaħ, friżat, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat

0209 10 11 u 0209 10 19

Xaħam ta’ taħt il-ġilda tal-majjal

It-terminu “xaħam ta’ taħt il-ġilda tal-majjal” huwa definit f’Nota Addizzjonali 2 (D) għal dan il-kapitlu.

0209 10 90

Xaħam tal-majjal, ħlief dak tas-subtitlu 0209 10 11 jew 0209 10 19

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0209, tieni paragrafu.

0209 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0209, tielet paragrafu.

0210

Laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, fis-salmura, imnixxef jew affumikat; dqiq u pasti mill-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel:

Bl-eċċezzjoni ta’ xaħam ta’ taħt il-ġilda u xaħam ieħor ta’ titlu 0209, dan it-titlu jkopri laħam u ġewwieni li jittiekel, immellaħ, f’ilma mielaħ, imnixxef jew affumikat, ta’ l-annimali kollha li jaqgħu f’titli 0101 sa 0106.

Rigward it-termini “imnixxfin jew affumikati” u “immelħin, fis-salmura”, ara n-Noti Addizzjonali 2 (E) u 7 għal dan il-kapitlu.

0210 11 11 sa 0210 11 90

Ġarretti, spalel u qatgħat tagħhom, bil-għadma

Dwar id-definizzjoni tat-terminu “bl-għadma”, ara n-Noti ta' Spjega SA għas-subtitlu 0210 11.

0210 11 11 sa 0210 11 39

Ta’ majjal domestiku

It-termini perżut u “spalel” huma definiti f’Noti Addizzjonali 2 (A) (b) u (d) għal dan il-kapitlu.

0210 11 11 u 0210 11 19

Immelħin jew fis-salmura

Dawn is-subtitli jkopru biss perżut, spalel u partijiet minnhom, bil-għadam, ta’ ħnieżer domestiċi, li kienu preservati f’melħ niexef jew f’salmura. Dawn setgħu, madanakollu, kienu soġġetti għal daqsxejn tnixxif jew affumikar iżda mhux sal-punt li jitqiesu bħala mnixxfin jew affumikati għall-għanijiet ta’ subtitli 0210 11 31 u 0210 11 39 (kif definit f’Nota Addizzjonali 2 (E) għal dan il-kapitlu).

0210 11 31 u 0210 11 39

Imnixxfin jew affumikati

Dawn is-subtitli jkopru perżut, spapel u qatgħat tagħhom, bil-għadam, ta’ majjal domestiku, preservati permezz ta’ proċess ta’ tnixxif jew ta’ affumikar, anki jekk dawn il-metodi ta’ preservazzjoni huma magħqudin permezz ta’ trattament ta’ mluħa jew salmura minn qabel. Dan huwa partikolarment veru fil-każ ta’ perżut li kien mmellaħ qabel kien parzjalment imnixxef, kemm jekk fl-arja għal beraħ (perżut tat-tipi ta’ Parma jew ta’ Bayonne) u kemm jekk permezz ta’ affumikar (perżut tat-tip ta’ Ardennes).

Perżut, spalel u qatgħat tagħhom li kienu parzjalment imnixxfin, iżda li l-preservazzjoni attwali tagħhom kienet żgurata permezz ta’ friżar jew deep-freezing, jaqgħu f’subtitli 0203 22 11 u 0203 22 19.

0210 12 11 u 0210 12 19

Ta’ majjal domestiku

It-termini “żaqqijiet” u “qatgħat” huma definiti f’paragrafu (f) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) u ta’ Nota Addizzjonali 2 (B) għal dan il-kapitlu.

0210 12 11

Immelħin jew fis-salmura

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0210 11 11 u 0210 11 19 japplikaw, mutatis mutandis.

0210 12 19

Imnixxfin jew affumikati

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0210 11 31 u 0210 11 39 japplikaw, mutatis mutandis.

0210 19 10

Ġnub jew ħxuniet tal-bejken

It-termini “ġnub tal-bejken” u “ħxuniet tal-bejken” huma definiti f’paragrafi (g) u (h) għal Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

0210 19 20

Ġnub tliet-kwarti jew biċċiet tan-nofs

It-termini “ġnub tliet-kwarti” u “biċċiet tan-nofs” huma definiti f’paragrafi (ij) u (k) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

0210 19 30

Truf ta’ quddiem u qatgħat tagħhom

It-terminu “truf ta’ quddiem” huwa definit f’paragrafu (ċ) għal Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

0210 19 40

Flettijiet u qatgħat tagħhom

It-terminu “flettijiet” huwa definit f’paragrafu (e) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

0210 19 60

Truf ta’ quddiem u qatgħat tagħhom

It-terminu “truf ta’ quddiem” huwa definit f’paragrafu (ċ) ta’ Nota Addizzjonali 2 (A) għal dan il-kapitlu.

0210 20 10 u 0210 20 90

Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat

Dawn is-subtitli jkopru biss il-laħam ta’ annimali ta’ titlu 0102, immellħin, f’salmura, imnixxfin jew affumikati; ġewwieni ta’ annimali ta’ l-ifrat jaqa’ f’subtitlu 0210 99 51 jew 0210 99 59.

0210 99 10

Taż-żwiemel, immellaħ, fis-salmura jew imnixxef

Dan is-subtitlu jkopri biss il-laħam ta’ annimali ta’ subtitli 0101 21 00 sa 0101 29 90, immellaħ, f’salmura jew imnixxef. Laħam taż-żwiemel affumikat jaqa’ f’subtitlu 0210 99 39. Ġewwieni taż-żwiemel jaqa’ f’subtitlu 0210 99 85.

0210 99 21 u 0210 99 29

Tan-nagħaġ u tal-mogħoż

Dawn is-subtitli jkopru l-laħam ta’ annimali ta’ titlu 0104, immellaħ, f’salmura, imnixxef jew affumikat. Ġewwieni ta’ dawn l-ispeċi jaqa’ f’subtitlu 0210 99 85.

0210 99 31

Tar-renni

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0208 90 30, tielet paragrafu.

0210 99 49

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi rjus jew nofsijiet ta’ rjus ta’ ħnieżer domestiċi, bl-imħuħ, ħaddejn jew ilsna, jew mingħajrhom, inklużi partijiet tagħhom (ara Nota Addizzjonali 2 (Ċ) għal dan il-kapitlu). Partijiet ta’ l-irjus huma definiti fit-tielet paragrafu tan-Nota Addizzjonali imsemmija hawn fuq.

Dwar id-definizzjoni tat-terminu “l-ġewwieni”,ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0206.

0210 99 90

Dqiq u pasti mil-laħam jew mill-ġewwieni li jittiekel

Dan is-subtitlu jkopri wkoll pilloli żgħar ta’ dan id-dqiq u dawn l-ikliet.

KAPITLU 3

ĦUT U KRUSTAĊJI, MOLLUSKI U INVERTEBRATI AKWATIĊI OĦRAJN

Ġenerali

1.

Ħut u krustaċji, molluski u invertebrati akwatiċi oħrajn li kienu maħżuna f’temperatura baxxa ħafna (deep-frozen) huma klassifikati fl-istess manjiera bħal ħut u krustaċji u invertebrati akwatiċi oħrajn li kienu friżati.

2.

Samta sempliċi, li tikkonsisti fi trattament ħafif bis-sħana li ma jinvolvix tisjir, ma taffetwax il-klassifikazzjoni. Dan jintuża spiss qabel l-iffriżar, partikolarment għall-ħut bħal tonn u għall-laħam ta’ krustaċji jew molluski.

3.

Dawn li ġejjin huma esklużi minn kapitlu 3:

(a)

grieżem tal-ħut (garġi), nejjin, imnixxfin jew immellħin, mhux tajbin għall-konsum uman (titlu 0511);

(b)

ħut daqsxejn immellaħ, imnixxef jew affumikat u mgħaddas f’żejt veġetali sabiex jiżgura il-preservazzjoni provviżorja — prodotti magħrufin bħala “semi-preservati” — (titlu 1604);

(ċ)

ħut, sempliċiment ippreservat f’żejt jew ħall, kemm jekk ippreparat aktar u kemm jekk le (titlu 1604);

(d)

molluski li għaddew minn trattament bis-sħana li huwa biżżejjed biex iwassal għall- koagulazzjoni tal-proteini tagħhom (titlu 1605).

0301

Ħut ħaj

0301 11 00 u 0301 19 00

Ħut ornamentali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 0301 11 u 0301 19.

0301 11 00

Ħut ta’ l-ilma ħelu

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

Hemigrammus ocellifer;

2.

goldfish (Carassius auratus) u l-karpjun tad-deheb;

3.

mollies, inkluża il-molly is-sewda (Mollienisia latipinna u velifera), is-swordtail ħadra u l-varjanti ħomor u albini tagħha (Xiphophorus helleri), il-platys ħomor, tad-deheb, suwed u bojod (Platypoecilus maculatus) u s-swordtail u platy ibridi (Xiphophorus u Okattoiecukys), magħrufin bħala s-swordtail sewda u s-swordtail ta’ Berlin;

4.

Ħut ġellied Sijamiż (Betta splendens), ħut il-ġenna, (Macropodus opercularis jew viridi-auratus), il-gouramis u l-gouramis nani (Trichogaster trichopterus u Colisa lalia u fasciata);

5.

xkatlu (Pterophyllum scalare u eimckei).

0301 19 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

il-Chaetodontidae;

2.

il-Labridae;

3.

is-Scaridae (ħuta pappagall, ħuta pappagall falza u scarichthys).

0302

Ħut, frisk jew imkessaħ, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ titlu 0304

0302 11 10 sa 0302 11 80

Trot ( Salmo trutta , Oncorhynchus mykiss , Oncorhynchus clarki , Oncorhynchus aguabonita , Oncorhynchus gilae , Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster )

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

trot tal-baħar (Salmo trutta trutta);

2.

trot tax-xmara jew trot komuni (Salmo trutta fario);

3.

trot ta’ l-għadira (Salmo trutta lacustris)

4.

trot tal-qawsall jew trot Amerikan jew steelhead (Oncorhynchus mykiss);

5.

trot qattiel (Oncorhynchus clarki);

6.

trot tad-deheb (Oncorhynchus aguabonita);

7.

trot gila (Oncorhynchus gilae);

8.

trot ta’ l-ispeċi Oncorhynchus apache;

9.

trot ta’ l-ispeċi Oncorhynchus chrysogaster.

0302 13 00

Salamun tal-Paċifiku ( Oncorhynchus nerka , Oncorhynchus gorbuscha , Oncorhynchus keta , Oncorhynchus tschawytscha , Oncorhynchus kisutch , Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus )

Dan is-subtitlu jinkludi

1.

salamun aħmar jew salamun sockeye jew salamun aħmar ta’ l-Alaska (Oncorhynchus nerka);

2.

salamun rosa jew salamun imħatteb (Oncorhynchus gorbuscha);

3.

salamun keta jew salamun kelb jew salamun ta’ l-għalf (Oncorhynchus keta);

4.

salamun chinook jew re jew salamun Kalifornjan jew salamun tar-rebbiegħa (Oncorhynchus tschawytscha);

5.

salamun tal-fidda jew salamun coho (Oncorhynchus kisutch);

6.

salamun Ġappuniż jew salamun taċ-ċirasa Ġappuniż (Oncorhynchus masou);

7.

salamun ta’ l-ispeċi Oncorhynchus rhodurus.

0302 19 00

Oħrajn

Fost is-salmonidae ta’ l-ilma ħelu l-oħrajn inklużi hawn huma:

1.

whitefish ta’ l-għadira jew white fish, vendace u powan (Coregonus clupeaformis, Coregonus fera, Coregonus albula, Coregonus lavaretus);

2.

houting (Coregonus oxyrhynchus);

3.

char (Salvelinus alpinus), trot tan-nixxiegħa ġieli msejjaħ “Salamun tal-Funtana”(Salvelinus fontinalis), char ta’ l-għadira jew namaychush jew christivomer (Salvelinus namaycush jew Christivomer namaycush).

0302 21 10 sa 0302 29 80

Ħut ċatt (Pleuronectidae, Bothidae, Cynoglossidae, Soleidae, Scophthalmidae u Citharidae), ħlief fwied u bajd

Ħut ċatt m’humiex iċċattjati fil-pjan vertikali bħal rajja iżda fi pjan orizzontali, b’żewġ għajnejn fuq il-parti ta’ fuq.

0302 29 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi: rombu lixx (Scophthalmus rhombus), barbun komuni (Pleuronectes limanda jew Limanda limanda), lingwata tal-lumi (Pleuronectes microcephalus jew Microstomus kitt), il-barbun ta’ l-għajn Ewropew jew tat-tajn (Platichthys flesus jew Flesus flesus).

0302 31 10 u 0302 31 90

Alonga jew tonn tax-xewk twil ( Thunnus alalunga )

Alonga jew tonn tax-xewk twil jintagħrfu mix-xewk twil pettorali tagħhom, li jilħaq sa wara l-anus tagħhom u sad-dahar tagħhom blu skur u sa ġenbhom u żaqqhom blu-griżi.

0302 32 10 u 0302 32 90

Tonn tax-xewk safrani ( Thunnus albacares )

Tonn tax-xewk safrani jintagħraf faċilment mix-xewk anali tiegħu forma ta’ minġel u t-tieni xewk dorsali tiegħu.

0302 33 10 u 0302 33 90

Skipjack jew bonito żaqqu rrigata

Skipjack jew bonito żaqqu rrigata (Euthynnus (Katsuwonus) pelamis) jintagħrfu mill-preżenza ta’ erba’ sa seba rigi skuri, lonġitudinali fuq żaqqhom. Id-dhur blu skuri tagħhom huma aċċentwati permezz ta’ żona definita b’mod ċar bl-aħdar fuq ix-xewk pettorali li tgħib lejn iċ-ċentru tal-ġisem. Huma għandhom ġnub u żaqqijiet kulur il-fidda u xewk qasir.

Dawn is-subtitli ma jkoprix il-bonito ta’ l-Atlantiku jew bonito biċ-ċinturin (Sarda sarda), li għandhom rigi oblikwi fuq daharhom; dawn il-ħut, jekk friski jew imkessħin, huma klassifikati f’subtitlu 0302 89 90.

0302 41 00

Aringi ( Clupea harengus , Clupea pallasii )

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “aringi” għandu jitqies li jfisser biss Clupeidae ta’ l-ispeċi Clupea harengus (aringi nordiċi) u Clupea pallasii (aringi tal-Paċifiku). Il-ħuta magħrufa bħala “aringa Indjana” (Chirocentrus dorab) hija klassifikata fis-subtitlu 0302 89 90 meta impurtata friska jew imkessħa.

0302 43 10

Sardin ta’ l-ispeċi Sardina pilchardus

Dan is-subtitlu jinkludi ukoll sardin adult kbir (sa 25 ċm) magħrufin bħala “pilchards”.

0302 43 90

Aringi żgħar (Sprattus sprattus)

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “aringi żgħar” għandu jitqies li jfisser biss Clupeidae ta’ l-ispeċi Sprattus sprattus; dawn il-ħut, relatati mill-qrib ma’ l-aringi iżda ta’ daqs ħafna iżgħar, huma spiss imsejħin ħażin bħala “Inċovi tan-Norveġja”.

0302 51 10 u 0302 51 90

Merluzz ( Gadus morhua , Gadus ogac , Gadus macrocephalus )

Merluzz jista’ jkun twil sa 1,5 m. Huma għandhom dhur kulur iż-żebbuġa b’tikek skuri u żaqq ċara b’linja laterali bajda. Huma għandhom tliet xewkiet dorsali, xewka ventrali qasira u barbell fuq wicchom.

0302 53 00

Merlangu ( Pollachius virens )

Merlangu huwa iżjed magħruf komunement bħala saithe jew coley.

0302 74 00

Sallur ( Anguilla spp.)

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “sallur” għandu jitqies li japplika biss għal sallur hekk imsejjaħ kif suppost (Anguilla spp.), inkluża s-sallura Ewropeja (Anguilla anguilla) fiż-żewġ forom tagħha (is-sallura ta’ rasha kbira u s-sallura ta’ geddumha ppuntat jew ħalqha twil), is-sallura Amerikana (Anguilla rostrata), is-sallura Ġappuniża (Anguilla japonica) u s-sallura Awstraljana (Anguilla australis).

Għaldaqstant, ħut li huma b’mod ħażin imsejħin sallur bħal gringi, magħrufin ukoll bħala “sallur tal-baħar” (Conger conger), murini, magħrufin ukoll bħala “sallur murini” (Muraena helena) u sallur tar-ramel (Ammodytes spp.) huma esklużi minn dan is-subtitlu u jaqgħu f’subtitlu 0302 89 90.

0302 81 10

Klieb il-baħar ta’ l-ispeċi Squalus acanthias

Klieb il-baħar huma tawri (sharks) imxewkin b’qatgħat għal garġi laterali li jinstabu fuq il-pettorali; ġisimhom ġej għat-tond u huwa lixx; daharhom huwa ġriż u żaqqhom bajda; huma jistgħu ikunu sa 1 m f’tul.

0302 81 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi t-tope (Galeorhinus galeus jew Galeus canis).

0302 89 10

Ħut ta' l-ilma ħelu

Il-ħut ta’ l-ilma ħelu li jaqa’ f’dan is-subtitlu jinkludi:

1.

tinka (Tinca tinca);

2.

barbju (Barbus spp.);

3.

perch; perch komuni (Perca fluviatilis), black-bass perch (Micropterus spp.), perch tax-xemx (Lepomis gibbosus) u ruff jew pope (Gymnocephalus cernuus jew Acerina cernua);

4.

abramida komuni (Abramis brama) u abramida tal-fidda (Blicca bjoerkna);

5.

lizz (Esox spp.) u lizz tal-lanza (Lepisosteus spp.);

6.

arġentina (Alburnus alburnus), gobju komuni (Gobio gobio), gobju tad-Danubju (Gobio uranoscopus), lizz bullhead (Cottus gobio), u lota tax-xmara (budakkra) (Lota lota);

7.

qalfât tax-xmara jew lampern żgħir (Lampetra fluviatilis) u qalfât tan-nixxiegħa (Lampetra planeri);

8.

ħut tal-genera Leuciscus spp., Rutilus spp. u Idus spp., eż., larka, ide skura jew mdella, ide strabiku jew larka ħamra, buras jew buras Ewropew rasu kbira, lewirsku;

9.

grayling (Thymallus spp.);

10.

perch-lizz jew zander (Stizostedion lucioperca);

0302 89 90

Oħrajn

Il-ħut ta’ l-ilma baħar li jaqa’ f’dan is-subtitlu jinkludi:

1.

whiting-pout (Trisopterus luscus u Trisopterus esmarki);

2.

sirran (Serranus spp.) u ċerna (Epinephelus spp.);

3.

striped mullet (Mullus barbatus) u mulett aħmar (Mullus surmuletus);

4.

tiġieġa tal-baħar jew gurnet (Trigla, Eutrigla, Aspitrigla, Lepidotrigla u Trigloporus spp.);

5.

skorfna (Scorpaena spp.);

6.

qalfât tal-baħar (Petromyzon marinus);

7.

msell (Belone belone) u sawt (Trachinus spp.);

8.

perlan (Osmerus spp.);

9.

capelin (Mallotus villosus);

10.

ħut ta’ l-ispeċi Kathetostoma giganteum.

0302 90 00

Fwied u bajd

Fwied u bajd ta’ ħut, frisk jew imkessaħ, li minħabba l-ispeċi u l-kundizzjonijiet tagħhom huma tajbin għal konsum minn bnedmin jibqgħu f’dan is-subtitlu anki jekk intiżi għal użu industrijali.

0303

Ħut, friżat, ħlief qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut ta’ titlu 0304

Il-provvedimenti tan-Noti ta’ Spjega għas-subtitli ta’ titlu 0302 japplikaw, mutatis mutandis, għas-subtitli ta’ dan it-titlu.

0304

Qatgħat ta’ ħut u laħam ieħor tal-ħut (kapuljat jew mhuwiex), frisk, imkessaħ jew friżat

0304 31 00 sa 0304 49 90

Qatgħat friski jew imkessħa

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0304, l-ewwel paragrafu, (1).

Dawn is-subtitli jkopru wkoll qatgħat maqtugħin f’biċċiet sakemm dawn il-biċċiet jistgħu jkunu identifikati bħala miksubin minn qatgħat. L-ispeċi l-aktar użati għal dan il-għan huma trot, salamun, merluzz, haddock, saithe, redfish (eż. haddock tan-Norveġja), merlangi, marlozz, abramida rasha tad-deheb jew awrat, lingwat, barbun tat-tbajja’, barbun imperjali, molv, tonn, kavall, aringi u inċova.

0304 49 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi qatgħat ta' l-aringi.

0304 61 00 sa 0304 89 90

Qatgħat friżati

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0304 31 00 sa 0304 49 90.

Dawn is-subtitli jinkludu blokki jew biċċiet kbar li jikkonsistu f’qatgħat jew biċċiet ta’ qatgħat (is-soltu minn merluzz), kemm jekk imħalltin b’ammont żgħir (li ma jaqbiżx 20 % mill-piż) ta’ qxur (flakes) separati ta’ l-istess speċi użati sempliċiment biex jimlew l-ispazji fil-blokki jew biċċiet kbar u kemm jekk le. Il-blokki jew biċċiet kbar huma maħsubin biex jinqatgħu f’biċċiet iżgħar (porzjonijiet, swaba, eċċ.) li jkunu ppakkjati għal bejgħ.

0304 93 10

Surimi

Surimi huwa prodott intermedju negozjat f’forma friżata. Dan jikkonsisti f’pejst bajdani mingħajr prattikament ebda riħa jew togħma u magħmul minn laħam tal-ħut ikkappuljat b’mod fin, maħsul u mgħarbul. Ħasil suċċessiv jneħħi ħafna mix-xaħam u mill-proteini solubli. Sabiex titjieb il-konsistenza u jkun stabilizzat il-prodott fl-istat friżat, kwantitajiet żgħar ta’ addittivi (eż. zokkor, melħ, D-glukitol, sorbitol u di- jew trifosfat) jkunu miżjudin.

Dan is-subtitlu ma jkoprix preparazzjonijiet ibbażati fuq surimi (subtitlu 1604 20 05).

0304 94 10

Surimi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0304 93 10.

0304 95 10

Surimi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0304 93 10.

0304 99 10

Surimi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0304 93 10.

0305

Ħut, imnixxef, immellaħ jew fis-salmura; ħut affumikat, kemm jekk imsajjar jew le qabel jew waqt il-proċess ta’ affumikar; dqiq; pasti u gerbub ta’ ħut, tajbin għal konsum uman

0305 10 00

Dqiq, pasti u gerbub ta’ ħut, tajbin għal konsum uman

Dqiq u pasti ta’ ħut huma ġeneralment magħmulin tajbin għall-ikel permezz ta’ tneħħija ta’ żejt u ta’ tneħħija ta’ rwejjaħ u jistgħu ġieli jkunu magħrufin bħala “konċentrat ta’ ħut”.

Dan is-subtitlu jkopri prodotti magħrufin bħala “ħut immedjat” miksubin mill-laħam ta’ ħut frisk, friżat, imqatta’ f’biċċiet żgħar, imqatta’ b’mod fin u mnixxef.

0305 31 00 sa 0305 39 90

Qatgħat ta’ ħut, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura, iżda mhux affumikati

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0304 31 00 sa 0304 49 90 japplikaw, mutatis mutandis. Qatgħat ta’ ħut affumikati huma klassifikati f’subtitli 0305 41 00 sa 0305 49 80.

0305 41 00 sa 0305 49 80

Ħut affumikat, inklużi qatgħat, minbarra ġewwieni li jittiekel

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0305, raba' paragrafu.

0305 63 00

Inċova ( Engraulis spp.)

Dan is-subtitlu jkopri biss inċova f’salmura li m’għaddiet minn ebda preparament ieħor. Hija titpoġġa fi bramel żgħar jew buqari u spiss f’laned issiġillati ermetikament mingħajr ma tgħaddi minn ebda trattament bis-sħana wara l-egħluq tal-landa.

0306

Krustaċji, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; krustaċji affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta' affumikazzjoni; krustaċji, fil-qoxra, imsajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma, kemm jekk imkessħin jew le, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; dqiq, pasti u gerbub ta’ krustaċji, tajbin għal konsum uman

Krustaċji mingħajr qoxra u msajrin (pereżempju, dnub ta’ gambli imsajrin u mqaxxrin, is-soltu friżati), huma klassifikati f’titlu 1605.

Partijiet ta’ granċijiet parzjalment mingħajr qoxra (pereżempju, mqassijiet) li kienu msajrin bl-istim jew mgħollijin fl-ilma u li huma lesti għall-ikel mingħajr iżjed tneħħija ta’ qxur huma klassifikati f’titlu 1605.

0306 11 05 sa 0306 11 90

Awwista tal-blat u awwist ieħor tal-baħar ( Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.)

Mhux bħal awwisti ta’ veru, awwisti tal-blat u awwisti oħrajn tal-baħar huma ħomor u għandhom biss imqassijiet żgħar ħafna iżda antenni żviluppati immens. Bħala żieda, huma għandhom qoxra imxewka u bil-għoqod.

0306 11 10

Dnub ta’ l-awwisti

Dan is-subtitlu jinkludi dnub ta’ l-awwisti fi qxur, sħaħ jew maqsumin f’żewġ partijiet kif ukoll dnub mingħajr qxur.

0306 11 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri awwisti fi qxur, sħaħ jew maqsumin mat-tul tagħhom kif ukoll laħam ta’ l-awwisti.

0306 12 05 sa 0306 12 90

Awwisti ( Homarus spp.)

Awwisti huma krustaċji b’imqassijiet kbar. Awwisti mhux imsajrin huma blu skuri f’kulurhom bi strixxi bojod jew safranin; huma jsiru ħomor biss mat-tisjir.

Awwisti huma mtellgħin prattikament bl-istess mod bħal awwisti tal-blat u awwisti oħrajn tal-baħar.

0306 14 05 sa 0306 14 90

Granċi

It-terminu “granċi” jkopri varjeta’ kbira ta’ krustaċji bl-imqassijiet ta’ qisien li jvarjaw ħafna li jintgħarfu minn awwisti, gambli u gambli kbar, u gambli ta’ l-ilma ħelu minnħabba n-nuqqas ta’ denb imlaħħam bil-ġogi.

0306 14 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi b’żieda mal-granċi tal-baħar Ewropej bħall-granċ għawwiem (Portunus puber) u l-granċ qarnita (Maia squinado), numru kbir ta’ speċi oħrajn (partikolarment Cancer, Carcinus, Portunus, Neptunus, Charybdis, Scylla, Erimacrus, Limulus, Maia, Menippi spp.) kif ukoll il-granċ ta’ l-ilma ħelu magħruf bħala “granċ Ċiniż” (Eriocheir sinensis).

0306 15 10 u 0306 15 90

Awwista tan-Norveġja ( Nephrops norvegicus )

Awwist tan-Norveġja, magħrufin ukoll bħala gambli kbar ta’ Dublin Bay, jintgħarfu mill-imqassijiet twal, irqaq u priżmatiċi tagħhom.

0306 16 10 sa 0306 17 99

Gambli u gambli kbar tal-ilma kiesaħ ( Pandalus spp., Crangon crangon ); gambli u gambli kbar oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

gambli kbar, ftit varjetajiet minnhom huma ġieli magħrufin bħala “gambli roża” (għalkemm ċertu varjetajiet mhux veru jsiru roża sakemm ikunu msajrin) tal-familja Pandalidae;

2.

gambli kannella jew griżi tal-ġeneru Crangon;

3.

gambli jew gambli kbar tal-familji Palaemonidae u Penaeidae. Inklużi fosthom hemm il-gamblu komuni (Palaemon serratus) u l-gamblu rjali jew caramota (Penaeus caramota jew Penaeus kerathurus).

0306 19 10

Awwist ta’ l-ilma ħelu

Gambli ta’ l-ilma ħelu huma krustaċji ta’ l-ilma ħelu, li l-iżjed speċi importanti tagħhom tagħmel parti mill-genera Astacus, Cambarus, Orconectes u Pacifastacus.

Dan is-subtitlu jkopri ukoll dnub.

0306 21 10 u 0306 21 90

Awwista tal-blat u awwist oħrajn tal-baħar ( Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.)

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0306 11 05 sa 0306 11 90.

0306 22 10 sa 0306 22 99

Awwist ( Homarus spp.)

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0306 12 05 sa 0306 12 90.

0306 24 10 sa 0306 24 80

Granċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0306 14 05 sa 0306 14 90.

0306 24 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi bħala żieda mal-granċijiet tal-baħar Ewropej bħal granċ għawwiem (Portunus puber) u l-granċ brimba (Maia squinado), numru kbir ta’ speċi oħrajn (Paralithodes chamchaticus, Callinectes sapidus, Chionoecetes spp., Cancer, Carcinus, Portunus, Neptunus, Charybdis, Scylla, Erimacrus, Limulus, Maia, Menippi spp., b’mod partikulari) kif ukoll il-granċ ta’ l-ilma ħelu magħruf bħala “granċ Ċiniż” (Eriocheir sinensis).

0306 25 10 u 0306 25 90

Awwista tan-Norveġja ( Nephrops norvegicus )

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0306 15 10 u 0306 15 90.

0306 26 10 sa 0306 27 99

Gambli u gambli kbar tal-ilma kiesaħ ( Pandalus spp., Crangon crangon ); gambli u gambli kbar oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0306 16 10 sa 0306 17 99.

0306 29 10

Awwist ta’ l-ilma ħelu

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0306 19 10.

0307

Molluski, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; molluski affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta' affumikazzjoni; dqiq, pasti u gerbub ta’ molluski, tajbin għal konsum uman

0307 11 10 sa 0307 19 90

Gajdri

Dawn is-subtitli jkopru biss il-molluski bivalvi tal-genera Ostrea, Crassostrea (imsejħin ukoll Gryphaea) u Pycnodonta.

Dintinzjoni s-soltu issir bejn gajdri ċatti (tal-ġeneru Ostrea) u dawk bi qxur irregolari bħall-gajdri Portugiżi (Crassostrea angulata) u l-gajdra tal-Punt Blu jew tal-Virġinja (Crassostrea virginica).

0307 11 10

Gajdri ċatti (tal-ġeneru Ostrea ), ħajjin u jiżnu (bil-qoxra b’kollox) mhux aktar minn 40 g kull waħda

Gajdri tal-ġeneru Ostrea biss li jiżnu mhux aktar minn 40 g kull waħda (bil-qoxra b’kollox) huma klassifikati f’dan is-subtitlu. Il-gajdri ċatti miġburin fl-Ewropa huma ġeneralment ta’ l-ispeċi Ostrea edulis. Hemm ukoll speċi bħal, partikolarment, Ostrea lurida tal-kosta Paċifika ta’ l-Amerika ta’ Fuq u Ostrea chilensis taċ-Chile.

0307 11 90 sa 0307 19 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru biss il-molluski bivalvi tal-genera Ostrea, Crassostrea (imsejħin ukoll Gryphaea) u Pycnodonta.

Il-ġeneru Crassostrea jinkludi l-gajdra Portugiża (Crassostrea angulata), il-gajdra Ġappuniża (Crassostrea gigas) u l-gajdra magħrufa bħala tal-Punt Blu jew tal-Virġinja (Crassostrea virginica).

0307 71 00 sa 0307 79 90

Gandoffli, arzell u arki (familji Arcidae, Arcticidae, Cardiidae, Donacidae, Hiatellidae, Mactridae, Mesodesmatidae, Myidae, Semelidae, Solecurtidae, Solenidae, Tridacnidae u Veneridae)

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

arzell (Scrobicularia plana), arzell derries (Mactra spp.) u cockles (Cardium spp.);

2.

razor shells (Solen spp.) bħal razor clams (Solen marginatus, Solen siliqua u Solen ensis) u arzell tal-qoxra iebsa (Venus mercenaria u Venus verrucosa);

0307 91 10 sa 0307 99 80

Oħrajn, inkluż dqiq, pasti u gerbub, tajbin għal konsum uman

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

bebbux tal-baħar bħall-bronja komuni (Buccinum undatum);

2.

brankutli (winkles) (Littorina u Lunatia spp.);

3.

siċċ ta' l-ispeċi Sepia pharaonis;

4.

klamarun Humboldt (Dosidicus gigas) u klamar itir Ġappuniż (Todarodes pacificus).

KAPITLU 4

PRODOTTI TAL-ĦALIB; BAJD TAT-TJUR; GĦASEL NATURALI; PRODOTTI TAJBIN GĦALL-IKEL ĠEJJIN MINN ANNIMALI, LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND’OĦRA

Ġenerali

Il-kaseinati li jinkisbu mill-kaseina tal-ħalib huma wżati, pereżempju, bħala emulsifikant (kaseinat tas- sodju) jew sors ta' proteina (kaseinat tal-kalċju). Il-prodotti li għandhom fihom kaseinati f'ammont akbar minn 3 % fil-piż ta' kontenut niexef huma esklużi titli 0401 sa 0404 peress li dawk il- kaseinati ma jeżistux naturalment fil-ħalib f'dan il-livell (b'mod partikolari ara titlu 1901).

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

Sakemm il-prodotti ma jkun fihom ebda żidiet għajr dawk imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, tieni paragrafu, dan it-titlu jinkludi:

1.

ħalib intier (mhux xkumat), mhux proċessat, u ħalib bħal dan parzjalment jew kompletament xkumat;

2.

ħalib ippasturizzat, jiġifieri., ħalib li l-kwalitajiet li jżommuh tiegħu kienu mtejbin permezz ta’ l-eliminazzjoni parzjali tat-tkabbir ta’ mikrobi permezz ta’ trattament bis-sħana intensiv.

3.

ħalib sterilizzat, inkluż ħalib UHT, li jżomm iżjed, wara t-tkabbir ta’ mikrobi kien virtwalment eliminat permezz ta’ trattament bis-sħana iżjed intensiv;

4.

ħalib omoġenizzat, li fih il-globuli tax-xaħam ta’ l-emulsjoni naturali kienu mkissrin — permezz ta’ mezzijiet mekkaniċi taħt pressa qawwija ħafna marbuta ma’ trattament bis-sħana — fi glomeruli ta’ daqsijiet iżgħar, li jipprevenu parzjalment il-formazzjoni ta’ krema;

5.

ħalib ippeptonizzat, jiġifieri. ħalib li d-diġestibilita tiegħu kienet imtejba biż-żieda ta’ pepsini għal proċessar ta’ proteini;

6.

krema, li hija l-istrat xaħmi li jifforma b’mod naturali fil-wiċċ ta’ ħalib qiegħed permezz ta’ agglomerazzjoni bil-mod tal-globuli għall-emulsjoni imxaħħmin. Kemm jekk imneħħija bl-idejn jew estratta mill-ħalib permezz ta’ ċentrifuga f’separatur tal-krema, hija fiha, bħala żieda mal-komponenti l-oħrajn tal-ħalib, kontenut pjuttost għoli ta’ xaħam (li s-soltu jaqbeż 10 % mill-piż). Ċertu proċessi ta’ ċentrifugi jipproduċu kremi b’kontenut ta’ xaħam li jaqbeż il-50 % mill-piż.

Krema titqies bħala “mhux konċentrata” f’dan it-titlu, irrelevanti x’inhu l-perċentwal ta’ kontenut ta’ xaħam, sakemm din kienet miksuba kompletament:

(a)

permezz ta’ xkumar tal-wiċċ tal-ħalib;

(b)

permezz ta’ l-użu ta’ ċentrifuga.

Madanakollu, krema “konċentrata” prodotta b’mezzi differenti, bħal pereżempju l-evaporazzjoni ta’ ilma matul trattament bis-sħana taqa’ f'titlu 0402.

0402

Ħalib u krema, konċentrati u biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

Dan it-titlu jinkludi trab ta' ħalib li miegħu kien miżjud lura ċentrifugat tad-diżinfezzjoni sakemm il-proporzjon ta' kostitwenti ta' ħalib naturali ma jkunux imħarbtin (inkella titlu 0404).

Prodotti li fihom il-leċitina tas-soja (emulsifikant) f'ammont iktar minn 3 % fil-piż ta' kontenut niexef huma esklużi minn din l-titlu.

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 0404, ħlief (d).

0403

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawwrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

Prodotti f’forma ta’ pejst li normalment jittieklu b’mgħarfa m’għandhomx ikunu klassifikati bħala prodotti fi trab, jew frak żgħar jew forom oħra solidi.

Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, it-terminu “xorrox tal-butir” ikopri kemm xorrox tal-butir ħelu (jiġifieri. mhux aċidifikat) kif ukoll aċidifikat.

0403 10 11 sa 0403 10 99

Jogurt

Dawn is-subtitli japplikaw biss għal prodotti li huma miksubin permezz ta’ fermentazzjoni lattika ta’ Spreptococcus thermophilus u Lactobacillus delbrueckii subsp. bulgaricus esklussivament.

Dawn is-subtitli ma japplikawx għal prodotti li, wara l-fermentazzjoni, kienu suġġetti għal trattament bis-sħana li rrenda l-kulturi tal-jogurt inattivi (subtitlu 0403 90).

0403 90 11 sa 0403 90 99

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0403 10 11 sa 0403 10 99.

Dawn is-subtitli ma jkoprux prodotti tat-tip “cagliata” kif imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0406 10 30 sa 0406 10 80, tielet paragrafu.

0404

Xorrox, kemm jekk konċentrat kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn konstitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra

Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 0402, l-ewwel paragrafu.

0404 90 21 sa 0404 90 89

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 0402 japplikaw, mutatis mutandis.

Dawn is-subtitli jinkludu proteini tal-ħalib konċentrati miksubin permezz tat-tneħħija parzjali tal-lattosju u mluħ minerali minn ħalib xkumat u li fih il-kontenut ta’ proteini tammonta għal 85 % jew inqas mill-piż tal-materjal niexef. Il-kontenut ta’ proteini huwa kalkolat billi jkun immultiplikat il-kontenut ta’ nitroġenu b’fattur ta’ konverżjoni ta’ 6,38.

Meta l-kontenut ta’ proteini tal-proteini ta’ ħalib konċentrati jaqbeż il- 85 % mill-piż tal-materjal niexef, il-prodott jaqa’ f'titlu 3504 (ara Nota Addizzjonali 1 għal kapitlu 35)

0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib

0405 10 11 sa 0405 10 90

Butir

It-terminu “butir” huwa definit f’Nota 2 (a) u f’Nota 2 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0405, (A).

Butir huwa emulsjoni kollu ilma fix-xaħam tal-ħalib, fejn l-ilma huwa l-fażi mxerrda tieghu u x-xaħam huwa l-mezz ta’ tixrid.

Fuq in-naħa l-oħra, krema (titli 0401 u 0402) — li fihom il-perċentwal ta’ xaħam f’ċertu każi huwa l-istess bħal dak tal-butir — huwa emulsjoni ta’ globuli tax-xaħam fl-ilma, fejn l-ilma huwa l-mezz ta’ tixrid u x-xaħam il-fażi li xxerred.

Minn din id-differenza fl-istruttura jkompli li biż-żieda tal-kwantitajiet xierqa ta’ ilma mal-krema wieħed jista’ bejn wieħed u ieħor jerġa’ joħloq il-ħalib oriġinali, iżda dan m’huwiex possibli bil-butir.

0405 20 10 sa 0405 20 90

Dlik (pejst) tal-butir

L-espressjoni “dlik (pejst) tal-butir” hija definita f’Nota 2 (b) għal dan il-kapitlu.

Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0405, (B).

0405 90 10 u 0405 90 90

Oħrajn

Ara Nota 2 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu u n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 0405, (Ċ).

0406

Ġobon u baqta

Prodotti li fihom ix-xaħam tal-ħalib kien mibdul totalment jew parzjalment b’tipi oħrajn ta’ xaħam (pereżempju. veġetali) ma jitqisux bħala ġobon f’dan it-titlu (ġeneralment titlu 2106).

0406 10 30 sa 0406 10 80

Ġobon frisk (mhux misjur jew konservat), inkluż ġobon tax-xorrox, u baqta

Għal ġobon tax-xorrox, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0406, tieni paragrafu.

Baqta jew “ġobon abjad” huwa l-prodott miksub minn ħalib imbaqqat li minnu tneħħa ħafna mis-serum (pereżempju, permezz ta’ tneħħija ta’ l-ilma jew tgħasir). Baqta (ħlief fi trab) b’sa 30 % mill-piż ta’ zokkor u frott miżjud jitqies li jżomm il-karattru ta’ baqta u jibqa’ klassifikat f’dawn is-subtitli.

Dawn is-subtitli jinkludu prodotti tat-tip “cagliata”, jiġifieri. prodotti miksubin permezz tal-koagulazzjoni ma’ tames, enżimi oħrajn jew trattament aċtu, ħalib intier (mhux xkumat) jew ħalib parzjalment jew kompletament xkumat, li minnu ħafna mis-serum ikun tneħħa. Dawn il-prodotti jkunu preżentati fil-forma ta’ pasta għadha mhux baqta plastika, lixxa, faċli biex tkun separata fi grani, b’riħa karatteristika intensa u b’kontenut ta’ sodju kloridu ta’ 0,3 % jew anqas mill-piż. Huma prodotti “intermedji”, li jeħtieġu li jkunu proċessati aktar, prinċipalment biex jinkiseb ġobon.

0406 20 00

Ġobon maħkuk jew fi trab, ta’ kull tip

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

ġobon maħkuk, is-soltu użat bħala ħwawar jew għal għanijiet oħrajn fl-industrija ta’ l-iproċessar ta’ l-ikel. Huma l-iżjed miksubin minn ġobon iebes (pereżempju, Grana, Parmigiano Reggiano, Emmental, Reggianito, Sbrinz, Asiago, Pecorino, etc.). Dan il-ġobon seta’ kien parzjalment deidrat bil-ħsieb li tkun żgurata l-itwal preservazzjoni possibbli.

Din il-klassifikazzjoni tkopri ukoll ġobon li, wara li kien maħkuk, kien agglomerat;

2.

ġobon magħmul trab is-soltu użat fl-industrija ta’ l-ikel. Huwa magħmul minn kull tip ta’ ġobon li kien jew magħmul likwidu u mbagħad magħmul trab, jew ridott f’pejst u mnixxef u mitħun.

0406 30 10 sa 0406 30 90

Ġobon proċessat, mhux maħkuk jew trab

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0406, l-ewwel paragrafu, (3).

0406 40 10 sa 0406 40 90

Ġobon tip blu (tat-tursina) u tipi oħra ta’ ġobon li għandhom vini blu prodotti bil- Penicillium roqueforti

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 0406 40.

Il-karatteristika prinċipali ta’ dan il-ġobon hija il-pigmentazzjoni irregolari minħabba l-iżvilupp ta’ moffa fil-ġisem tal-ġobon.

0406 40 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ukoll ġobon b’pigmentazzjoni irregolari bajda/griża li tidher ċar fil-ġisem tal-ġobon miksuba mill-użu tar-razza mingħajr kulur Penicillium roqueforti.

0407

Bajd tat-tjur, fil-qoxra, frisk, preservat jew imsajjar

Dan it-titlu jkopri wkoll bajd maqtugħ fil-qoxra kif ukoll bajd li fih beda l-proċess ta’ inkubazzjoni.

Preservazzjoni tista’ tinkiseb permezz tat-trattament ta’ barra tal-bajd b’xaħam, xemgħa jew xemgħa paraffin, b’immersjoni f’soluzzjoni ta’ ġebla jew silicate (sodju jew potassa) jew b’metodi oħra.

It-termini “ta’ tjur tad-dar”, tfisser għasafar tat-titlu 0105.

0407 11 00 sa 0407 19 90

Bajd iffertilizzat għall-inkubazzjoni

Dawn is-subtitli jkopru biss bajd tat-tjur tad-dar li jaqblu mat-termini stipulati mill-awtoritajiet kompetenti.

0408

Bajd tat-tjur, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, friski, imnixxfin, imsajrin bl-istim jew bit-tgħolija, iffurmati, friżati jew preservati mod ieħor, kemm biż-żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le

0408 11 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi isfra tal-bajd tajbin għal konsum mill-bnedmin u isfra tal-bajd mhux tajbin għal konsum mill-bnedmin ħlief dawk li jaqgħu f’subtitlu 0408 11 20.

Dan jinkludi ukoll isfar tal-bajd imnixxef li kien preservat permezz taż-żieda ta’ kwantitajiet żgħar ta’ kimiċi u huwa intiż għal produzzjoni ta’ kejkijiet u għaġniet, prodotti tat-tip ta’ makaroni u prodotti simili.

0408 19 81 u 0408 19 89

Oħrajn

L-ewwel sentenza tan-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0408 11 80 tapplika, mutatis mutandis.

0408 91 80

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0408 11 80 japplikaw, mutatis mutandis.

0408 99 80

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0408 11 80 japplikaw, mutatis mutandis.

Bħala żieda ma’ bajd sħiħ mingħajr qxur, li jistgħu jkunu preżentati friski, dan is-subtitlu jkopri bajd sħiħ likwidu preservat, preservat, pereżempju, biż-żieda ta’ melħ jew preservattivi kimiċi u bajd sħiħ friżat. Dan jinkludi ukoll bajd imsajjar bl-istim jew bit-tgħolija, u bajd immuffat (pereżempju, bajd “twal” ċilindriċi magħmulin mill-isfra u l-abjad ta’ diversi bajd).

KAPITLU 5

PRODOTTI ĠEJJIN MILL-ANNIMALI LI MHUMIEX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BAND’OĦRA

0505

Ġlud u partijiet oħrajn minn għasafar, bir-rix, rix u bċejjeċ tar-rix (kemm bit-trufijiet mirqumin jew le), mhumiex maħdumin aktar minn imnaddfin, disinfettati jew trattati għall-preservazzjoni; trab u skart mir-rix jew minn bċejjeċ tar-rix

0505 10 10 u 0505 10 90

Rix ta' tip użat għall-mili

Prodotti ta’ dawn is-subtitli huma definiti fin-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 0505 10.

0505 10 10

Mhux proċessat

Dan is-subtitlu jkopri rix ta’ tip użat għall-mili u rix irqiq fil-kundizzjoni kif maqlugħ mill-ġisem ta’ l-għasfur, anki jekk l-operazzjoni saret meta r-rix kien imxarrab. Huwa jkopri ukoll rix u rix irqiq li, wara li kien imnittef, kien soġġett għal trattament għat-tneħħija tat-trab, kien disinfettat, jew għadda sempliċement minn trattament għal preservazzjoni.

Dan is-subtitlu jkopri wkoll rix salvat (jew użat), li ma jistax jerġa’ jintuża fl-istat eżistenti tiegħu bħala rix għall-mili. Prodotti ta’ dan is-subtitlu huma ġeneralment preżentati fil-forma ta’ balel kumpressati.

0505 10 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri rix ta’ tip użat għall-mili u rix irqiq li ngħataw trattament ta’ tindif iżjed elaborat minn dak imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0505 10 10, pereżempju, ħasil f’ilma jew fwar u tnixxif b’arja sħuna.

0505 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

ġlud u partijiet oħra ta’ għasafar (rjus, ġwienaħ, għenuq, eċċ.) bir-rix jew rix irqaq tagħhom, intiżi, pereżempju, għall-manifattura ta’ aċċessorji għal xedd ornamentali.

2.

ġlud ta’ għasafar mingħajr pjumi, speċjalment il-parti tal-ġilda tal-wiżż magħrufa bħala “ġilda taċ-ċinji”, użata prinċipalment għall-manifattura ta’ ġummien.

3.

rix kbir mill-ġwienaħ jew denb jew partijiet oħra tal-pjumi li ma jistgħux jintużaw partikolarment minħabba d-daqs tagħhom u l-ebusija taz-zokk tagħhom.

4.

partijiet ornamentali intiżi, wara l-ħidma, għall-manifattura ta’ trimmjaturi għal xedd ornamentali, għal fjuri artifiċjali, eċċ. Partijiet bħal dawn huma, pereżempju, rix ta’ nagħam, agrett, russett ġriż, faġan, marabou, ibis, pagun, għasfur il-ġenna, flamingo, sultan iċ-ċawl, kolibri, ċawla bajda, avultun, gawwija u ċikonja;

5.

rix, ġeneralment ta’ tul uniformi, użat għall manifattura ta’ ċarrut tat-tindif tar-rix u xkupilji tar-rix;

6.

ċertu partijiet magħrufin sew ta’ rix bħal pereżempju r-rix kbir u z-zkuk, kemm jekk maqsumin u kemm jekk le (eż., għal manifattura ta’ stikkadenti, tagħmir tas-sajf), barbs maqtugħin miz-zokk jew mwaħħlin ma’ qatgħa rqiqa taz-zokk, kemm jekk bit-truf ittrimmjati u kemm jekk le (rix miġbud). Madanakollu, jekk minkejja kwalunkwe proċessar li jkunu għaddew minnu dawn iżommu l-karattru ta’ rix għall-mili, huma jaqgħu f’subtitlu 0505 10 10 jew 0505 10 90.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll prodotti magħrufin bħala “gerissene Hahnenhälse”; li huma z-zkuk ta’ rix, trimmjati ħlief għal partijiet fini tat-truf tagħhom, li jżommu plumi jew barbs żgħar li l-proċess ta’ trimmjar ma jkunx irnexxilu jneħħi.

7.

trab (jew pasti) u skart ta’ rix jew ta’ partijiet ta’ rix.

0506

Għadam u ċ-ċentru tal-qrun, mhux maħdumin, bix-xaħam imneħħi, sempliċiment preparati (iżda mhux maqtugħin għall-forma), trattati bl-aċtu jew deġelatinizzati; trab u skart minn dawn il-prodotti

0506 10 00

Ossejn u għadam trattati bl-aċtu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0506, tieni paragrafu, (3).

0506 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0506, tieni paragrafu, (1), (2), (4) u (5).

0510 00 00

Ambra griża, kastorju, żibett u misk; kanatridi; bila, imnixxfa jew le; glandoli u prodotti oħrajn ta’ annimali użati fil-preparazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi, friski, imkessħin, friżati jew preservati mod ieħor provviżorjament

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0510, dan it-titlu jinkludi ċelluli ta’ plaċenti imkessħin jew friżati, kemm jekk f’kontenituri sterili u kemm jekk le.

0511

Prodotti ġejjin mill-annimali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; annimali mejtin ta’ Kapitlu 1 jew 3, mhux tajbin għall-konsum uman

0511 91 10

Skart tal-ħut

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0511, (6), paragrafi (i) sa (iv).

0511 91 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri:

1.

fwied u bajd tal-ħut li ma jistax jittiekel (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0511, (5), paragrafi (i) u (ii));

2.

skart ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akwatiċi oħra, eż., qxur ta’ gambli jew gambli kbar, kemm jekk magħmulin trab u kemm jekk le;

3.

annimali mejtin ta’ kapitlu 3, mhux tajbin għall-ikel jew klassifikati bħala mhux tajbin għal konsum minn bnedmin, eż. daphnids, magħrufin bħala briegħed ta’ l-ilma, u ostracoda jew phyllopods oħrajn, biex jitimgħu ħut ta’ l-akkwarju;

0511 99 31 u 0511 99 39

Sponoż naturali ġejjin minn annimali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0511, (14).

0511 99 31

Mhux proċessati

Bħala żieda ma’ sponoż importati fl-istat li fih huma ttieħdu mill-baħar, dan is-subtitlu jinkludi sponoż naturali li kellhom il-parti li tkopri l-esterjuri tagħhom, sustanzi rotob viskużi u ftit mill-materja estraneja tagħhom (eż. sustanzi kalkarużi, ramel) imneħħijin permezz ta’ dars jew tifrik u ħasil f’ilma baħar.

Dan is-subtitlu jkopri ukoll sponoż naturali li kellhom il-partijiet li ma jistgħux jintużaw tagħhom (partijiet immuffati, pereżempju), imneħħijin, eż. permezz ta’ qtugħ, u, ġeneralment, sponoż kollha li m’għaddewx minn trattament kimiku.

0511 99 39

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri sponoż li kienu preparati aktar biex jitneħħew kompletament is-sustanzi kalkarużi tagħhom, biex jitħaffu f’kulurhom (permezz ta’ trattament bi bromju jew b’sodju tiosulfat), biex jitneħħa l-grass minnhom (permezz ta’ tgħaddis f’soluzzjoni ta’ ammonja) biex ikunu bbliċjati (permezz ta’ tgħaddis fi 2 % ta’ aċtu oksaliku) jew, permezz ta’ trattamenti kimiċi oħra, li jagħmilhom tajbin għall-użu.

0511 99 85

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0511, (2), (3), (4), (7), (8) u (13). Dan is-subtitlu jkopri ukoll annimali mejtin ta’ kapitlu 1, mhux tajbin għall-ikel jew klassifikati bħala mhux tajbin għal konsum minn bnedmin.

Dan is-subtitlu ma jinkludix plasma tad-demm ta’ annimali (titlu 3002, pereżempju).

TAQSIMA II

PRODOTTI VEĠETALI

KAPITLU 6

SIĠAR ĦAJJIN U PJANTI OĦRAJN; BASAL, GĦERUQ U BĦALHOM; FJURI MAQTUGĦIN U WERAQ ORNAMENTALI

0601

Basal, tuberi, għeruq tuberużi, corms, crowns u riżomi, reqdin, jarmu jew bil-ward; pjanti taċ-ċikwejra u għeruq ħlief dawk l-għeruq ta’ titlu 1212

0601 20 30

Orkidej, ġjaċinti, narċis u tulipani

Dan s-subtitlu jkopri orkidej epifitiċi (pereżempju, orkidej tal-genera Cattleya u Dendrobium).

0602

Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ

0602 10 10 u 0602 10 90

Biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq:

Dan is-subtitlu jkopri:

1.

Il-partijiet ħajjin ta’ pjanti mingħajr għeruq li kienu separati mill-pjanta ġenitur biex isiru pjanti indipendenti (biċċiet);

2.

il-partijiet ħajjin ta’ pjanti bir-rimi (għajnejn) li huma intiżi għal tilqim għal fuq pjanti (żabriet).

0602 40 00

Ward, imlaqqmin jew le

Dawn is-subtitli jkopru kemm ward koltivat kif ukoll ward kanin jew salvaġġ.

0602 90 10

Spawn għall-faqqiegħ

Spawn għall-faqqiegħ huwa t-terminu mgħoti lil xibka ta’ ħjut fraġli (Thallus jew Mycelium), spiss misjuba taħt l-art, li tgħix u tikber fuq is-superfiċi ta’ annimali jew materjal veġetali li jkun qed jiddekomponi u li tiżviluppa fit-tessuti nnifishom u tipproduċi faqqiegħ.

Spawn tal-faqqiegħ imkabbar għal għanijiet kummerċjali jinbiegħ fil-forma ta’ kaxex, li huma magħmulin minn biċċiet ta’ tiben nofsu mħassar li fuqu jkun hemm depositati strati ta’ mycelium.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll prodott magħmul minn spawn tal-faqqiegħ, mhux kompletament żviluppat, imqiegħd f’ammonti mikroskopiċi fuq strat ta’ frak ta’ ċereali magħluqin f’kompost ta’ demel taż-żwiemel sterilizzat (taħlita ta’ tiben u demel taż-żwiemel).

0602 90 41

Siġar tal-foresta

Dan is-subtitlu jinkludi pjanti żgħar miż-żerriegħa ta’ siġar koniferi jew li jwaqqgħu l-weraq normalment użati għal afforestazzjoni. Huma jkunu ġeneralment fornuti b’għeruq f’forma ta’ ballun.

0602 90 45

Biċċiet bl-għeruq u pjanti żgħar

Dan is-subtitlu jinkludi pjanti żgħar, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor, jiġifieri, pjanti li jeħtieġu aktar koltivazzjoni f’serra qabel ikunu miżrugħin. Dawn huma nebbiet minn żmien ta’ sena sa sentejn, kif ukoll biċċiet bl-għeruq, imlaqqmin jew riżomi jew pjanti bir-rimi, strati u pjanti li ġeneralment m’għandhomx aktar minn tnejn sa tliet snin.

0602 90 49

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi siġar u arbuxxell ta’ speċi Ewropej jew eżotiċi, mhux speċifikati jew inklużi mkien ieħor, li ma jintużawx normalment għal afforestazzjoni. Huma jkunu ġeneralment forniti b’għeruq f’forma ta’ ballun.

0602 90 50

Pjanti oħrajn ta’ barra

Dan is-subtitlu jinkludi pjanti li jifilħu x-xitwa li huma intiżi għal tħawwil permanenti, li z-zokk mhux ta’ l-injam tagħhom 'l fuq mill-art imut fil-ħarifa u jnibbet mill-ġdid fir-rebbiegħa.

Dan is-subtitlu jinkludi ukoll felċi, bann u pjanti akwatiċi (ħlief dawk ta’ titlu 0601 u ta’ titlu 0602 90 99).

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll rombli ta’ turf u kaxex ta’ turf għal lôns.

0603

Fjuri maqtugħin u blanzuni ta’ fjuri ta’ tip adattati għal bukketti u għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor

0603 11 00 sa 0603 19 80

Friski

Dawn is-subtitli jinkludu fjuri u blanzuni ta’ fjuri li l-kulur naturali tagħhom kien modifikat jew imtejjeb, partikolarment permezz ta’ trattament ta’ assorbiment b’soluzzjonijiet ikkuluriti qabel jew wara l-qtugħ, jew sempliċiment b’tgħaddis, sakemm dawn il-prodotti jkunu impurtati friski

0603 19 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ġirasol u reseda. Madanakollu, il-friegħi u l-weraq ta’ dawn iż-żewġ pjanti (mingħajr fjuri) jaqgħu f’subtitlu 1404 90 00.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll zkuk taż-żafżafa bil-blanzuni jew bil-fjuri. Madanakollu, zkuk taż-żafżafa mingħajr blanzuni jew fjuri jaqgħu f’subtitlu 1401 90 00.

0604

Weraq, friegħi u partijiet oħrajn ta’ pjanti, mingħajr fjuri jew blanzuni, u ħaxix, ħażiż u likeni, li huma oġġetti adattati għal bukketti jew għal għanijiet ornamentali, friski, nixfin, miżbugħin, ibbliċjati, mimlijin jew ippreparati mod ieħor

0604 20 11

Likena tar-renna

Din hija pjanta tal-familja Cladoniaceae (Cladonia rangiferina, Cladonia silvatica u Cladonia alpestris).

0604 20 90

Oħrajn

Dan is-subtitli ma jkoprix sbul frisk ta’ sweetcorn (Zea mays var. saccharata) (kapitlu 7) jew ta’ pjanti ċereali (kapitlu 10).

0604 90 11

Likena tar-renna

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0604 20 11.

0604 90 91

Mhumiex ippreparati għajr imnixxfin

Dan is-subtitlu ma jkoprix zkuk imnixxfin li kienu mgħawwġin jew iffurmati fi spirali irrelevanti minn jekk dawn kinux mgħawwġin jew iffurmati fi spirali qabel kienu mnixxfin (subtitlu 0604 90 99).

Dan is-subtitlu ma jkoprix is-sbul sempliċiment imnixxef ta’ sweetcorn (Zea mays var. saccharata) (kapitlu 7) jew ta’ pjanti ċereali (kapitlu 10).

0604 90 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi s-sbul imnixxef ta’ pjanti ċereali (pereżempju, majs) li kien ibbliċjat, mgħoti kulur, imsaħħaħ jew inkella trattat għal għanijiet ornamentali. Dan is-subtitlu jinkludi ukoll zkuk imnixxfin li kienu mgħawwġin jew iffurmati fi spirali.

KAPITLU 7

VEĠETALI U ĊERTI GĦERUQ U TUBERI TAJBIN GĦALL-IKEL

Ġenerali

Rimjiet (rimjiet veġetali u rimjiet oħra) huma żerriegħa mnibbta użati għall-konsum mill-bniedem, li jittieklu jew nejjin jew imsajrin. Ir-rimi huwa l-prattika tal-ġerminazzjoni taż-żrieragħ permezz tal- umidifikazzjoni (dan iżid il-kontenut tal-ilma fiż-żrieragħ u joħroġhom mill-inattività) sakemm pjanta ġdida tibda tikber 'il fuq u jiżviluppaw il-weraq.

Ġeneralment, ir-rimjiet li jkunu lesti għall-konsum mill-bniedem jistgħu jiġu ppreżentati fi tliet modi:

(a)

bħala pjanta f'ġerminazzjoni b'weraq taż-żerriegħa (il-kotiledon, l-ewwel weraq embrijoniċi), fdal taż-żerriegħa u l-għeruq;

(b)

bħala pjanta li tikkonsisti fiż-żerriegħa taċ-ċereali li qed tarmi, eż. xgħir li nebbet, l-hekk-imsejjaħ malt aħdar (ara wkoll in-Nota ta' Spjega għal subtitli 1107 10 11 sa 1107 10 99), li jistgħu jew jintużaw nejjin f'insalati jew, wara aktar ipproċessar, għall-produzzjoni l-aktar ta' birra jew wiski;

(ċ)

bħala “pjanta tarbija” li tikkonsisti biss f'weraq taż-żerriegħa, mingħajr fdalijiet taż-żerriegħa u l- għeruq u li ma jkollhiex “weraq adulti” (weraq reali, iffurmati post-embrijonikament). Dawn it-tipi ta' rimjiet huma normalment ippreżentati f'kaxxi żgħar b'midja ta' tkabbir.

Meta jiġu kklassifikati r-rimjiet għandhom jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin:

rimjiet tal-ħaxix imsemmi fil-Kapitlu 7 għandhom ikunu kklassifikati billi l-ħxejjex friski fil-Kapitlu 7 taħt it-titli rispettivi tagħhom bħala ħxejjex friski jaqgħu f’dan il-Kapitlu kemm jekk maħsuba għall-użu bħala ikel, għaż-żrigħ jew għat-tħawwil, bl-eċċezzjoni tax-xitel veġetali f'kundizzjoni li jitħawlu mill-ġdid tal-titlu 0602 (ara n-Noti ta' Spjega Ġenerali SA għal Kapitlu 7, l-għaxar paragrafu),

fażola użati għal produzzjoni tar-rimjiet tal-fażola huma kklassifikati taħt l-titlu 0713 bħala ħaxix leguminuż imnixxef (ara n-Nota ta' Spjega tas-subtitli SA għas-subtitlu 0713 31). Madankollu, ir-rimjiet tal-fażola ġġerminati minn dawn u rimjiet minn veġetali leguminużi mnixxfin oħrajn huma kklassifikati bħala ħxejjex leguminużi friski taħt l-titlu 0708,

għalkemm fil-forma ta' żrieragħ biss xi pjanti jikkwalifikaw għall-klassifikazzjoni f'kapitli oħra tan-Nomenklatura Magħquda, bħall-Kapitli 9 jew 12, ladarba jkunu ġġerminaw dawn isiru tajbin għall-konsum bħala veġetali u għandhom għaldaqstant jiġu kklassifikati fil-Kapitlu 7 minħabba li jkunu tilfu l-karatteristiċi oġġettivi tal-Kapitli 9 jew 12. Ara n-Noti ta' Spjega SA tal-titlu 0709, l-ewwel paragrafu, (14), fir-rigward tar-rimjiet tal-bambù u r-rimjiet taż-żerriegħa tas-sojja,

rimjiet magħmula minn żerriegħa ta' ċereali tal-Kapitlu 10 (titlu 1001, 1002, 1003, 1004, 1006 jew 1008), pereżempju xgħir li nebbet, għandhom ikunu klassifikati fis-subtitlu 1107 10 (ix-xgħir li nebbet huwa eskluż mill-Kapitlu 10, ara n-Noti ta' Spjega SA tal-titlu 1003, l-eċċezzjoni (a)), li hija l-aktar titlu speċifika għaċ-ċereali mnibbta, l-titlu mhix limitata għaċ-ċereali mnibbta mnixxfa (malt). “Malt aħdar” huwa kklassifikat fis-subtitli 1107 10 11 sa 1107 10 99 (ara n-Noti ta' Spjega tas-subtitli 1107 10 11 sa 1107 10 99, l-ewwel paragrafu) u huwa kkaratterizzat bħala żerriegħa li bdiet tiġġermina iżda ma tkunx għadha ġiet imnixxfa,

rimjiet magħmula mill-varjetà Zea mays var. saccharata (qamħ ħelu) li għandhom jiġu kklassifikati fil-Kapitlu 7 bl-applikazzjoni tan-Nota 2 tal-Kapitlu 7 u n-Nota 2 tal-Kapitlu 10, għandhom ikunu kklassifikati fl-titlu 0709 (subtitlu 0709 99 60).

Lista mhux eżawrjenti ta' rimjiet flimkien mal-kodiċi NM tagħhom:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni (Isem Latin)

0703 10 19

rimjiet tal-basal (Allium cepa)

0703 20 00

rimjiet tat-tewm (Allium sativum)

0703 90 00

rimjiet tal-kurrat (Allium porrum)

0704 90 90

rimjiet tal-brokkoli (Brassica oleracea var. italica)

0704 90 90

rimjiet tar-rukola (Eruca sativa; syn. Eruca vesicaria ssp. sativa (Miller) Thell., Brassica eruca L.)

0706 90 90

rimjiet tal-pitravi (Beta vulgaris ssp. vulgaris)

0706 90 90

rimjiet tar-ravanell (Raphanus sativus)

0708 10 00

rimjiet tal-piżelli (Pisum sativum)

0708 20 00

rimjiet tal-fażola azuki (Phaseolus angularis)

0708 20 00

rimjiet tal-fażola mung (Vigna radiata)

0708 20 00

rimjiet tal-fażola tar-ross (Phaseolus pubescens)

0708 90 00

rimjiet taċ-ċiċri (Cicer arietinum)

0708 90 00

rimjiet tad-“dragon's-teeth” (Lotus maritimus)

0708 90 00

rimjiet tal-għads (Lens culinaris)

0708 90 00

rimjiet tal-“pigeon pea” (Cajanus cajan)

0709 99 50

rimjiet tal-bużbież (Foeniculum vulgare var. azoricum)

0709 99 60

rimjiet tal-qamħ ħelu (Zea mays var. saccharata)

0709 99 90

rimjiet tal-ħabaq (Ocimum spp.)

0709 99 90

rimjiet tal-mustarda sewda (Brassica nigra, syn.: Sinapis nigra L., Sisymbrium nigrum (L.) Prantl.)

0709 99 90

rimjiet tal-“blue giant hyssop” (Agastache foeniculum)

0709 99 90

rimjiet tal-fidloqqom (Borago officinalis)

0709 99 90

rimjiet tal-kawba Ċiniża (Toona sinensis)

0709 99 90

rimjiet tal-glasswort komuni (Salicornia europaea)

0709 99 90

rimjiet tal-kosbor (Coriandrum sativum)

0709 99 90

rimjiet tal-krexxuni (Lepidium sativum)

0709 99 90

rimjiet tal-fienu (Trigonella foenum-graecum)

0709 99 90

rimjiet ta' shiso aħdar jew shiso vjola (Perilla frutescens)

0709 99 90

rimjiet tal-ġirasol (Helianthus annuus)

0709 99 90

rimjiet tal-mustarda bajda (Sinapis alba)

1107 10 19

malt aħdar tal-qamħ (Triticum aestivum)

1107 10 99

malt aħdar tax-xgħir (Hordeum vulgare)

1107 10 99

malt aħdar tal-millieġ (Panicum miliaceum)

1107 10 99

malt aħdar tal-ħafur (Avena sativa)

1107 10 99

malt aħdar tar-ross (Oryza sativa)

1107 10 99

malt aħdar tas-segala (Secale cereale)

1214 90 90

rimjiet tal-alfalfa (Medicago sativa)

 

0701

Patata, friska jew imkessħa

0701 90 50

Ġdida, mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju

Patata ġdida tingħaraf mill-kulur ċar (is-soltu abjad jew roża) tagħha u mill-qoxra rqiqa tagħha, li m’hijiex b’saħħitha u li tista’ titneħħa faċilment bil-brix. Bħala żieda din ma turi ebda sinjali ta’ tnibbit.

0703

Basal, shallots , tewm, kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm, friski jew imkessħin

0703 10 11 sa 0703 10 90

Basal u shallots

Dawn is-subtitli jkopru kull varjeta’ ta’ basal (Allium cepa) u shallots (Allium ascalonicum).

0703 10 11

Sets (xorta ta’ basal żgħir għaż-żriegħ)

Dan is-subtitlu jkopri basal (bulbs) ta’ basal ta’ sena mkabbrin miż-żerriegħa, għal tħawwil. Id-dijametru tagħhom huwa ġeneralment 1 sa 2 ċm.

0703 20 00

Tewm

Dan is-subtitlu jkopri l-varjetajiet kollha ta' tewm (Allium sativum) li huma tajbin għal konsum minn bnedmin.

Tewn li jikkonsisti minn basla unika mingħajr imsiemer tal-qronfol, li għandu dijametru bejn 25 u 50 mm u deskritt fil-kummerċ bħala “tewm ‘solo’”, “tewm ‘pearl’”, “tewm ‘single bulb’”, “tewm ‘single clove’” jew “tewm ‘monobulb’” (jew kwalunkwe denominazzjoni kummerċjali oħra), huwa kopert ukoll minn din is-subtitlu. Din is-subtitlu ma tkoprix l-hekk imsejjaħ, jew “tewm ‘great-headed’” jew “tewm ‘elephant’” (Allium ampeloprasum, li jaqa' taħt is-subtitlu 0703 90 00), li jikkonsisti minn basla unika ta' dijametru ta' madwar 60 mm jew iżjed (jiġifieri, sinifikament akbar u itqal minn basla tat-tewn b'numru ta' imsiemer tal-qronfol). L-ispeċi Allium sativum u Allium ampeloprasum huma differenti wkoll fir-rigward tal-ġabra ta' ġeni rispettivi tagħhom.

0703 90 00

Kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm

Dan is-subtitlu jkopri l-kurrat komuni tajjeb għall-ikel (Allium porrum), il-basla ta’ l-Irlanda jew kurrat tal-blat (Allium fistulosum) u kurrat salvaġġ (Allium schoenoprasum).

0704

Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, friski jew imkessħin

0704 10 00

Pastard u brokkli bir-ras

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0704, l-ewwel paragrafu, (1).

0704 90 10

Kaboċċi bojod u kaboċċi ħomor

Dan is-subtitlu jkopri kaboċċi bojod (Brassica oleraces L. var. capitata L. f. alba D. C.), inkluża l-kaboċċa ppuntata (Brassica oleracea L. var. capitata L. f. var. alba D. C. subvar. conica u subvar. piramidalis) u l-kaboċċa ħamra (Brassica oleraces L. var. capitata L. f. rubra (L.) Thell).

0704 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi kaboċċi ta’ Savojja (Brassica oleracea L. var. bullata D. C. u var. sabauda L.), kaboċċi Ċiniżi (pereżempju, Brassica sinensis u Brassica pekinensis), ġdur jew kaboċċi ta’ l-għeruq tan-nevell (Brassica oleracea var. gongylodes) u brokkli jew calabres li qed inibbtu (Brassica oleracea L. convar. botrytis (L.) Alef var. italica Plenck).

Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

għeruq li jistgħu jittieklu tal-ġeneru Brassica (ġdur li jaqa’ f’titlu 0706 u nevew jew nevew ta’ l-Isvezja (Brassica napus var. napobrassica) li jaqgħu f’titlu 1214);

(b)

ġdur ta’ l-għalf bħall-ġdur marrowstem ħomor jew bojod (Brassica oleracea var. medullosa) u l-kaboċċa tal-baqar (Brassica oleracea var. viridis), li taqa’ f’titlu 1214.

0706

Karrotti, turnips (xorta ta’ Brassica ), pitravi għall-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta’ krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, friski jew imkessħin

0706 10 00

Karrotti u turnips (xorta ta’ Brassica )

Dan is-subtitlu jkopri biss varjetajiet ta’ turnips u karrotti (ħomor jew roża) tajbin għal konsum minn bnedmin. Karrotti ta’ l-għalf, ġeneralment bojod jew isfar ċar, turnips ta’ l-għalf (Brassica campestris var. rapa) u nevew jew nevew ta’ l-Iżvezja (Brassica napus var. napobrassica) jaqgħu f’subtitlu 1214 90 10.

0706 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

pitravi għall-insalata (Beta vulgaris var. conditiva);

2.

sassefrika (Tragopogon porrifolius) u scorzonera (Scorzonera hispanica);

3.

ravanell ta’ kull tip: abjad, iswed, roża eċċ. (Raphanus sativus var. sativus u niger speċjalment);

4.

tursin ta’ l-għeruq tan-nevew (Petroselinum crispum var. tuberosum) u maxxita bl-għeruq (Chaerophyllum bulbosum);

5.

zunnarija bajda (Pastinaca sativa);

6.

Qaqoċċ Ġappuniż jew chorogi (Stachys affinis jew Stachys sieboldii), li huma riżomi mtawwlin, safranin bojod f’kulurhom u ġeneralment id-daqs tas-sebgħa ż-żgħir b’numru ta’ għafsiet.

Madanakollu, għeruq u tuberi li jittieklu b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina bħal artiċokks, patata ħelwa, għoraż jew jammijiet, jaqgħu f’titlu 0714.

0707 00

Ħjar u gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir), friski jew imkessħin

0707 00 90

Gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir)

Il-gherkins li jaqgħu f’dan is-subtitlu huma varjeta’ ta’ ħjar żgħar (85 jew iżjed għall-kilogramma).

0708

Veġetali leguminużi, imqaxxrin jew bil-qoxra, friski jew imkessħin

0708 10 00

Piżelli ( Pisum sativum )

Dan is-subtitlu jkopri piżelli kollha ta’ l-ispeċi Pisum sativum, inklużi piżelli ta’ l-għalf (Pisum sativum var. arvense).

Dan ma jkoprix piżelli tal-baqar (inklużi dawk tal-varjeta’ b’għajn sewda), li huma fażola li jaqgħu f’subtitlu 0708 20 00, jew ċiċrital-ġenera Cicer li jaqgħu f’subtitlu 0708 90 00.

0708 90 00

Veġetali oħrajn leguminużi

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0708, l-ewwel paragrafu, (3), (4), (5) u (6).

0709

Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin

0709 20 00

Asparagu

Dan is-subtitlu jkopri biss ir-rimi jew “weraq twil bil-ponta” ta’ l-asparagu (Asparagus officinalis).

0709 40 00

Krafes ħlief celeriac

Dan is-subtitlu jkopri krafes tal-varjeta’ “Apium graveolens L. var. dulce (Mill.) Pers.” (karfus maħrut, stikka jew tax-xitwa) u “Apium graveolens var. secalinium Alef.” (krafes tal-weraq).

0709 59 10

Chanterelles

Dan is-subtitlu jinkludi biss chanterelles jew girolles (faqqiegħ tal-bajd) ġeneralment kulur l-isfar tal-bajd, ta’ l-ispeċi Cantharellus cibarius Fries u Cantharellus friesii Quélet. Tipi simili tajbin għall-ikel bħax-chanterelle falza (Clitocybe aurantiaca) u il-horn-of-plenty (Craterellus cornucopioides), ġieli użati bħala sostitut għal tartufi f’charcuterie, jaqgħu f’subtitlu 0709 59 90.

0709 59 30

Flap mushrooms

Dan is-subtitlu jkopri biss faqqiegħ flap jew boletus tal-ġeneru Boletus u partikolarment il-flap mushroom komuni jew cep (Boletus edulis).

0709 60 10 sa 0709 60 99

Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0709, l-ewwel kapitlu, (5).

0709 92 10 u 0709 92 90

Żebbuġ

Żebbuġ li kellhom żejthom estratt iżda b’kontenut ta’ materjal ta’ xaħam għola minn 8 % jibqa’ f’dawn is-subtitlu.

0709 99 10

Veġetali għall-insalata, ħlief ħass ( Lactuca sativa ) u ċikwejra ( Cichorium spp .)

Dan is-subtitlu jkopri kull tip ta’ pjanti għall-insalata ħlief ħass tal-ġnien (Lactuca sativa), ċikwejra u indivja (Cichorium spp.); dawn jinkludu:

1.

ħass tal-ħaruf;

2.

ċikwejr salvaġġ (Taraxacum officinale).

0709 99 20

Pitravi chard (jew pitravi zokkrija) u kardun

Dan is-subtitlu jkopri pitravi chard, imsejjaħ ukoll pitravi zokkrija, pitravi ta’ l-ispinaċi, pitravi fiddien jew pitravi tal-werqa (Beta vulgaris subvar. cicla) u kardun (Cynara cardunculus).

0709 99 40

Kappar

Kappar huma il-blanzuni tal-fjuri mhux miftuħin ta’ arbuxxell perenni xewki (Capparis spinosa).

0709 99 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

okra, gumbo jew subgħajn in-nisa (Hibiscus esculentus);

2.

rabarbru;

3.

sorrel (Rumex acetosa);

4.

ħaxixa Ingliża

5.

zfunnarija bajda (Sium sisarum);

6.

ħafna tipi ta’ ħaxixet id-dras: ħabirxa (Lepidium sativum), krexxuni (Nasturtium officinale), krexxuni tax-xitwa (Barbarea verna), nasturtium jew krexxuni Indjani (Tropaeolum majus), eċċ.;

7.

burdlieqa komuni (Portulaca oleracea);

8.

tursin u maxxita, ħlief tursin ta’ l-għeruq tan-nevew u maxxita bl-għeruq, li jaqgħu f’subtitlu 0706 90 90;

9.

stragun (Artemisia dracunculus) u sagħtrija (Satureja hortensis jew sagħtrija tas-sajf u Satureja montana jew sagħtrija tax-xitwa);

10.

merdqux koltivat jew ħelu (Origanum majorana);

11.

basal tal-familja Liliaceae ta’ l-ispeċi “Muscari comosum” (l-ismijiet komuni “lampasciolo”, “basal salvaġġ”, “lilas de terre”, “ġjaċint bir-rix”).

Għandu jkun innutat li:

(a)

għeruq u tuberi b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina jaqgħu f’titlu 0714;

(b)

ċertu numru ta’ pjanti huma esklużi minn dan is-subtitlu għalkemm dawn jintużaw għal konsum minn bnedmin; dan japplika partikolarment għal dawn li ġejjin:

1.

sagħtar (subtitli 0910 99 31 sa 0910 99 39);

2.

weraq tar-rand (subtitlu 0910 99 50);

3.

merdqux salvaġġ jew oregano (Origanum vulgare), salvja (Salvia officinalis), ħabaq (Ocimum basilicum), menta (varjetajiet kollha), verbena (Verbena spp.), rejġel (Ruta graveolens), issopu (Hyssopus officinalis) u fidloqqom (Borago officinalis), li jaqa’ f’titlu 1211.

0710

Veġetali (mhux imsajrin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma), friżati

L-espressjoni “friżati” kif iddefinita fin-Noti ta' Spjega SA ma' dan il-kapitolu, it-tielet paragrafu, għandha tidher ukoll skont il-kriterji stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża 120/75. B'analoġija, wara l-interpretazzjoni tal-Qorti ta' dawn il-kriterji fis-sentenza tagħha fil-kawża C-423/09, il-proċess tal-iffriżar għandu jwassal għal tibdiliet sostanzjali u irriversibbli, bir-riżultat li l-prodott ma jibqax fl-istat naturali tiegħu.

Għaldaqstant, il-prodotti jkunu “friżati” meta l-prodotti li jkunu soġġetti għal proċessi tal-friżar jgħaddu minn tibdiliet irriversibbli b'riżultat ta' dan l-istess proċess, b'mod partikolari fl-istruttura taċ-ċelloli, bir-riżultat li dawn il-prodotti ma jibqgħux fl-istat naturali tagħhom, anke wara li jibdew jinħallu jew ikunu nħallu.

0711

Veġetali preservati provviżorjament (per eżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin f’dak l-istat għal konsum immedjat

0711 20 10 u 0711 20 90

Żebbuġ

Dawn is-subtitli jkopri żebbuġ, normalment f’salmura, li għadhom ma kienux soġġetti għal proċess għat-tneħħija ta’ togħma qarsa tagħhom. Żebbuġ magħmul tajjeb għall-ikel — anki sempliċiment permezz ta’ tgħaddis għal tul ta’ żmien f’salmura — huma esklużi minn dawn is-subtitli u huma klassifikati f’subtitlu 2005 70 00.

0711 40 00

Ħjar u gherkins (xorta ta’ ħjar żgħir)

Dan is-subtitlu jinkludi ħjar u ħjar żgħir għall-immarinar sempliċiment impoġġija f'kontenituri li fihom is-salmura li, possibbilment biż-żieda ta' ħall jew aċtu aċetiku, tiżgura li huma ppreżervati b'mod proviżorju matul it-trasportazzjoni u l-ħżin tagħhom sakemm mhumiex tajba għall-konsum f'dak l-istat. Dawn il-prodotti normalment fihom il-melħ b'perċentwali ta' mill-inqas 10 % tal-piż.

Qabel fl-aħħar ikunu użati, dawn il-prodotti s-soltu jkunu trattati bil-manjiera li ġejja, li tagħmilhom klassifikabbli f’kapitlu 20:

tneħħija parzjali ta’ melħ, li tkompli bi tħawwir (li s-soltu jikkonsisti fiż-żieda ta’ likwidu li jgħatti aromatizzat fuq bażi ta’ ħall),

pasturizzazzjoni intiża biex tagħti support għall-azzjoni stabilizzanti tal-melħ u tal-ħall wara li l-prodotti kienu trasferiti għal kontenituri żgħar (laned, flixken, vażetti tal-ħġieġ, eċċ.).

Madanakollu, il-ħjar u l-ħjar żgħir għall-immarinar, kemm jekk ippreżervati fis-salmura u kemm jekk le, li jkunu għaddew minn proċess sħiħ ta' fermentazzjoni laktika, jaqgħu taħt il-Kapitolu 20. Il-ħjar u l-ħjar żgħir għall-immarinar li jkunu għaddew minn proċess sħiħ ta' fermentazzjoni laktika, jistgħu jiġu identifikati mill-fatt li jekk taqsamhom fi tnejn minn tarf sa ieħor il-wiċċ kollu tal-polpa jidher li għandu lewn tal-ħġieġ (jiġifieri, x'aktarx trasparenti).

0711 51 00

Faqqiegħ tal-ġens Agaricus

F Faqqiegħ tas-subtitlu preżenti jista’ jkun preservat f’soluzzjoni ta’ salmura qawwija li magħha kien miżjud ħall jew aċtu aċetiku.

0711 90 70

Kappar

Kappar ta’ dan is-subtitlu jkun is-soltu preservat fi bramel bis-salmura.

0712

Veġetali mnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, iżda mhux preparati aktar minn hekk

Sustanzi m’humiex inklużi f’dan it-titlu, jekk fil-forma mnixxfa tagħhom, m’humiex użati bħala veġetali iżda huma wżati primarjament fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili (titlu 1211).

0712 90 30

Tadam

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2002 90 11 sa 2002 90 99 li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ trab tat-tadam.

0712 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jeskludi weraq u għeruq imnixxfin tal-pjanta taċ-ċikwejra salvaġġa (Taraxacum officinale), sorrel imnixxef (Rumex acetosa) u nasturtium jew krexxuni Indjan (Tropaeolum majus) imnixxfin li jintużaw għal għanijiet mediċi (subtitlu 1211 90 86).

0713

Veġetali leguminużi mnixxfin, imqaxxrin, kemm jekk mingħajr qoxra ta’ ġewwa jew maqsumin kif ukoll jekk le

Oġġetti li jaqgħu f’dan it-titlu li huma intiżi għal żriegħ huma l-prodotti ta’ tkabbir ta’ pjanti u ġeneralment jistgħu jintgħarfu mill-ippakkjar tagħhom (pereżempju, xkejjer bit-tikketta li tindika l-użu tagħhom) u mill-prezz ogħla tagħhom.

0713 10 10 u 0713 10 90

Piżelli ( Pisum sativum )

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0708 10 00 japplikaw, mutatis mutandis.

0713 20 00

Ċiċri ( garbanzos )

Ċiċri ta’ dan is-subtitlu huma tal-ġens Cicer (prinċipalment Cicer arietinum) kemm jekk għaż-żriegħ, jew għal konsum minn bnedmin jew bħala ikel għall-annimali.

0713 31 00

Fażola ta’ l-ispeċi Vigna mungo (L.) Hepper jew Vigna radiata (L.) Wilczek

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 0713 31.

0713 32 00

Fażola żgħira ħamra (Adzuki) (Phaseolus jew Vigna angularis )

Fażola adzuki dejjem tkun innegozjata niexfa. Qabel il-pjanta ta’ l-adzuki tkun immaturat, il-fażola tkun ħadra u jkun fiha proporzjon għoli ta’ ilma. Ladarba l-pjanta tkun immaturat, il-fażola ssir ħamra u tinxef.

0713 35 00

Fażola tal-għajn ( Vigna unguiculata )

Dan is-subtitlu jinkludi horsegram (qabel kienu Dolichos sinensis ssp. sesquipedalis), li hija meqjusa bħala fażola ta' l-ispeċi Vigna. L-ismijiet Dolichos unguiculata u Dolichos sinensis huma sinonimi li m’għadhomx jintużaw għall-fazola ta’ l-ispeċi Vigna. Konsegwentement, il-horsegram b’mod korrett huwa msejjaħ “Vigna unguiculata (L.) Walp. ssp. sesquipedalis”.

0713 40 00

Għads

Dan is-subtitlu jkopri biss għads tal-genera Ervum jew Lens, perżempju, il-ħafna varjetajiet ta’ l-għads komuni (Ervum lens jew Lens esculenta) u ġulbiena jew ervil ta’ l-għads (Ervum ervilia).

0713 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi, bl-eċċezzjoni tal-horsegram tas-subtitlu 0713 35 00 u tal-piżella tal-ħamiem (Cajanus cajan) tas-subtitlu 0713 60 00, dolichos ta’ l-ispeċi Dolichos bhalma huwa l-lablab (Dolichos lablab), il-jack bean (Canavalia ensiformis), il-fażola tal-bellus (Mucuna utilis) u żrieragħ tal-guar (Cyamopsis tetragonoloba).

Dawn li ġejjin huma esklużi minn dan is-subtitlu: ġulbiena ħlief ta’ l-speċi Vicia faba (subtitlu 1209 29 45) u ħlief iż-żerriegħa tal-lupina (Lupinus) (subtitlu 1209 29 50).

0714

Manjoka, ararut, salep , artiċokks, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le; sago pith

It-terminu “f’forma ta’ gerbub” huwa definit f’Nota 1 għal din it-taqsima.

0714 10 00

Manjoka (kassava)

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

l-għeruq tuberużi ta’ manjoka, li minnhom hemm żewġ varjetajiet (Manihot utilissima u Manihot aipi); l-għeruq huma rranġati bħall-imagħżel ta’ rota; il-piż tagħhom mal-ħsad jista’ jvarja minn 500 g sa 3 kg jew iżjed;

2.

gerbub jista’ jkun magħmul minn frak agglomerat ta’ għeruq ta’ manjoka jew dqiq jew pasti agglomerati ta’ l-għeruq (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0714, tieni paragrafu).

0714 20 10 u 0714 20 90

Patata ħelwa

Patata ħelwa hija tuberi bil-laħam li jkun abjad, isfar jew aħmar li tiddependi fuq il-varjeta’ u tiġi minn pjanta erbaċeja li tixxeblek (Ipomea batatas).

0714 90 20

Ararut, salep u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

l-għeruq ta’ ararut, li jagħmlu parti minn varji speċji veġetali skond l-oriġni tagħhom: ararut (Maranta arundinacea), ararut Indjan (Maranta indica), tacca (Tacca pinnatifida), ararut ta’ Queensland (Canna edulis);

2.

l-għeruq ta’ salep meħudin minn varjetajiet differenti ta’ pjanti tal-ġens Orchis;

3.

l-għeruq mejjet ta’ dahlias u għeruq tuberi mejtin oħrajn ta’ fjuri;

4.

Il-basal taċ-chufa (Cyperus esculentus), magħrufa wkoll bħala “tiger nut”.

0714 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi varjetajiet differenti ta’ artiċokks (pereżempju, Helianthus tuberosus, Helianthus strumosus u Helianthus decapetalus) u l-ilbieba mimlija lamtu imsejħa “sago” meħuda miz-zkuk ta’ ċertu palmi ta’ diversi varjetajiet ta’ speċi (Metroxylon, Rumphii, Raphia ruffia, Arenga, eċċ.).

KAPITLU 8

FROTT U ĠEWŻ TAJBIN GĦALL-IKEL; QOXRA TAL-FROTT TAĊ-ĊITRU JEW BETTIEĦ

Ġenerali

Dan il-kapitlu jinkludi frott għal għanijiet ta’ distillazzjoni fil-forma ta’ polpa raffa, anki jekk fermentazzjoni naturali tkun bdiet.

0801

Ġewż ta’ l-Indi, ġewż tal-Brażil, u ġewż ta’ l-anakardju, friski jew imnixxfin, imqaxxrin jew imfesdqin jew le

0801 21 00 u 0801 22 00

Ġewż tal-Brażil

Dan il-ġewż b’qoxra iebsa reminixxenti għal felli ta’ mandolin f’sura u f’daqs; il-qoxra tagħlaq qalba kbira bi wiċċ ta’ qatgħa triangolari f’envelop fibruża lewn kannella.

0802

Ġewż ieħor, frisk jew imnixxef, imqaxxar jew imfesdaq jew le

0802 21 00 u 0802 22 00

Ġellewż ( Corylus spp .)

Dawn is-subtitli jinkludu ġellewż jew cobs (frott ta’ Corylus avellana), ġewż Tork (frott ta’ Corylus colurna) u ġellewż (frott ta’ Corylus maxima).

0802 41 00 u 0802 42 00

Qastan ( Castanea s pp .)

Dan is-subtitlu jkopri biss qastan ħelu tajjeb għall-ikel tal-ġens Castanea; dan għalhekk ma jinkludix qastan ta’ l-ilma jew xewket il-għadma (frott ta’ Trapa natans) li jaqgħu f’subtitlu 0802 90 85 jew qastan salvaġġ (Aesculus hippocastanum) li jaqa’ f’titlu 2308.

0802 51 00 u 0802 52 00

Pistaċċi

Pistaċċi huma l-frott tas-siġra tal-pistaċċi (Pistacia vera), li huma koltivati prinċipalment fi Sqallija, Greċja u l-Lvant Nofsani.

Il-ġewża tal-pistaċċi hija d-daqs ta’ żebbuġa żgħira li tikkonsisti f’qoxra ratba, rqiqa u s-soltu umda li hija ħamra-kannella f’kulurha, raffa ħafna fuq il-wiċċ u kemm kemm aromatika, qoxra bivalvi li hija ċara f’kulurha u qisha magħmula mill-injam, u qalba mtawwla b’ġilda ħamra-kannella li hija ħadra ċara ġewwa u għandha togħma pjaċevoli u mhux qawwija.

0802 90 50

Ġewż ta’ l-arżnu

Dan is-subtitlu jinkludi qlub ta’ ġewż ta’ l-arżnu (frott ta’ Pinus pinea), kemm jekk fil-kon u kemm jekk le.

0802 90 85

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi żerriegħa ta’ l-arżnu ta’ l-Arolla (frott ta’ Pinus cembra) kemm jekk magħluqin fil-kon u kemm jekk le.

0803

Banana, inklużi pjantaġġini, friski jew imnixxfin

0803 10 10

Friski

Pjantaġġini jistgħu ikunu sa 50 ċm f’tul u huma ikbar u għandhom wiċċ ta’ qatgħa iktar angolari minn banana ta’ subtitlu 0803 90 10. Il-lamtu li hemm ġo pjantaġġini jvarja minn dak li hemm ġo banana tal-mejda minħabba li dan ma jsirx ħelu meta jsir misjur. Pjantaġġi m’għandhomx riħa distinta. Huma m’humiex tajbin biex jittieklu nejjin. Huma s-soltu jinqatgħu meta jkunu ħodor u jittieklu msajjrin.

0804

Tamal, tin, ananas, avokado, gwav, mang u mangostan, friski jew imnixxfin

0804 40 00

Avokado

Lanġas ta’ l-avokado jew avokado huma l-frott tas-siġra ta’ l-avokado (Persea americana Mill.); huma frott bil-għadma mlaħħam, ħafna drabi pjuttost kbar, sferikali, forma ta’ lanġas jew forma ta’ flixkun għonqu twil skond il-varjeta’, ġieli jinkludu għadma kbira. Il-ġilda hija ħadra skura, krimżi, vjola jew roża f’kulurha. Il-laħam sod taħt il-ġilda huwa abjadfl-aħdar f’kulurih meta misjur u safrani qrib l-għadma.

0804 50 00

Gwav, mang u mangostan

Gwav huwa l-frott tas-siġra tal-gwav (Psidium guayava L.); gwav huma berries li l-laħam tagħhom huwa ta’ kulur li jvarja (bajdani, roża, krema, ħamrani jew aħdar) u li fihom ħafna żerriegħa żgħira.

Mang huma l-frott tas-siġra tal-mang (Mangifera indica); mang huma frott bil-għadma mlaħħam li fihom għadma ċatta f’fibri ħerġin minnha. Jeżistu ħafna varjetajiet ta’ mang, li jvarjaw fil-piż (minn 150 g sa 1 kg), ħlewwa u togħma (uħud minnhom għandhom daqsxejn togħma ta’ terpentina).

Mangostan huwa frott tas-siġra tal-mangostan (Garcinia mangostana). Il-frotta hija berry ta’ kulur kannella-vjola meta misjura b’perikarpu wiesa li fih ħafna żerriegħa mdawwrin b’aril li huwa abjad, zokkri u li għandu togħma partikolarment delikata.

0805

Frott taċ-ċitru, frisk jew imnixxef

0805 10 20

Larinġ ħelu, frisk

Dan is-subtitlu jkopri biss larinġ ta’ l-ispeċi Citrus sinensis.

Dawn jinkludu larinġ tad-demm jew semi-tad-demm.

Larinġ tad-demm huwa larinġ li l-qoxra (spiss iktar minn nofs il-wiċċ), il-laħam u l-meraq tiegħu għandu pigmentazzjoni minħabba l-preżenza ta’ karotina. Fil-każ ta’ semi-tad-demm, il-pigmentazzjoni tkun ġeneralment tidher inqas u limitata għal-laħam u l-meraq.

Larinġ tad-demm jinkludu “Ovali tad-demm”, “sanguinas redondas”, “Tad-demm tal-Brażil”, “Sanguinelli”, “Doubles fines”, “Tad-demm ta’ Washington” jew “doubles fines imtejbin” jew “tad-demm kbar” u “Portugiżi”.

0805 10 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi larinġ morr (Larinġ ta’ Seville), il-frott ta’ l-ispeċi Citrus aurantium. Dawn jintużaw prinċipalment għal preservattivi.

0805 20 30

Monreales u satsumas

Satsumas (Citrus reticulata Blanco var. unshiu (Swing)) huma varjeta’ bikrija ta’ mandolin. Il-frotta hija kbira, safra-oranġjo f’kulurha, immerrqa, mhux aċituża u mingħajr żerriegħa.

0805 20 50

Mandolin u wilkings

Mandolin (Citrus nobilis Lour. jew Citrus reticulata Blanca) jista’ jintgħaraf minn larinġ ordinarju mill-forma iżgħar, iċċattjata tagħhom, minn tqaxxir eħfef, minn tqassim distint tal-felli tagħhom u mit-togħma aktar ħelwa u tfuħ tagħhom.

Wilkings huma ibridi ta’ varjeta’ (cultivar) tal-mandolina tal-werqa taż-żafżafa u tal-mandolina tat-Tempju (Mandolina re) (hija nnifisha hija ibrida ta’ mandolin u larinġ morr). Dawn jixħbu l-mandolin, iżda huma ikbar u ppuntati f’tarf minnhom.

0805 20 70

Tangerines

Dan is-subtitlu jkopri tangerines (Citrus reticulata Blanco var. tangerina).

0805 20 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

tangelos, ibridi ta’ tangerine u grejpfrut;

2.

ortaniques, ibridi ta’ larinġ u tangerine;

3.

malaquinas, ibridi ta’ larinġ u mandolin;

4.

tangors.

0805 40 00

Grejpfrut, inklużi pomelos

Dan is-subtitlu jkopri frott ta’ l-ispeċi Citrus grandis u Citrus paradisi. Dawn il-frott għandhom qoxra safranija ċara u huma ġeneralment ikunu ikbar minn larinġ, bil-forma ta’ sfera li tista’ tkun daqsxejn iċċattjata, u il-laħam ikun isfar jew fir-roża u aċituż fit-togħma.

0805 50 90

Xkomp ( Citrus aurantifolia , Citrus latifolia )

Dan is-subtitlu jkopri il-varjetajiet kollha ta’ l-ispeċi Citrus aurantifolia u Citrus latifolia.

Xkomp huwa frott żgħir, kważi tond jew ovali, b’qoxra rqiqa, li tagħti fl-aħdar jew isfar fl-aħdar. Il-polpa tal-meraq hija ħadra u aċituża ħafna.

0805 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

tronġ (Citrus medica), bħal lumija kbira b’qoxra ħoxna ħafna li għandha wiċċ imħattab; il-laħam huwa fragranti ħafna, il-polpa hija aċituża u l-qoxra biz-zokkor tintuża ħafna għal kejkijiet u ħlewwiet;

2.

kumquats (Fortunella japonica, F. hindsii u F. margarita), hija frotta d-daqs ta’ żebbuġa kbira, tonda jew tawwalija mingħajr ċattjaturi fit-truf, b’qoxra lixxa, b’ammont żgħir ta’ polpa u togħma daqsxejn morra; il-qoxra tagħhom hija ħelwa u tittiekel nejja jew f’forma ta’ puré; huma ġieli jintużaw ukoll għal ħlewwiet;

3.

chinottos (Citrus aurantium var. myrtifolia);

4.

bergamott (Citrus aurantium var. bergamia), speċi ta’ larinġ, isfar ċar f’kulurih u b’forma ta’ lanġas, b’togħma daqsxejn morra, l-iżjed li jintuża għall-produzzjoni ta’ żejt essenzjali.

5.

oroblanco jew sweetie (Citrus grandis Osbeck × Citrus paradisi Macf.), taħlita bejn pomelo mingħajr aċidu u grejpfrut bajda, b'qoxra ħoxna ta' lewn aħdar jgħajjat jew dehbi; mid-daqs hija kemxejn akbar mill-grejpfrut b'anqas żerriegħa u b'togħma aktar ħelwa.

0806

Għeneb, frisk jew imnixxef

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

Għeneb tal-mejda ġeneralment ivarja minn għeneb ta’ l-inbid kemm fl-apparenza kif ukoll fit-tip ta’ ppakkjar. Filwaqt li għeneb tal-mejda jkun l-iktar preżentat f’kaxex, kartun, trejjs, ċestuni jew panjieri żgħar issiġillati, għeneb ta’ l-inbid ikun preżentat jew f’qoffiet kbar, kaxex ta’ l-ippakkjar miftuħin jew f’banji li fihom l-għeneb is-soltu jkunu ppakkjati ħafna, mgħaffġin jew semi-pressati.

0806 20 10

Passolina

Il-passolini huma l-prodott imnixxef miksub minn għeneb tal-varjetajiet (cultivars) Korinthiaki N. (Passolina sewda) (Vitis vinifera L.). Huma żgħar, tondi, mingħajr zkuk u prattikament mingħajr żerriegħa, vjola skur li jxaqleb lejn l-iswed f’kulurhom u ħelwin ħafna.

0806 20 30

Sultana

Is-sultana hija l-prodott imnixxef miksub minn għeneb tal-varjetajiet (cultivars) Soultanina B. (jew Thompson Seedless) (Vitis vinifera L.). Hija mingħajr żerriegħa, ta’ daqs medju, ta’ kulur dehbi li jxaqleb lejn il-kannella u ħelwa.

0806 20 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-għeneb imnixxef kollu l-ieħor apparti l-passolini u s-sultana.

L-għeneb tal-muskatell imqadded huwa l-prodott imnixxef miksub minn għeneb tal-varjetajiet (cultivars) ta’ Moschato Alexandreias B. (jew Muskatell, jew Malaga) (Vitis vinifera L.). Dan fih iż-żerriegħa.

0807

Bettieħ (inkluż dulliegħ) u pawpaw (papaj), friski

0807 11 00

Dulliegħ

Dulliegħ huwa l-frott ta’ l-ispeċi Citrillus vulgaris Schrad. Huma jistgħu jikbru sa piż ta’ 20 kg. Il-laħam m’huwiex ħelu ħafna, fih ħafna ilma u s-soltu aħmar jgħajjat f’kulurih u jkun fih żrieragħ suwed.

0807 19 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi frott ta’ l-ispeċi Cucumis melo, li tiegħu jeżistu ħafna varjetajiet, partikolarment il-bettieħa tal-misk (var. reticulatus Naud.) b’qoxra retikulata, il-bettieħa zokkrija (var. saccharus Naud.), il-cantaloupe (var. cantalupensis Naud.) b’ixfra mmarkati fuq il-ġilda, il-bettieħa tax-xitwa (var. inodorus Naud.) u l-bettieħa tal-ġilda lixxa. Il-frotta hija normalment kbira, sferika jew ovali, b’qoxra jew lixxa jew raffa; il-laħam huwa sod u mmerraq, safrani oranġjo jew abjad, b’togħma zokkrija. Iċ-ċentru tal-frotta, li għandu iżjed fibri u huwa vojt, jikkonsisti f’numru ta’ żrieragħ ċatti, ovali li jleqqu u huma safranin-bojod.

0807 20 00

Pawpaw (papaj)

Papaj (Carica papaya), magħruf ukoll bħala pawpaw, huma frott imtawwlin u tondi, jew lixxi jew daqsxejn linji, safranin ħodor għal oranġjo meta misjurin, li jistgħu jvarjaw fil-piż minn ftit mijiet ta’ grammi għal ħafna kilogrammi. Il-laħam, simili f’konsistenza għal dak ta’ bettieħ, isfar jagħti għall-oranġjo f’kulurih, zokkri u fragranti għal gradi li jvarjaw, jagħlaq ħofra li fiha numru kbir ta’ żrieragħ tondi, suwed imdawwrin bil-polpa.

0808

Tuffieħ, lanġas u sfarġel, friski

0808 10 10

Tuffieħ tas-sidru, bil-kwantita’, mis-16 ta’ Settembru sal-15 ta’ Diċembru

Dan is-subtitlu jkopri tuffieħ li, minħabba l-apparenza u l-karatteristiċi tagħhom (frott mingħajr grad u mhux ssortjat, ġeneralment iżgħar minn frott għad-deżerta b’togħma morra jew mhux tajba għall-palat, valur baxx, eċċ.), jistgħu jintużaw biss għall-manifattura ta’ xorb, fermentat jew le. Dawn għandhom ikunu f’massa, mingħajr separaturi, fil-mezzi ta’ trasport tagħhom (eż., vaguri tal-ferrovija, kontejners kbar, trakkijiet jew lighters).

0808 30 10

Lanġas tal- Perry , bil-kwantita’, mill-1 ta’ Awissu sal-31 ta’ Diċembru

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0808 10 10 japplikaw, mutatis mutandis.

0809

Berquq, ċirasa, ħawħ (inkluż nuċiprisk), għanbaqar u pruna selvaġġa ( sloes ), friski

0809 21 00 u 0809 29 00

Ċirasa

Dawn is-subtitli jkopru l-varjetajiet kollha ta’ ċiras, inkluż ċiras selvaġġ u partikolarment iċ-ċirasa komuni (frotta ta’ Prunus cerasus), ċiras morello (frott ta’ Prunus cerasus var. austera), ċiras tal-qalb (frott ta’ Prunus avium var. juliana) u ċ-ċiras tal-qalb tal-laħam iebes (frott ta’ Prunus avium var. duracina), u geans (frott ta’ Prunus avium jew Cerasus avium).

0809 30 10 u 0809 30 90

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

B’differenza minn ħawħ, nuċiprisk għandhom qoxra lixxa.

0809 40 90

Pruna selvaġġa ( sloes )

Pruna selvaġġa hija l-frotta ta’ pruna selvaġġa jew blackthorn (Prunus spinosa).

0810

Frott ieħor, frisk

0810 20 10

Lampun

Dan is-subtitlu jinkludi l-frott ta’ Rubus idaeus, Rubus illecebrosus, Rubus occidentalis u Rubus strigosus. Ftit varjetajiet għandhom frott aħmar, oħrajn abjad.

0810 30 10

Passolina sewda

Dan is-subtitlu jkopri l-frott globulari ta’ Ribes nigrum L.

0810 30 30

Passolina ħamra

Dan is-subtitlu jkopri l-frott ta’ Ribes rubrum L.

0810 40 10

Għeneb tal-muntanja ( cowberries ), foxberries jew cranberries tal-muntanja (frott ta’ l-ispeċi Vaccinium vitis-idaea )

Il-frott huwa aħmar jew roża f’kuluru.

0810 40 30

Frott ta’ l-ispeċi Vaccinium myrtillus

Il-frott huwa blu fl-iswed f’kuluru.

0810 50 00

Ribes Ċiniż ( kiwifruit )

Dan is-subtitlu jkopri r-ribes ċiniż ta’ l-ispeċi Actinidia chinensis Planch. jew Actinidia deliciosa.

Dan il-frott, li huwa d-daqs ta’ bajda, għandu ħafna polpa, b’togħma morra-ħelwa, u l-qoxra sufija tiegħu hija ħadranija-kannella f’kulurha.

0810 90 20

Tamarind, frott ta’ l-anakardju, liċċi ( litchi ), frott tas-sġra tal-ħobż ( jackfruit ), frott tas-sapodilja, frott tal-passjoni, karambola u pitaħaja

Tamarind (frott ta’ Tamarindus indica u Tamarindus officinalis), huwa normalment preżentat f’negozju internazzjonali (miżwed, jew polpa li ma fihiex zokkor jew sustanzi oħra miżjudin u lanqas trattata mod ieħor), huwa klassifikat f’subtitlu 0813 40 65.

Frott tas-siġra tal-ħobż huwa l-frott ta’ Artocarpus heterophylla u ta’ Artocarpus integrifolia. Il-liċċi huwa l-frott ta’ Litchi chinensis. Il-frott tas-sapodilja jew naseberry huwa l-frott ta’ Achras sapota.

Dan is-subtitlu jinkludi frott tal-passjoni jew granadillas jew passifloras (eż. “maracuja”), bħall-ispeċi li ġejjin: il-granadilla vjola (Passiflora edulis), il-granadilla ġganteska (Passiflora quadrangularis) u l-granadilla ħelwa (Passiflora ligularis).

0810 90 75

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega għal titlu 0810, it-tieni paragrafu, (8) (minbarra liċċi (litchi) u frott tas-sapodilja) dawn is-subtitli jinkludu

1.

frott ta’ l-ubrjagola (frott ta’ Arbutus unedo);

2.

barberries (frott ta’ Berberis vulgaris);

3.

frott taz-ziju tal-baħar (frott ta’ Hippophäe rhamnoides);

4.

siġra tas-sorba (jew sorba) jew service-berries (eż. frott ta’ Sorbus domestica u Sorbus aria);

5.

frott annwaċeju (frott ta’ Annona cherimola (cherimoya) u Annona reticulata (qalb tal-gendus kastrat));

6.

il-varji speċi ta’ Physalis jew alkekengy (frott ta’ Physalis alkekengi (fanal Ċiniż) jew Physalis pubescens);

7.

frott tal-flacourtia jew għanbaqra tal-Madagaskar jew għanbaqra tal-gvernatur (Flacourtia cataphracta u Idesia polycarpa);

8.

naspli (frott ta’ Mespilus germanica) u loquats jew naspli tal-Ġappun (frott ta’ Eriobotrya japonica);

9.

il-frott ta’ varji speċi ta’ Sapotaceae, eż., sapotas (frott ta’ Lucuma mammosa), iżda ħlief għanbaqar tas-sapodillo li jaqgħu f’subtitlu 0810 90 20;

10.

speċi li jittieklu ta’ Actinidia, ħlief Ribes Ċiniż (kiwifruit) (Actinidia chinensis Planch. jew Actinidia deliciosa), li jaqgħu f’subtitlu 0810 50 00;

11.

il-frott ta’ varji speċi ta’ Sapindaceae, eż., nefelju (frott ta’ Nephelium lappaceum) u pulasans (frott ta’ Nephelium mutabile), iżda ħlief liċċi (frott ta’ Litchi chinensis) li jaqgħu f’subtitlu 0810 90 20.

0811

Frott u ġewż, nejjin jew imsajrin bl-istim jew bit-togħlija fl-ilma, friżati, kemm jekk biż-żieda ta’ zokkor jew ta’ xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha

L-espressjoni “iffriżati” kif iddefinita fin-Noti ta' Spjega SA ta' ma' dan il-kapitolu, it-tieni paragrafu, wieħed għandu jaraha wkoll skont il-kriterji stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża 120/75. B'analoġija, wara l-interpretazzjoni tal-Qorti ta' dawn il-kriterji fis-sentenza tagħha fil-kawża C-423/09, il-proċess tal-iffriżar għandu jwassal għal tibdiliet sostanzjali u irriversibbli, bir-riżultat li l-prodott ma jibqax fl-istat naturali tiegħu.

Għaldaqstant, il-prodotti jkunu “iffriżati” meta l-prodotti li jkunu soġġetti għal proċessi tal-iffriżar jgħaddu minn tibdidliet irriversibbli b'riżultat ta' dan l-istess proċess, b'mod partikolari fl-istruttura taċ-ċelloli, bir-riżultat li dawn il-prodotti ma jibqgħux fl-istat naturali tagħhom, anke wara li jibdew jinħallu jew ikunu nħallu.

Ara Nota Addizjonali 1 għal dan il-kapitlu dwar subtitli li jinvolvu kontenut ta’ zokkor.

0811 20 31

Lampun

Ara n-Nota ta’ Spjega għal subtitlu 0810 20 10.

0811 20 39

Passolina sewda

Ara n-Nota ta’ Spjega għal subtitlu 0810 30 10.

0811 20 51

Passolina ħamra

Ara n-Nota ta’ Spjega għal subtitlu 0810 30 30.

KAPITLU 9

KAFÈ, TÈ, MATÈ U ĦWAWAR

Ġenerali

Il-klassifikazzjoni ta’ ħwawar li kienu mħalltin flimkien jew li kellhom sustanzi oħra miżjudin magħhom hija determinata minn Nota 1 għal dan il-kapitlu.

Skond din in-Nota, taħlit ta’ ħwawar ma sustanzi oħra, li m’għandhomx il-karattru essenzjali tal-ħwawar, huma esklużi minn dan il-kapitlu. Huma jaqgħu f’titlu 2103 jekk jikkonsistu f’kondimenti mħalltin jew ħwawar imħalltin. Fil-każ ta’ taħlit użat direttament għat-togħma ta’ xorb jew fil-preparazzjoni ta’ estratti intiżi għall-manifattura ta’ xorb, li huma magħmulin minn ħwawar ta’ pjanti, partijiet ta’ pjanti, żrieragħ, frott jew ġewż (sħaħ, mqattgħin, mfarrkin jew magħmulin trab) jew speċi inklużi f’kapitlu oħrajn (kapitlu 7, 11, 12, eċċ.), ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, is-sitt u s-seba’ paragrafi.

Debriti u skart ta’ ħwawar li inevitabbilment jinqalgħu matul il-ħsad u l-ħidma sussegwenti (eż., ssortjar jew tnixxif) jew matul operazzjonijiet ta’ ħażna jew trasportazzjoni, huma klassifikati bħala “la mfarrkin u lanqas mitħunin', ħlief fejn prodott jista” jintgħaraf (eż., permezz tal-komposizzjoni omoġenja tiegħu) li għadda minn operazzjoni ta’ tifrik intenzjonata.

L-espressjoni “mfarrak jew mitħun” użata f’varji titlu ta’ dan il-kapitlu ma tkoprix prodotti mqattgħin f’biċċiet.

0901

Kafè, kemm jekk inkaljat jew bil-kaffeina mneħħija jew le; ħliefa u qxur tal-kafè; sostituti tal-kafè li fihom kafè fi kwalunkwe proporzjon

0901 11 00 u 0901 12 00

Kafè, mhux inkaljat

Dawn is-subtitli jkopru l-forom kollha ta’ kafè mhux inkaljat, kemm jekk bil-kaffeina mneħħija jew le (inklużi fażola jew biċċiet separati waqt l-issortjar, l-għarbil, eċċ.) anki jekk intiż għal użi oħrajn għajr konsum minn bnedmin (pereżempju, estrazzjoni ta’ kaffeina).

0901 11 00

Mingħajr ma titneħħielu l-kaffeina

Dan is-subtitlu jkopri kafè mhux inkaljat sakemm dan m’għadda minn ebda proċess biex tkun estratta l-kaffeina.

0901 12 00

Bil-kaffeina mneħħija

Dan is-subtitlu jkopri kafè mhux inkaljat li għadda minn proċess biex tkun estratta l-kaffeina. Is-soltu kafè li kien trattat b’din il-manjiera għandu kontenut ta’ kaffeina ta’ mhux aktar minn 0,2 % mill-piż, kalkulat fuq il-materjal niexef.

0901 21 00 u 0901 22 00

Kafè, inkaljat

Dawn is-subtitli jkopru l-kafè imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0901 11 00 u 0901 12 00 li kienu inkaljati, kemm jekk maħsulin, mitħunin jew konċentrati jew le.

0901 21 00

Mingħajr ma titneħħielu l-kaffeina

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0901 11 00 japplikaw, mutatis mutandis.

0901 22 00

Bil-kaffeina mneħħija

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 0901 12 00 japplikaw, mutatis mutandis.

0901 90 10

Ħliefa u qxur tal-kafè

Qxur huma l-kisja tal-frotta (berry) li tagħlaq il-fażola, li minnhom is-soltu jkun hemm tnejn.

Ħliefa hija l-ħliefa interjuri jew “parċmina” li tagħlaq kull fażola li titneħħa matul l-inkaljar.

0901 90 90

Sostituti tal-kafè li fihom kafè

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0901, l-ewwel paragrafu, (5). Dawn it-taħlitiet jistgħu jkunu mitħunin jew mhux mitħunin jew anki kumpressati.

0904

Bżar tal-ġens Piper ; frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta , imnixxef jew imfarrak jew mitħun

0904 11 00

La mfarrak lanqas mitħun

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0904, (1). Għandu jkun innutat li peppercorns miksurin u biċċiet ta’ bżar jibqgħu klassifikati f’dawn is-subtitli sakemm dawn m’humiex ovvjament ir-riżultat ta’ tħin jew tifrik intenzjonat. Dan japplika wkoll għal trab jew xkupati ta’ ħwawar, li jikkonsistu fi bżar mhux pur.

Dan is-subtitlu jinkludi peppercorns ħodor preservati f’soluzzjoni ta’ ħall jew salmura anki biż-żieda ta’ kwantitajiet żgħar ta’ aċtu ċitriku.

0904 21 10 sa 0904 22 00

Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta

Dawn is-subtitli jinkludu prodotti koperti minn Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0904, (2), meta mnixxfin jew imfarrkin jew mitħunin.

0904 21 10

Bżar ħelu ( Capsicum annuum )

Il-bżar indikat f'din is-subtitlu (Capsicum annuum) hu relattivament kbir fid-daqs u għandu palat ħelu (mingħajr it-togħma taħraq). Jista' jkollu kuluri differenti. Din is-subtitlu tkopri biss il-bżar xott, sħiħ jew f'biċċiet imma li ma jkun la midrus u lanqas mitħun.

0906

Kannella u fjuri tas-siġra tal-kannella

0906 11 00 u 0901 12 00

La mfarrak u lanqas mitħun

Dawn is-subtitli jinkludu, pereżempju:

1.

stikek li jikkonsistu fi strixxi ta’ qoxra jew “quills” mdawwrin ġo xulxin u li jilħqu tul sa 110 ċm;

2.

biċċiet magħmulin billi jinqatgħu stikek tal-kannella sa tulijiet speċifiċi (eż., 5 sa 10 ċm);

3.

qoxra f’biċċiet ta’ tulijiet u ħxuniet varji bħal “quillings” (bċejjeċ u skart li jinqalgħu mill-qtugħ ta’ stikek tal-kannella għal tulijiet standard), “featherings” u “laqx” (biċċiet żgħar taz-zokk tal-kannella miksubin matul it-tneħħija taz-zokk u użati partikolarment fil-manifattura ta’ essenza tal-kannella).

0906 11 00

Kannella ( Cinnamomum zeylanicum Blume )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 0906 11.

0907

Msiemer tal-qronfol (frott sħiħ, imsiemer u zkuk)

Dan it-titlu jkopri ukoll msiemer tal-qronfol mfarrkin jew mitħunin.

0908

Noċemuskata, qoxra ta’ barra tagħha ( mace ) u kardamomu

0908 11 00

La mfarrak u lanqas mitħun

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0908, paragrafu (a).

Dan is-subtitlu jkopri noċemuskata li hija ż-żerriegħa tas-siġra tan-noċemuskata (Myristica fragrans).

Dan is-subtitlu jinkludi ukoll noċemuskati sħaħ għall-manifattura industrijali ta’ żjut essenzjali jew reżinojdi, li spiss ikunu trattati b’ilma bil-ġir bħala protezzjoni minn insetti, u noċemuskata ta’ kwalita’inferjuri bħal dawk li nixfu jew li tkissru matul il-ħsad, u huma nnegozjati taħt id-deskrizzjonijiet “skart”, BWP (mkissrin, bid-dud, msewwes u mmermer) jew “difettużi”.

0908 21 00 u 0908 22 00

Qoxra ta’ barra tan-noċemuskata ( mace )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0908, paragrafu (b).

0908 31 00 u 0908 32 00

Kardamomu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0908, paragrafu (ċ), (1) sa (4).

0909

Żrieragħ tal-ħlewwa, badian , bużbież, kosbor, kemmun jew ħlewwa Ġermaniża ( caraway ); frott tal-ġnibru

0909 21 00 u 0909 22 00

Żrieragħ tal-kosbor

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0909, l-ewwel u t-tielet paragrafi.

Żrieragħ tal-kosbor huma sferiċi b’kulur ċar isfar-kannella. Huma għandhom togħma zokkrija u daqsxejn qawwija.

0909 31 00 u 0909 32 00

Żrieragħ tal-kemmun

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0909, l-ewwel u t-tielet paragrafi.

Żrieragħ tal-kemmun huma ovali, imtawwlin u mkemmxin.

0909 61 00 u 0909 62 00

Żrieragħ tal-ħlewwa, badian , bużbież; passolina tal-ġniebru

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0909, l-ewwel u t-tielet paragrafi.

Żrieragħ tal-ħlewwa Ġermaniża (caraway) huma ovali, imtawwlin u mkemmxin.

0910

Ġinġer, żagħfran, żagħfran ta’ l-Indja ( turmeric , kurkuma), sagħtar, weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn

0910 11 00 u 0910 12 00

Ġinġer

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, paragrafu (a).

Dawn is-subtitli jkopru riżomi ta’ ġinġer (Amomum zingiber L.), li jistgħu jkunu preżentati friski, imnixxfin jew imfarrak. Dan is-subtitlu jinkludi “grey” (magħruf ukoll bħala ġinġer “iswed”) ġinġer (mhux imqaxxar) u ġinġer “abjad” (imqaxxar).

0910 20 10 u 0910 20 90

Żagħfran

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, (b).

0910 30 00

Żagħfran ta’ l-Indja ( turmeric , kurkuma)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, (ċ).

Żagħfran ta’ l-Indja tond kummerċjali jiġi mit-tuberu prinċipali, li huwa kbir u ttundjat, filwaqt li żagħfran ta’ l-Indja twil jiġi mit-tkabbiriet tal-ġnub ta’ fuq it-tuberu, li spiss ikunu ovali jew ċilindriċi.

0910 91 05 sa 0910 91 90

Taħlit imsemmi f’nota 1(b) għal dan il-kapitlu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, (e) u (g).

0910 91 05

Kàri

Trab tal-kàri huwa definit fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0910, (e); biż-żieda ta’ ingredjenti minuri ta’ sustanzi oħrajn (melħ, żerriegħa tal-mustarda, dqiq minn legum) li ma jibdlux il-klassifikazzjoni ta’ dawn it-taħlitiet.

0910 99 31 sa 0910 99 39

Sagħtar

Dawn is-subtitli jkopru l-ħafna speċi ta’ sagħtar (Thymus vulgaris, Thymus zygis, Thymus serpyllum L. jew is-sagħtar salvaġġ), kemm jekk imnixxef jew le.

0910 99 31

Sagħtar salvaġġ ( Thymus serpyllum L.)

Dan is-subtitlu jkopri biss sagħtar ta’ l-ispeċi Thymus serpyllum L.

0910 99 33

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-weraq u l-fjuri maqlugħin u mnixxfin ta’ Thymus vulgaris u Thymus zygis.

0910 99 50

Weraq tar-rand

Dan is-subtitlu jkopri l-weraq tas-siġra tar-rand (Laurus nobilis), kemm jekk imnixxfin jew le.

0910 99 91 u 0910 99 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll iż-żrieragħ tax-xibt (Anethum graveolens), Kani u “bżar tat-tip Negro” li jkun prodott mill-frotta tax-Xylopia aethiopica.

Madanakollu, minkejja l-fatt li huma komunement jintużaw bħala ħwawar, dawn li ġejjin m’humiex klassifikati f’dawn is-subtitli:

(a)

żrieragħ tal-mustarda (titlu 1207);

(b)

kull tip ta’ riżomi tal-galanga (titlu 1211);

(ċ)

il-prodott imsejjaħ “żagħfran bagħal” jew “għosfor”, il-kulur tiegħu huwa iżjed aħmar minn dak ta’ żagħfran ta’ veru u jikkonsisti fil-fjuri ta’ għosfor jew zaffreCarthamus tinctorius jew Carthamus oxyacantha jew Carthamus palaestinus (titlu 1404).

Ħafna pjanti ta’ ħwawar li m’humiex proprjament ħwawar huma ukoll esklużi minn dan il-kapitlu u huma klassifikati partikolarment f’kapitli 7 u 12 (ara n-Noti ta’ Spjega għal dawk il-kapitli).

KAPITLU 10

ĊEREALI

Ġenerali

Sbul imnixxfin ta’ ċereali (eż., dqiq tal-qamħirrun) li kien bliċjat, impregnated jew inkella trattat għal għanijiet ornamentali huma klassifikati f’subtitlu 0604 90 99.

Iċ-ċereali jibqgħu kklassifikati f'dan il-Kapitlu, għalkemm ikunu għaddew minn trattament bis-sħana għal finijiet ta' preservazzjoni, li tista' tikkawża li l-ħbub parzjalment ġelatinizzati u ġieli jinfaqgħu. Ilġelatinizzazzjoni parzjali (preġelatinizzazzjoni) isseħħ matul il-proċess tat-tnixxif u tikkonċerna biss kwantità żgħira mill-ħbub. Din it-trasformazzjoni tal-lamtu mhijiex l-għan ta' l-ipproċessar bis-sħana, iżda biss effett tagħha.. Dak it-trattament m'għandux jitqies bħala “ipproċessat mod ieħor” fis-sens ta' Nota 1.(B) għall-Kapitlu 10.

1001

Qamħ u meslin

1001 11 00 u 1001 19 00

Qamħ durum

Ara n-Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1001, l-ewwel paragrafu, (2).

1001 91 20

Qamħ komuni u żerriegħa tal-meslin

Żrieragħ huma magħżulin u jistgħu ġeneralment jintgħarfu mill-ippakkjar tagħhom (eż. f’basktijiet b’tikketti li juru l-għan tagħhom) u mill-prezzijiet ogħla tagħhom.

Dawn iż-żrieragħ jistgħu jkunu trattati biex ikunu protetti minn pestijiet jew għasafar, wara li jitħawwlu.

1003

Xgħir

1003 10 00

Żerriegħa

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1001 91 20.

1006

Ross

Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

1008

Buckwheat , millieġ u skalora; ċereali oħrajn

1008 60 00

Triticale

Triticale huwa ċereal ibridu li jirriżulta mill-inkroċju ta’ qamħ ma’ segala. Il-qamħa ġeneralment tkun ikbar u aktar imtawwla minn dik tas-segala u spiss akbar u iktar imtawwla minn dik tal-qamħ; is-saff ta’ barra jkun imkemmex.

KAPITLU 11

PRODOTTI TA’ L-INDUSTRIJA TAT-TĦIN; MALT; LAMTI; INULINA; GLUTINA TAL-QAMĦ

Nota addizzjonali 2

Fir-rigward tal-ġewż tal-Indi, in-nota addizzjonali 2 ta' dan il-kapitlu tapplika biss għal dqiq, pasta u trab tal-ġewż tal-Indi. Ġewż tal-Indi mqadded imqatta' bċejjeċ huwa klassifikat taħt is-subtitlu 0801 11 00 u ma jaqax fl-ambitu tal-titlu 1106 anke meta jissodisfa l-kriterji stipulati fil-punt (b) tan-nota addizzjonali 2 ta' dan il-kapitlu.

Il-ġewż tal-Indi mqadded imqatta' bċejjeċ huwa ppreżentat fi flieli, biċċiet żgħar jew strixxi rqaq. Id-dqiq, il-pasta u t-trab tal-ġewż tal-Indi jikkonsisti f'partiċelli fini.

 

1101 00

Dqiq tal-qamħ jew tal-meslin

Ara Nota 2 għal dan il-kapitlu.

Dqiq ta’ dan it-titlu jista’ jkun fih kwantitajiet żgħar ta’ melħ (ġeneralment mhux aktar minn 0,5 %) kif ukoll kwantitajiet żgħar ta’ amylase, ġermi mitħunin u xgħir inkaljat.

1102

Dqiq taċ-ċereali ħlief tal-qamħ u tal-meslin

Ara Nota 2 għal dan il-kapitlu.

Dqiq ta’ dan it-titlu jista’ jkun fih kwantitajiet żgħar ta’ melħ (ġeneralment mhux aktar minn 0,5 %) kif ukoll kwantitajiet żgħar ta’ amylase, ġermi mitħunin u xgħir inkaljat.

1102 20 10 u 1102 20 90

Dqiq tal-qamħirrum

Biex ikun determinat il-kontenut ta’ xaħam, il-metodu analitiku stipulat f’Anness III, parti H, għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 054, 26.2.2009, p. 1) għandu jkun applikat skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1748/85 (ĠU L 167, 27.6.1985, p. 26).

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll dqiq tal-qamħirrum deskritt bħala “dqiq masa”, li hu miksub mill-metodu “nixtamilization” karatterizzat minn sajran u tixrib ta' żerriegħa tal-qamħirrun f'taħlita ta' idrossidu talkalċju li wara titnixxef u tintaħan.

Kwalunkwe proċess addizzjonali, bħal inkaljar, għandu madankollu jwassal biex prodott bħal dan ikun eskluż minn titlu 1102 (ġeneralment, Kapitlu 19).

1103

Xgħir u barli mitħun oħxon ( cereal groats ), pasta u gerbub

1103 11 10 sa 1103 19 90

Xgħir u barli mitħun oħxon ( groats ) u pasta

1.

Ara Noti 1 u 3 għal dan il-kapitlu.

2.

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1103, l-ewwel sitt paragrafi.

3.

Prodotti li ma jaqblux mall-kriterji li jgħarblu stipulati f’Nota 3 għal dan il-kapitlu huma klassifikati f’titlu 1104.

Prodotti li ma jaqblux mall-kriterji li jgħarblu stipulati f’Nota 3 għal dan il-kapitlu iżda li, wara li kienu mitħunin, ġew fil-forma ta’ biċċiet ta’ qamħ tondi, jaqgħu f’wieħed mis-subtitli ta’ titlu 1104 li jkopru qamħ mitħun.

1103 13 10 u 1103 13 90

Tal-qamħirrun

Biex ikun determinat il-kontenut ta’ xaħam, ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1102 20 10 u 1102 20 90.

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll xgħir u nuħħala tad-dqiq tal-qamħirrum deskritt bħala “dqiq masa”, li hu miksub mill-metodu “nixtamilization” karatterizzat minn sajran u tixrib ta' żerriegħa tal-qamħirrun f'taħlita ta' idrossidu tal-kalċju li wara titnixxef u tintaħan.

Kwalunkwe proċess addizzjonali, bħal inkaljar, għandu madankollu jwassal biex prodott bħal dan ikun eskluż minn titlu 1103 (ġeneralment, Kapitlu 19).

1103 20 25 sa 1103 20 90

Gerbub

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1103, l-aħħar paragrafu.

1104

Ħbub tal-qamħ maħdumin mod ieħor (per eżempju, mqaxxrin, imremblin, imqattgħin irqiq, imfarrkin f’biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon), ħlief ross ta’ titlu 1006 ; nibbieta ta’ ċereali, sħiħa, imrembla, mqatta’ rqiq jew mitħuna

Il-qamħ imqatta’ rqiq li jaqa’ f’subtitli 1104 12 90, 1104 19 69 u 1104 19 91 huwa qamħ li kien mqaxxar u mrembel.

1104 22 40 sa 1104 29 89

Ħbub oħrajn maħdumin (per eżempju, mqaxxrin, imfarrkin f’biċċiet tondi, mfettin jew mitħunin oħxon)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1104, tieni paragrafu, (2) sa (5).

1104 22 50

Imfarrkin f’biċċiet tondi

Bħala żieda mal-qamħ imfarrak f’biċċiet tondi msemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1104, tieni paragrafu, (4), dan is-subtitlu jkopri biċċiet ta’ qamħ li, wara li kienu imfarrkin f’biċċiet tondi, huma ħadu l-forma ta’ frak żgħar tondi.

1104 22 95

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri prodotti miksubin mill-frak ta’ qamħ ċereali mhux imqaxxar li ma jaqbilx mal-kriterja ta’ għarbil stipulati f’Nota 3 għal dan il-kapitlu.

1104 23 40

Imqaxxrin (bla qxur jew imfesdqin), kemm jekk imfettin jew mitħunin oħxon u kemm le; imfarrkin f’biċċiet tondi

Dwar id-definizzjoni tat-terminu “imfarrkin f’biċċiet tondi”, ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 50.

1104 23 98

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 95.

Qamħ tal-qamħirrun imkisser miksub matul l-għarbil ta’ qamħ tal-qamħirrun imnaddaf mhux imxqaxxar u li jissodisfa l-kriterji stipulati f’Nota 2 (A) għal dan il-kapitlu huwa klassifikat f’dan is-subtitlu bħala qamħ “mhux maħdum mod ieħor għajr mitħun oħxon”.

1104 29 05

Imfarrkin f’biċċiet tondi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 50.

1104 29 08

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 95.

1104 29 30

Imfarrkin f’biċċiet tondi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 50.

1104 29 51 sa 1104 29 59

Mhux maħdumin mod ieħor għajr mitħunin oħxon

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1104 22 95.

1104 30 10 u 1104 30 90

Nibbieta taċ-ċereali, sħiħa, irromblata, mqatta’ irqiq jew mitħuna

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1104, tieni paragrafu, (6).

1106

Dqiq, pasta u trab tal-veġetali leguminużi mnixxfin ta’ titlu 0713 , tas-sagu jew ta’ għeruq jew tuberi ta’ titlu 0714 jew tal-prodotti ta’ Kapitlu 8

It-termini “dqiq”, “pasta” u “trab” huma definiti f’Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu.

Prodotti preżentati f’forma ta’ pejst huma esklużi minn dan it-titlu.

1107

Malt , kemm jekk inkaljat jew le

1107 10 11 sa 1107 10 99

Mhux inkaljat

Kull malt li fih l-attivita’ dijastatika meħtieġa għall-bidla f’zokkor ta’ lamtu tal-qamħ hija preżenti jaqa’ f’dawn is-subtitli. Malt bħal dan jinkludi malt aħdar, malt bl-arja u malt imfarrak, dan ta’ l-aħħar spiss ikun subdiviż kummerċjalment f’malt ċar (tat-tip Pilsen) u malt skur (tat-tip ta’ Munik).

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll malt aħdar użat għall-konsum mill-bniedem u kkunsmat bl- istess mod bħal rimjiet veġetali, li huwa żerriegħa taċ-ċereali li tkun bdiet tiġġermina iżda ma tkunx għadha ġiet imnixxfa.

Il-malt sħiħ li jaqa’ f’dawn is-subtitli huwa karatterizzat minn qalba qisha dqiq, bajda, imrammla. Madanakollu, fil-każ ta’ malt skur (tat-tip ta’ Munik) il-kulur tal-qalba f’xi 10 % tal-qamħ ivarja minn isfar għal kannella. Il-qoxra għandha konsistenza niexfa u mrammla. Meta mitħun, dan jipproduċi pasta fina u ratba.

1107 20 00

Inkaljat

Dan is-subtitlu jkopri kull malt li fih l-attivita’ dijastatika tnaqqset jew sparixxiet għal kollox wara l-inkaljar u li, bħala konsegwenza, taġixxi biss matul il-brewing bħala addittiv għall-malt mhux inkaljat sabiex jagħti lill-birra kulur u togħma speċjali.

Il-kulur tal-qlub ta’ malt bħal dan ivarja minn abjad maħmuġ għal iswed, skond it-tip.

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

malt inkaljat li kien inkaljat mingħajr bidla f’zokkor minn qabel jew wara bidla f’zokkor parzjali skond il-grad ta’ umidita’ tal-malt ċar użat. Il-malt għandu wiċċ esterjuri jleqq u l-endosperma tiegħu hija sewda mingħajr ma tkun qisha ħġieġ.

2.

malt karamelizzat li minnu z-zokkor iffurmat permezz ta’ bidla f’zokkor minn qabel kien karamelizzat. Il-kulur ta’ dan il-malt huwa isfar ċass għal kannella ċar; l-endosperma f’għallinqas 90 % tal-qamħ qisha tal-ħġieġ mill-apparenza u abjad maħmuġ għal kannella skur f’kulurha. Attivita’ dijastatika għadha xorta preżenti sa ċertu grad f’malt karamelizzat ċar ħafna. Proporzjon ta’ 10 % ta’ qamħ mhux karamelizzat jista’ jseħħ.

KAPITLU 12

ŻRIERAGĦ U FROTT ŻEJTNIN; DIVERSI QMUĦ, ŻRIERAGĦ U FROTT; PJANTI INDUSTRIJALI JEW MEDIĊINALI; TIBEN U MAGĦLEF

1201

Sojja, imkissra jew le

Fażola tas-sojja, (żrieragħ ta’ Glycine max), ivarjaw f’kulurhom bejn kannella, aħdar u iswed. Huma prattikament ma fihomx lamtu iżda huma rikki fi proteini u żejt.

Attenzjoni speċjali għandha tittieħed mal-klassifikazzjoni tat-tariffa ta’ uħud miż-żrieragħ negozjati bħala “fażola tas-sojja ħadra” jew “fażola ħadra”. Dawn spiss ma jkunux fażola tas-sojja iżda fażola klassifikata f’ titlu 0713.

1202

Karawett, mhux inkaljat jew imsajjar mod ieħor, kemm jekk imqaxxar jew imkisser jew le

Il-karawetta, iż-żerriegħa ta’ Arachis hypogaea, fiha livell għoli ta’ żejt tajjeb għall-ikel.

1205

Lift jew żerriegħa tal-kolza, imkissra jew le

1205 10 10 u 1205 10 90

Lift jew żerriegħa tal-kolza b’aċtu eruċiku baxx

Ara Nota 1 għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1205.

1206 00

Żerriegħa tal-ġirasol, imkissra jew le

1206 00 91

Imqaxxra; f’qoxra rrigata griż bl-abjad

Iż-żerriegħa tal-ġirasol għal dan is-subtitlu s-soltu huma intiżi għall-produzzjoni ta’ ħlewwiet, għal ikel ta’ l-għasafar jew għal konsum immedjat. Ġeneralment it-tul tagħhom huwa biss nofs it-tul tal-qoxra li jista’ jaqbeż 2 ċm. Dawn iż-żrieragħ is-soltu jkollhom kontenut ta’ żejt ta’ bejn wieħed u ieħor 30 sa 35 % mill-piż

1206 00 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi żrieragħ tal-ġirasol għall-produzzjoni ta’ żejt għal konsum minn bnedmin. Dawn ikunu normalment innegozjati fil-qoxra tagħhom li għandha kulur iswed uniformi. Ġeneralment, it-tul taż-żrieragħ u tal-qxur ikun kważi l-istess. Dawn iż-żrieragħ normalment ikollhom kontenut ta’ żejt ta’ madwar 40 sa 45 % mill-piż.

1207

Żrieragħ u frott ieħor żejtnin, imkissrin jew le

1207 40 10 u 1207 40 90

Ġulġlien

Dawn is-subtitli jkopru ż-żrieragħ ta’ Sesamum indicum.

1207 50 10 u 1207 50 90

Żerriegħa tal-mustarda

Żerriegħa tal-mustarda tinkiseb minn varji speċi veġetali, eż., Sinapis alba, Brassica hirta, Brassica nigra u Brassica juncea.

1207 99 96

Oħrajn

Sakemm dawn ma jkunux inklużi f’subtitlu preċedenti ta’ dan it-titlu, frott u żrieragħ imsemmijin fit-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1207 jaqgħu f’dan is-subtitlu.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll żrieragħ tal-qara ħamra ħodor bil-ġilda ratba li ġenetikament jonqoshom is-saff suberizzat ta’ barra tal-qoxra taż-żerriegħa (Cucurbita pepo L. convar. citrullinia Greb. var. styriaca u Cucurbita pepo L. var. oleifera Pietsch). Dawn il-qara ħomor huma prinċipalment imkabbrin għaż-żejt tagħhom u mhux għal użu bħala veġetali, iż-żrieragħ ta’ dawn ta’ l-aħħar jaqgħu f’subtitlu 1209 91 80.

Dan is-subtitlu ma jinkludix żrieragħ tal-qara ħamra inkaljati (subtitlu 2008 19 jew 2008 97).

1208

Dqiq u pasti ta’ żrieragħ jew frott żejtnin, ħlief dawk tal-mustarda

Ara Nota 2 għal dan il-kapitlu.

1209

Żrieragħ, frott u spori, ta’ kwalita’ użati għaż-żriegħ

1209 10 00

Żerriegħa tal-pitravi

Dan is-subtitlu jkopri biss żerriegħa ta’ pitravi (Beta vulgaris var. altissima).

Inkluża hawnhekk ukoll hawn żerriegħa msejħa żerriegħa monoġerminattiva, miksuba jew permezz ta’ proċessar ġenetiku jew permezz ta’ qsim tal-glomeruli (żerriegħa msejħa maqsuma jew imraqqa minn qabel), kemm jekk imdawwra f’qoxra u kemm jekk le, l-iżjed komuni hija dik ibbażata fuq it-tafal.

1209 29 60

Żerriegħa tal-pitravi għall-għalf ( Beta vulgaris var. alba )

Dan is-subtitlu jkopri wkoll żerriegħa msejħa żerriegħa monoġerminattiva, miksuba jew permezz ta’ proċessar ġenetiku jew permezz ta’ qsim tal-glomeruli (żerriegħa msejħa maqsuma jew imraqqa minn qabel), kemm jekk imdawwra f’qoxra u kemm jekk le, l-iżjed komuni hija dik ibbażata fuq it-tafal.

1209 30 00

Żrieragħ ta’ pjanti erbaċej kultivati priċipalment għall-fjuri tagħhom

Dan is-subtitlu jinkludi ż-żrieragħ ta’ pjanti erbaċej kultivati esklussivament jew prinċipalment għall-fjuri tagħhom (fjuri għal qtugħ, dekorazzjoni, eċċ.). Iż-żrieragħ ta’ l-ispeċi jistgħu jkunu preżentati f’mezz ta’ support, eż. f’wadding ta’ ċellulosi jew f’pît. Dan is-subtitlu jinkludi żrieragħ ta’ piżelli ħelwin (Lathyrus odoratus).

1209 91 80

Oħrajn

Din is-subtitlu tinkludi ż-żerriegħa tal-qargħa ħamra meta użata għaż-żrigħ.

Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni għas-subtitlu 1207 99 96 u għas-subtitlu 1212 99 95.

1209 99 10

Żrieragħ tas-siġar tal-foresta

Dan is-subtitlu jkopri qamħ u żrieragħ oħra tas-siġar tal-foresta, anki jekk dawn kienu intiżi għall-produzzjoni ta’ siġar ornamentali ta’ arbuxxelli fil-pajjiż li qed jimporta.

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “siġar” jitqies li jfisser siġar kollha, arbuxxelli u siġar qishom arbuxxelli li z-zkuk prinċipali, friegħi u zkuk tagħhom huma ta’ konsistenza ta’ l-injam.

Dan is-subtitlu jkopri ż-żrieragħ u l-frott kollu ta’ tip użat għaż-żriegħ:

1.

siġar ta’ speċi Ewropej kif ukoll eżotiċi intiżi għall-afforestazzjoni ta’ art bil-ħsieb għall-produzzjoni ta’ injam iżda ukoll għall-għan li tinżamm il-ħamrija jew bħala difiża kontra l-erożjoni.

2.

siġar użat għal għanijiet ornamentali jew għall-landscaping f’parks, ġonna pubbliċi jew privati jew għall-kisi ta’ pjazez pubbliċi, toroq ta’ bliet, toroq, kanali, eċċ.

Fost is-siġar tat-tieni grupp — li għall-maġġoranza tagħhom jagħmlu parti mill-istess speċi bħal dawk ta’ l-ewwel grupp — hemm inklużi dawk is-siġar li ma jintużawx biss għall-forma jew għall-kulur tal-weraq tagħhom (eż., ċertu tipi ta’ siġar tal-luq, aġġru, koniferi, eċċ.) iżda ukoll għall-fjuri tagħhom (eż., mimosa, tamarisk, manjolja, lelà, laburnu, ċirasa Ġappuniża, siġret Ġuda, ward) jew għall-kulur qawwi tal-frott tagħhom (eż., siġra taċ-ċiras, kotoneaster, pirakanta jew “fire-thorn”).

Madanakollu, iż-żrieragħ u l-frott li ġejjin huma esklużi minn dan is-subtitlu anki jekk intiżi li jintużaw għaż-żriegħ:

(a)

il-frott u l-ġewż li jaqgħu f’kapitlu 8 (partikolarment, ġewż, eż. qastan, ġewż, ġellewż, ġewża Amerikana, lewż, eċċ.);

(b)

iż-żrieragħ u l-frott li jaqgħu f’kapitlu 9 (eż., żrieragħ tal-ġnibru);

(ċ)

żrieragħ biż-żejt u ġewż li jipproduċi ż-żejt li jaqa’ f’titli 1201 sa 1207 (eż. ġewż tal-fagu, qlub tal-palm).

Dan is-subtitlu jeskludi ukoll:

(a)

żerriegħa tat-tamarind (subtitlu 1209 99 99); u

(b)

ġandar u qastan taż-żwiemel (subtitlu 2308 00 40).

1210

Koni tal-ħops, frisk jew niexef, mitħun jew le, trab jew f’forma ta’ gerbub; lupulina

1210 20 10

Koni tal-ħops, mitħunin, trab jew f’forma ta’ gerbub, b’kontenut ogħla ta’ lupulina; lupulina

Bħala żieda ma’ lupulina, dan is-subtitlu jkopri l-prodotti b’kontenut ogħla ta’ lupulina miksub permezz tat-tifrik tal-koni tal-ħops wara t-tneħħija mekkanika tal-weraq, zkuk, brakti u rachides.

1211

Pjanti u partijiet tagħhom (inklużi żerriegħa u frott), ta’ kwalita’ użata l-aktar fil-fwejjaħ, fil-farmaċija jew għal għanijiet ta’ insettiċidi, funġiċidi jew għal għanijiet simili oħrajn, friski jew imnixxfin, maqtugħin jew le, misħuqin jew trab

1211 20 00

Għeruq ta’ ġinseng

Dan is-subtitlu jkopri l-għeruq ta’ ġinsenġ (Panax quinquefolium u Panax ginseng). L-għeruq huwa ċilindriku għal forma ta’ labra, b’nemex ċirkulari madwar it-tielet ta’ fuq; huma spiss maqsumin f’diversi friegħi. Il-kulur ta’ barra jvarja minn abjad safrani għal kannella-isfar, u l-interjuri huwa abjad u dqiqi (jew iebes bħal qrun jekk tgħalla fl-ilma). Dan is-subtitlu jkopri ukoll għeruq tal-ġinseng imfarrkin jew mitħunin.

1211 90 30

Ful tonquin

Dan is-subtitlu jkopri ż-żerriegħa ta’ Dipteryx odorata (familja Leguminosae). Dawn jissejħu ukoll fażola tonga jew tonka u coumaru. Huma fihom coumarin u jintużaw fl-industrija tal-fwieħa u fil-manifattura ta’ essenzi għal xorb dijetetiku.

1211 90 86

Oħrajn

Sakemm dawn ma kinux inklużi f’subtitlu ta’ qabel ta’ dan it-titlu, dan is-subtitlu jinkludi pjanti, partijiet ta’ pjanti, żrieragħ u frott, imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1211, paragrafu ħdax, u dawn li ġejjin:

1.

partijiet tal-pjanta tal-kannabis, kemm jekk imħallta ma sustanzi inorganiċi jew organiċi u kemm jekk le (użati sempliċiment bħala extenders);

2.

“piżelli oranġjo” jew “orangettes” li għadhom m’humiex maturi, larinġ mhux tajjeb għall-ikel li jaqa’ kmieni wara li s-siġra tkun għamlet il-fjuri u inġabar niexef, bil-ħsieb, partikolarment, għall-estrazzjoni taż-żejt essenzjali tagħhom (qamħ żgħir);

3.

weraq ta’ ċikwejr salvaġġ imnixxef (Taraxacum officinale);

4.

sorrel imnixxef (Rumex acetosa);

5.

nasturium jew ħaxixet id-dras Indjan imnixxef (Tropaeolum majus).

Dan is-subtitlu ma jinkludix alki (titlu 1212) jew żrieragħ ta’ qara aħmar (titlu 1207 jew 1209).

1212

Ħarrub, alki tal-baħar u alki oħrajn, pitravi u kannamieli, friski, imkessħin, friżati jew imnixxfin, mitħunin jew le; għadam u qlub tal-għadam tal-frott u prodotti veġetali oħrajn (inklużi għeruq mhux inkaljati taċ-ċikwejra tal-varjeta’ Cichorium intybus sativum ) ta’ kwalita’ użata l-aktar għall-konsum uman, mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra

1212 21 00 u 1212 29 00

Alka tal-baħar u alki oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1212, (A).

1212 91 20 u 1212 91 80

Pitravi

Dawn is-subtitli japplikaw biss għal pitravi li ma tneħħilhomx iz-zokkor li għandhom kontenut ta’ sukrows li ġeneralment jaqbeż 60 % mill-piż kalkulat fuq materjal niexef. Parzjalment jew kompletament mingħajr zokkor, dawn jaqgħu f’subtitli 2303 20 10 jew 2303 20 90.

1212 92 00

Ħarrub

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1212, (Ċ), l-ewwel u t-tieni paragrafi.

1212 99 41 u 1212 99 49

Żerriegħa tal-ħarrub

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1212, (Ċ), tielet paragrafu.

1212 99 95

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1212, (D), tielet, raba’ u ħames paragrafi, dan is-subtitlu jinkludi:

1.

tuberi ta’ konjak jew konnyaku, sħaħ, mitħunin jew magħmulin trab;

2.

“dqiq tal-polline” — bċejjeċ żgħar li jikkonsistu f’polline miġbur minn naħal u agglomerat b’nektar, għasel u saliva tan-naħal.

Iż-żerriegħa tal-qargħa ħamra (titlu 1207 jew 1209) m'hijiex inkluża f'din is-sottointestatura, bl-eċċezzjoni taż-żerriegħa tal-qargħa mqaxxra, li għandha tiġi kklassifikata taħt titlu 1212 skont id-dispożizzjonijiet stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-każ C-229/06.

1214

Swedes , mangoldi, għeruq għall-għalf, ħuxlief, xnien (alfalfa), silla, sainfoin , kaboċċi għall-magħlef, lupini, ġulbiena u prodotti simili tal-għalf, kemm jekk f’forma ta’ gerbub jew le

1214 90 10

Mangoldi, swedes u għeruq oħrajn għall-għalf

Dan is-subtitlu jkopri:

1.

mangoldi (jew pitravi ta’ l-għalf) (Beta vulgaris var. alba);

2.

swedes jew nevew ta’ l-Iżvezja (Brassica napus var. napobrassica);

3.

għeruq ta’ l-għalf ieħor, eż., turnips ta’ l-għalf u karrotti ta’ l-għalf.

Il-varji speċi u varjetajiet ta’ artiċokks (eż. Helianthus tuberosus) huma klassifikati f’titlu 0714, filwaqt li zunnarija bajda (Pastinaca sativa) huma klassifikati f’kapitlu 7 bħala veġetali (titlu 0706, jekk friski jew imkessħin).

KAPITLU 13

GOMMALAKKA; GOMOM, RAŻI, U LINEF U ESTRATTI VEĠETALI OĦRAJN

1301

Gommalakka; gomom naturali, rażi, rażi tal-gomma u oleoreżini (per eżempju, balzmi)

1301 20 00

Gomma Arabika

Gomma Arabika (jew gomma ta’ l-akaċja jew gomma ta’ Senegal) hija preżentata f’biċċiet safranin jew ħamranin, hija semi-trasparenti u hija solubbli f’ilma iżda mhux fi spirtu.

1302

Linef u estratti veġetali; sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati; agar-agar u muċilaġni u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn prodotti veġetali

Estratti veġetali tal-titlu 1302 huma materji veġetali nejjin mhux maħduma miksuba pereżempju, mill-estrazzjoni tas-solventi li mhumiex ipproċessati jew modifikati kimikament aktar. Madankollu, l-addittivi inerti (pereżempju, l-aġenti antiagglomeranti) u l-ipproċessar relatat mal-istandardizzazzjoni, jew it-trattament fiżiku, bħal pereżempju it-tnixxif jew il-filtrazzjoni, huma permessi.

1302 11 00

Loppju

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (A), (1).

1302 12 00

Ta’ għud is-sus

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (A), (2).

1302 19 70

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 1302, (A), (4) sa (20).

1302 20 10 u 1302 20 90

Sustanzi tal-pektin, pektinati u pektati

Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (B).

1302 31 00

Agar-agar

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (Ċ), (1).

1302 32 10 u 1302 32 90

Muċilaġni u materjali li jħaxxnu, modifikati jew le, derivati minn ħarrub, żerriegħa tal-ħarrub jew żerriegħa tal-gwar

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (Ċ), (2).

Dawn is-subtitli ma jinkludux endosperma taż-żerriegħa tal-guar (“qasmiet tal-guar”) fil-forma ta’ flakes żgħar, sofor ċari, b’forma irregolari (titlu 1404).

1302 39 00

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1302, (Ċ), (3) sa (5), dan is-subtitlu jinkludi ukoll:

1.

l-estratt preparat mill-alka Furcellaria fastigiata, maħsudin fuq il-kosti tad-Danimarka, li huwa miksub bl-istess mod u magħmul fl-istess forma bħall- agar-agar;

2.

muċilaġni miksubin minn żerriegħa ta’ l-isfarġel;

3.

muċilaġni miksubin mill-ħażiż ta’ l-Islanda;

4.

ħaxixa tal-baħar ħamra u ħaxix tal-baħar tal-kalċju, tas-sodju u tal-potassju, anki meta standardizzati biz-zokkor (eż., sukrows, glukows) miżjudin biex jiżguraw attivita’ kostanti fl-użu. Il-kontenut ta’ zokkor miżjud ġeneralment ma jaqbiżx 25 %.

KAPITLU 14

MATERJALI VEĠETALI TAT-TRIZZA; PRODOTTI VEĠETALI LI MHUMIEX IMSEMMIJIN JEW INKLUŻI BAND’OĦRA

1401

Materjali veġetali ta’ kwalita’ użata primarjament għat-trizza (per eżempju, bambù, rattan, qasab, ġummar, żafżaf, raffja, tiben taċ-ċereali mnaddaf, ibbliċjat jew miżbugħ, u qoxra tas-siġra tal-lajm)

1401 10 00

Bambù

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1401, tieni paragrafu, (1).

1401 20 00

Rattan

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1401, tieni paragrafu, (2).

1401 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1401, tieni paragrafu, (3) sa (7). Il-weraq ta’ l-ispeċi differenti ta’ Typha (pereżempju, Typha latifolia jew cattail) jaqgħu ukoll f’dan is-subtitlu.

1404

Prodotti veġetali li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

1404 20 00

Ħjut tal-qoton li jibqgħu maż-żerriegħa wara t-tfesdiq ( cotton linters )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1404, tieni paragrafu, (A).

1404 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1404, tieni paragrafu, (B) sa (F).

L-irjus tat-kardun imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1404, tieni paragrafu, (F), (7) huma ta’ l-ispeċi Dipsacus sativus.

Dan is-subtitlu jinkludi ukoll endosperma taż-żerriegħa tal-guar (“qasmiet tal-guar”) fil-forma ta’ flakes żgħar, sofor ċari, b’forma irregolari.

TAQSIMA III

XAĦMIJIET U ŻJUT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI TAJBIN GĦALL-IKEL; XEMGĦAT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX

KAPITLU 15

XAĦMIJIET U ŻJUT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX U PRODOTTI MILL-QSIM TAGĦHOM; XAĦMIJIET IPPREPARATI TAJBIN GĦALL-IKEL; XEMGĦAT TA’ ANNIMALI JEW ĦXEJJEX

Ġenerali

Għall-għanijiet tas-subtitli ta’ dan il-kapitlu li jinkludu t-terminu, “użi industrijali” jitqies li japplika biss għal dawk l-użi li jinvolvu t-trasformazzjoni tal-prodott bażiku.

Min-naħa l-oħra, użi tekniċi’, terminu li jinsab ukoll f’xi subtitli, jimplika li m’hemm l-ebda trasformazzjoni bħal din.

Trattamenti bħal purifikazzjoni, irfinar jew idroġenizzazzjoni ma jitqisux bħala “użi industrijali” jew “użi tekniċi”.

Għandha tingħata importanza li anki prodotti tajbin għal konsum minn bnedmin jistgħu jkunu intiżi għal użi tekniċi jew industrijali.

Is-subtitli ta’ dan il-kapitlu li jitkellmu dwar prodotti għal użi tekniċi jew industrijali ħlief għall-manifattura ta’ affarijiet ta’ l-ikel għal konsum minn bnedmin jinkludu żjut u xaħmijiet għall-manifattura ta’ affarijiet ta’ l-ikel għall-annimali.

Nota Addizzjonali 1 (a)

Il-parti likwida ta’ żejt veġetali miksuba billi tkun imneħħija l-parti solida, pereżempju, permezz ta’ tkessiħ, użu ta’ solventi organiċi, sustanzi li jnaqqsu s-surface tension, eċċ., ma jistgħux jitqiesu bħala żjut mhux irfinati.

 

1502

Grass ta’ annimali ta’ l-ifrat, nagħaġ u mogħoż, ħlief dawk ta’ titlu 1503

B’żieda ma’ xaħmijiet rendered, dan it-titlu jinkludi xaħmijiet mhux rendered, jiġifieri., xaħam magħluq f’membrani ċellulari.

Dawn li ġejjin huma għalhekk inklużi f’dan is-subtitlu:

1.

xaħmijiet mhux rendered, mhux irfinati jew fil-forma ta’ xaħam ta’ dam (xaħam tal-biċċerija, xaħam tal-biċċier, xaħam li jdawwar l-imsaren);

2.

xaħam rendered, li jinkludi:

(a)

xaħam “Premier jus” li huwa l-aqwa grad ta’ xaħam ta’ dam tajjeb għall-ikel;

(b)

xaħam “Greaves”;

(ċ)

xaħam “Aċtu”, miksub mit-tgħolija ta’ l-inqas kwalita’ ta’ xaħam mhux rendered f’soluzzjoni bl-ilma ta’ aċtu sulforiku li jidrolizza s-sustanzi albuminojdi fit-tessut, b’hekk joħroġ ix-xaħam;

3.

xaħam miksub mill-għadam jew mill-iskart ta’ annimali ta’ l-ifrat, nagħaġ jew mogħoż.

Madanakollu, dan it-titlu ma jinkludix għadam u żejt tal-mudullun jew żejt tas-sieq (titlu 1506 00 00).

1503 00

Stearina tax-xaħam, żejt tax-xaħam, oleostearina u żejt tax-xaħam tad-dam, mhux emulsifikati jew imħalltin jew preparati b’xi mod ieħor

1503 00 11 u 1503 00 19

Stearina tax-xaħam u oleostearina

Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti msemmijin fit-tieni paragrafu u l-paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1503.

1503 00 30

Żejt tax-xaħam tad-dam għal użi industrijali ħlief għall-manifattura ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal konsum uman

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fil-ħames paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1503 sakemm dawn ma kienux intiżi għal użi industrijali ħlief għall-manifattura ta’ affarijiet ta’ l-ikel għal konsum minn bnedmin (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan il-kapitlu).

1503 00 90

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fit-tielet u r-raba’ paragrafi tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1503, dan is-subtitlu jinkludi żejt tax-xaħam tad-dam li ma jilħaqx il-kundizzjonijiet stipulati f’subtitlu 1503 00 30, pereżempju, żejt tax-xaħam tad-dam għal użi tekniċi.

1504

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ ħut jew mammiferi tal-baħar, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

Ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, parti (A), sitt u seba’ paragrafi.

1504 10 10 sa 1504 10 99

Żjut tal-fwied tal-ħut u l-frazzjonijiet tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1504, tieni paragrafu.

1504 10 10

B’kontenut ta’ vitamina A mhux ogħla minn2  500 IU/g

Il-kontenut ta’ vitamina A taż-żejt tal-fwied miksub minn gadidae (merluzz, haddock, molva, marluzz) ġeneralment ma jaqbiżx 2  500 IU/g.

1504 10 91 u 1504 10 99

Oħrajn

Il-kontenut ta’ vitamina A taż-żejt tal-fwied miksub minn tonn, ħalibatt, u diversi tipi ta’ klieb il-baħar, pereżempju, ġeneralment jaqbeż 2  500 IU/g.

Żjut b’kontenut ta’ vitamina miżjud jibqgħu klassifikati f’dawn is-subtitli sakemm dawn ma tilfux il-karattru ta’ żejt tal-fwied tal-ħut. Dan jiġri, pereżempju, fil-każ ta’ żjut tal-fwied tal-ħut b’kontenut ta’ vitamina A li ma jaqbiżx 1 00  000 IU/g.

1504 20 10 u 1504 20 90

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, tal-ħut, ħlief żjut tal-fwied

Dawn is-subtitli jkopru x-xaħmijiet u ż-żjut miksubin mill-ispeċi ta’ ħut kollha, u mill-frazzjonijiet tagħhom, ħlief iż-żjut estratti esklussivament mill-fwied tagħhom, u jinkludu:

1.

żjut miksubin minn aringi u menhaden (clupeid simili għal aringi, mistadin esklussivament għall-estrazzjoni taż-żejt);

2.

żjut miksubin mir-residwi mill-proċess ta’ preservazzjoni, ta’ valur inqas minn taż-żjut t’hawn fuq. Dawk ta’ importanza kummerċjali huma ż-żjut minn residwi ta’ Clupeidae, iż-żjut minn residwi ta’ tonn u bonito u ż-żjut minn residwi ta’ Salmonidae;

3.

żjut minn residwi tan-negozju tal-ħut li huma ta’ komposizzjoni mħallta ħafna u anki inqas valur;

4.

stearina tal-ħut, li hija deskritta fil-ħames paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1504.

Iż-żjut u x-xaħmijiet ta’ dan is-subtitlu huma wżati primarjament għal użi tekniċi jew industrijali bħal tiswid, preparazzjonijiet ta’ żebgħa, żjut li jaqtgħu.

1504 30 10 u 1504 30 90

Xaħmijiet u żjut u l-frazzjonijiet tagħhom, ta’ mammiferi tal-baħar

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

żjut tal-balieni u żjut tal-balieni mhux raffinati li huma deskritti fit-tielet u fir-raba’ paragrafi tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1504;

2.

xaħam ta’ mammiferi tal-baħar;

3.

żjut minn pinneds (foki, walruses u ljuni tal-baħar).

Dawn is-subtitli jkopru ż-żjut kollha ta’ mammiferi tal-baħar, u frazzjonijiet tagħhom, inklużi dak estratt minn fwied bħal żejt tal-fwied ta’ l-isperm whale li, minħabba li hu rikk f’vitamina A, għandu proprjetajiet simili għal dawk taż-żjut tal-fwied tal-ħut ta’ subtitli 1504 10 10, 1504 10 91 u 1504 10 99.

1505 00

Xaħam tas-suf u sustanzi xaħmin derivati minnu (inkluża lanolina)

1505 00 10

Xaħam tas-suf, mhux raffinat

Ara l-ewwel paragrafu tal-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1505.

1505 00 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri:

1.

lanolina, li hija deskritta fit-tieni, tielet u raba’ paragrafi tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1505;

2.

sustanzi xaħmin ġejjin minn xaħam tas-suf (oleina minn xaħam tas-suf u stearina minn xaħam tas-suf), li huma l-partijiet likwidi u solidi rispettivament miksubin wara d-distillazzjoni u l-għafis tax-xaħam tas-suf.

1506 00 00

Xaħam u żjut oħrajn ta’ annimali u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

Dan it-titlu ma jinkludix taħlitiet jew preparazzjonijiet minn xaħmijiet u żjut ta’ annimali mhux tajbin għall-ikel, eż., xaħmijiet tal-biċċerija minn varji annimali jew taħlitiet jew preparazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut ta’ annimali u veġetali, eż., żejt tal-qali skart (titlu 1518).

1507

Żejt tas-sojja u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1507 10 10 u 1507 10 90

Żejt mhux raffinat, iddegommat jew le

Għal definizzjoni tat-terminu “mhux raffinat”, ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu, paragrafi (a), (b) u (ċ).

1507 90 10 u 1507 90 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu żejt tas-sojja raffinat.

1508

Żejt tal-karawett u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1508 10 10 u 1508 10 90

Żejt mhux raffinat

Ara Nota Addizzjonali 1 (a) u (b) għal dan il-kapitlu.

1508 90 10 u 1508 90 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu żejt tal-ġewż mitħun raffinat.

1509

Żejt taż-żebbuġ u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

Żejt taż-żebbuġ li jaqa’ f'dan it-titlu jrid jilħaq dawn it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

għandu jkun miksub biss mit-trattament tal-frott tas-siġra taż-żebbuġ (Olea europaea L.);

2.

għandu jkun miksub biss permezz ta’ mezzi mekkaniċi jew fiżiċi (eż. permezz ta’ għafis), b’hekk l-użu ta’ solventi huwa eskluż (ara Nota 2 għal dan il-kapitlu);

3.

m’għandux ikun ri-esterifikat jew imħallat ma żjut oħrajn, inkluż żejt minn skart taż-żebbuġ li jaqa’ f’ titlu 1510 00.

1509 10 10

Żejt taż-żebbuġ verġni lampanti

Ara n-Nota Addizzjonali 2 (B) (1) għal dan il-kapitlu.

1509 10 90

Oħrajn

Ara n-Nota Addizzjonali 2 (B) (2) għal dan il-kapitlu.

1509 90 00

Oħrajn

Ara Nota Addizzjonali 2 (Ċ) għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu jinkludi mhux biss żejt raffinat iżda wkoll żejt taż-żebbuġa raffinat imħallat ma’ żejt taż-żebbuġa verġni.

1510 00

Żjut oħrajn u l-frazzjonijiet tagħhom, miksubin biss miż-żebbuġ, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament, inklużi taħlitiet ta’ dawn iż-żjut jew frazzjonijiet biż-żjut jew frazzjonijiet ta’ titlu 1509

Dan it-titlu jkopri biss dawn iż-żjut li jilħqu il-kundizzjonijiet stipulati f’oġġett 1 tan-Noti ta’ Spjega għal titlu 1509. Bħal dawn li jaqgħu f’titlu 1509, żjut li jaqgħu f’titlu 1510 00 m’għandhomx ikunu ri-esterifikati jew imħalltin ma’ żjut oħra, jiġifieri. żjut oħrajn ħlief żejt taż-żebbuġa, iżda:

dawn jistgħu jkunu estratti permezz ta’ solventi jew permezz ta’ mezzi fiżiċi;

dawn jistgħu jkunu mħalltin ma’ żjut jew frazzjonijiet li jaqgħu f’titlu 1509; l-iżjed taħlita komuni tikkonsisti f’taħlita ta’ żejt minn skart taż-żebbuġ raffinat ma’ żejt taż-żebbuġ verġni;

1510 00 10

Żjut mhux raffinati

Ara Nota Addizzjonali 2 (D) għal dan il-kapitlu.

1510 00 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi żejt minn skart taż-żebbuġ raffinat u taħlitiet ta’żejt minn skart taż-żebbuġ raffinat ma żejt taż-żebbuġa verġni.

1511

Żejt tal-palm u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1511 10 10 u 1511 10 90

Żejt mhux raffinat

Ara Nota Addizzjonali 1 (a) u (b) għal dan il-kapitlu.

Żejt tal-palm mhux raffinat jiddekomponi ħafna iżjed malajr minn żjut oħrajn u għalhekk għandu kontenut ta’ aċtu ta’ xaħam ħieles għoli.

1511 90 11 u 1511 90 19

Frazzjonijiet solidi

Dawn is-subtitli jkopru stearina tal-palm.

1511 90 91 u 1511 90 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

żejt tal-palm raffinat;

2.

il-frazzjoni likwida ta’ żejt tal-palm miksuba meta l-parti solida tkun imneħħija permezz ta’ tkessih jew bl-użu ta’ solventi organiċi jew bl-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-surface tension. Din il-frazzjoni (oleina tal-palm), li jista’ jkollha komposizzjoni ta’ aċtu xaħmi f’xi każi simili ħafna għal dak ta’ żejt tal-palm mhux mifrud fi frazzjonijiet, jista’ normalment jintgħaraf billi jkunu kkumparati l-proporzjonijiet relattivi tat-trigliċeridi komponenti tiegħu ma’ dawk ta’ żejt tal-palm mhux mifrud fi frazzjonijiet tipiku. It- trigliċeridi li fihom numru ogħla ta’ atomi tal-karbonju (C52 u C54) jinsabu f’ammonti akbar fil-frazzjoni likwida milli fiż-żejt mhux mifrud fi frazzjonijiet, filwaqt li trigliċeridi li fihom in-numru relattivament iżgħar ta’ atomi tal-karbonju (C50 u C48) jippredominaw fil-frazzjoni solida.

1512

Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol, ta’ l-għosfor jew taż-żerriegħa tal-qoton u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament

1512 11 91

Żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol

Ara n-Nota Addizzjonali 1 (a) u (b) għal dan il-kapitlu flimkien ma parti (A) għan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1512.

1512 11 99

Żejt ta’ l-għosfor

Ara n-Nota Addizzjonali 1 (a) u (b) għal dan il-kapitlu flimkien ma parti (B) għan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1512.

1512 19 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol raffinat u żejt taż-żerriegħa ta’ l-għosfor raffinat.

1512 21 10 sa 1512 29 90

Żejt taż-żerriegħa tal-qoton u l-frazzjonijiet tiegħu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1512, parti (Ċ).

1514

Żejt tal-lift, kolza jew mustarda u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

1514 11 10 sa 1514 19 90

Żejt tal-lift jew tal-kolza b’aċtu eruċiku baxx u l-frazzjonijiet tiegħu

Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1514, parti (A), tieni paragrafu, tieni sentenza.

1515

Xaħmijiet u żjut oħrajn fissi ta’ veġetali (inkluż żejt tal-ġoġoba) u l-frazzjonijiet tagħhom, raffinati jew le, iżda mhux modifikati kimikament

1515 30 10 u 1515 30 90

Żejt ir-riġnu u l-frazzjonijiet tiegħu

Żejt ir-riġnu magħruf ukoll bħala “żejt tal-Palma Christi” u “żejt kerva”.

Dawn is-subtitli ma jinkludux żejt Curcase (jew żejt tal-porga) estratti miż-żrieragħ tas-siġra “Jatraopha curcas”, tal-familja Euphorbiaceae, spiss imsejħa “żejt ir-riġnu Amerikan” jew “żejt ir-riġnu salvaġġ” (subtitli 1515 90 40 sa 1515 90 99).

1517

Marġerina; taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali jew ta’ frazzjonijiet ta’ xaħmijiet u żjut differenti ta’ dan il-kapitlu, minbarra xaħmijiet u żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta’ titlu 1516

Dwar id-definizzjoni tat-terminu “marġerina”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 1517 10 u 1517 90.

1517 10 10 u 1517 10 90

Marġerina, ħlief marġerina likwida

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1517, il-ħames paragrafu, (A).

Għandu jkun innutat li l-kontenut ta’ ilma m’huwiex fattur determinanti fil-klassifikazzjoni ta’ prodotti f’dawn is-subtitli.

1517 90 91

Żjut veġetali fissi, fluwidi, imħalltin

Din is-subintestatura tinkludi wkoll taħlitiet ta' żjut veġetali modifikati kemikament.

1521

Xemgħat veġetali (ħlief trigliċeridi), xema’ tan-naħal, xemgħat u spermaċeti ta’ insetti oħrajn, kemm jekk raffinati jew kuluriti inkella le

1521 10 00

Xemgħat veġetali

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1521, parti (I), dan is-subtitlu jinkludi xema’ tal-kafè, li sseħħ b’mod naturali fil-partijiet kollha fl-arbuxxell tal-kafè (fażola, ġilda li ddawwar, weraq, eċċ.) u huwa prodott żejjed tal-manifattura ta’ kafè dekaffeinat. Huwa iswed, għandu riħa qisu kafè u jintuża fil-manifattura ta’ ċertu prodotti għat-tindif.

1521 90 91

Mhux imsajrin

Dan is-subtitlu jinkludi xemgħat naturali f’xehdiet naturali.

1521 90 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi xemgħat, magħfusin jew raffinati, kemm jekk ibbliċjati jew ikkuluriti.

1522 00

Degras; fdal li jibqa’ mit-trattament ta’ sustanzi xaħmin jew xemgħat ta’ annimali jew veġetali

1522 00 31 u 1522 00 39

Li fih żejt bil-karatteristiċi ta’ żejt taż-żebbuġ

Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu, li tispeċifika r-residwi li huma esklużi minn dawn is-subtitli.

TAQSIMA IV

PREPARAZZJONIJIET TA’ L-IKEL; XORB, SPIRTI U ĦALL; TABAKK U SOSTITUTI MANIFATTURATI TAT-TABAKK

KAPITLU 16

PREPARAZZJONIJIET TA’ LAĦAM, TA’ ĦUT JEW TA’ KRUSTAĊEJ, MOLLUSKI JEW INVERTEBRATI AKKWATIĊI OĦRAJN

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni ta’ preparazzjonijiet ta’ l-ikel kompost (inklużi hekk imsejħin ‘ikliet preparati) li jikkonsistu, f’pereżempju, zalzett, laħam, ġewwieni tal-laħam, ħut jew krustaċji, molluski jew invertebrati akwatiċi oħrajn jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, flimkien ma ħaxix, spagetti, zalza, eċċ., ara Nota 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar.

It-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu ta’ Nota 2 (klassifikazzjoni fit-titlu li jikkorrispondi għall-komponent li jippredomina bil-piż) għandha tapplika ukoll għad-determinazzjoni tas-subtitli. Dan t’hawn ma japplikax, pero’, għal preparazzjonijiet li fihom fwied ta’ titli 1601 00 u 1602 (ara paragrafu 2 tan-Nota).

Nota Addizzjonali 2

Bħala regola ġenerali, il-qatgħa li minnha parti tinkiseb tista’ tingħaraf biss fejn il-parti hija bejn wieħed u ieħor ta’ qies ta’ 100 × 80 × 2 mm jew iżjed.

L-espressjoni “partijiet minnha” japplikaw biss għal partijiet meta l-qatgħa li minnhom kienu miksubin (eż., perżut) tista’ tkun determinata permezz ta’ mezzi pożittivi milli permezz ta’ proċess ta’ eliminazzjoni.

 

1601 00

Zalzett u prodotti simili, ta’ laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ta’ l-ikel bażati fuq dawn il-prodotti

Il-fatt li prodotti jistgħu jitqiesu li huma “zalzett u prodotti simili” għal għanijiet ta’ negozju m’huwiex fattur determinanti għall-għanijiet ta’ klassifikazzjoni f’dan it-titlu.

Preparazzjonijiet ta’ laħam imqattgħin fi bċejjeċ jew imfarrkin li kienu ffurmati fil-forma tagħhom bħala riżultat ta’ l-ippakkjar tagħhom f’laned jew kontenituri riġidi oħra, kemm jekk ċilindriċi jew le, ma jitqisux bħala “zalzett” għall-għanijiet ta’ dan it-titlu.

1601 00 10

Ta’ fwied

Dan is-subtitlu jinkludi zalzett u prodotti simili li fihom fwied, biż-żieda jew mingħajr żieda ta’ laħam, ġewwieni tal-laħam, xaħam, eċċ., sakemm il-fwied jagħti lill-prodotti l-karattru essenzjali tagħhom. Dawn il-prodotti ġeneralment imsajrin u ġieli affumikati, jintgħarfu essenzjalment mit-togħma karatteristika tal-fwied.

1601 00 91

Zalzett, niexef jew biex jinfirex, nej

Dan is-subtitlu jkopri zalzett nej sakemm dawn kienu mmaturaw (pereżempju, permezz ta’ tnixxif fl-arja) u huma diġa lesti għal konsum immedjat.

Prodotti bħal dawn jistgħu wkoll ikunu affumikati, sakemm l-affumikar ma jikkawżax koagulazzjoni totali ta’ l-albumini li jseħħ minħabba trattament bis-sħana bħal affumikar f’temperatura għolja.

Bħala konsegwenza, dan is-subtitlu jkopri zalzett li normalment jittiekel f’biċċiet (bħal salami, zalzett Arles, Plockwurst) kif ukoll zalzett biex jinfirex, pereżempju, Teewurst.

1601 00 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

zalzett u simili, friski, li m’għaddew minn l-ebda proċess biex jimmaturaw;

2.

zalzett imsajjar, pereżempju, zalzett Frankfurter, zalzett Strasbourg, zalzett Vienna, mortadelli, zalzett magħmul minn imsaren irqaq tal-majjal magħruf bħala “andouilles” u “andouillettes”, pudini bojod, pudini suwed u speċjalitajiet oħrajn simili.

1602

Laħam, fdal tal-laħam jew demm oħrajn preparati jew preservati

Ara Nota Addizzjonali 6(a) għall-Kapitlu 2 li tipprovdi għall-klassifikazzjoni ta' tjur imħawwar u mhux imssajjar taħt il-Kapitlu 16. Jekk il-laħam tat-tjur mhux imsajjar ikunx imħawwar jew le għandu jiġi ddeterminat minn applikazzjoni tal-metodi għall-ittestjar sensorjali ta' laħam ta' tjur imħawwar u mhux imsajjar stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1362/2013 (8).

1602 10 00

Preparazzjonijiet omoġenizzati

Ara Nota 1 ta’ Subtitlu għal dan il-kapitlu.

1602 20 10 u 1602 20 90

Ta’ fwied ta’ kull annimal

Dawn is-subtitli jkopri prodotti preparati jew preservati li fihom il-fwied, kemm jekk imħalltin ma’ laħam jew fdal tal-laħam ieħor u kemm jekk le, sakemm il-fwied jagħti lill-prodotti l-karattru essenzjali tagħhom. Il-prodotti prinċipali għal dawn is-subtitli jinkisbu minn fwied tal-wiżż jew tal-papri (subtitlu 1602 20 10).

1602 31 11 sa 1602 39 85

Ta’ tjur ta’ titlu 0105

Dawn is-subtitli jinkludu tjur u partijiet ta’ tjur preservati wara t-tisjir.

Dawn il-prodotti jinkludu:

1.

tiġieġ fil-ġelatina

2.

nofsijiet jew kwartijiet ta’ tiġieġ f’zalza u saqajn sħaħ ta’ dundjan, wiżż jew tiġieġ, kemm jekk friżati jew le;

3.

pâté tat-tjur (li jikkonsisti essenzjalment f’laħam tat-tjur li miegħu kienu miżjudin vitella, xaħam tal-majjal, tartuf u ħwawar), kemm jekk friżati jew le;

4.

platti preparati li fihom laħam tat-tjur bħala l-ingredjent bażiku flimkien ma’ prodotti oħra bħal ħaxix, ross jew prodotti tat-tip ta’ makaroni bħala suppliment mal-platt tal-laħam innifsu. Eżempju ta’ platti f’din il-kategorija huma preparazzjonijiet magħrufin bħala “tiġieġ bir-ross” u “tiġieġ bil-faqqiegħ” kif ukoll platti ta’ tjur preparati friżati mqegħdin ġo dixx, li jkun fih separati minn xulxin il-laħam innifsu u l-varji affarijiet oħrajn.

Fl-iddeterminar tal-perċentwal ta’ laħam tat-tjur jew ġewwieni, il-piż ta’ kwalunkwe għadam m’għandux jitqies.

1602 31 11

Li fihom esklussivament laħam nej tad-dundjan

Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

1602 32 11

Nejjin

Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

1602 39 21

Nejjin

Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

1602 41 10 u 1602 41 90

Koxox u qatgħat tagħhom

Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu għall-iskop tat-terminu “qatgħat tagħhom” u n-Noti ta’ Spjega rilevanti.

Preparazzjonijiet mqattgħin jew mfarrkin b’mod fin huma esklużi minn dawn is-subtitli, anki jekk huma magħmulin minn koxox jew qatgħat tagħhom.

1602 42 10 u 1602 42 90

Spallejn u qatgħat tagħhom

Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu għall-iskop tat-terminu “qatgħat tagħhom” u n-Noti ta’ Spjega rilevanti.

Preparazzjonijiet imqattgħin jew imfarrkin b’mod fin huma esklużi minn dawn is-subtitli, anki jekk huma magħmulin minn spalel jew qatgħat tagħhom.

1602 49 11 sa 1602 49 50

Ta' majjal domestiku

Għad-determinazzjoni tal-perċentwali ta' laħam jew fdal ta' laħam ta' kwalunkwe tip, inklużi xaħmijiet ta' kwalunkwe tip jew oriġini, ara Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 226/89 (ĠU L 029, 31.1.1989, p. 11).

Fl-iddeterminar tal-perċentwal ta'

1602 49 15

Taħlit ieħor li jinkludi koxox (saqajn), spallejn, ġenbejn jew għenuq, u qatgħat tagħhom

Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu għall-iskop tat-terminu “qatgħat tagħhom” u n-Noti ta’ Spjega rilevanti.

Taħlitiet li jaqgħu f’dan is-subtitlu għandhom ikollhom għallinqas waħda mill-qatgħat (u/jew partijiet minnha) imsemmijin fit-titlu tas-subtitlu, għalkemm il-qatgħa m’għandhiex għalfejn tgħaddi fit-taħlita l-karattru essenzjali tagħha. It-taħlita tista’ wkoll ikollha laħam jew fdal tal-laħam ta’ annimali oħrajn.

1602 50 10

Nejjin; taħlit ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

Ara Nota Addizjonali 1 għal dan il-kapitlu.

1602 50 31

Bulubif (corned beef) f’kontenituri ertajt

Għall-għanijiet ta’ subtitli 1602 50 31, l-espressjoni “f’kontenituri ertajt” titqies li tfisser prodotti mqegħdin f’kontenituri li kienu siġillati, kemm jekk taħt vakwu jew le, biex iżommu l-arja jew gassijiet oħrajn milli jidħlu jew joħorġu minnhom. Ladarba l-kontenitur infetaħ, is-siġill oriġinali jinkiser b’mod permanenti.

Dawn is-subtitli jinkludu prodotti mqegħdin, inter alia, f’boroż tal-plastik siġillati kemm jekk taħt vakwu jew le.

1602 90 61

Nejjin; taħlit ta’ laħam jew fdal tal-laħam imsajrin u laħam jew fdal tal-laħam nejjin

Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

1604

Ħut preparat jew preservat; kavjar u sostituti tal-kavjar imħejjija minn bajd tal-ħut

Ara Nota 2 ta’ Subtitlu għal dan il-kapitlu.

1604 12 91

F’kontenituri ertajt

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1602 50 31.

1604 14 26

Qatgħat mingħajr xewk ( fillets ) magħrufin bħala “loins

Dan is-subtitlu jkopri biss qatgħat skond it-tifsira tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0304, (1) li għandhom it-tliet karatteristiċi li ġejjin:

imsajrin;

ippakkjati, mingħajr mezz likwidu li jgħatti, f’boroż (jew materjali tat-tgeżwir) ta’ tip użati għall-ippakjar ta’ ikel, kemm jekk ippakkjati f’vakwu jew issiġillati bis-sħana jew le; u;

friżati.

1604 14 36

Qatgħat mingħajr xewk ( fillets ) magħrufin bħala “loins

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1604 14 26.

1604 14 46

Qatgħat mingħajr xewk ( fillets ) magħrufin bħala “loins

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1604 14 26.

1604 19 31

Qatgħat mingħajr xewk ( fillets ) magħrufin bħala “loins

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1604 14 26.

1604 20 05

Preparazzjonijiet ta’ surimi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0304 93 10.

Il-preparazzjonijiet li jaqgħu f’dan is-subtitlu huma magħmulin minn surimi mħalltin ma’ prodotti oħrajn (eż., dqiq, lamtu, proteini, il-laħam ta’ krustaċji, ħwawar u sustanzi koloranti). Huma soġġetti għal trattament bis-sħana u ġeneralment preżentati fl-istat friżat.

1605

Krustaċej, molluski u invertebrati akkwatiċi oħrajn, preparati jew preservati

Ara Nota 2 ta’ Subtitlu għal dan il-kapitlu.

1605 29 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri gambli u gambli kbar (prawns) f'kontenituri ertajt (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1602 50 31).

1605 53 10

F’kontenituri ertajt

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 1602 50 31.

KAPITLU 17

ZOKKOR U ĦELU TAZ-ZOKKOR

1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrows kimikament pur, f’forma solida

1701 12 10 sa 1701 14 90

Zokkor mhux raffinat li ma fihx miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu.

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

ċertu zokkor abjad mhux raffinat;

2.

zokkor kannella bi grad baxx ta’ polarizzazzjoni, miksub mit-tieni u t-tielet strikes fil-proċess ta’ manifattura taz-zokkor u jvarja fil-kulur minn isfar għal kannella skur bħala riżultat prinċipalment tal-ġulepp magħqud li fih, minħabba l-kontenut ta’ sukrows ġeneralment bejn 85 u 98 % mill-piż;

3.

zokkor inqas pur li jirriżulta mill-proċess ta’ raffinar jew mill-manifattura ta’ zokkor-kandju, eż., erbat, biċċiet u zokkor kannella.

1701 12 10 u 1701 12 90

Zokkor tal-pitravi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 1701 12, 1701 13 u 1701 14.

1701 13 10 u 1701 13 90

Kannamieli speċifikat fin-Nota 2 tas-Subtitlu f'dan il-Kapitlu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 1701 12, 1701 13 u 1701 14.

1701 14 10 u 1701 14 90

Kannamieli ieħor

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 1701 12, 1701 13 u 1701 14.

1701 91 00

Li fih miżjudin ħwawar jew materjal biex jagħti l-kulur

Zokkor li fih miżjudin ħwawar jew materjali biex jagħti l-kulur huwa klassifikat f’dan is-subtitlu anki jekk il-kontenut ta’ sukrows huwa taħt 99,5 % mill-piż.

1701 99 10

Zokkor abjad

Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu.

Iz-zokkor abjad ta’ dan is-subtitlu huwa zokkor, kemm jekk raffinat jew le, li huwa ġeneralment abjad f’kulurih minħabba l-kontenut għoli ta’ sukrows li fih (99,5 % mill-piż u iżjed).

Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ sukrows ta’ zokkor abjad relatat man-Nota Addizzjonali 3 ta’ kapitlu 17 il-metodu polarimetriku stipulat fid-Direttiva tal-Kummissjoni 79/796/EEC, Anness II, metodu 10, għandu jkun applikat (ĠU L 239, 22.9.1979, p. 24).

1702

Zokkrijiet oħrajn, inklużi laktows kimikament pur, maltosju, glukows u fruktows, f’forma solida; ġuleppijiet taz-zokkor li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur; għasel artifiċjali, kemm jekk imħallat ma’ għasel naturali kif ukoll jekk le; karamella

1702 11 00 u 1702 19 00

Laktows u ġulepp tal-laktows

Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 1702, (A), (1), u (B), l-ewwel paragrafu.

1702 30 10

Isoglukows

Ara Nota Addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu.

1702 30 50 u 1702 30 90

Oħrajn

Għall-għanijiet ta’ kalkulazzjoni tal-piż perċentwal ta’ glukows, l-espressjoni “fl-istat niexef” għandha titqies li teskludi kemm ilma ħieles kif ukoll ilma ta’ kristallizzazzjoni.

1702 40 10

Isoglukows

Ara Nota Addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu.

1702 60 10

Isoglukows

Ara Nota Addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu.

1702 60 80

Ġulepp ta’ l-inulina

Ara Nota Addizzjonali 6 (a) għal dan il-kapitlu.

1702 90 30

Isolglukows

Ara Nota Addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu.

1702 90 80

Ġulepp ta’ l-inulina

Ara Nota Addizzjonali 6 (b) għal dan il-kapitlu.

1702 90 95

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

maltosju, ħlief maltosju kimikament pur;

2.

zokkor maqlub;

3.

ġuleppijiet tas-sukrows (ħlief sukrows ta’ l-aġġru), la kkulurit u lanqas bi ħwawar miżjudin;

4.

il-prodotti b’mod mhux akkurat imsejħin “ġuleppi magħqudin ta’ test għoli” miksubin permezz ta’ idrolisi u konċentrazzjoni ta’ meraq tal-bott mhux raffinat u użat prinċipalment bħala mezz nutrittiv fil-manifattura ta’ antibijotiċi kif ukoll għall-manifattura ta’ alkoħol etile;

5.

laktulosju, ħlief laktulosju kimikament pur.

1703

Għasel iswed li jsir mill-estrazzjoni jew raffinar taz-zokkor

1703 10 00

Għasel iswed tal-kannamieli

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 1703 10.

1704

Ħelu taz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda), mingħajr kawkaw

1704 10 10 u 1704 10 90

Ċjuwing-gamm, miksi biz-zokkor jew le

Dawn is-subtitli jkopru ċjuwing-gamm biz-zokkor miżjud, karatterizzat mill-preżenza ta’ gomma tal-ħalib tas-sapodilja jew prodotti oħrajn simili mhux tajbin għall-ikel, irrispettivament mill-forma li fihom huma jkunu (kaxex, mustardini miksijin biz-zokkor, blalen, eċċ.), inkluż “bubble gum”.

1704 90 10

Estratt tas-sugu li fih aktar minn 10 % tal-piż sukrows iżda ma fihx sustanzi oħrajn miżjudin

Dawn is-subtitli jkopru biss estratt tas-sugu li fih aktar minn 10 % tal-piż sukrows, mingħajr iż-żieda ta’ kwalunkwe zokkor, ħwawar oħrajn jew sustanzi oħra, kemm jekk fil-forma ta’ kejkijiet, stikek, pastilji, eċċ., jew le.

Estratt tas-sugu preparat bħala ħelu permezz taż-żieda ta’ sustanzi oħrajn jaqa’ f’subtitlu 1704 90 99 irrispettivament mill-proporzjon ta’ sukrows.

1704 90 30

Ċikkulata bajda

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1704, tieni paragrafu, (vi).

1704 90 51 sa 1704 90 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru ħafna mill-preparazzjonijiet ta’ zokkor magħrufin komunement bħala “ħlewwiet”. Dawn il-preparazzjonijiet jibqgħu klassifikati f’dawn is-subtitli anki jekk fihom spirti jew likuri bbażati fuq alkoħol tajbin għax-xorb.

Dawn is-subtitli inkludu pejsts għall-manifattura ta’ fondant, marżipan, qubbajd, eċċ., li huma prodotti semi-manifatturati użati fi ħlewwiet u ġeneralment mibjugħin bħala blokki jew kaxex. Dawn is-semi-manifatturati jibqgħu klassifikati f’dawn is-subtitlu anki jekk il-kontenut ta’ zokkor tagħhom ikun iżjed tard miżjud matul il-kors ta’ proċessar fi prodotti finali, sakemm dawn huma intiżi speċifikament mill-kompożizzjoni tagħhom biex jintużaw biss fil-manifattura ta’ ċertu tip ta’ ħlewwiet.

Dawn is-subtitli jeskludu:

(a)

silġiet tajbin għall-ikel, anki fejn preżentati bħala blokki mqabbdin ma’ stikka bħal fil-każ ta’ lolipops (titlu 2105 00);

(b)

ħlewwiet li fihom kawkaw imħallat fi proporzjonijiet li jvarjaw ma’ ħlewwiet li ma fihomx kawkaw u ppakkjati għall-bejgħ bħala taħlita (titlu 1806).

1704 90 51

Pejsts, inkluż marżipan, f’pakki diretti ta’ kontenut nett ta’ 1 kg jew aktar

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1704, tieni paragrafu, (iv) u (ix).

Dan is-subtitlu jinkludi taħlitiet miksijin biz-zokkor jew għall-igglejżjar.

1704 90 55

Pastilji għall-griżmejn u ħelu tas-sogħla

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1704, tieni paragrafu, (v).

1704 90 61

Oġġetti miksijin biz-zokkor ( panned )

Dan is-subtitlu jkopri ħlewwiet taz-zokkor, bħal lewż miksi biz-zokkor b’kisja jew qoxra iebsa ta’ zokkor. Ħlewwiet “panned” huma miksubin billi ċ-ċentru ta’ ħelwa (eż., lewża) f’taġen b’ġulepp taz-zokkor; meta t-taġen ikun imdawwar, iċ-ċentru jiġbor iz-zokkor. Mat-tkessih, iz-zokkor jifforma kisja ta’ barra distinta.

1704 90 65

Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli, inklużi pejsts tal-frott f’forma ta’ ħelu taz-zokkor

Ħelu tal-gomma u ħelu tal-ġèli huma prodotti magħmulin minn aġenti li jgħaqqdu (bħal gomma arabika, ġelatina, pektina u ċertu lamti) flimkien ma’ zokkor u ħwawar. Huma jieħdu ħafna forom, pereżempju, forom ta’ bnedmin jew annimali.

1704 90 71

Ħelu mgħolli, mimli jew le

Ħelu mgħolli huwa iebes, ġieli jitfarrak faċilment, u jista’ jkun ċar jew opâk fl-apparenza tiegħu. Huwa jikkonsisti essenzjalment f’zokkrijiet li kienu mgħollijin u li kienu miżjudin magħhom kwantitajiet żgħar ta’ sustanzi oħrajn (ħlief xaħmijiet) biex tinkiseb varjeta’ kbira ta’ togħmiet, konsistenzi u kuluri. Prodotti bħal dawn jistgħu wkoll ikollhom mili fiċ-ċentru tagħhom.

1704 90 75

Tòfi, karamelli u ħelu simili

Tòfi, karamelli u ħelu simili huma prodotti li, bħal ħelu mgħolli, huma miksubin permezz ta’ zokkor jagħli iżda li fihom xaħam miżjud.

1704 90 81

Pilloli kompressati

Pilloli kompressati huma ħlewwiet taz-zokkor preżentati f’forom varji miksubin permezz ta’ kompressjoni, b’xi ħaġa li tgħaqqad jew le.

1704 90 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri ħlewwiet taz-zokkor mhux inklużi fis-subtitli li għaddew. Dan jinkludi:

1.

fondanti

2.

silġiet tajbin għall-ikel, anki fejn preżentati bħala blokki mqabbdin ma’ stikka bħal fil-każ ta’ lolipops (titlu 2105 00);

3.

qubbajd

4.

estratt tas-sugu li jitqies bħala ħelu.

KAPITLU 18

KAWKAW U PREPARAZZJONIJIET TAL-KAWKAW

1801 00 00

Żerriegħa tal-kawkaw, sħiħa jew imkissra, nejja jew mixwija

Żerriegħa tal-kawkaw li fiha (mill-piż) 49 sa 54 % ta’ xaħam imsejjaħ butir tal-kawkaw, 8 sa 10 % lamtu, 8 sa 10 % proteini, 1 sa 2 % teobrominju, 5 sa 10 % tanins (catechine jew “aħmar tal-kawkaw”), 4 sa 6 % ċelluloża, 2 sa 3 % minerali, steroli (vitamina D) u diversi fermenti.

1803

Pejst tal-kawkaw, bix-xaħam imneħħi jew le

Dan it-titlu jinkludi pejst tal-kawkaw, kemm jekk f’biċċiet jew le, iżda trattat b’sustanzi alkalini biex tiżdied is-solubilita’ tiegħu. Dan it-titlu ma jinkludix pejst tal-kawkaw trattat b’dan il-mod iżda li fih il-forma ta’ trab (titlu 1805 00 00).

1805 00 00

Trab tal-kawkaw, mingħajr żieda ta’ zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu

Trab tal-kawkaw li miegħu kienu miżjudin kwantitajiet żgħar ta’ lekitina (bejn wieħed u ieħor 5 % mill-piż) jibqa’ klassifikat f’dan it-titlu minħabba li l-għan huwa li tkun miżjuda l-kapaċita’ tat-trab tal-kawkaw biex jiffurmaw dispersjonijiet f’likwidi u b’hekk tkun faċilitata l-preparazzjoni ta’ xorb ibbażat fuq kawkaw (kawkaw li jinħall fl-ilma).

1806

Ċikkulata u preparazzjonijiet oħrajn ta’ l-ikel li fihom il-kawkaw

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, pasta tal-kawkaw jew trab tal-kawkaw biss huma kkunsidrati li fihom il-kawkaw skont it-tifsira tal-titlu 1806.

1806 20 10

Li fihom 31 % jew aktar tal-piż butir tal-kawkaw jew fihom piż magħqud ta’ 31 % jew aktar ta’ butir tal-kawkaw jew ta’ xaħam tal-ħalib

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti ġeneralment magħrufin bħala “couverture taċ-ċikkulata” u “couverture ta’ ċikkulata tal-ħalib”.

1806 20 30

Li fihom piż magħqud ta’ 25 % jew aktar, iżda inqas minn 31 % ta’ butir tal-kawkaw jew ta’ xaħam tal-ħalib

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti ġeneralment magħrufin bħala “ċikkulata tal-ħalib”.

1806 20 50

Li fihom 18 % jew aktar tal-piż butir tal-kawkaw

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti ġeneralment magħrufin bħala “ċikkulata plain”.

1806 20 70

Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata

Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata miksuba minn tnixxif permezz ta’ vakwu ta’ taħlita bl-ilma ta’ zokkor, ħalib u kawkaw; din ġeneralment tintuża għall-manifattura ta’ ċikkulata tal-ħalib. Din tista’ tieħu l-forma ta’ biċċiet irregolari, li tista’ tinqasam faċilment jew tista’ tkun fil-forma ta’ trab. Frak tal-ħalib taċ-ċikkulata s-soltu fih mill-piż bejn 35 % u 70 % ta’ zokkor, bejn 15 % u 50 % ta’ solidi tal-ħalib u bejn 5 u 30 % ta’ kawkaw.

Il-proċess speċjalizzat għall-manifattura ta’ frak jwassal għall-kristallizzazzjoni ta’ dawn l-ingredjenti.

1806 20 95

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-preparazzjonijiet l-oħra ta’ kawkaw, partikolarment, pejst tal-praline u ċikkulata għad-dlik.

1806 31 00

Mimlijin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1806 31.

1806 32 10

B’żieda ta’ ċereali, frott jew ġewż

Dan is-subtitlu jinkludi blokki, kaxex jew bars solidi ta’ ċikkulata li fihom ċereali, frott jew ġewż, kemm jekk f’biċċiet jew le, ġoċ-ċikkulata kollha.

1806 90 11 u 1806 90 19

Ċikkulata, mimlija jew le

Rigward it-terminu “mimlija”, in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 1806 31 japplika, mutatis mutandis.

Dawn is-subtitli jkopru prodotti li normalment kapaċi jkunu kkonsmati f’gidma waħda li jikkonsistu:

ċikkulata mimlija; jew

taħlita ta’ ċikkulati bi kwalunkwe sustanzi tajbin għall-ikel, fi strati; jew

taħlita ta’ ċikkulati bi kwalunkwe sustanzi ta’ l-ikel tajbin għall-ikel.

1806 90 11

Fihom l-alkoħol

Assortiment ta’ ċikkulati fejn uħud miċ-ċikkulati fihom l-alkoħol u uħud ma fihomx għandhom ikunu klassifikati taħt Regola Interpretattiva Ġenerali 3 (b) għan-Nomenklatura Magħquda.

1806 90 19

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 1806 90 11.

1806 90 31

Mimlijin

Rigward it-terminu “mimlijin”, in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 1806 31 japplikaw, mutatis mutandis.

Dan is-subtitlu jinkludi bajd ta’ l-Għid taċ-ċikkulata mimli u forom ta’ innovazzjoni oħrajn.

1806 90 39

Mhux mimlijin

Dan is-subtitlu jinkludi vermiċelli taċ-ċikkulata, flakes u affarijiet simili, u bajd u figurini taċ-ċikkulata solidi jew vojta.

1806 90 50

Ħelu taz-zokkor u sostituti tiegħu magħmulin minn prodotti ta’ sostituzzjoni għaz-zokkor, fihom il-kawkaw

Dan is-subtitlu jkopri ħelu taz-zokkor ta’ titlu 1704, eż. tòfi u affarijiet miksijin biz-zokkor, li magħhom kien miżjud il-kawkaw.

1806 90 60

Pejsts li jinfirxu li fihom il-kawkaw

Dan is-subtitlu jkopri pejsts li jinfirxu taċ-ċikkulata f’pakki immedjati b’kontenut nett ta’ 2 kg jew inqas.

1806 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ċertu trabijiet li fihom kawkaw għall-manifattura ta’ kremiet, ġelat tajjeb għall-ikel, desserti u preparazzjonijiet simili soġġetti għall-esklużjonijiet stipulati fin-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu.

KAPITLU 19

PREPARAZZJONIJIET TA’ ĊEREALI, DQIQ, LAMTU JEW ĦALIB; PRODOTTI TA’ KOKI TA’ L-GĦAĠINA

Ġenerali

Il-“kontenut ta’ trab tal-kawkaw” ta’ prodotti ta’ dan il-kapitlu huwa kkalkulat normalment billi tkun immultiplikata s-somma tal-kontenuti ta’ teobrominju u kaffeina b’fattur ta’ 31.

Il-kontenuti ta’ teobrominju u kaffeina huma determinati minn HPLC (Kromatografija Likwida ta’ Eżekuzzjoni Għolja).

Fil-każ ta’ prodotti li fihom il-kafeina jew it-teobromina minn sorsi li mhumiex il-kawkaw, dawn lammonti addizzjonali ta’ kafeina jew teobromina m’għandhomx jiġu kkunsidrati fil-kalkolu talkontenut tal-kawkaw.

1901

Estratt tax-xgħir; preparazzjonijiet ta’ l-ikel tad-dqiq, groats (xgħir u barli mitħun oħxon), pasta, lamtu jew estratt tax-xgħir, ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 40 % tal-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; preparazzjonijiet ta’ l-ikel ta’ oġġetti ta’ titli 0401 sa 0404 , ma fihomx kawkaw jew fihom inqas minn 5 % tal-piż kawkaw kalkulata fuq bażi totalment mingħajr xaħam, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, pasta tal-kawkaw jew trab tal-kawkaw biss huma kkunsidrati li fihom il-kawkaw skont it-tifsira ta'-titlu 1901.

1901 20 00

Taħlit u għaġina għall-preparazzjoni ta’ oġġetti tal-furnara ta’ titlu 1905

Dan is-subtitlu jinkludi it-taħlitiet ta’ l-għaġiniet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1901, (II), tmien paragrafu, (7) u (8).

Dan is-subtitlu ma jinkludix wejfers ta’ dqiq jew lamtu imnixxfin jew imsajrin, kemm jekk intiżi għal użu f’oġġetti tal-furnara u kemm jekk le (titlu 1905).

1901 90 11 u 1901 90 19

Estratt tax-xgħir

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1901, (I).

Estratt tax-xgħir fih destrini, maltosju, proteini, vitamini, enżimi u ħwawar.

Dawn is-subtitli ma jinkludux preparazzjonijiet għal tfal żgħar, destinati għall-bejgħ fil-ħwienet, li fihom estratt tax-xgħir anki fejn l-estratt tax-xgħir huwa wieħed minn kostitwenti prinċipali (subtitlu 1901 10 00).

1902

Għaġin, imsajjar jew le jew mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn) jew preparat mod ieħor, bħal spagetti, imqarrun, taljarini ( noodles ), lasanji, injokki, ravjul, kannelloni; kuskus, ippreparat jew le

1902 20 91

Imsajrin

Dan is-subtitlu jkopri wkoll għaġin imsajjar minn qabel.

1902 30 10

Imnixxef

Għall-finijiet ta' dan is-subtitlu, l-entrata “imnixxef” tirreferi għal prodotti nixfin u mbasktin b'kontenut baxx ta' umdità (sa madwar 12 %), li jkunu tnixxfu direttament fix-xemx jew għaddew minn proċess industrijali ta' tnixxif (pereżempju, minn tunnel-drying jew xiwi jew qali).

1902 40 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri kuskus preparat, eż., kuskus mal-laħam, ħaxix u ingredjenti oħra, sakemm il-kontenut ta’ laħam ma jaqbiżx 20 % mill-piż tal-preparazzjoni.

1904

Ikel preparat miksub min-nefħa jew mix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali (per eżempju, kornflejks); ċereali (ħlief qamħirrun (qamħ)) f’forma ta’ ħbub jew f’forma ta’ qxur jew qmuħ oħrajn maħdumin (ħlief dqiq, groats u pasta), imsajrin minn qabel jew ippreparati mod ieħor, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

Ara Noti 3 u 4 għal dan il-kapitlu.

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, pasta tal-kawkaw jew trab tal-kawkaw biss huma kkunsidrati li fihom il-kawkaw skont it-tifsira ta'-titlu 1904.

1904 10 10 sa 1904 10 90

Ikel preparat permezz tan-nefħa jew ix-xiwi ta’ ċereali jew prodotti taċ-ċereali

Prodotti miksubin bil-proċess imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1904, (A), raba’ paragrafu, inklużi prodotti miksubin minn ċereali oħrajn, jibqgħu klassifikati hawn meta huma jkunu trasformati, wara l-infieħ, fi dqiq, groats jew gerbub.

Dawn is-subtitli jinkludu materjali ta’ ppakjar iffurmati f’forom irregolari, anki meta magħmulin mhux tajbin għal konsum minn bnedmin, magħmulin bl-estrużjoni ta’ prodotti bħal pasta tal-qamħ.

1904 20 10 sa 1904 20 99

Ikel preparat miksub minn qxur taċ-ċereali mhux mixwijin jew minn taħlit ta’ qxur ta’ ċereali mhux mixwijin u qxur taċ-ċereali mixwijin jew ċereali minfuħin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1904, (B).

1904 30 00

Qamħ bulgur

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1904, (Ċ).

1904 90 10 sa 1904 90 80

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1904, (D).

1905

Ħobż, għaġina, kejkijiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara, fihom il-kawkaw jew le; ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalita’ li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill ( sealing wafers ), karta ostja u prodotti simili

Din it-titlu tkopri l-bukkuni tal-cocktails lesti għall-konsum fil-forma ta' piżelli mnixxfa jew karawett li jkunu kompletament miksija bl-għaġina jekk, minħabba l-ħxuna u t-togħma tagħha, il-kisja talgħaġina tiddetermina l-karattru essenzjali tal-prodott.

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, pasta tal-kawkaw jew trab tal-kawkaw biss huma kkunsidrati li fihom il-kawkaw skont it-tifsira ta'-titlu 1905.

Dan it-titlu ma jinkludix għaġina mhux imsajra, fi kwalunkwe forma, għall-produzzjoni ta’ ħobż, għaġiniet, kejkijiet, biskuttini u oġġetti tal-furnara oħrajn kemm jekk dawn fihom kawkaw u kemm jekk le (subtitlu 1901 20 00).

1905 10 00

Ħobż iqarmeċ ( crispbread )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (4).

Dan is-subtitlu jkopri wkoll prodotti bħal dawn miksubin permezz ta’ estrużjoni.

1905 20 10 sa 1905 20 90

Kejk tal-ġinger ( gingerbread ) u prodotti bħalu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (6).

Dawn is-subtitli ma jinkludux “speculoos” jew ħobż Russu (“patience”).

1905 31 11 sa 1905 31 99

Gallettini ħelwin

Ara Noti Addizzjonali 1 u 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (8) (b).

Dawn is-subtitli jinkludu prodotti bħal dawn miksubin permezz ta’ estrużjoni.

1905 31 30

Li fihom 8 % jew aktar tal-piż xaħmijiet tal-ħalib

Dan is-subtitlu jinkludi biskuttini tal-butir.

1905 31 91

Gallettini sandwiċċ

Dan is-subtitlu jkopri prodotti li jikkonsistu fi strat distint ta’ kwalunkwe sustanza bażi bejn żewġ saffi ta’ biskuttini. Il-mili jista’ jkun, pereżempju, ċikkulata, ġamm, krema fondant jew pejst tal-ġewż.

1905 32 05 sa 1905 32 99

Waffles u wejfers

Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (9).

1905 32 91

Melħin, mimlijin jew le

Dan is-subtitlu jinkludi waffles għat-togħma li fihom il-ġobon.

1905 40 10 u 1905 40 90

Ħobż imbaskat ( rusks ), ħobż mixwi u prodotti simili mixwijin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (A) (5).

1905 90 20

Ostji tat-tqarbin, cachets vojta ta’ kwalita’ li huma tajbin għal użu farmaċewtiku, karti tas-siġill ( sealing wafers ), karta ostja u prodotti simili

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafu (B).

1905 90 30

Ħobż, mingħajr żieda ta’ għasel, bajd, ġobon jew frott, u b’kontenut bil-piż ta’ materjal xott ta’ mhux aktar minn 5 % ta’ zokkrijiet u mhux aktar minn 5 % ta’ xaħmijiet

It-terminu “ħobż” jinkludi prodotti ta’ daqsijiet differenti.

Dan is-subtitlu jinkludi ħobż ordinarju fid-diversi forom tiegħu, ħobż speċjali bħal ħobż gluten għal dijabetiċi u biskuttini tal-vapuri.

1905 90 45

Gallettini

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafi (A) (8) (a) u (ċ).

1905 90 55

Prodotti estrużi jew espanduti, għat-togħma jew melħin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 1905, paragrafi (A) (7) u (15).

1905 90 60

B’żieda ta’ materjal biex jagħmel ħelu

Dan is-subtitlu jinkludi oġġetti tal-furnara fini kollha mhux koperti f’subtitli ta’ qabel, eż., kejkijiet, għaġiniet u meringi.

1905 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi kixex, pizez u tipi ta’ ħobż mhux inklużi f’subtitli 1905 90 30 u 1905 90 60.

Dan is-subtitlu jinkludi materjali ta’ l-ippakkjar ta’ forma irregolari, anki jekk magħmulin mhux tajbin għal konsum minn bnedmin, magħmulin mill-estrużjoni ta’ lamtu.

KAPITLU 20

PREPARAZZJONIJIET TA’ ĦXEJJEX, FROTT, ĠEWŻ U PARTIJIET OĦRAJN TA’ PJANTI

Ġenerali

Dan il-Kapitlu jkopri bukkuni lesti għall-konsum fil-forma ta', eż. piżelli mnixxfin jew karawett, li jkunu biss parzjalment koperti bl-għaġina, u fejn il-karattru essenzjali tal-prodott għalhekk jirriżulta mill-ħaxix, mill-frott, mill-ġwież inkella partijiet oħra tal-pjanti.

Dan il-Kapitlu jkopri wkoll il-ħjar u l-ħjar żgħir għall-immarinar li jkunu għaddew minn proċess sħiħ ta' fermentazzjoni laktika.

Madanakollu, il-ħjar u l-ħjar żgħir għall-immarinar li ma jkunux għaddew minn proċess sħiħ ta' fermentazzjoni laktika u li huma ppreżervati b'mod proviżjonali fis-salmura għandhom jiġu kklasifikati f’subtitlu 0711 40 00 jekk mhumiex adatti għal konsum immedjat. B'mod ġenerali, prodotti bħal dawn fihom il-melħ b'perċentwali ta' mill-inqas 10 % tal-piż.

Nota 4

Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ piż niexef ta’ meraq tat-tadam, il-metodu analitiku stipulat fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1979/82 (ĠU L 214, 22.7.1982, p. 12) għandu jkun applikat.

Nota Addizzjonali 1

Sabiex ikun determinat il-kontenut ta’ aċtu tal-prodott, proporzjonijiet alikwot tal-partijiet likwidi u solidi ta’ l-oġġetti għandhom ikunu omoġenizzati.

 

2001

Ħxejjex, frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati u preservati bil-ħall jew b’aċtu aċetiku

Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu.

2001 90 10

Ċatni tal-mang

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu u subtitlu 2103 90 10, ċatni tal-mang ifisser preparazzjoni ta’ mang tal-pikles li miegħu kienu miżjudin diversi prodotti bħal ġinġer, għeneb imnixxef, bżar u zokkor.

Filwaqt li ċatni tal-mang li jaqa’ f’dan is-subtitlu fih biċċiet ta’ frott, iċ-ċatni tal-mang li jaqa’ f’subtitlu 2103 90 10 jieħu l-forma ta’ zalza kompletament omoġenizzata, li l-konsistenza tagħha tvarja fil-ħxuna.

2001 90 50

Faqqiegħ

Dan is-subtitlu ma jinkludix faqqiegħ li kien biss preservat provviżorjament bil-proċess speċifikat f’titlu 0711, eż., b’salmura qawwija li fiha ħall jew aċtu aċetiku.

2002

Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku

2002 10 10 u 2002 10 90

Tadam, sħiħ jew imqatta’

Dawn is-subtitli jinkludu tadam, sħiħ jew f’biċċiet, kemm jekk imqaxxar jew le, preservat permezz ta’ sterilizzazzjoni.

2002 90 11 sa 2002 90 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu puré tat-tadam, kemm jekk fil-forma ta’ kejk, konċentrat tat-tadam jew meraq tat-tadam jew le, fejn il-kontenut ta’ piż niexef tiegħu huwa 7 % jew iżjed. Dan jinkludi wkoll trab tat-tadam miksub bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-meraq tat-tadam; madanakollu, dan ma jinkludix trab li jirriżulta mit-tfarrik tal-flakes miksubin permezz tat-tnixxif tat-tadam li qabel kienu mqattgħin f’biċċiet, li jaqgħu f’subtitlu 0712 90 30.

2004

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006

Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu.

Dan it-titlu ma jkoprix preparazzjonijiet ta’ prodotti ta’ titlu 0714 li ma jitqisux li huma ħaxix (subtitlu 2001 90 40, 2006 00 38, 2006 00 99 jew 2008 99 91).

2004 10 10

Imsajrin, mhux preparati mod ieħor

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2004, tieni paragrafu, (1).

2004 10 91 u 2004 10 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2004, tieni paragrafu, (3).

2004 90 50

Piżelli ( Pisum sativum ) u ful għadu żgħir tal-ġens Phaseolus spp., fil-fosdqa

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “ful fil-fosdqa” għandu jitqies li jfisser biss ful tal-genera Phaseolus u Vigna maqtugħin qabel immaturati, li l-fosdqa sħiħa tagħhom hija tajba għall-ikel. Il-fosdqa tista’ tkun ta’ diversi kuluri bħal aħdar kullimkien, aħdar bil-marki griżi jew blu, jew sofor (ful tax-xemgħa).

2005

Ħxejjex oħrajn, ippreparati jew ippreservati mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief prodotti ta’ titlu 2006

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 2004 japplikaw għal dan il-kapitlu.

Dan it-titlu jkopri l-prodott magħruf bħala “papad”, li huwa magħmul minn folji ta’ għaġina imnixxfa preparata minn dqiq ta’ ħxejjex legumini, melħ, ħwawar, żejt, aġenti li jgħollu u f’uħud mill-każi ammonti żgħar ta’ dqiq ċereali jew dqiq tar-ross.

2005 10 00

Ħxejjex omoġenizzati

Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu.

2005 20 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi patata, mqatta’ rqiq jew f’biċċiet żgħar, imsajra minn qabel f’xaħam jew żejt, imkessħa u ppakkjata permezz ta’ vakwu.

2005 70 00

Żebbuġ

Dawn is-subtitli jkopru ż-żebbuġ imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2005, raba’ paragrafu, (1), kemm jekk mimli b’ħaxix (piment jew bżar ħelu, pereżempju), frott jew ġewż (lewż, pereżempju) jew taħlita ta’ ħaxix u frott jew ġewż.

2006 00

Ħxejjex, frott, ġewż, qoxra tal-frott u partijiet oħrajn ta’ pjanti, ippreservati biz-zokkor (ixxuttati, glasè jew mgħasslin)

2006 00 31 sa 2006 00 38

B’kontenut ta’ zokkor ogħla minn 13 % tal-piż

Ara Nota Addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu rigward kontenut ta’ zokkor.

2007

Ġammijiet, ġèli tal-frott, marmellati, puré tal-frott jew tal-ġewż u pejsts tal-frott u tal-ġewż, miksubin bit-tisjir, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud inkella le

Ara Nota 5 għal dan il-kapitlu rigward miksubin permezz ta’ tisjir.

Ara Nota Addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu rigward kontenut ta’ zokkor.

2007 10 10 sa 2007 10 99

Preparazzjonijiet omoġenizzati

Ara Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu.

2008

Frott, ġewż u partijiet oħrajn ta’ pjanti tajbin għall-ikel, ippreparati jew ippreservati mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huma speċifikati jew inklużi mkien aktar

Ara Nota Addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu rigward kontenut ta’ zokkor.

Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu rigward zokkor miżjud.

Ara Nota Addizzjonali 4 għal dan il-kapitlu rigward kontenut ta’ spirtu.

2008 11 10 sa 2008 19 99

Ġewż, karawett u żrieragħ oħrajn, imħalltin flimkien jew le

Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2008, tieni paragrafu, (1) u (2), inklużi taħlitiet tagħhom.

Dawn is-subtitli jinkludu ukoll prodotti bħal dawn:

1.

li kienu magħmulin flakes jew imfarrkin, użati partikolarment f’għaġiniet; jew

2.

li kienu mitħunin jew inkella mfarrkin, fil-forma ta’ pejst, kemm jekk fihom sustanzi miżjudin oħra jew le.

Madanakollu, dawn is-subtitli jeskludu pejstijiet biex isir marżipan, qubbajd, eċċ. (titlu 1704).

2008 19 12 sa 2008 19 99

Oħrajn, inklużi taħlitiet

Dawn is-subtitli jkopru lewż u żrieragħ oħrajn, ħlief karawett, u taħlit ta’ ġewż u żrieragħ oħra, anki dawk li fihom jippredomina l-karawett.

2008 30 51

Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelos

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “flieli” tfisser it-taqsimiet naturali tal-frott, sħiħ.

Il-preżenza ta’ kwantitajiet żgħar ta’ flieli mkissrin, li ma jirriżultawx minn proċess deliberat, ma jaffetwax il-klassifikazzjoni f’dan is-subtitlu.

2008 30 71

Flieli tal-grejpfrut, inklużi pomelos

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2008 30 51.

2009

Meraq tal-frott (inkluż għeneb magħsur iżda qabel jeħmer) u meraq tal-ħxejjex, mhux fermentati u ma fihomx spirtu miżjud, fihom jew ma fihomx zokkor miżjud jew materjal ieħor biex jagħmel ħelu

Ara Nota 6 għal dan il-kapitlu fir-rigward ta' meraq mhux iffermentat li ma fihx spirtu miżjud.

Ara Nota tas-Subtitlu 3 għal dan il-kapitlu fir-rigward tal-valur Brix.

Ara Nota Addizzjonali 5 (a) għal dan il-kapitlu fir-rigward ta' żokkor miżjud.

Għall-għanijiet ta' Nota Addizzjonali 5 (b) għal dan il-kapitlu, prodotti li magħhom ġie miżjud zokkor b'tali kwantità li fihom anqas minn 50 % bħala piż ta' meraq tal-frott ikunu kkunsidrati li tilfu l-karattru oriġinali tagħhom ta' meraq tal-frott ta' titlu 2009.

Biex ikun determinat jekk prodotti tilfux jew le l-karattru oriġinali tagħhom rigward iż-żieda ta' zokkor, għandhom japplikaw biss n-Noti Addizzjonali 2 u 5 għal dan il-kapitlu. Il-kontenut ta' zokkor differenti espress bħala sukrożju jkun determinat skond din in-Nota Addizzjonali 2. Jekk il-kontenut ta' zokkor miżjud ikkalkolat skond in-Nota Addizzjonali 5 (a) għal dan il-kapitlu jaqbeż il-50 % bħala piż, il-kontenut ikkalkolat ta' meraq tal-frott ikun anqas minn 50 % bħala piż sabiex il-prodott m'għandux ikun ikklassifikat f'titlu 2009.

In-Nota Addizzjonali 5 (b) għal dan il-kapitlu ma għandhiex tapplika għal meraq tal-frott naturali kkonċentrat.

Konsegwentement, meraq tal-frott naturali kkonċentrat mhux eskluż minn titlu 2009.

Fir-rigward taż-żieda ta' sustanzi oħra mal-prodotti ta' titlu 2009, ara n-Noti ta' Spjega SA għall titlu 2009.

EŻEMPJU

L-analiżi ta' kampjun ta' meraq tal-larinġ jagħti r-riżultati li ġejjin:

ċifra indikata mir-refrattometru f'temperatura ta' 20 °C: 65,3,

kontenut ikkalkolat ta' zokkor varju espress bħala sukrożju (Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu): 62,0 (65,3 × 0,95),

kontenut ikkalkolat ta' zokkor miżjud (Nota Addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu): 49 % bħala piż (62,0–13),

kontenut ikkalkolat ta' meraq tal-frott: 51 % bħala piż (100–49).

Konklużjoni: il-kampjun huwa kkunsidrat, fi ħdan it-tifsira ta' Nota Addizzjonali 5 (b) għal dan il-kapitlu, li ma tilifx il-karattru oriġinali tiegħu, għaliex il-kontenut ikkalkolat ta' meraq tal-frott mhuwiex anqas minn 50 % bħala piż.

2009 11 11 sa 2009 11 99

Friżat

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2009 11.

2009 50 10 u 2009 50 90

Meraq tat-tadam

Ara Nota 4 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega relevanti.

2009 69 51

Konċentrat

Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu.

2009 69 71

Konċentrat

Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu.

KAPITLU 21

PREPARAZZJONIJIET DIVERSI TAJBIN GĦALL-IKEL

Ġenerali

Il-klassifikazzjoni ta' “supplimenti tal-ikel” (kif hemm riferiment għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2106, (16)), b'mod partikolari preparati oħra tal-ikel ippreżentati f'dożi mkejlin, bħalma huma l-kapsoli, il-pirmli, il-pastilji u l-pilloli, u li huma maħsuba biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel, għandhom ikunu meqjusa skont il-kriterji stipulati fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi Konġunti minn C-410/08 sa C-412/08 (“Swiss Caps”).

 

Nota Addizzjonali 1

Din in-Nota Addizzjonali tkopri partikolarment maltodestrini.

 

2101

Estratti, essenzi u konċentrati, ta’ kafè, tè jew matè u preparazzjonijiet b’bażi ta’ dawn il-prodotti jew b’bażi ta’ kafè, tè jew matè; ċikwejra inkaljata u sostituti tal-kafè oħrajn inkaljati, u estratti, essenzi u konċentrati tagħhom

2101 11 00

Estratti, essenzi u konċentrati

Dan is-subtitlu jkopri estratti, essenzi u konċentrati ta’ kafè fil-forma ta’ trab, frak, flakes, blokki u kwalunkwe forma solida oħra.

Dan is-subtitlu jinkludi prodotti fil-forma likwida jew fil-forma ta’ pejst (anki friżati). Prodotti bħal dawn jintużaw partikolarment għal preparazzjonijiet ta’ ikel (eż., għall-produzzjoni ta’ ċikkulati, kejkijiet, għaġiniet, ġelat).

2101 30 19

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi qamħ tax-xgħir mhux ġerminat, imqaxxar, inkaljat u li jista’ jintuża fil-produzzjoni ta’ birra bħala aġent li jagħti kulur jew li jagħti togħma, jew bħala sostitut għal kafè.

2102

Ħmira (attiva jew inattiva); mikro-organiżmi oħrajn b’ċellula waħda, mejtin (iżda ma jinkludux vaċċini ta’ titlu 3002 ); trabijiet tal-ħami ppreparati

2102 10 10

Ħmira minn koltura

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2102, parti (A), tielet paragrafu, (4).

Din il-ħmira hija kkoltivata fuq mezzi speċjali għal użi speċifiċi, partikolarment għad-distillar u produzzjoni ta’ inbid. Bihom huwa possibli li jinkisbu karatteristiċi ta’ preċiżjoni għolja fi prodotti fermentati.

2102 20 11 u 2102 20 19

Ħmira inattiva

Din il-ħmira, deskritta fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2102, parti (A), raba’ u ħames paragrafi, hija komunement mibjugħa bħala “ħmira ta’ l-industrija ta’ l-ikel”. Din is-soltu tkun magħmula fil-forma ta’ trab, bċejjeċ żgħar jew frak żgħar.

2102 20 90

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2102, parti (B).

2102 30 00

Trabijiet tal-ħami ppreparati

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2102, parti (Ċ).

2103

Zlazi u preparazzjonijiet tagħhom; kondimenti mħalltin u ħwawar imħalltin; dqiq u pasta tal-mustarda u mustarda ppreparata

2103 90 10

Ċatni tal-mang, likwidu

Għall-għanijiet ta’ dan il-kapitlu, ċatni tal-mang ifisser preparazzjoni ta’ mang fis-salmura li miegħu kienu miżjudin diversi prodotti bħal ġinġer, għeneb imnixxef, bżar u melħ.

Iċ-ċatni tal-mang għal dan is-subtitlu huwa fil-forma ta’ zalza, bejn wieħed u ieħor fl-istat likwidu, kompletament omoġenizzat.

2103 90 30

Morr aromatiku ta’ saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 44,2 sa 49,2 % vol li fih minn 1,5 sa 6 % tal-piż ġenzjan, ħwawar u ingredjenti varji u minn 4 sa 10 % zokkor, f’kontenituri li jesgħu 0,5 litru jew inqas

Il-prodotti msemmijin f’dan is-subtitlu huma preparazzjonijiet ta’ likwidi alkoħoliċi konċentrati, li jieħdu t-togħma partikolari tagħhom, li hija kemm morra u aromatika ħafna, mill-għeruq ġenzjani użati fil-manifattura tagħhom, f’kombinazzjoni ma’ diversi ħwawar u sustanzi aromatiċi.

Dan il-morr aromatiku konċentrat jikkostitwixxi additivi intiżi kemm bħala ħwawar f’xorb (koktejls, ġuleppi, luminati, eċċ.) kif ukoll bħala ħwawar li jintużaw fl-istess mod bħal zlazi u kondimenti mħalltin f’ikel imsajjar u għaġiniet (sopop, laħam preparat, platti ta’ ħut jew veġetali, zlazi, prodotti tal-ħelu, compotes ta’ frott u insalati ta’ frott, torti żgħar tal-frott, desserti, sorbetti, eċċ.)

Dan il-morr aromatiku huwa ġeneralment mibjugħ bħala “morr Angostura”.

2104

Sopop u brodi u preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjonijiet ta’ l-ikel komposti omoġenizzati

2104 20 00

Preparazzjonijiet ta' l-ikel komposti omoġenizzati

L-espressjoni “preparazzjonijiet ta' l-ikel komposti omoġenizzati” hija definita f'Nota 3 għal dan il-kapitlu.

Il-frażi “Dawn il-preparazzjonijiet jistgħu jkun fihom kwantità żgħira ta' biċċiet viżibbli ta' ingredjenti.” fin-Nota 3 ta' kapitlu 21 ma timplikax li hemm limitu fiss b’perċentwal skont il-piż jew id-daqs għal dawk il-biċċiet viżibbli sabiex il-prodott ikun kopert mill-subtitlu 2104 20 00. Il-kunċett ta' “kwantità żgħira ta' biċċiet ta' ingredjenti viżibbli” għandu jiġi interpretat fuq il-bażi tal-karatteristiċi oġġettivi tal-prodott: għandu jiġi vvalutat fuq jekk il-biċċiet viżibbli ġewx miżjuda fi kwantità tali li jikkostitwixxu volum konsiderevoli tal-prodott. Jekk iva, il-prodott ikollu jiġi klassifikat xi mkien ieħor (eż. titlu 2005) minħabba li l-prodott ikun tilef il-karattru ta’ preparazzjoni tal-ikel omoġenizzata komposta.

2105 00

Ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel, kemm jekk fihom il-kawkaw jew le

Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu ‘ġelati u silġ ieħor tajjeb għall-ikel’ tfisser preparazzjonijiet ta’ ikel, kemm jekk magħmulin għal bejgħ fi ħwienet jew le, kemm jekk fihom kawkaw jew ċikkulata jew le (anki bħala kisi), li huma fl-istat solidu jew fil-forma ta’ pejst bħala riżultat ta’ friżar u li huma intiżi li jittieklu f’dak l-istat.

Il-karattru essenzjali ta’ dawn il-prodotti huwa dak li huma jidħlu fi stat likwidu jew semi-likwidu f’temperatura ambjentali ta’ qisu 0 °Ċ.

Madanakollu, preparazzjonijiet li, minkejja li lkoll għandhom l-apparenza ta’ silġ tajjeb għall-ikel, m’għandhomx il-karattru essenzjali deskritt hawn fuq, jaqgħu f’titlu 1806, titlu 1901 jew titlu 2106, kif xieraq.

Il-prodotti ta’ dan it-titlu għandhom ismijiet li jvarjaw ħafna (silġ ta’ l-ilma, ġelati, kassata, slices Neapolitani, eċċ.) u huma magħmulin f’diversi forom; huma jista’ jkun fihom kawkaw jew ċikkulata, zokkor, xaħam tal-ħaxix jew xaħam tal-ħalib, ħalib (kemm jekk xkumat jew le), frott, stabilizzanti, ħwawar, sustanzi li jagħtu l-kulur, eċċ.

L-ammont totali ta’ dawn ix-xaħmijiet, ġeneralment ma jaqbiżx 15 % tal-piż tal-prodott mitmum. Madanakollu, ċertu speċjalitajiet, li għall-manifattura tagħhom jintuża proporzjon kbir ta’ krema, jista’ jkun fihom total ta’ bejn wieħed u ieħor 20 % mill-piż ta’ xaħam.

Fil-produzzjoni ta’ ċertu silġ tajjeb għall-ikel, arja hija inkorporata fil-materjali mhux proċessati użata sabiex ikun miżjud il-volum tal-prodott mitmum (espansjoni).

Il-prodotti li fihom iż-żerriegħa tal-kawkaw, pasta tal-kawkaw jew trab tal-kawkaw biss huma kkunsidrati li fihom il-kawkaw skont it-tifsira tal-titlu 2105 00.

Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2105, speċjalment b’referenza għal esklużjonijiet.

2106

Preparazzjonijiet ta’ l-ikel li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

2106 10 20 u 2106 10 80

Konċentrati ta’ proteini u sustanzi ta’ proteini minsuġin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2106, tieni paragrafu, (6), ħlief dik il-parti li tirreferi għal proteini idrolisati.

Dawn is-subtitli jeskludu proteini ta’ ħalib konċentrat (subtitlu 0404 90 jew titlu 3504 00).

Meta jkun determinat il-kontenut ta’ sukrows għall-għanijiet ta’ klassifikazzjoni f’dawn is-subtitli l-kontenut ta’ zokkor maqlub imsejjaħ sukrows għandu jitqies.

2106 90 20

Preparazzjonijiet alkoħoliċi komposti, ħlief dawk bażati fuq sustanzi li jfuħu, ta’ tip użat għall-manifattura tax-xorb

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2106, tieni paragrafu, (7).

Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu jeskludi preparazzjonijiet ta’ komposti simili li għandhom saħħa alkoħolika b’volum li ma taqbiżx 0,5 % vol (subtitlu 2106 90 92 jew 2106 90 98).

2106 90 30

Ġuleppijiet ta’ l-isoglukows

Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu.

2106 90 92 u 2106 90 98

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2106, tieni paragrafu, (1) sa (5), (8) sa (11) u (13) sa (16) u t-tielet paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2106 10 20 u 2106 10 80.

KAPITLU 22

XORB, SPIRTI U ĦALL

Ġenerali

Fejn issir distinzjoni f’dan il-kapitlu bejn prodotti f’kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas u dawk li jesgħu iżjed minn 2 litri, il-kwantita’ li titqies hija l-volum ta’ likwidu miżmum fil-kontenituri u mhux il-kapaċita’ tal-kontenituri.

Dan il-kapitlu jkopri — sakemm dawn m’humiex medikamenti — preparazzjonijiet toniċi li, għalkemm jittieħdu fi kwantitajiet żgħar, pereżempju, bl-imagħrfa, huma tajbin għal konsum dirett bħal xorb. Preparazzjonijiet toniċi mhux alkoħoliċi li jeħtieġu taħlit ma l-ilma qabel il-konsum ma jaqgħux f’kapitlu 22 (ġeneralment titlu 2106).

Nota Addizzjonali 2 (b)

Is-saħħa potenzjali ta’ l-alkoħol b’volum għandha tkun kalkulata permezz tal-multiplikazzjoni tal-massa taz-zokkrijiet (kalkulati f’kilogrammi ta’ zokkor maqlub) li hemm ġo 100 litru tal-prodott imsemmi b’fattur ta’ 0,6.

 

2201

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u effervexxenti naturali jew artifiċjali, mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu u mhux imħawwrin; silġ

2201 10 11 sa 2201 10 90

Ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti

Dawn il-prodotti jkopru l-prodotti li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2201, paragrafi (B) u (Ċ).

Dawn is-subtitli ma jinkludux ilma minerali naturali f’kontenituri ajrusol għal użu fil-kura tal-ġilda (titlu 3304).

2201 10 11 u 2201 10 19

Ilmijiet minerali naturali

“Ilmijiet minerali naturali” tfisser ilma li jaqbel mal-verżjoni rilevanti tad-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).

2201 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2201, paragrafi (A) u (D).

Dan is-subtitlu jkopri wkoll fwar ta’ l-ilma u ilma naturali, iffiltrat, sterilizzat, purifikat jew imrattab.

2202

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin, u xorb ieħor mhux alkoħoliku, mhux meraq tal-frott jew tal-ħxejjex ta’ titlu 2009

L-espressjoni “xorb mhux alkoħoliku” hija definita f’Nota 3 għal dan il-kapitlu.

2202 10 00

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawwrin

Is-soft drinks imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2202, paragrafu (A), huma koperti minn dan is-subtitlu.

Il-preżenza ta’ anti-ossidanti, vitamini, stabilizzanti jew kinina ma jaffetwax il-klassifikazzjoni ta’ soft drinks.

Dan is-subtitlu jinkludi prodotti likwidi, komposti minn ilma, zokkor u ħwawar, imqegħdin ġo borża tal-plastik u intiżi li jsiru id-dar f’lollies tas-silġ permezz ta’ friżar fir-refriġerejter.

Ara ukoll Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

2202 90 10

Ma fihomx prodotti ta’ titli 0401 sa 0404 jew xaħam miksub minn prodotti ta’ titli 0401 sa 0404

Din is-sottointestatura tinkludi preparazzjonijiet toniċi kif imfissrin fin-Nota ta' Spjegazzjoni għal dan il-kapitlu, Ġenerali, it-tieni paragrafu. Dawk ix-xarbiet mhux alkoħoliċi, li ħafna drabi nirreferu għalihom bħala supplimenti tal-ikel jistgħu jkunu bbażati fuq estratti minn pjanti (li jinkludu ħxejjex aromatiċi) u fihom vitamini b'valur miżjud jew/u minerali. Ġeneralment dawk il-preparazzjonijiet għandhom iżommu dak li jkun f'saħħtu u jmantnu l-benessri, għalhekk huma differenti mill-ilma bit-togħma jew biz-zokkor u minn xarbiet mhux alkoħoliċi oħra li jaqgħu taħt is-subtitlu 2202 10 00, imsemmija fin-Noti ta' Spjega SA għal titlu 2202, paragrafu (A).

2202 90 91 sa 2202 90 99

Oħrajn, fihom piż ta’ xaħam miksub mill-prodotti ta’ titli 0401 sa 0404

Dawn is-subtitli jinkludu l-prodott likwidu magħruf kummerċjalment bħala “ħalib mimli”, sakemm din hija xarba lesta għal konsum. “Ħalib mimli” huwa prodott b’bażi ta’ ħalib xkumat jew ħalib xkumat trab li miegħu jkunu miżjudin xaħmijiet jew żjut ta’ ħaxix raffinati fi kwantita’ kważi identika għall-kwantita’ ta’ xaħam naturali estratt mill-ħalib sħiħ tal-bidu. Din ix-xarba hija klassifikata fis-subdiviżjonijiet ta’ dawn is-subtitli skond il-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib.

Ara n-Noti ta' Spjega għal subtitlu 2202 90 10.

2204

Inbid ta’ għeneb frisk, inklużi inbejjed imsaħħin; għeneb magħsur qabel jeħmer ħlief dak ta’ titlu 2009

Ara Nota Addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu rigward saħħa alkoħolika attwali b’volum.

2204 10 11 sa 2204 10 98

Inbid effervexxenti

Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu.

2204 10 11

Xampanja

Xampanja hija inbid effervexxenti prodott fil-provinċja Franċiża ta’ Champagne minn għeneb maħsud esklussivament f’dik il-provinċja.

2204 21 06 sa 2204 21 09

Inbid ħlief dak imsemmi f’subtitlu 2204 10 , fi fliexken bit-tappijiet għamla ta’ faqqiegħ miżmumin f’posthom b’rabtiet u bi qfil; inbid, ippreżentat mod ieħor, bi pressjoni żejda minħabba dijossidu karboniku f’soluzzjoni ta’ mhux inqas minn 1 bar iżda inqas minn 3 bar, imkejla f’temperatura ta’ 20°Ċ

Dan is-subtitlu jkopri:

1.

inbid, imqiegħed fi fliexken bit-tappijiet għamla ta’ faqqiegħ, li ma jaqbilx mad-definizzjoni ta’ “inbid effervexxenti” f’Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu;

2.

inbid, imqiegħed b’mod ieħor ħlief fi fliexken bit-tappijiet għamla ta’ faqqiegħ, bi pressjoni żejda ta’ mhux inqas minn 1 bar iżda inqas minn 3 bar f’20 °Ċ.

Tappijiet tas-sufra li jaqblu ma’ l-istampa t’hawn taħt, u tappijiet simili magħmulin minn materjali tal-plastik, jitqiesu li huma tappijiet għamla ta’ faqqiegħ.

 

Image

2204 21 11 sa 2204 21 98

Oħrajn

Ara Noti Addizzjonali 4 u 5 għal dan il-kapitlu.

Il-kostitwenti mhux volatili ta’ l-estratt niexef totali skond it-tifsira ta’ Nota Addizzjonali 4 (A) jinkludu zokkrijiet, gliċerina, tannini, aċtu tartariku, sustanzi li jagħtu l-kulur u melħ.

2204 21 11 sa 2204 21 78

Inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO)

Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu, paragrafu (a).

2204 21 23

Tokaj

Ara Nota Addizzjonali 4 (B) għal dan il-kapitlu.

2204 21 79 u 2204 21 80

Nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu, paragrafu (a).

2204 29 10

Inbid ħlief dak imsemmi f’subtitlu 2204 10 , fi fliexken bit-tappijiet għamla ta’ faqqiegħ miżmumin f’posthom b’rabtiet u bi qfil; inbid, ippreżentat mod ieħor, bi pressjoni żejda minħabba dijossidu karboniku f’soluzzjoni ta’ mhux inqas minn 1 bar iżda inqas minn 3 bar, imkejla f’temperatura ta’ 20 °Ċ

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2204 21 06 sa 2204 21 09 japplikaw, mutatis mutandis.

2204 29 11 sa 2204 29 98

Oħrajn

Ara Noti Addizzjonali 4 u 5 għal dan il-kapitlu.

2204 29 11 sa 2204 29 58

Inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO)

Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu, paragrafu (a).

2204 29 11

Tokaj

Ara Nota Addizzjonali 4 (B) (b) għal dan il-kapitlu.

2204 29 79 u 2204 29 80

Nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

Ara Nota Addizzjonali 6 għal dan il-kapitlu, paragrafu (a).

2204 30 10

Fil-fermentazzjoni jew bil-fermentazzjoni mwaqqfa mod ieħor li mhuwiex biż-żieda ta’ alkoħol

Ara Nota Addizzjonali 3 b’konnessjoni ma’ Noti Addizzjonali 2 (a), 2 (b) u 2 (ċ) għal dan il-kapitlu.

2204 30 92

Konċentrati

Ara Nota Addizzjonali 7 għal dan il-kapitlu.

2204 30 96

Konċentrati

Ara Nota Addizzjonali 7 għal dan il-kapitlu.

2205

Vermut u inbid ieħor ta’ għeneb frisk imħawwrin bi pjanti u sustanzi aromatiċi

Inbid kopert minn dan it-titlu u deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2205 jinkludi:

1.

xorb magħruf bħala “Marsala all'uovo”, “Marsala alla mandorla” u “Crema di Marsala all'uovo”, li huma bbażati fuq inbid tal-Marsala, u imħawwrin f’isfar tal-bajd, lewż u materjali oħrajn aromatiċi;

2.

xorb ibbażat fuq inbid magħruf bħala “Sangria”, imħawwar b’lumi jew larinġ, pereżempju.

Ara Nota Addizjonali 8 għal dan il-kapitlu. Prodotti li għandhom saħħa alkoħolika attwali b’volum ta’ inqas minn 7 % vol jaqgħu f’titlu 2206 00.

2206 00

Xorb ieħor iffermentat (bħala eżempju, sidru, perry , mead ); taħlit ta’ xorb iffermentat u taħlit ta’ xorb iffermentat u xorb mhux alkoħoliku, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

Għar-rigward tal-klassifikazzjoni ta' xorb ibbażat fuq alkoħol iffermentat, li miegħu jkun ġie miżjud alkoħol distillat, ilma u sustanzi oħra (bħal ma hu l-ġulepp, aromi u kuluri diversi u, f'xi każijiet, bażi ta' krema), ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-150/08. Skont is-sentenza, jekk dawk l-addizzjonijiet iwasslu għal telf fit-togħma, fir-riħa u/jew fid-dehra ta' xarba prodotta minn xi frotta jew prodott naturali partikolari, jiġifieri xarba iffermentata tal-titlu 2206, isseħħ il-klassifikazzjoni taħt tal-titlu 2208.

2206 00 10

Piquette

Ara Nota Addizzjonali 9 għal dan il-kapitlu.

2206 00 31 sa 2206 00 89

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2206, tieni paragrafu, (1) sa (10).

2206 00 31 u 2206 00 39

Effervexxenti

Ara Nota Addizzjonali 10 għal dan il-kapitlu rigward effervexxenti.

Rigward tappijiet bil-għamla ta’ faqqiegħ fin-Nota Addizzjonali msemmija hawn fuq, ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2204 21 06 sa 2204 21 09, l-aħħar paragrafu.

2206 00 51 sa 2206 00 89

Mhux effervexxenti, f’kontenituri jesgħu

Dawn is-subtitli jinkludu xorb li m’huwiex il-prodott ta’ fermentazzjoni naturali tal-must ta’ għeneb frisk iżda li huwa magħmul minn must ta’ l-għeneb konċentrat. Dan il-must huwa stabbli u jista’ jkun maħżun għal użu kif meħtieġ.

Il-proċess ta’ fermentazzjoni s-soltu jibda mill-ħmira. Zokkor jista’ wkoll ikun miżjud mal-must qabel jew wara l-fermentazzjoni. Il-prodott miksub minn dan il-proċess jista’ fl-aħħar ikun magħmul iktar ħelu, fortifikat jew imħallat

2207

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol jew aktar; alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ kull saħħa

2207 10 00

Alkoħol etiliku mhux żnaturat ta’ saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol jew aktar

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2207, ħlief għar-raba’ paragrafu.

Xorb ta’ spirtu (eż., ġinn, vodka) jaqgħu f’subtitli 2208 20 12 sa 2208 90 78 mingħajr rilevanza għas-saħħa alkoħolika tiegħu.

2207 20 00

Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ kull saħħa

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2207, raba’ paragrafu.

2208

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ inqas minn 80 % vol; spirti, likuri u xorb ieħor spirituż

Spirti, likuri u xorb ieħor spirituż ta’ titlu 2208 huma likwidi alkoħoliċi ġeneralment intiżi għal konsum minn bnedmin u huma preparati:

jekk direttament minn distillar (bi ħwawar miżjudin jew le) ta’ likwidi fermentati naturali bħal inbid jew ċidru, jew frott iffermentat minn qabel, marc, qamħ jew prodotti veġetali oħra, jew

bis-sempliċi żieda ta’ varji sustanzi aromatiċi, u ġieli zokkor, ma’ alkoħol magħmul permezz ta’ distillazzjoni.

Ix-xarbiet spiritużi varji huma deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2208, tielet paragrafu, (1) sa (18).

Rigward spirti mhux żnaturati, għandu jkun innutat li dawn jibqgħu klassifikati f’dan it-titlu anki jekk dawn għandhom saħħa alkoħolika ta’ 80 % jew iżjed, kemm jekk il-prodott huwa lest għal konsum bħala xarba jew le.

Dan it-titlu ma jkoprix xorb alkoħoliku miksub minn fermentazzjoni (titli 2203 00 sa 2206 00).

2208 30 11 sa 2208 30 88

Wiski

Wiski huwa spirtu distillat minn maxx ta’ ċereali u nnegozjat b’saħħa alkoħolika b’volum ta’ 40 % vol jew aktar jew fi fliexken jew f’kontenituri oħra.

Wiski Skoċċiż huwa wiski distillat u mmaturat fl-Iskozja.

Wiskijiet b’ilma effervexxenti miżjud (wiski-soda) huma esklużi minn dawn is-subtitli u jaqgħu f’subtitli 2208 90 69 jew 2208 90 78.

2208 30 30

Wiski tal-maltu waħdu

Wiski skoċċiż tal-malt waħdu huwa xorb alkoħoliku li hu magħmul, fil-lampik f’distillerija waħda, permezz tad-distillazzjoni ta’ maxx imħemmer magħmul mix-xgħir biss.

2208 30 41 u 2208 30 49

Wiski tal-maltu mħallat, f'kontenituri li jesgħu

Wiski skoċċiż tal-malt imħallat huwa magħmul billi jitħalltu żewġ jew aktar wiskijiet skoċċiżi tal-malt waħdu li ġew distillati/jew miksuba minn distilleriji differenti.

2208 30 61 u 2208 30 69

Wiski tal-qamħ waħdu u wiski tal-qamħ imħallat, f'kontenituri li jesgħu

Wiski skoċċiż tal-qamħ waħdu huwa xorb alkoħoliku, li mhuwiex wiski skoċċiż talmalt waħdu jew wiski skoċċiż tal-malt imħallat, li hu magħmul f’distillerija waħda permezz tad-distillazzjoni ta’ maxx imħemmer magħmul mix-xgħir ipproċessat f’malt li jista’ jkollu jew ma jkollux żrieragħ sħaħ ta’ ċereali oħra (l-aktar qamħ jew qamħirrum).

Wiski skoċċiż tal-malt imħallat huwa magħmul billi jitħalltu żewġ jew aktar wiskijiet skoċċiżi tal-qamħ waħdu li jiġu ddistillati fi/jew miksuba minn distilleriji differenti.

2208 30 71 u 2208 30 79

Wiski mħallat ieħor, f'kontenituri li jesgħu

Wiski skoċċiż imħallat ieħor (“wiski skoċċiż imħallat”) huwa magħmul billi jitħallat wiski skoċċiż wieħed jew aktar tal-malt waħdu ma’ wiski skoċċiż wieħed jew aktar tal-qamħ waħdu.

2208 40 11 sa 2208 40 99

Rum u spirti oħra magħmulin bid-distillar ta’ prodotti miz-zokkor tal-kannamieli fermentat

Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti hekk kif deskritti fin-Noti ta' Spjega SA għal titlu 2208, it-tielet paragrafu, (3), sakemm dawn iżommu l-karatteristiċi organoleptiċi tagħhom.

2208 50 11 u 2208 50 19

Ġinn, f’kontenituri li jesgħu

Ġinn huwa xarba spirituża ġeneralment miksuba permezz ta’ distillazzjonijiet sempliċi jew suċċessivi ta’ spirti ta’ ċereali rettifikati jew alkoħol etiliku b’berries tal-ġnibru u sustanzi aromatiċi oħra (eż., kosbor, għeruq ta’ anġelika, ħlewwa, ġinġer).

Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, xarbiet alkoħoliċi biss li għandhom il-karatteristiċi organoleptiċi ta’ ġinn huma meqjusa bħala ġinn.

Dawn li ġejjin, pereżempju, huma konsegwentement esklużi minn dawn is-subtitli:

(a)

Geneva (subtitlu 2208 50 91 jew 2208 50 99);

(b)

Aquavit (subtitlu 2208 90 56 jew 2208 90 77);

(ċ)

Kranawitter (subtitlu 2208 90 56 jew 2208 90 77);

2208 60 11 sa 2208 60 99

Vodka

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2208, tielet paragrafu, (5).

2208 70 10 u 2208 70 90

Likuri u kordjali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2208, l-ewwel paragrafu, (B), u tielet paragrafu.

2208 90 11 u 2208 90 19

Għarak, f’kontenituri li jesgħu

Għarak huwa spirtu manifatturat, bl-użu ta’ ħmira speċjali, minn molassi ta’ qasab taz-zokkor jew minn molassi tal-meraq ta’ pjanti u ta’ ross.

Għarak m’għandux ikun konfuż ma’ raki li huwa miksub billi jkun ridistillat spirtu ta’ passolina jew ħarrub niexef b’żerriegħa tal-ħlewwa u li jaqa’ f’ subtitlu 2208 90 56 jew 2208 90 77.

2208 90 33 u 2208 90 38

Spirtu ta’ għanbaqar, lanġas jew ċirasa (esklużi likuri), f’kontenituri li jesgħu

Spirti ta’ għanbaqar, lanġas jew ċirasa huma xorb spirituż miksub esklussivament mill-fermentazzjoni u distillazzjoni ta’ musts ta’ għanbaqar, lanġas u ċirasa.

Rigward it-terminu għanbaqar u ċiras, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 0809.

2208 90 48

Oħrajn

Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli spirti distillati minn frott huma xorb spirituż miksub esklussivament minn fermentazzjoni u distillazzjoni alkoħolika ta’ frott (ħlief għanbaqar, lanġas jew ċiras), eż., minn berquq, mirtill, ċawsli, tut salvaġġ, passolina sewda, passolina bajda, passolina ħamra, frawli, tuffieħ, inkluż spirti miksubin minn sidru. Calvados jaqgħu f’subtitlu 2208 90 45.

2208 90 56

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi spirti minn żerriegħa tal-ħlewwa, raki, spirti minn qarn ix-xitan ħlief tequila (eż. mezcal), spirti distillati minn ħaxix aromatiku, morr “diġestiv”, aquavit, kranawitter, spirti distillati minn għeruq (eż., spirti tal-ġenzju), spirti minn sorgu.

2208 90 69

Xorb ieħor spirituż

B’żieda max-xorb imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2208, tielet paragrafu, (14) sa (18), is-subtitlu jinkludi ukoll:

1.

xorb spirituż b’ilma bl-arja miżjud (eż., wiski-soda);

2.

té bl-alkoħol;

3.

xorb spirituż imħallat flimkien jew xorb spirituż imħallat ma frott jew meraq veġetali (koktejls).

2208 90 71

Distillat minn frott

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2208 90 48. Dan is-subtitlu jinkludi calvados.

2208 90 77

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2208 90 56.

2208 90 78

Xorb ieħor spirituż

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2208 90 69.

2208 90 91 u 2208 90 99

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' anqas minn 80 % vol, f'kontenituri li jesgħu

Dawn is-subtitli jinkludu likwidu deskritt bħala “malt beer base” b'qawwa alkoħolika bil-volum ta' 14 % u miksub minn birra ffermentata, ippurifikata u mbagħad soġġetta għall-ultrafiltrazzjoni, li permezz tagħha titnaqqas il-konċentrazzjoni ta' ingredjenti bħal sustanzi morri u proteini (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-196/10).

2209 00

Ħall u sostituti tal-ħall magħmulin minn aċtu aċetiku

2209 00 11 u 2209 00 19

Ħall ta’ l-inbid, f’kontenituri li jesgħu

Ara Nota Addizzjonali 11 għal dan il-kapitlu.

Ara ukoll in-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 2209, parti (I), tieni paragrafu, (1).

2209 00 91 u 2209 00 99

Oħrajn, f’kontenituri li jesgħu

Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2209, parti (I), tieni paragrafu, (2), (3) u (4), u parti (II).

KAPITLU 23

FDAL U SKART MILL-INDUSTRIJA TA’ L-IKEL; GĦALF TA’ L-ANNIMALI PPREPARAT

Nota Addizzjonali 3

Is-saħħa potenzjali ta’ alkoħol skond il-massa għandu jkun kalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tal-massa taz-zokkrijiet (kalkulati f’kilogrammi ta’ zokkor maqlub) li hemm ġo 100 kg tal-prodott imsemmi b’fattur ta’ 0,47.

 

2301

Dqiq, pasta u gerbub, ta’ laħam jew fdal ta’ laħam, ta’ ħut jew ta’ krustaċji, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn, mhumiex tajbin għal konsum uman; skart tax-xaħam ta’ dam ( greaves )

2301 20 00

Dqiq, pasta u gerbub, ta’ ħut jew ta’ krustaċij, molluski jew invertebrati akkwatiċi oħrajn

Dqiq, pasta u gerbub ta’ ħut ta’ dan is-subtitlu huma magħmulin minn ħut jew skart ta’ ħut li huwa ġeneralment imsajjar u mbagħad ridott għal pejst, imnixxef u mitħun u, f’xi każi, agglomerat fil-forma ta’ gerbub.

Dan is-subtitlu jeskludi dqiq tal-ħut tajjeb għal konsum minn bnedmin (subtitlu 0305 10 00).

2302

Granza, dqiq inferjuri ( sharps ) u fdal oħrajn, fil-forma ta’ gerbub jew le, ġejjin mit-tnaqqih, tħin jew xogħol ieħor fuq ċereali jew pjanti leguminużi

Għad-distinzjoni bejn prodotti ta’ dan it-titlu u dawk ta’ kapitlu 11, ara Nota 2 (A) għal kapitlu 11.

Residwi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2302, (B), (I), għandhom ikun fihom 50 % jew aktar ta’ ċereali jew pjanti legumini.

Għad-determinazzjoni ta’ kontenut ta’ lamtu (fuq il-prodott kif irċevut), il-metodu stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, Anness III, parti L (ĠU L 054, 26.2.2009, p. 1) huwa applikabbli.

2302 10 10 u 2302 10 90

Ta’ qamħirrun (qamħ)

Sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji stipulati f’Nota 2 (A) għal kapitlu 11, qamħ ta’ qamħirrun imkisser matul l-għarbil ta’ qamħ ta’ qamħirrun mhux imqaxxar imnaddaf huwa eskluż minn dawn is-subtitli (subtitlu 1104 23 98).

2303

Fdal ta’ manifattura ta’ lamtu u fdal simili, polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor, fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart, f’forma ta’ gerbub jew le

Għad-determinazzjoni ta’ kontenut ta’ lamtu u proteini, il-metodu stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, Anness III, parti L u C (ĠU L 054, 26.2.2009, p. 1) huwa applikabbli.

2303 10 11 u 2303 10 19

Fdal mill-manifattura ta’ lamtu mill-qamħirrun (ħlief likuri konċentrati mit-tixrib), b’kontenut ta’ proteina, kalkulat fuq il-prodott xott

Prodotti klassifikati f’dawn is-subtitli għandhom jilħqu l-kriterji stipulati f’Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

glutina tal-qamħirrun (ġeneralment fil-forma ta’ dqiq), li hija magħmula prinċipalment mill-glutina tal-qamħ tal-qamħirrun miksubin mill-frid ta’ lamtu; il-kontenut ta’ proteini (nitroġenu × 6,25) huwa iżjed minn 40 % mill-piż.

2.

pasta tal-glutina, li hija miksuba prinċipalment permezz tat-taħlit ta’ fdal niexef mill-manifattura ta’ lamtu minn qamħirrun bi glutina pura; prodotti bħal dawn ġeneralment fihom madwar 40 % mill-piż proteini (nitroġenu × 6,25);

3.

ikel minn glutina tal-qamħ, li ġeneralment fih għallinqas 20 % mill-piż ta’ proteini (nitroġenu × 6,25), u huwa magħmul prinċipalment minn frak ta’ perikarpa u endosperma, ta’ glutina tal-qamħirrun u ġieli ta’ likuri konċentrati mit-tixrib, li kollha huma prodotti żejda mill-manifattura ta’ lamtu minn qamħirrun.

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll il-prodotti msemmijin hawn fuq agglomerati fil-forma ta’ ġerbub.

Dawn is-subtitli jkopru biss prodotti b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx 28 % mill-piż tal-prodott niexef skond il-metodu msemmi f’Anness III, parti L, għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 054, 26.2.2009, p. 1) u l-kontenut ta’ xaħam tagħhom m’għandux jaqbeż 4,5 % mill-piż tal-prodott niexef skond il-metodu msemmi f’Anness III, parti H, għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (1).

Prodotti b’kontenut ogħla ta’ lamtu jew xaħam huma normalment klassifikati f’kapitlu 11 jew f’subtitlu 2302 10 10, 2302 10 90, 2309 90 41 jew 2309 90 51, kif xieraq. L-istess japplika għal oġġetti li fihom prodotti estratt minn qamħirrun permezz ta’ metodu ieħor ħlief il-produzzjoni ta’ lamtu permezz tal-proċess imxarrab (fdal mill-għarbil ta’ qamħ tal-qamħirrun, qamħ tal-qamħirrun mitħun, fdal mill-estrazzjoni ta’ żejt tan-nibbieta tal-qamħirrun permezz ta’ proċess niexef, eċċ.)

Prodotti klassifikati f’dawn is-subtitli m’għandhomx ikun fihom fdalijiet mill-estrazzjoni ta’ żejt tan-nibbieta tal-qamħirrun permezz ta’ proċess imxarrab anqas.

Likuri konċentrati mit-tixrib jaqgħu f’subtitlu 2303 10 90, irrispettivament mill-kontenut ta’ proteini tagħhom.

2303 10 90

Oħrajn

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, fdal mill-manifattura ta’ lamtu minn għeruq tal-manjoka jfisser prodotti bħal dawn b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx 40 % mill-piż, kalkulat fuq il-materjal niexef.

Jekk il-kontenut ta’ lamtu tagħhom huwa ogħla, prodotti bħal dawn, fil-forma ta’ dqiq jew pasta, jaqgħu f’subtitli 1106 20 10 jew 1106 20 90. Prodotti fil-forma ta’ gerbub jaqgħu f’subtitlu 0714 10.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll:

1.

ikel minn glutina tas-sorgu, li ġeneralment fih għallinqas 18 % mill-piż ta’ proteini, u huwa magħmul prinċipalment minn frak tal-perikarpa u ta’ l-endosperma tal-qamħ tas-sorgu, ta’ glutina tas-sorgu u ġieli ta’ likur konċentrat minn sorgu, li kollha huma prodotti żejda mill-manifattura ta’ lamtu minn sorgu.

Dan is-subtitlu jkopri biss prodotti b’kontenut ta’ lamtu li ma jaqbiżx 40 % mill-piż, kalkulat fuq il-materjal niexef.

Prodott b’kontenut ta’ lamtu ogħla huma ġeneralment klassifikati f’kapitlu 11 jew f’titlu 2302 jew 2309, kif xieraq;

2.

fdal mill-manifattura ta’ lamtu magħruf bħala “polpa tal-patata mnixxfa”. Il-kontenut ta’ fdal bħal dan huwa ġeneralment 50 % jew aktar mill-piż.

Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa, il-metodu stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009, Anness III, parti A (ĠU L 054, 26.2.2009, p. 1) huwa applikabbli.

Likuri konċentrati mit-tixrib ta’ qamħirrun huma klassifikati f’dan is-subtitlu irrispettivament mill-kontenut ta’ proteini.

2303 20 10 u 2303 20 90

Polpa tal-kannamieli, bagasse u skart ieħor tal-manifattura taz-zokkor

Xorrox li minnu l-lattosju kien parzjalment imneħħi ma jitqiesx bħala skart mill-manifattura taz-zokkor u ma jaqax f’dawn is-subtitli (titlu 0404).

Dawn is-subtitli jinkludu kannamieli biz-zokkor imneħħi parzjalment jew totalment.

2303 30 00

Fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2303, l-ewwel paragrafu, (E) (1) sa (5).

2304 00 00

Għalf tal-bhejjem ( oilcake ) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt tas-sojja

Dan is-subtitlu ma jinkludix flakes tas-sojja, kemm jekk mitħunin jew le, li minnhom iż-żejt tas-sojja ma kienx estratt (titlu 2308).

2306

Għalf tal-bhejjem ( oilcake ) u fdalijiet oħrajn solidi, kemm jekk mitħunin jew f’forma ta’ gerbub kif ukoll le, li jirriżulta mill-estrazzjoni ta’ xaħam u żejt veġetali, ħlief dawk ta’ titlu 2304 jew 2305

2306 41 00

Ta’ żrieragħ tal-lift jew tal-kolza b’aċtu eruċiku baxx

Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2306 41.

2306 90 05

Ta’ nebbieta tal-qamħirrun (qamħ)

Dan is-subtitlu jkopri l-fdal mill-estrazzjoni ta’ żejt tan-nebbieta tal-qamħirrun (qamħ) miksub minn proċessar imxarrab jew niexef u li huwa konformi mal-kriterji ta’ Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu.

Prodotti li m’humiex konformi ma’ dawn il-kriterji huma ġeneralment klassifikati f’kapitlu 11 jew titlu 2302 jew 2309, kif xieraq.

2306 90 11 u 2306 90 19

Għalf tal-bhejjem ( oilcake ) u fdalijiet oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġ

L-espressjoni “fdalijiet oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta’ żejt taż-żebbuġ” tfisser prodotti biss b’kontenut ta’ materjal ta’ xaħam li ma jaqbiżx 8 % mill-piż. Prodotti bħal dawn (ħlief fond) b’kontenut ogħla ta’ materjal xaħmi għandhom ikunu klassifikati fl-istess subtitlu bħall-materjal bażi (subtitlu 0709 92 10 jew 0709 92 90).

Għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ xaħam, il-metodu stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 2568/91, Anness XV (ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1) għandu jkun applikat.

2307 00

Fond ta’ l-inbid; argol

2307 00 11

B’saħħa alkoħolika totali bil-massa mhux aktar minn 7,9 % mas u kontenut ta’ materjal xott mhux inqas minn 25 % tal-piż

Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega rilevanti.

2307 00 90

Argol

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2307, tieni paragrafu.

2308 00

Materjali veġetali u skart veġetali, fdalijiet veġetali u prodotti li jirriżultaw minnhom, kemm f’forma ta’ gerbub kif ukoll jekk le, ta’ kwalita’ użata għal għalf ta’ annimali, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

2308 00 11

B’saħħa alkoħolika totali bil-massa mhux aktar minn 4,3 % mas u kontenut ta’ materjal xott mhux inqas minn 40 % tal-piż

Ara Nota Addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega rilevanti.

2308 00 40

Ġandar u qastan selvaġġ; lbieba jew karfa tal-frott, ħlief ta’ għeneb

Marc ta’ frott, ħlief għeneb jinkludi “ċelluli tal-larinġ”, jiġifieri., prodotti li jikkonsistu minn partijiet ta’ larinġ li fil-bidu, matul il-kors ta’ l-għafis, daħħlu l-meraq u wara li kienu magħsurin kważi ma fadlilhom l-ebda partijiet minnhom ta’ laħam tal-frott iżda li jikkonsistu prinċipalment f’membrana taċ-ċelluli u albedo. Dawn il-prodotti huma intiżi għal żieda ma konċentrati mħalltin bl-ilma ta’ meraq tal-larinġ u għal ma soft drinks.

2308 00 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti speċifikati fit- (2), (3), (4), (6), (7), (8) u (9) tat-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2308.

Is-subtitlu jinkludi ukoll qxur tas-sojja, kemm jekk mitħunin jew le, li minnhom iż-żejt tas-sojja ma kienx estratt.

2309

Preparazzjonijiet ta’ tip użati għal għalf ta’ annimali

Ara Nota 1 għal dan il-kapitlu.

Għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-lamtu, għandu jkun applikat il-metodu polarimetriku (magħruf ukoll bħala l-metodu Ewers modifikat) stabbilit fl-Anness III parti L għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (ĠU L 054, 26.2.2009, p. 1).

Il-kontenut tal-lamtu skond il-piż tal-preparazzjonijiet ta' tip użati fl-għalf ta' l-annimali fit-tifsira ta' titlu 2309 għandu jkun determinat bil-metodu analitiku enżimatiku stabbilit fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 121/2008 (ĠU L 037, 12.2.2008, p. 03) f’każi fejn il-materjali għall-għalf li ġejjin ikunu preżenti f'ammonti sinifikanti:

(a)

prodotti tal-pitravi (taz-zokkor) bħal polpa tal-pitravi (taz-zokkor), ġulepp tal-pitravi (taz-zokkor), polpa magħmula ġulepp tal-pitravi (taz-zokkor), vinasse tal-pitravi (taz-zokkor), zokkor (tal-pitravi);

(b)

polpa taċ-ċitru,

(ċ)

żerriegħa tal-kittien; espellatur taż-żerriegħa tal-kittien; estratt taż-żerriegħa tal-kittien;

(d)

żerriegħa tal-kolza; espellatur taż-żerriegħa tal-kolza; estratt taż-żerriegħa tal-kolza; qxur taż-żerriegħa tal-kolza;

(e)

żerriegħa tal-ġirasol; estratt taż-żerriegħa tal-ġirasol; estratt taż-żerriegħa tal-ġirasol parzjalment imqaxxra;

(f)

espellatur tal-kopra; estratt tal-kopra;

(g)

polpa tal-patata;

(h)

ħmira deidrata;

(ij)

prodotti rikki fl-inulina (eż. biċċiet u dqiq ta' l-artiċokks ta’ Ġerusalemm);

(k)

greaves.

Prodotti li l-kontenut ta' lamtu tagħhom huwa anqas minn 0,5 % ma għandhomx jitqiesu bħala prodotti li fihom il-lamtu. Il-Kromotografija b’fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli (HPLC) għandha tintuża għad-dożaġġ tal-glukożju (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2008 (ĠU L 249, 18.9.2008, p. 9)).

Rigward il-prodotti tal-ħalib, ara n-Nota Addizzjonali 4 għal dan il-kapitlu. Il-kontenut ta' prodotti tal-ħalib u l-kontenut tal-lamtu huma kkalkulati fuq il-prodott kif ikun wasal.

2309 10 11 sa 2309 10 90

Ikel għal klieb jew għal qtates, ippreżentat għal bejgħ bl-imnut

Dawn is-subtitli jinkludu ġugarelli li jistgħu jingħomdu minn klieb, preżentati f’diversi forom, bħal ċrieki u għadam, li jikkonsistu f’biċċiet mqattgħin ta’ ġild tal-gendus, ġelatina, ġulepp tal-glukows (bħala xi ħaġa li tgħaqqad, materjal li jagħti l-kulur, idrolisat ta’ proteini veġetali, stabilizzant u, fil-każ ta’ ċrieki, pasta ta’ laħam u għadam, li kollha kemm huma jistgħu jittieklu kompletament.

2309 90 10

Materjali li jinħallu ta’ ħut jew ta’ mammiferi tal-baħar

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2309, parti (II), (B), l-aħħar paragrafu, (1).

2309 90 20

Prodotti msemmijin f’nota addizzjonali 5 għal dan il-kapitlu

L-użu ta’ likuri konċentrati mit-tixrib tal-qamħirrun bħala mezz ta’ tkabbir (brodu ta’ nutrienti) jista’ jwassal għall-preżenza fil-prodotti ta’ fdal ta’ aġenti għal fermentazzjoni mejtin f’konċentrazzjoni li ġeneralment ma taqbiżx 2 %. Dawn il-prodotti jistgħu jinqabdu permezz ta’ mikroskopju.

Bħala żieda, il-prodotti li fihom fdalijiet tal-likuri konċentrati mit-tixrib tal-qamħirrun użati f’ċertu proċessi ta’ fermentazzjoni fihom is-sustanzi li ġejjin fi kwantitajiet żgħar ħafna: amiloglukosidasi, alfa-amylase, gomma xanthan, aċtu lattiku, aċtu ċitriku, lisina, treonina, triptophane.

Likuri konċentrati mit-tixrib tal-qamħirrun diġa fihom ftit minn dawn is-sustanzi (eż., aċti amminiċi) fi kwantitajiet żgħar ħafna u ż-żieda fil-konċentrazzjoni minħabba l-fermentazzjoni tista’ tkun injorata.

Prodott b’kontenut ta’ lamtu jew xaħam li jaqbeż il-limiti indikati f’Nota Addizzjonali 5 huma klassifikati f’subtitlu 2309 90 41 jew 2309 90 51, kif xieraq.

Il-konformita’ mar-residwi mill-manifattura ta’ lamtu minn qamħirrun impurtat mill-USA għandha tkun verifikata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 1375/2007 (ĠU L 307, 24.11.2007, p. 5).

KAPITLU 24

TABAKK U SOSTITUTI MANIFATTURATI TA’ TABAKK

2401

Tabakk mhux manifatturat; skart ta’ tabakk

Rigward tabakk fl-istat naturali jew mhux manifatturat, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2401, paragrafu 1.

Għandu jkun innutat li:

(a)

tabakk tal-Virġinja “flue-cured” ifisser tabakk li kien trattat taħt kundizzjonijiet atmosferiċi artifiċjali bi proċess ta’ regolazzjoni tas-sħana u ventilazzjoni mingħajr ma jitħalla duħħan jagħmel kuntatt mal-weraq tat-tabakk; il-kulur tat-tabakk trattat is-soltu jvarja minn lumi għal oranġjo skur ħafna jew aħmar. Kuluri oħra u taħlit ta’ kuluri oħra spiss jirriżulta minn varjazzjonijiet fil-maturita’ jew fit-tekniki kulturali u ta’ trattar.

(b)

tabakk tip Burley “trattat b’mod ħafif bl-arja” (jinkludi ibridi Burley) ifisser tabakk li kien trattat taħt kundizzjonijiet atmosferiċi naturali u ma jġorrx ir-riħa ta’ duħħan jekk sħana jew ċirkulazzjoni ta’ l-arja żejda jkunu applikati; il-weraq is-soltu jvarjaw minn swidija ċara għal kulur ħamrani. Kuluri oħrajn u taħlit ta’ kuluri oħra spiss jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturita’ jew fit-tekniki kulturali u ta’ trattar;

(ċ)

tabakk tip Maryland “trattat b’mod ħafif bl-arja” jfisser tabakk li kien trattat taħt kundizzjonijiet atmosferiċi naturali u ma jġorrx ir-riħa ta’ duħħan jekk sħana jew ċirkulazzjoni ta’ l-arja żejda jkunu applikati; il-weraq issoltu jvarjaw minn isfar ċar għal aħmar skur kulur iċ-ċirasa. Kuluri oħrajn u taħlit ta’ kuluri oħra spiss jirriżulta minn varjazzjonijiet filmaturita’ jew fit-tekniki kulturali u ta’ trattar;

(d)

tabakk “trattat bin-nar” ifisser tabakk, li kien trattat taħt kundizzjonijiet atmosferiċi artifiċjali bl-użu ta’ nirien mikxufin li minnhom duħħan ta’ l-injam kien parzjalment mixrub mit-tabakk. Weraq ta’ tabakk “trattat binnar” huma normalment eħxen minn weraq ta’ Burley, “flue-cured” jew Maryland mill-pożizzjoni taz-zokk li tikkorrispondi. Kuluri s-soltu jvarjaw minn isfar fil-kannella għal kannella skur ħafna. Kuluri oħrajn u taħlit ta’ kuluri oħra spiss jirriżultaw minn varjazzjonijiet fil-maturita’ jew fit-tekniki kulturali u ta’ trattar;

Tabakk “trattat bix-xemx” kien trattat direttament permezz tas-sħana tax-xemx f’arja miftuħa u bi nhar.

Dan it-titlu ma jinkludix pjanti tat-tabakk ħajjin (titlu 0602).

2401 30 00

Skart ta’ tabakk

Bħala żieda mal-prodotti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2401, paragrafu (2), dan is-subtitlu jinkludi wkoll:

1.

skart li jirriżulta mill-manipulazzjoni ta’ weraq tat-tabakk, dan huwa ġeneralment magħruf bħala “ġewwieni” iżda huwa msejjaħ ukoll b’modi differenti f’Pajjiżi Membri bħala “żgħar”, “winnowings”, “kinsiet”, “kirinti” jew “broquelins”, eċċ. Dan ġeneralment ikun fih impuritajiet jew affarijiet barranin bħal trab, skart minn veġetali, fibri tat-tessut. Ġieli trab kien imneħħi minn dan l-iskart permezz ta’ għarbil;

2.

skart minn weraq tat-tabakk, magħrufin fin-negozju bħala “siftings”, u miksubin permezz ta’ l-għarbil ta’ l-iskart imsemmi hawn fuq;

3.

skart miksub mill-manifattura ta’ sigarri, deskritt bħala “qatgħat”, u li jikkonsisti f’biċċiet ta’ qatgħat minn weraq;

4.

trab tat-tabakk (skart inċidentali miksub billi jitgħarbel l-iskart imsemmi aktar 'il fuq).

Dan is-subtitlu ma jinkludix skart tat-tabakk preparat għall-bejgħ bħala tabakk għat-tipjip jew tabakk biex jintgħomod, tabakk ta’ l-imnieħer jew trab tat-tabakk, jew li jitqies li kien trattat għall-għanijiet li jintuża bħala tabakk għat-tipjip, tabakk biex jintgħomod, tabakk ta’ l-imnieħer jew trab tat-tabakk (titlu 2403).

2402

Sigarri, cheroots , cigarillos u sigarretti, ta’ tabakk jew ta’ sostituti ta’ tabakk

2402 10 00

Sigarri, cheroots u cigarillos , li fihom tabakk

Sigarri, cheroots u cigarillos huma rombli tat-tabakk, li jista' jiġi mpejjep u, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, huma intiżi esklużivament għat-tipjip għaliex għandhom:

(a)

qartas fuq barra magħmul minn tabakk naturali li jkopri l-prodott kollu inkluż, fejn xieraq, il-filtru (iżda mingħajr ebda saff ieħor li jgħatti parzjalment il-qartas ta' barra), iżda mhux, fil-każ ta' sigarri bil-ponta; il-ponta; jew

(b)

mili minn taħlita mitħuna u b'qartas fuq barra bil-kulur normali ta' sigarru, ta' tabakk rikostitwit tas-subtitlu 2403 91 00, li jkopri l-prodott kollu, inkluż, fejn xieraq, il-filtru iżda mhux, fil- każ ta' sigarri bil-ponta, il-ponta, fejn il-piż ta' unità, mhux inkluż il-filtru jew il-bokkin, mhuwiex anqas minn 2,3 g u mhux aktar minn 10 g, u ċ-ċirkonferenza fuq tal-anqas terz tat-tul mhijiex anqas minn 34 mm.

Sakemm dawn jissodifaw il-kriterji ta' hawn fuq, prodotti b'qartas ta' tabakk rikostitwit, li jistgħu jikkonsistu parzjalment f'sustanzi li mhumiex tabakk, huma kklassifikati taħt din is-subtitlu.

2402 20 10 u 2402 20 90

Sigarretti li fihom tabakk

Sigarretti huma rombli ta’ tabakk li jistgħu jkunu mpejpin kif huma u li ma jaqgħux fil-kategorija ta’ sigarri jew cigarillos (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 2402 10 00).

Sakemm dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ qabel imsemmijin hawn fuq, prodotti li jikkonsistu parzjalment f’sustanzi oħrajn ħlief tabakk huma klassifikati f’dawn is-subtitli.

Dawn is-subtitli ma jkoprux prodotti li jikkonsistu kompletament minn sustanzi ħlief tabakk (subtitlu 2402 90 00 jew, jekk intiżi għal użu mediċinali, kapitlu 30).

2402 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi sigarri, cheroots, cigarillos u sigarretti li jikkonsistu kompletament minn sostituti ta’ tabakk, eż., sigarretti magħmulin minn weraq preparati b’mod speċjali ta’ varjeta’ ta’ ħass u li la fihom tabakk u lanqas nikotina.

2403

Tabakk ieħor manifatturat u sostituti ta’ tabakk manifatturat; tabakk “omoġenizzat” jew “rikostitwit”; estratti u essenzi ta’ tabakk

2403 11 00

Tabakk tal-pipa tal-ilma speċifikat f'nota 1 tas-subtitlu għal dan il-kapitlu

Ara nota 1 tas-subtitlu għal dan il-kapitlu u n-noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2403 11.

2403 19 10 u 2403 19 90

Oħrajn

Tabakk tat-tipjip huwa tabakk li kien maqtugħ jew inkella maqsum, mgħawweġ jew pressat fi blokki li jistgħu jkunu mpejpin mingħajr aktar proċessar industrijali.

L-iskart li jirriżulta mill-manipulazzjoni tal-weraq tat-tabakk jew mill-manifattura ta' prodotti tat-tabakk li jista' jintuża għat-tipjip huwa meqjus bħala tabakk għat-tipjip jekk ma jissodisfax id-deskrizzjoni ta' sigarri, sigarri żgħar u sigaretti (ara n-Noti ta' Spjega għas-subtitli 2402 10 00 u 2402 20 10 u 2402 20 90).

It-taħlit tat-tabakk tat-tipjip ma' sustanzi oħra għajr it-tabakk huwa wkoll ikklassifikat f'dawn is-subtitli sakemm ikunu jikkorrispondu mad-definizzjoni mogħtija hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal- prodotti maħsuba għall-użu mediċinali (Kapitlu 30).

Dawn is-subtitli jinkludu biċċiet ta' sigarretti maqtugħin li hija t-taħlita lesta ta' tabakk għall-manifattura ta' sigarretti.

2403 91 00

Tabakk “omoġenizzat” jew “rikostitwit”

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2403, l-ewwel paragrafu, (6).

2403 99 10

Magħda u tabakk ta’ l-imnieħer

Magħda huwa tabakk fil-forma ta’ rollijiet, stikek, strippi, kubi u blokki, li huwa preparat b’mod speċjali iżda mhux għat-tipjip u li huwa mtella’ għal bejgħ fi ħwienet.

Tabakk ta’ l-imnieħer huwa tabakk fil-forma ta’ trab jew fil-forma ta’ frak żgħir li kien trattat b’mod speċjali ħalli dan jista’ jittieħed bħala tabakk ta’ l-imnieħer iżda ma jistax jitpejjep.

Sakemm il-kundizzjonijiet ta’ qabel t’hawn fuq ikunu sodisfatti, prodotti li jikkonsistu parzjalment minn sustanzi ħlief tabakk huma klassifikati f’dan is-subtitlu.

2403 99 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

estratti u essenzi tat-tabakk huma deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2403, l-ewwel paragrafu, (7);

2.

trab tat-tabakk (ġeneralment miksub permezz ta' proċess, pereżempju t-tħin, li jirriżulta fid-distribuzzjoni speċifika tad-daqs tal-partiċella). Ma għandu jkun hemm l-ebda impurità u d-daqs tal-partiċella għandu jkun iżgħar minn 0,4 mm;

3.

tabakk Brażiljan imdawwar, bir-riħa u ffermentat magħfus fi ġlud fil-forma ta’ ballun (Mangotes);

4.

tabakk imneffaħ li ma kienx tqatta' jew maqsum mod ieħor;

5.

prodott għat-tipjip (pereżempju “it-tabakk tal-pipa tal-ilma”) li jikkonsisti kollu kemm hu minn sostituti tat-tabakk u minn sustanzi għajr it-tabakk.

TAQSIMA V

PRODOTTI MINERALI

KAPITLU 25

MELĦ; KUBRIT; TRABIJIET U ĦAĠAR; MATERJALI TAT-TIKĦIL, ĠIR U SIMENT

Nota 1

Tagħwim huwa intiż li jifred l-element rikk ta’ sustanza minerali mill-gangue billi tippermetti li dan jinġabar fil-wiċċ ta’ l-ilma li fih kien mgħaddas, waqt li d-depożiti tal-gangue jibqgħu fil-qiegħ.

 

2501 00

Melħ (inkluż melħ tal-mejda u melħ żnaturat) u melħ ( sodium chloride ) pur, kemm jekk maħlul f’soluzzjoni ta’ ilma jew li jkollu miżjudin miegħu aġenti biex ma jagħqadx jew aġenti għal mixi ħieles u kemm jekk le; ilma baħar

2501 00 31

Għal trasformazzjoni kimika (separazzjoni ta’ Na minn Cl) għall-manifattura ta’ prodotti oħrajn

Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti jintlaħqu, dan is-subtitlu jinkludi melħ, kemm jekk żnaturat jew le, intiż għall-manifattura ta’ aċtu idrokloriku, klorju, kalċju kloridu, sodju nitrat, sodju ipokloritu, sulfati tas-sodju, karbonati tas-sodju, sodju idrossidu, sodju kloridu, sodju perklorat u sodju metalliku.

2501 00 51

Żnaturati jew għal użi industrijali (inkluż irfinar) għajr il-preservazzjoni jew il-preparazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal konsum uman jew minn annimali

Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati mill-awtoritajiet kompetenti jintlaħqu, dan is-subtitlu jkopri:

1.

melħ żnaturat, ikun x’ikun l-użu intiż tiegħu, ħlief il-melħ żnaturat ta’ subtitlu 2501 00 31;

2.

melħ għall-irfinar; “irfinar” f’dan il-kuntest tfisser biss purifikazzjoni permezz ta’ dawk il-proċessi li fih il-melħ kien maħlul;

3.

melħ għal użi industrijali ħlief trasformazzjoni kimika, jew għall-preservazzjoni jew preparazzjoni ta’ affarijiet ta’ l-ikel għal konsum minn bnedmin jew minn annimali. “Melħ għal użu industrijali” tfisser melħ intiż għal użu f’fabrika bħala materjal mhux proċessat jew bħala materjal intermedju f’operazzjonijiet ta’ manifattura industrijali (pereżempju, f’metallurġija, fl-għotja ta’ kulur, fl-industrija tal-ġild, fil-manifattura ta’ sapun, fi tkessiħ u fl-industrija taċ-ċeramika).

Melħ, ħlief melħ żnaturat użat għall-immelħar ta’ toroq, jaqa’ f’subtitlu 2501 00 99.

2501 00 91

Melħ tajjeb għal konsum uman

Melħ tajjeb għal konsum uman huwa melħ li ma kienx żnaturat tajjeb direttament għal użi domestiċi jew industrijali bħala taħwir jew aġent ta’ preservazzjoni għal affarijiet ta’ l-ikel. Dan ġeneralment għandu grad għoli ta’ purita’ u huwa kollu abjad.

2501 00 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi melħ mhux żnaturat użat bħala aġent biex ineħħi s-silġ fix-xitwa u melħ użat bħala ikel għall-annimali (eż., lagħaq tal-melħ).

2503 00

Kubrit ta’ kull tip, ħlief kubrit sublimat, kubrit preċipitat u kubrit kollojde

2503 00 10

Kubrit mhux raffinat

Dan is-subtitlu jinkludi l-varjetajiet ta’ kubrit imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2503, l-ewwel paragrafu, (1) sa (4). Dan il-kubrit huwa ġeneralment fil-forma ta’ blokki, ċangaturi jew trab.

2503 00 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-varjetajiet ta’ kubrit imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2503, l-ewwel paragrafu, (5) sa (7). Dan il-kubrit huwa ġeneralment fil-forom ta’ stikek jew kejkijiet żgħar (kubrit irfinat) jew trabijiet (“kubrit mgħarbul”, “kubrit imderri”, “kubrit atomizzat”).

2508

Tafal ieħor (li ma jinkludix tafal espandut ta’ titlu 6806 ), andalusit, kjanit u sillimanit, kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le; mullit; chamotte jew tafal dinas

2508 10 00

Bentonit

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2508, tielet paragrafu, (1).

Bentoniti li jseħħu fin-natura normalment ikollhom pH ta’ bejn 6 u 9,5 (għal sospensjoni fl-ilma ta’ 5 % u wara li jkunu qagħdu għal siegħa) u kontenut ta’ karbonat tas-sodju ta’ inqas minn 2 %; il-kontenut aggregat tagħhom ta’ sodju u kalċju li jistgħu jinbidlu ma jaqbiżx 80 meq/100 g. Hemm żewġ tipi: kalċju li jintefaħ ftit u sodju li jintefaħ ħafna (rata ta’ nfih ta’ inqas minn 7 ml/g jew aktar minn 12 ml/g).

Ċertu bentoniti li jseħħu fin-natura jista’ jkollhom karatteristiċi li jvarjaw minn dawn il-valuri; fejn dan huwa l-każ għal ħafna karatteristiċi, il-bentonit huwa ġeneralment meqjus bħala attivat.

Bentoniti attivati ġeneralment jaqgħu f’subtitlu 3802 90 00.

2511

Sulfat ta’ barju naturali (baritina); karbonat ta’ barju naturali ( witherite ), kemm jekk magħmul ġir u kemm jekk le, ħlief ossidu tal-barju ta’ titlu 2816

2511 10 00

Sulfat ta’ barju naturali (baritina)

Baritini fihom ammonti li jvarjaw ta’ ossidu tal-ħadid, allumina, sodju karbonat u silika. Minħabba li l-prodott fil-forma bajda tiegħu huwa dak l-iżjed imfittex, huwa jkun imfarrak, mgħarbul għat-tneħħija ta’ l-elementi kkuluriti (l-iżjed safranin), magħmul trab u mbagħad purifikat permezz ta’ tħin.

2511 20 00

Karbonat ta’ barju naturali ( witherite )

Witherite jseħħ fil-forma ta’ kristalli rombojdi jew mases safranin li m’humiex solubbli fl-ilma.

2513

Ħaffiefa, żmerill, kurundun naturali, granata naturali u sustanzi oħrajn abbrassivi naturali, kemm jekk trattati bis-sħana u kemm jekk le

2513 20 00

Żmerill, kurundun naturali, granata naturali u sustanzi oħrajn abbrassivi naturali

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, sustanzi abbrassivi naturali jinkludu t-tripoli magħruf bħala “ġebla mħassra”, prodott griż kulur l-irmied użat bħala sustanza abbrassiva ħafifa jew għal polixxjar.

2516

Granit, porfirju, bażalt, ġebel imrammel u ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le

Meta ġebel fil-forma kwadra ma jkollhomx ħxuna l-istess kullimkien, klassifikazzjoni skond il-ħxuna għandha ssir b’referenza għall-ikbar ħxuna.

2516 11 00

Mhux raffinat jew mirqum mingħajr finezza

In-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2515 11 japplikaw, mutatis mutandis.

2516 12 00

Sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra)

In-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2515 12 japplikaw, mutatis mutandis.

2516 90 00

Ġebel ieħor għal monumenti jew għal bini

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

ġebel iebes bħal porfirju, sijenit, lava, bażalt, gness, trakite, diabase, dijorite, phonolite, liparite, gabbro, labradorite u peridotite;

2.

ġebel tal-ġir għal monumenti jew għal bini li ma jaqax f’titlu 2515, jiġifieri., bi gravita’ speċifika apparenti ta’ inqas minn 2,5, mhux raffinat, mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew kaxex ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) ta’ kwalunkwe ħxuna;

3.

serpentina jew ophite, mhux raffinat, mirqum mingħajr finezza jew sempliċement maqtugħin, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, bi blokki jew kaxex ta’ forom rettangolari (inkluża kwadra) ta’ kwalunkwe ħxuna.

2518

Dolomit, kemm jekk magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana u kemm jekk le, inkluż dolomit mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; taħlita għal twebbis ta’ dolomit

2518 10 00

Dolomit, mhux magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana

Dolomit huwa karbonat doppju naturali ta’ kalċju u manjesju. Huwa jibqa’ klassifikat f’dan is-subtitlu anki meta dan ikun ingħata trattament bis-sħana ħafif li ma biddilx il-kompożizzjoni kimika tiegħu.

Dan is-subtitlu jkopri dolomit, mhux magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana, mhux raffinat, mirqum mingħajr finezza (bejn wieħed u ieħor fil-forma ta’ kwadru) jew sempliċiment maqtugħ permezz ta’ ssegar jew bi qsim, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra).

2518 20 00

Dolomit magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana

Dolomit magħmul ġir jew mgħaqqad ma’ trab bis-sħana huwa dolomit li kien soġġett għal trattament bis-sħana f’temperatura għolja (madwar 1  500 °Ċ għal dolomit maħruq sa l-aħħar (mgħaqqad ma’ trab bis-sħana) u madwar 800 °Ċ għal dolomit maħruq b’mod kawstiku li jbiddel il-kompożizzjoni kimika tiegħu billi jneħħilu d-dijossidu tal-karbonju.

2519

Karbonat ta’ manjesju naturali ( magnesite ); manjesja mdewwba; manjesja maħruqa għal kollox (mgħaqqda ma’ trab bis-sħana), kemm jekk fiha kwantitajiet żgħar ta’ ossidi oħrajn miżjudin qabel it-tqħaqqid ma’ trab bis-sħana u kemm jekk le; ossidu tal-manjesju ieħor, pur jew le

2519 90 10

Ossidu tal-manjesju, ħlief karbonat ta’ manjesju naturali magħmul ġir

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

ossidu tal-manjesju miksub minn manjesju idrossidu jew karbonat talmanjesju preċipitat magħmulin ġir u użati partikolarment fl-istudju talmediċina; din is-sustanza hija trab abjad b’purita’ ta’ mhux inqas minn 98 %;

2.

ossidu tal-manjesju miksub mit-tidwib flimkien ta’ magnesite magħmul ġir; magnesite jkun magħmul ġir f’madwar 1  400 sa 1  800 °Ċ; il-manjesja miksuba tkun imbagħad imdewwba fi skarika elettrika f’temperatura ta’ 2  800 sa 3  000 Ċ °, ladarba tkun imkessħa, din tipproduċi prodotti kristallini li jikkonsistu kważi kompletament minn ossidu tal-manjesju (manjesja mdewba); din hija estremament pura (għallinqas 95 %) u tikkonsisti fi kristalli qishom ħġieġ;

3.

ossidu tal-manjesju miksub minn ilma baħar; dan jinkiseb mill-proċess li jagħmel manjesju idrossidu preċipitat minn ilma baħar ġir: il-prodott is-soltu jkun madwar 91 sa 98 % pur u fih iżjed boron bħala impurita’ karatteristika milli jkun fiha manjesja maħruqa (mgħaqqda ma’ trab bis-sħana) (madwar 100 ppm kontra madwar 40 ppm).

2520

Ġibs; anidride; ġibs għall-kisi (jikkonsisti f’ġibs magħmul ġir jew sulfat tal-kalċju) kemm jekk ikkulurit u kemm jekk le, bi kwantitajiet żgħar ta’ sustanzi li jgħaġġlu jew li jdewwmu l-proċess jew mingħajrhom

2520 20 00

Ġibs għall-kisi

Dan is-subtitlu jinkludi ġibs għall-kisi għall-bini.

Ġibs għall-kisi għall-bini huwa manifatturat billi ġibs mhux raffinat (ġebla tal-ġibs jew materjali oħrajn li fihom il-ġibs, eż. prodotti żejda mill-industrija kimika) ikun soġġett għal kisja speċjali u proċess li jagħmlu ġir. Karatteristiċi speċifiċi jistgħu jkunu miksubin mill-introduzzjoni ta’ addittivi matul il-proċess ta’ manifattura. Dawn jieħdu l-forma ta’ aġenti li jżommu f’wiċċ l-ilma (jiġifieri, sustanzi li jaffetwaw il-karatteristiċi tal-ġibs — eż., il-konsistenza tiegħu jew il-proprjetajiet adesivi tiegħu — b’mod partikolari), u sustanzi li jgħaġġlu jew li jdewwmu l-proċess.

Ġibs għall-bini jintuża, pereżempju, bħala stokk, għall-kisi ta’ ħitan jew soqfa, fil-manifattura ta’ pannelli ta’ bini jew elementi ta’ kostruzzjoni oħrajn, jew għat-twaħħil ta’ madum.

2523

Siment ta’ Portland, siment ta’ l-allumi, siment li għandu mill-gagazza, siment sulfru eċċezzjonali u siment idrawliku simili, kemm jekk ikkulurit jew fil-forma ta’ gagazza u kemm jekk le

2523 90 00

Siment idrawliku ieħor

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

siment mill-kalkara tal-funderija huwa magħmul minn għallinqas 20 % mill-piż ta’ gagazza mis-siment ta’ Portland, 36 sa 80 % mill-piż ta’ gagazza mfarrka mill-kalkara tal-funderija u mhux iżjed minn 5 % mill-piż ta’ kostitwenti oħrajn tassiment;

2.

siment bil-purċillana huwa magħmul minn għallinqas 60 % mill-piż ta’ gagazza mis-siment ta’ Portland, massimu ta’ 40 % mill-piż ta’ purċillana naturali jew fly ash u massimu ta’ 5 % mill-piż ta’ kostitwenti oħrajn tas-siment.

Għat-terminu “purċillana”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2530, parti (D), paragrafu (7).

Fly ash huwa trab fin, ħafif, miksub bl-estrazzjoni ta’ frak tat-trab mill-gassijiet ta’ kombustjoni ta’ fran imqabbdin b’faħam magħmul trab. Il-kulur tiegħu jvarja minn griż għal iswed.

2524

Asbestos

2524 10 00

Crocidolite

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2524, tieni paragrafu.

2526

Steatite naturali, kemm jekk mirqum mingħajr finezza jew sempliċiment maqtugħ, permezz ta’ ssegar jew mod ieħor, fi blokki jew f’ċangaturi ta’ forma rettangolari (inkluża kwadra) u kemm jekk le; terra

2526 20 00

Imfarrak jew mitħun

Dan is-subtitlu ma jinkludix trab tat-talk, magħmul ġo pakki għall-bejgħ fi ħwienet, għal għanijiet tat-twaletta (titlu 3304).

2528 00 00

Borati naturali u konċentrati tagħhom (kemm jekk magħmulin ġir u kemm jekk le), iżda li ma jinkludux borati separati minn ilma mielaħ naturali; aċidu boriku naturali li fih aktar minn 85 % ta’ H3BO3 ikkalkulat fuq piż xott

Dan it-titlu jinkludi:

1.

kernite u tincal, magħrufin ukoll bħala “burax naturali”;

2.

pandermite u priceite, li huma borati ta’ kalċju;

3.

boracite, li huwa kloroborat tal-manjesju;

4.

aċtu boriku naturali miksub mill-evaporazzjoni ta’ l-ilma li jifdal wara l-kondensazzjoni ta’ fwar naturali li joħroġ mill-art f’ċertu reġjuni (is-soffjoni Taljani), jew permezz ta’ l-ilma li jevapora minn sorsi taħt l-art ta’ dawn ir-reġjuni, sakemm dan ma fihx aktar minn 85 % ta’ H3BO3 kalkulat fuq il-piż niexef. Madanakollu, aċtu boriku li fih iżjed minn 85 % ta’ H3BO3 huwa klassifikat f’titlu 2810 00.

Dan it-titlu ma jkoprix boratu ta’ sodju (burax irfinat) miksub bi trattament kimiku ta’ kernite jew tincal jew il-borati ta’ sodju miksubin permezz ta’ l-evaporazzjoni ta’ ilma mielaħ kumplikat minn ċertu għadajjar melħin (titlu 2840).

2530

Sustanzi minerali mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

2530 10 00

Vermikulit, perlit u kloriti, mhux espanduti

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2530, parti (d), paragrafu (3).

2530 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2530, partijiet (A), (B), (Ċ) u (D) (ħlief (D), paragrafu (3)).

KAPITLU 26

MINERALI (ORES), GAGAZZA U RMIED

2620

Gagazza, irmied u fdal (ħlief mill-manifattura tal-ħadid jew ta’ l-azzar), li fihom metalli, arseniku jew il-komposti tagħhom

2620 11 00

Żingu iebes mhux pur ( spelter )

Żingu iebes mhux pur huwa fdal minn banjijiet ta’ l-iggalvanizzar u huwa spiss imsejjaħ bħala matte tal-galvanizzazzjoni. Hemm żewġ tipi prinċipali:

1.

Mattes minn galvanizzazzjoni tqila li huma prodotti tal-metall ta’ komposizzjoni li tvarja ħafna u mhux omoġenja, li ddub inqas faċilment u hija iktar densa miż-żingu, u li toqgħod fil-qiegħ tal-banjijiet taż-żingu likwidu matul il-galvanizzazzjoni ta’ folji, wajers, pajpijiet, eċċ. ta’ l-azzar, f’żingu mdewweb.

Dawn il-mattes jinġabru mill-banju f’pejst magħqud u jkunu ffurmati fil-forma ta’ folji jew ċangaturi, li jista’ jkollhom dehra mhux lixxa, jew anki qisha sponża.

Huma fihom, mill-piż, minn 2 sa 5 % ta’ ħadid. Il-kontenut ta’ żingu tagħhom ivarja minn 92 sa 94 % mill-piż. Il-kontenut ta’ aluminju tagħhom huwa ġeneralment baxx u ma jaqbiżx 0,2 sa 0,3 % mill-piż.

2.

Mattes minn galvanizzazzjoni ħafifa jew “mattes tal-wiċċ” li huma prodotti tal-metall minn xkumar kontinwu tal-banjijiet ta’ galvanizzazzjoni permezz tal-proċess Senzimir, li ma fihx flux.

Dawn il-mattes, li huma inqas densi miż-żingu, jitilgħu mal-wiċċ tal-banjijiet. Meta jittellgħu mill-banjijiet f’pejst magħqud u jkunu ffurmati f’ċangaturi, dawn ikollhom apparenza inqas irregolari minn dawk imsemmijin hawn fuq.

Il-kontenut ta’ ħadid tagħhom huwa baxx ħafna, ġeneralment inqas minn 0,5 % mill-piż. Il-kontenut ta’ aluminju tagħhom huwa ħafna ogħla: 1 sa 2 % mill-piż. Il-kontenut ta’ żingu tagħhom huwa ta’ madwar 98 % mill-piż.

Dawn m’għandhomx ikunu mħawwdin ma’ ligi taż-żingu (titlu 7901), li jagħmlu mill-piż ġeneralment minn 3 sa 5 % ta’ aluminju u jista’ jkun fihom sa 3 % mill-piż ta’ ram, iżda li jżommu ma’ ħtiġijiet tekniċi speċifiċi, filwaqt li l-komposizzjoni ta’ mattes taż-żingu hija tali li huma jistgħu jkunu użati b’mod utli biss għal metalluġija jew għal trasformazzjoni kimika.

2620 19 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

mattes minn irfinar; li jittellgħu mill-qiegħ tal-banjijiet li jirfinaw żingu mhux proċessat. Dawn fihom mill-piż minn 4 sa 8 % ta’ ċomb u sa 6 % ta’ ħadid;

2.

gagazza u rmied taż-żingu, li jikkonsistu f’żingu (minn 65 sa 70 % mill-piż) u ossidu taż-żingu b’karbonju u impuritajiet oħrajn;

3.

ragħwa taż-żingu li tikkonsisti f’żingu metalliku, klorju taż-żingu u klorju ta’ l-ammonja, ossidu taż-żingu u ossidu tal-ħadid, imtella’ mill-wiċċ tal-banjijiet tal-galvanizzazzjoni jew minn tankijiet li jdewbu ż-żingu antik;

4.

tajn taż-żingu li huwa fdal minn ċertu industriji li jużaw iż-żingu bħala aġent li jirriduċi;

5.

ħmieġ taż-żingu miksub bħala fdal mill-manifattura ta’ ossidu taż-żingu minn mattes taż-żingu; huma fihom f’dak il-mument madwar 60 % ta’ żingu mill-piż, il-bilanċ jikkonsisti f’ħadid u impuritajiet oħrajn;

6.

fdalijiet minn ossidu taż-żingu, estratti minn gassijiet matul il-proċessar mill-ġdid ta’ diversi metalli jew ligi bħal ram isfar. Dawn l-ossidi li jibqgħu m’għandhomx ikunu mħalltin ma’:

greys taż-żingu (subtitlu 3206 49 70) li huma ossidi taż-żingu xejn puri magħmulin fil-forma ta’ trab ta’ kulur u finezza omoġenji u li jistgħu jintużaw bħala sustanzi li jagħtu l-kulur;

porvli taż-żingu, miksub mill-atomizzazzjoni ta’ żingu imdewweb (subtitlu 7903 90 00), jew trab taż-żingu, li fih mill-piż minn 80 sa 94 % ta’ żingu metalliku, irkuprat minn strat ta’ ossidu taż-żingu (subtitlu 7903 10 00).

2620 21 00

Tjun biċ-ċomb tal-gażolina u tjun biċ-ċomb ta’ komposti kontra l-ħsejjes bl-iskossi ( anti-knock )

Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu.

Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2620, tieni paragrafu, (10).

2620 60 00

Li fihom arseniku, merkurju, tallju jew taħlitiet tagħhom, ta’ kwalita’ użata għall-estrazzjoni ta’ l-arseniku jew dawk il-metalli jew għall-manifattura tal-komposti kemikali tagħhom

Ara n-Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu.

2620 91 00

Li fihom antimonju, berillju, kadmju, kromju jew taħlitiet tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2620, tieni paragrafu, (13).

2621

Gagazza u rmied oħrajn, inklużi rmied ta’ l-alka ( kelp ); irmied u fdal mill-ħruq ta’ skart muniċipali

2621 10 00

Irmied u fdal mill-ħruq ta’ skart muniċipali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2621, tieni paragrafu, (5).

KAPITLU 27

KARBURANTI MINERALI, ŻJUT MINERALI U PRODOTTI TAD-DISTILLAZZJONI TAGĦHOM; SUSTANZI BITUMINUŻI; XEMGĦAT MINERALI

Ġenerali

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, it-terminu “metodu ASTM” jfisser il-metodi stipulati mis-Soċjeta Amerikana għal Testjar u Materjali.

Nota 2

Il-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi għandu jkun determinat bil-metodi li ġejjin:

prodotti b’punt ta’ tmiem ta’ distillazzjoni li ma jaqbiżx 315 °Ċ: metodu EN 15553;

prodotti b’punt ta’ tmiem ta’ distillazzjoni li jaqbeż 315 °Ċ: ara Anness A għan-Noti ta’ Spjega għal dan il-kapitlu.

Nota addizzjonali 5

1.

Għandu jkun innutat li, ħlief kif jingħad f’Nota addizzjonali 5 (n), l-eżenzjoni tapplika għall-prodotti kollha użati fil-proċess speċifiku.

Għaldaqstant, fejn prodotti ta’ żejt mhux raffinat huwa soġġett, pereżempju, għal alkilizzazzjoni jew polimerizzazzjoni, dik il-parti li ma tkunx trasformata effettivament (alkilizzata jew polimerizzata) tgawdi ukoll mill-eżenzjoni.

2.

F’każi fejn it-trattament preliminarju kien meħtieġ qabel “proċess speċifiku” (ara l-aħħar paragrafu ta’ Nota addizzjonali 5) żewġ kundizzjonijiet għandhom jintlaħqu sabiex jinkiseb il-benefiċċju ta’ l-eżenzjoni:

(a)

il-prodott importat għandu jkun soġġett effettivament għal “proċess speċifiku”, pereżempju, qsim;

(b)

it-trattament preliminarju għandu jkun meħtieġ għall-“proċess speċifiku”;

Dawn li ġejjin partikolarment jitqiesu bħala trattamenti preparatorji meħtieġa għal prodotti intiżi li jgħaddu minn “proċess speċifiku”:

(a)

tneħħija ta’ gassijiet;

(b)

tneħħija ta’ ilma;

(ċ)

tneħħija ta’ ċertu prodotti ħfif jew tqal li jistgħu ifixklu l-ipproċessar;

(d)

tneħħija jew konverżjoni ta’ mercaptans (trattib jew jagħti l-ħlewwa), jew ta’ komposti oħra tal-kubrit jew ta’ komposti oħra li jistgħu jaffetwaw l-ipproċessar;

(e)

newtralizzazzjoni;

(f)

decantation;

(g)

tneħħija ta’ melħ.

Kwalunkwe prodotti li jistgħu jkunu miksubin matul il-kors ta’ trattament preparatorju iżda li ma jgħaddux minn proċess speċifiku jistgħu jaqgħu taħt dazji tad-dwana li huma applikabbli għal prodotti “għal għanijiet oħrajn”, skond it-tip u l-valur ta’ l-oġġetti impurtati u fuq il-bażi tal-piż nett tal-prodotti b’hekk miksubin.

Nota addizzjonali 5 (a)

Distillazzjoni permezz ta’ vakwu tfisser distillazzjoni taħt pressa li ma taqbiżx 400 mbar, imkejlin mir-ras tal-kolonna.

Nota addizzjonali 5 (b)

Distillazzjoni mill-ġdid permezz ta’ proċess ta’ taqsim fi frazzjonijiet iebes ħafna jfisser distillazzjoni (ħlief topping) permezz ta’ proċess kontinwu jew ta’ ċertu numru użat f’installazzjonijiet industrijali bl-użu ta’ distillati ta’ subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 48, 2711 11 00, 2711 12 91 sa 2711 19 00, 2711 21 00 u 2711 29 00 (ħlief propan ta’ purita’ ta’ 99 % jew aktar) biex jinkisbu:

1.

idrokarbonji ta’ purita’ għolja iżolati (90 % jew aktar fil-każi ta’ olefini u 95 % jew aktar fil-każi ta’ idrokarbonji oħrajn), taħlit ta’ isomeri li għandhom l-istess komposizzjoni organika li jitqiesu bħala idrokarbonji iżolati.

Dawk il-proċessi biss li permezz tagħhom għallinqas tliet prodotti differenti jinkisbu huma aċċettabli, iżda din ir-restrizzjoni ma tapplikax f’kull mument fejn il-proċess jikkonsisti fis-separazzjoni ta’ isomeri. Sa fejn dan jikkonċerna ksilini, etile benżin huwa inkluż ma’ isomeri ta’ ksilini;

2.

prodotti ta’ subtitli 2707 10 00 sa 2707 30 00, 2707 50 00 u 2710 12 11 sa 2710 19 48;

(a)

mingħajr ebda qbiż tal-punt ta’ tgħolija ta’ l-aħħar ta’ frazzjoni waħda u l-punt ta’ tgħolija tal-bidu tal-frazzjoni li jmiss u b’differenza ta’ mhux aktar minn 60 °Ċ bejn it-temperaturi li fihom 5 u 90 % mill-volum (inkluż telf) jkunu distillati bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86);

(b)

bi qbiż tal-punt ta’ tgħolija ta’ l-aħħar ta’ frazzjoni waħda u l-punt ta’ tgħolija tal-bidu tal-frazzjoni li jmiss u b’differenza ta’ mhux aktar minn 60 °Ċ bejn it-temperaturi li fihom 5 u 90 % mill-volum (inkluż telf) jkunu distillati bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86);

Nota addizzjonali 5 (ċ)

Qsim huwa proċess industrijali għall-modifikazzjoni ta’ l-istruttura kimika ta’ prodotti ta’ żejt mhux raffinat permezz tat-tkissir tal-molekuli permezz ta’ sħana, bi pressa jew le u bl-assistenza ta’ katalizzatur jew le, li b’hekk jipproduċi, partikolarment, taħlit ta’ idrokarbonji eħfef li jistgħu jkunu likwidi jew gassijiet f’temperaturi u pressa normali.

Il-proċessi ta’ qsim prinċipali huma:

1.

qsim permezz ta’ sħana;

2.

qsim permezz ta’ katalizzatur;

3.

qsim permezz ta’ fwar sabiex jinkisbu idrokarbonji gassużi;

4.

qsim permezz ta’ l-ilma (qsim u idroġenizzazzjoni);

5.

tneħħija ta’ idroġenu;

6.

tneħħija ta’ alkili;

7.

kokkjar;

8.

visbreaking.

Nota addizzjonali 5 (d)

Riformar huwa l-ipproċessar bis-sħana jew permezz ta’ katalizzatur ta’ żjut ħfief jew medji biex ikun miżjud il-kontenut tagħhom ta’ aromatiċi. Riformar permezz ta’ katalizzatur jintuża, pereżempju, biex jikkonverti żjut ħfief minn distillazzjoni dritta fi żjut ħfief b’numru ottan ogħla (b’kontenut ogħla ta’ idrokarbonji aromatiċi) jew f’taħlita ta’ idrokarbonji li fihom benżina, toluwina, ksilini, etile benżin, eċċ.

Il-proċessi ta’ riforma permezz ta’ katalizzatura prinċipali huma dawk li jużaw platinu bħala katalizzatur.

Nota addizzjonali 5 (e)

Estrazzjoni permezz ta’ solventi selettivi huwa l-proċess ta’ separazzjoni ta’ gruppi ta’ prodotti bi strutturi molekolari differenti permezz ta’ sustanzi li għandhom effett solventi preferenzjali (pereżempju, furfural, fenol, dikloroetile etere, anidride tal-kubrit, nitrobenżina, urea u uħud mid-derivattivi tagħha, aċetun, propan, etile metil keton, isobutil metil keton, glikol, N-metile morfolina).

Nota addizzjonali 5 (g)

Polimerizzazzjoni huwa l-proċess industrijali, kemm jekk jinvolvi l-użu ta’ sħana jew l-użu ta’ katalizzatur jew le, li permezz tagħhom idrokarbonji mhux saturati jiffurmaw il-polimeri jew kopolimeri tagħhom.

Nota addizzjonali 5 (h)

Alkalizzazzjoni tfisser kwalunkwe reazzjoni bis-sħana jew permezz ta’ katalizzatur li fiha idrokarbonji mhux saturati jingħaqdu ma’ kwalunkwe idrokarbonji oħra, partikolarment, isoparaffini u aromatiċi.

Nota addizzjonali 5 (ij)

Isomerizzazzjoni hija r-riforma ta’ l-istruttura tal-kostitwenti ta’ prodotti minn żejt mhux raffinat mingħajr ma tinbidel il-komposizzjoni grossa tagħhom.

Nota addizzjonali 5 (l)

Dawn li ġejjin huma eżempji tat-titneħħa x-xema għall-għanijiet ta’ din in-Nota Addizzjonali:

1.

titneħħa x-xema permezz ta’ tkessiħ (b’solventi jew le);

2.

trattament mikrobioloġiku;

3.

titneħħa x-xema permezz ta’ urea;

4.

trattament ta’ għarbil molekolari.

Nota addizzjonali 5 (n)

Distillazzjoni atmosferika tfisser distillazzjoni li ssir fi pressa ta’ madwar 1  013 mbar, mkejla mir-ras tal-kolonna.

Nota addizzjonali 6

1.

“Trasformazzjoni kimika” tfisser kwalunkwe operazzjoni għall-modifikazzjoni molekolari ta’ wieħed jew aktar mill-kostitwenti ta’ prodott magħmul minn żejt mhux raffinat li għaddej minn proċessar.

Is-sempliċi taħlit ta’ prodott ta’ żejt mhux raffinat ma’ prodott ieħor, kemm jekk magħmul ukoll minn żejt mhux raffinat jew le, ma jitqiesx bħala “trasformazzjoni kimika”. L-inkorporazzjoni ta’ spirtu abjad f’żebgħa, pereżempju, jew ta’ żejt bażi f’linka għall-ipprintjar, ma titqiesx li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “trasformazzjoni kimika”. Dan huwa l-każ ukoll ma’ l-użi kollha ta’ prodotti magħmulin minn żejt mhux raffinat bħala solventi jew karburanti.

2.

Eżempji ta’ “trasformazzjonijiet kimiċi”:

(a)

trattament b’aloġeni jew komposti ta’ aloġeni:

(i)

reazzjoni ma’ propilene preżenti f’żejt mhux raffinat fil-forma ta’ gass sabiex jinkisbu derivattivi organiċi (pereżempju, biex jinkiseb ossidu tal-propilene);

(ii)

trattament ta’ frazzjonijiet ta’ żejt mhux raffinat (spirtu tal-muturi, kerosin, żejt gass), paraffini, xemgħat ta’ żejt mhux raffinat jew fdal paraffiniku bi klorju jew komposti ta’ klorju sabiex jinkisbu kloroparaffini;

(b)

trattament ma’ bażijiet (pereżempju, sodju, potassju, idrossidi ta’ l-ammonja) sabiex jinkisbu aċti nafteniċi;

(ċ)

trattament b’aċtu sulforiku jew bl-anidride tiegħu:

(i)

sabiex jinkisbu sulfonati;

(ii)

biex ikun estratt jew jinkiseb isobutilene;

(iii)

għas-sulfonifikazzjoni ta’ żjut gassijiet u żjut lubrikanti.

Żejt miżjud wara sulfonifikazzjoni m’huwiex eliġibbli għal eżenzjoni;

(d)

sulfoklorinazzjoni;

(e)

idratazzjoni, partikolarment għall-kisba ta’ alkoħols bil-modifikazzjoni ta’ idrokarbonji mhux saturati preżenti fi frazzjonijiet ta’ żejt mhux raffinat gassużi;

(f)

trattament b’anidride malejku, partikolarment trattament ta’ butadiene mħallat ma’ żejt mhux raffinat fil-forma ta’ gass li fih erba’ atomi tal-karbonju sabiex jinkiseb aċtu tetraidroftaliku;

(g)

trattament b’fenoli, pereżempju, reazzjoni ta’ olefini ta’ żejt mhux raffinat ma’ fenoli fil-preżenza ta’ katalizzatur sabiex jinkisbu alkilifenoli;

(h)

ossidazzjoni:

(i)

ossidazzjoni ta’ żjut tqal sabiex jinkiseb bitum ta’ subtitlu 2713 20 00;

(ii)

ossidazzjoni ta’ kwalunkwe prodott ta’ żejt mhux raffinat sabiex jinkisbu prodotti kimiċi aktar kumplikati bħal aċti, aldeidi, keton, alkoħols; pereżempju, ossidazzjoni ta’ frazzjonijiet ħfief taħt sħana u pressa biex jinkisbu aċti aċetiċi, formiċi, propjoniċi u suċċiniċi;

(ij)

tneħħija ta’ idroġenu, eż., ta’:

(i)

idrokarbonji nafteniċi biex jinkisbu idrokarbonji aromatiċi (pereżempju, benżol);

(ii)

idrokarbonji paraffiniċi biex jinkisbu olefini likwidi kif użati, pereżempju, fil-manifattura ta’ alkili benżini biodegradabbli;

(k)

oxo synthesis;

(l)

inkorporazzjoni irreversibbli ta’ żjut tqal f’polimeri għoljin (pereżempju, f’latex ta’ gomma naturali jew sintetika, gomma butil, polisterin);

(m)

manifattura ta’ prodotti ta’ titlu 2803;

(n)

għoti ta’ nitrati biex jinkisbu derivattivi nitrati;

(o)

trattament bijoloġiku ta’ ċertu frazzjonijiet ta’ żejt mhux raffinat li fihom paraffini-n biex jinkisbu proteini jew prodotti organiċi kumplikati oħrajn.

 

2701

Faħam; briquettes , ovojdi u karburanti simili solidi manifatturati mill-faħam

Dawk il-karburanti magħrufin għan-negozju fi Spanja bħal “lignite iswed” u li jiġu minn distretti fejn jinqata’ l-faħam f’Teruel, Mequinenza, Pirenaica u Baleares jitqiesu li huma faħam ta’ dan it-titlu.

2701 12 10

Faħam għal kokk

Faħam għal kokk fih bejn 19 u 41 % ta’ kostitwenti volatili.

2702

Lignite , mgħaqqad jew le, ħlief ġett

Lignites jaqbdu fi fjamma twila iżda friska, jagħtu duħħan iswed qawwi. Tipi komunement distinti huma: lignites fibrużi li l-ksur tagħhom jixbaħ l-apparenza fibruża ta’ l-injam oriġinali u li għandhom kontenut ta’ ndewwa għoli (sa 50 %); lignites komuni, jew ta’ l-art, kannella jew suwed, li fihom inqas ilma mit-tip fibruż (madwar 15 %) u li juru kisra qisha ta’ l-art; lignites bituminużi, ħoxnin li jirtabu meta msaħħnin u li għalhekk huma tajbin ħafna għal briquetting; lignites qishom tax-xemgħa, li għandhom ksur qisu tax-xemgħa u b’kontenut għoli ta’ xemgħa.

Dan it-titlu ma jinkludix karburanti magħrufin għan-negozju fi Spanja bħal “lignite iswed” u li jiġu minn distretti fejn jinqata’ l-faħam f’Teruel, Mequinenza, Pirenaica u Baleares (titlu 2701).

2704 00

Kokk u semi-kokk tal-faħam, ta’ lignite u tal-pît, mgħaqqad jew le; karbonju ta’ l-istorta

2704 00 10

Kokk u semi-kokk tal-faħam

Kokk ivarja minn faħam għax dan jinħaraq kważi mingħajr fjamma u jżomm il-porożita’ u l-permeabbilita’ ta’ gass wara l-ħruq. Dan ma jdubx bis-sħana, huwa aktar iebes, fih inqas kubrit u iżjed karbonju. Bil-kontra ta’ kokk li huwa magħmul minn karbonizzazzjoni ta’ faħam f’temperatura għolja (1  000 sa 1  200 °Ċ), mingħajr provvista ta’ arja, semi-kokk huwa magħmul mill-karbonizzazzjoni ta’ faħam (bi provvista ta’ arja imnaqqsa) f’temperatura ta’ madwar 450 u 700 °Ċ.

Dan is-subtitlu jkopri kokk u semi-kokk ta' faħam użat fil-manifattura ta' elettrodi ġeneralment intiżi għall-produzzjoni ta' ligi tal-ħadid. Il-kokk u semi-kokk ta' dan is-subtitlu huma partikolarment puri (kontenut ta' rmied baxx ħafna) u huma ġeneralment fil-forma ta' għoqol żgħar.

Dan is-subtitlu jinkludi kokk gass (prodott żejjed mill-produzzjoni ta’ gass) u kokk u semi-kokk tal-funderija preparati speċjalment għal użu fl-industrija tal-metallurġija (kokk tal-blast furnace) li, bil-kontra ta’ kokk gass, huwa prodott iebes u li jiflaħ fil-forma ta’ għoqol kbar li għandhom apparenza qisha tal-fidda.

2704 00 30

Kokk u semi-kokk tal- lignite

Lignites m’humiex tajbin għall-produzzjoni ta’ kokk permezz ta’ karbonizzazzjoni f’temperatura għolja. Madanakollu, karbonizzazzjoni f’temperatura baxxa jagħti semi-kokk għal użu bħala karburant mingħajr duħħan li huwa poruż, ileqq, nadif għall-maniġġar u jaqbad u jinħaraq mill-ewwel.

2704 00 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri:

1.

prodotti miksubin mill-karbonizzazzjoni ta’ pît; huma jagħtu riħa qawwija tinten mal-ħruq u jintużaw prinċipalment fi fran industrijali;

2.

karbonju retort (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2704, raba’ u ħames paragrafi).

2707

Żjut u prodotti oħrajn mid-distillazzjoni ta’ qatran tal-faħam f’temperatura għolja; prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak kostitwenti mhux aromatiċi

Rigward id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi, ara n-Noti ta’ spjega għal Nota 2 għal dan il-kapitlu.

2707 10 00

Benżol (benżina)

Ara Nota 3 għas-subtitli għal dan il-kapitlu.

Dawn is-subtitli jkopru biss benżol (benżina) ta’ purita’ bil-piż ta’ inqas minn 95 %. Benżol (benżina) ta’ purita’ bil-piż ta’ 95 % jew iżjed jaqa’ f’subtitlu 2902 20 00.

2707 20 00

Toluol (toluwina)

Ara Nota 3 għas-subtitli għal dan il-kapitlu.

Dawn is-subtitli jkopru biss toluol (toluwina) ta’ purita’ bil-piż ta’ inqas minn 95 %. Toluol (toluwina) ta’ purita’ bil-piż ta’ 95 % jew iżjed jaqa’ f’subtitlu 2902 30 00.

2707 30 00

Ksilol (ksilini)

Ara Nota 3 għas-subtitli għal dan il-kapitlu.

Dawn is-subtitli jkopru biss ksilol (ksilini) ta’ purita’ bil-piż ta’ inqas minn 95 % (orto-, meta-, jew para-isomeri ta’ ksilol (ksilini), separati jew imħalltin), kif aċċertat permezz ta’ kromatografija tal-gass. Ksilol (ksilini) ta’ purita’ bil-piż ta’ 95 % jew iżjed jaqa’ f’subtitlu 2902 30 00.

2707 40 00

Naftalina

Ara Nota 3 għas-subtitli għal dan il-kapitlu.

Dawn is-subtitli jkopru biss naftalina li l-punt ta’ kristallizzazzjoni tagħha, kif aċċertat mill-metodu deskritt f’Anness B tan-Noti ta’ spjega għal dan il-kapitlu, huwa taħt 79,4 °Ċ. Jekk il-prodott għandu punt ta’ kristallizzazzjoni ta’ 79,4 °Ċ jew aktar, dan jaqa’ f’subtitlu 2902 90 00.

Dan is-subtitlu ma jkoprix omologi tan-naftalina (subtitli 2707 50 00, 2707 91 00 sa 2707 99 99, 2902 90 00 jew 3817 00 80).

2707 50 00

Taħlitiet aromatiċi oħrajn ta’ idrokarbonji li minnhom 65 % jew aktar bil-volum (inkluż telf) jiddistilla f’250 °Ċ bil-metodu ASTM D 86

Dawn is-subtitli jkopru taħlitiet ta’ idorkarbonji fejn aromatiċi, ħlief benżina, toluwina, ksilina jew naftalina jippredominaw u li 65 % minnhom jew iżjed mill-volum (inkluż telf) jiddistillaw sa 250 °Ċ bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86).

2707 99 11 u 2707 99 19

Żjut mhux raffinati

Dawn is-subtitli jkopru:

1.

Il-prodotti miksubin mill-ewwel distillazzjoni ta’ qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja.

Dan il-qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja huwa ġeneralment magħmul fi pjanti ta’ kokkjar f’funderiji f’temperatura li taqbeż 900 °Ċ. Il-prodotti mid-distillazzjoni ta’ dan il-qatran ma fihx biss idrokarbonji bi predominanza mill-piż ta’ idrokarbonji aromatiċi iżda ukoll komposti ta’ nitroġenu, ossiġnu u kubrit u spiss ħafna impuritajiet. Dawn il-prodotti s-soltu jeħtieġu aktar proċessar qabel l-użu;

2.

Prodotti simili li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak ta’ kostitwenti mhux aromatiċi.

“Prodotti simili” tfisser dawk li fihom komposizzjoni b’mod kwantitattiv simili għal dik tal-prodotti deskritti f’oġġett 1 hawn fuq.

Madanakollu, dawn jista’ jkollhom proporzjon ikbar ta’ idrokarbonji alifatiċi u nafteniċi u proporzjoni iżgħar ta’ idrokarbonji aromatiċi polinukleari mill-prodotti deskritti f’oġġett 1 hawn fuq.

Dawk il-prodotti biss li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi jaqgħu f’dawn is-subtitli.

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll żjut miksubin permezz tat-tneħħija ta’ benżol wara ħasil tal-gass prodott matul l-ikkokkjar ta’ faħam.

2707 99 20

Uċuħ bil-kubrit; antraċene

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “uċuħ bil-kubrit” tfisser biss dawk il-prodotti ħfief miksubin matul il-kors ta’ l-ewwel distillazzjoni ta’ żjut mhux raffinati minn qatran, li fihom komposti tal-kubrit (pereżempju, disulfid tal-karbonju, mercaptans, thiophen), u idrokarbonji bi predominanza ta’ idrokarbonji mhux aromatiċi, li minnhom 90 % jew aktar mill-volum jiddistillaw f’temperatura ta’ taħt 80 °Ċ.

Antraċene ta' dan is-subtitlu huwa s-soltu fil-forma ta' tajn jew pejst li ġeneralment fih phenanthrene, carbazole u kostitwenti aromatiċi oħrajn. Is-subtitlu jkopri biss antraċene ta' purita' mill-piż ta' inqas minn 90 %. Antraċene ta' purita' mill-piż ta' inqas minn 90 % jew aktar jaqa' f'subtitlu 2902 90 00.

2707 99 50

Prodotti bażiċi

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, prodotti bażiċi huma prodotti aromatiċi u/jew eteroċikliċi b’funzjoni nitroġena bażika.

Is-subtitlu jkopri, partikolarment, bażijiet piridini, kwinolini, akridini u anilini (inkluż taħlit tagħhom). Dawn huma derivati prinċipalment minn piridina, kwinolina, akridina u anilina u l-omologi tagħhom.

Fost il-prodotti bażiċi li jaqgħu f’dan is-subtitlu hemm:

1.

piridina ta’ purita’ bil-piż ta’ inqas minn 95 %. Piridina ta’ purita’ bil-piż ta’ 95 % jew iżjed taqa’ f’subtitlu 2933 31 00;

2.

metilpiridina (pikolina), 5-etile-2-metilpiridina (5-etile-2-pikolina), 2-vinilpiridina, ta’ purita’ bil-piż ta’ inqas minn 90 % (kif aċċertat minn kromatografija tal-gass). Jekk il-kontenut mill-piż huwa ta’ 90 % jew aktar, dawn il-prodotti jaqgħu f’subtitlu 2933 39;

3.

kwinolina ta’ purita’ ta’ inqas minn 95 % kalkolata mill-piż tal-prodott anidride (aċċertat minn kromatografija tal-gass). Jekk il-purita’ m’hijiex inqas minn 95 %, dan il-prodott jaqa’ f’subtitlu 2933 49 90;

4.

akridina ta’ purita’ ta’ inqas minn 95 % kalkolata mill-piż fuq il-prodott anidride (kif aċċertat minn kromatografija tal-gass). Jekk il-purita’ m’hijiex inqas minn 95 %, dan il-prodott jaqa’ f’subtitlu 2933 99 80.

Dan is-subtitlu ma jkoprix melħ ta’ kwalunkwe mill-prodotti bażiċi deskritti (titlu 2933 jew 3824).

2707 99 80

Fenoli

Ara Nota addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu jkopri:

1.

fenoli miksubin permezz tad-distillazzjoni ta’ qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja, u prodotti simili oħrajn li fihom il-piż tal-kostitwenti aromatiċi jaqbeż dak tal-kostitwenti mhux aromatiċi.

Madanakollu, melħ fenol huwa eskluż minn dan is-subtitlu (ġeneralment titlu 2907 jew subtitlu 3824 90 93);

2.

Kresoli (isomeri waħedhom jew imħalltin) li fihom bil-piż inqas minn 95 % ta’ kresoli, isomeri tal-kresol kollha meqjusin flimkien (kif aċċertat permezz ta’ kromatografija tal-gass). Jekk il-kontenut mill-piż huwa 95 % jew iżjed, dawn il-prodotti jaqgħu f’subtitlu 2907 12 00;

3.

Ksilenoli (isomeri waħedhom jew imħalltin) li fihom bil-piż inqas minn 95 % ta’ ksilenoli, isomeri tal-ksilenol kollha meqjusin flimkien (kif aċċertat permezz ta’ kromatografija tal-gass). Jekk il-kontenut mill-piż huwa 95 % jew iżjed, dawn il-prodotti jaqgħu f’subtitlu 2907 19 10;

4.

fenoli oħra li għandhom wieħed jew aktar ċrieki ta’ benżina b’wieħed jew iżjed radikali idroksil, sakemm dawn m’humiex kimikament definiti fenoli ta’ titlu 2907. Prodott, li wieħed importanti jinnota, huwa fenol (C6H5OH) ta’ purita’ bil-piż ta’ inqas minn 90 %.

2707 99 91 u 2707 99 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru prinċipalment prodotti li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ idrokarbonji.

Dawn il-prodotti jinkludu:

1.

żjut tqal (ħlief mhux raffinati) miksubin mid-distillazzjoni ta’ qatran tal-faħam ta’ temperatura għolja jew prodotti simili għal dawk iż-żjut, sakemm:

(a)

inqas minn 65 % mill-volum jiddistilla sa 250 °Ċ bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86); u

(b)

dawn għandhom numru ta' penetrazzjoni tal-labra ta' 400 jew aktar f' 25 °Ċ bil-metodu EN 1426; u

(ċ)

dawn għandhom karatteristiċi ħlief dawk tal-prodotti ta' titlu 2715 00 00.

 

Dawn il-prodotti għandhom ġeneralment densità ta' aktar minn 1,000 g/cm3 fi 15 °C permezz tal- metodu EN ISO 12185.

Prodotti li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati minn (a) sa (c) hawn fuq għandhom ikunu klassifikati skond il-karatteristiċi tagħhom, pereżempju, subtitli 2707 10 00 sa 2707 30 00, 2707 50 00, titlu 2708, subtitlu 2713 20 00 jew titlu 2715 00 00;

2.

Estratti aromatiċi li m’humiex konformi mal-ħtiġijiet preskritti għal dawk il-prodotti fin-Noti ta’ spjega għal subtitlu 2713 90 10 u 2713 90 90;

3.

Ċertu naftalini u antraċeni omologi bħal etilenaftalini u metilantraċeni, sakemm dawn ma jaqgħux f’titlu 2902.

2709 00

Żjut minerali ( petroleum ) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, mhux raffinati

Dan it-titlu jkopri biss prodotti li fihom proprjetajiet karatteristiċi ta’ żjut mhux raffinati mill-varji sorsi (eż., gravita’ speċifika, kurvi ta’ distillazzjoni, kontenut ta’ kubrit, punt li fih tferrgħu, viskożita’).

2709 00 10

Kondensati ta’ gass naturali

Dan is-subtitlu jinkludi żejt mhux raffinat miksub mill-istabilizzazzjoni, immedjata ma l-estrazzjoni, ta’ gass naturali. Din l-operazzjoni tikkonsisti fl-estrazzjoni ta’ l-idrokarbonji li jistgħu jkunu kondensati li hemm ġol-gass naturali “mxarrab”, prinċipalment permezz ta’ tkessiħ u tneħħija ta’ pressa.

Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2709, tieni paragrafu.

2710

Żjut minerali ( petroleum ) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali ( petroleum ) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu il-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet; żjut għar-rimi

Ara Noti 2 u 3 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ spjega rilevanti.

2710 12 11 sa 2710 19 99

Żjut minerali ( petroleum ) u żjut miksubin minn minerali bituminużi, ħlief dawk mhux raffinati; preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali ( petroleum ) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjoni, minbarra b'bijodiżil u minbarra żjut għar-rimi

Għad-definizzjonijiet ta’ dawn il-prodotti ara Nota 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2710, (I).

Rigward is-subtitli għal prodott intiżi:

li jgħaddu minn proċess speċifiku,

li jgħaddu minn trasformazzjoni kimika,

ara Noti addizzjonali 5 u 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ spjega rilevanti.

I.

Żjut mhux raffinati u żjut miksubin minn minerali bituminużi (ħlief mhux raffinati)

Dan il-grupp ikopri taħlit ta’ isomeri (ħlief sterjoisomeri) ta’ idrokarbonji aċikliċi saturati li fihom inqas minn 95 % ta’ isomeru partikolari jew ta’ idrokarbonji aċikliċi mhux saturati li fihom inqas minn 90 % ta’ isomeru partikolari, dawn il-perċentwali kalkolati fuq il-piż tal-prodott anidride.

Dan il-grupp ikopri wkoll isomeri separati ta’ l-idrokarbonji msemmijin hawn fuq li għandhom purita’ ta’ inqas minn 95 % u 90 %, rispettivament, mill-piż.

Dan il-grupp ikopri biss żjut mhux raffinati u żjut minn minerali bituminużi:

1.

li għandhom punt ta’ kristallizzazzjoni, kif imkejjel bil-metodu ASTM D 938 metodu ekwivalenti għall-ISO 2207, taħt 30 °Ċ; jew

2.

li għandhom punt ta’ kristallizzazzjoni ta’ 30 °Ċ jew iktar u

(a)

densita’ ta’ inqas minn 0,942 g/ċm3 f’ 70 °Ċ bil-metodu EN ISO 12185 u penetrazzjoni ta’ kon maħdum, kif imkejjel bil-metodu ASTM D 217 metodu ekwivalenti għall-ISO 2137, ta’ għallinqas 350 f’ 25 °Ċ; jew

(b)

densita’ minima ta’ 0,942 g/ċm3 f’ 70 °Ċ bil-metodu EN ISO 12185 u penetrazzjoni ta’ labra, kif imkejjel bil-metodu EN 1426, ta’ għallinqas 400 f’ 25 °Ċ.

 

Għall-għanijiet ta’ paragrafu (I) hawn fuq, żjut mhux raffinati u żjut miksubin minn minerali bituminużi għandhom ukoll jitqiesu li jinkludu żjut li magħhom kienu miżjudin kwantitajiet żgħar ħafna ta’ diversi sustanzi , pereżempju, bħala additivi biex itejbu l-kwalita’ jew riħa, tracers, jew aġenti li jagħtu l-kulur.

Ara ukoll id-dijagramma t’hawn taħt:

 

Kriterji ta’ distinzjoni għal ċertu prodotti minn żejt mhux raffinat għal subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99 u ta’ titli 2712 u 2713 (ħlief preparazzjonijiet ta’ subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99 )

Image

 

II.

Preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, li fihom 70 % jew aktar tal-piż żjut minerali (petroleum) jew żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjoni, minbarra b'bijodiżil

Biex ikunu klassifikati f’dawn is-subtitli, preparazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

il-proporzjon mill-piż ta’ żjut mhux raffinati jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi, kif definit f’parti I hawn fuq, għandu jkun ta’ 70 % jew aktar.

Dan il-proporzjon huwa dak determinat permezz ta’ analiżi u mhux skond il-kwantita’ ta’ materjal miżjud.

2.

huma m’għandhomx ikunu la speċifikati u lanqas inklużi imkien ieħor;

3.

żjut mhux raffinati jew żjut miksubin minn minerali bituminużi f’taħlit, għandhom ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjoni, jiġifieri, il-kostitwenti essenzjali rigward l-użu.

Il-preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli ma jinkludux:

(a)

żebgħa u verniċ (titli 3208, 3209 u 3210 00);

(b)

preparazzjonijiet tas-sbuħija u kosmetiċi bbażati fuq żjut minerali (ġeneralment titli 3304 jew 3307).

(ċ)

sulfonati ta’ żejt mhux raffinat (titlu 3402 jew 3824).

Sulfonati ta’ żejt mhux raffinat huma s-soltu fil-forma ta’ sospensjoni f’żejt mhux raffinat jew żejt miksub minn minerali bituminużi. Il-kontenut ta’ sulfonat pur huwa s-soltu tant għoli li jipprekludi użu dirett bħala lubrikant;

(d)

preparazzjonijiet għal polixxjar, preservazzjoni jew inkella għat-trattament ta’ injam, xogħol ta’ żebgħa, metalli, ħġieġ jew materjali oħrajn (prinċipalment titlu 3405);

(e)

disinfettanti, insettiċidi, eċċ., imtellgħin bi kwalunkwe mod, jikkonsistu f’soluzzjonijiet jew dispersjonijiet ta’ ingredjent attiv f’żejt mhux raffinat jew żejt miksub minn minerali bituminużi (titlu 3808);

(f)

kisi preparat għat-tip użat fl-industrija tat-tessut (titlu 3809);

(g)

addittivi preparati għal żjut minerali (imsejħin ukoll dopes) (titlu 3811);

(h)

solventi minn komposti organiċi u thinners (eż. titlu 3814 00);

(ij)

sustanzi li jgħaqqdu għaċ-ċentru ta’ funderija (subtitlu 3824 10 00);

(k)

ċertu preparazzjonijiet kontra s-sadid, partikolarment:

(i)

preparati, pereżempju, minn lanolina (madwar 20 %) f’soluzzjoni ta’spirtu abjad (subtitli 3403 19 10);

(ii)

li fihom amini bħala ingredjenti attivi (subtitlu 3824 90 92).

2710 12 11 sa 2710 12 90

Żjut u preparazzjonijiet ħfief

Ara Nota 4 għas-subtitli għal dan il-kapitlu.

2710 12 21 u 2710 12 25

Spirti speċjali

Ara Nota addizzjonali 2 (a) għal dan il-kapitlu.

2710 12 21

Spirtu abjad

Ara Nota addizzjonali 2 (b) għal dan il-kapitlu.

2710 19 11 sa 2710 19 29

Żjut medji

Ara Nota addizzjonali 2 (ċ) għal dan il-kapitlu.

2710 19 21

Karburant tal-ġett

Din is-subtitlu tkopri fjuwil tal-ġettijiet tat-tip tal-pitrolju. Dan il-fjuwil tal-ġettijiet huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tan-Nota addizzjonali 2 (c) ma' dan il-kapitlu.

Il-profil kromatografiku tal-gass tal-fjuwil tal-ġettijiet tat-tip pitrolju, pereżempju l-aktar fjuwil tal-ġettijiet użat komunament A-1, huwa karatteristiku ta' żejt miksub biss bil-proċess tad-distillazzjoni ta' żejt mhux raffinat. It-tul tal-katina tal-alkani tvarja bejn madwar 10 u 18-il atomu tal-karbonju. Il-medda ta' distillazzjoni skont il-metodu EN ISO 3405 ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86 hija ta' bejn 130 °C sa 300 °C. Il-kontenut aromatiku jista' jkun sa 25 % tal-volum. Il-punt ta' fjammabbiltà tiegħu huwa ġeneralment ogħla minn 38 °C skont il-metodu ISO 13736.

Il-fjuwil tal-ġettijiet jista’ jkun fih l-addittivi li ġejjin: antiossidanti, inibituri tal-korrużjoni, inibituri tal-iffriżar, żebgħat għall-ittraċċar.

Profil kromatografiku tal-gass tal-fjuwil tal-ġettijiet tip A-1 (pitrolju)

SIMDIS ASTM D 2887 Estiż ekwivalenti għal ISO 3924

2

 

Isem il-kampjun:

Fjuwil tal-ġettijiet

 

Meħud:

22.3.2007 5:51:24 PM

 

Ipproċessat:

4.4.2007 12:01:26 PM

 

Fajl tad-dejta:

D070322\011F1101.D

 

Fjala:

1

 

Injezzjoni:

1

 

Punt tat-Togħlija (BP) (°Ċ)

Image

Ħin ta’ Retenzjoni (min)

Ekwivalenti ta' EN ISO 3405 għal korrelazzjoni ASTM D 86 (STP 577)-distribuzzjoni

Volum

PB

Volum

PB

Volum

PB

Volum

PB

Irkuprat %

°Ċ

Irkuprat %

°Ċ

Irkuprat %

°Ċ

Irkuprat %

°Ċ

BP Inizjali (IBP)

139,7

20,0

167,3

70,0

210,1

BP Finali (FBP)

260,7

5,0

153,0

30,0

174,3

80,0

221,5

 

 

10,0

159,4

50,0

190,1

90,0

234,9

 

 

2710 19 25

Oħrajn

Din is-subtitlu tkopri pitrolju għajr fjuwil tal-ġettijiet. Il-pitrolju ta' din is-subintestitura huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tan-Nota addizzjonali 2 (c) għal dan il-kapitlu.

Il-karatteristiċi ta' wħud minn dawn iż-żjut huma l-kontenut aromatiku u l-kontenut ta' olefini baxxi ħafna tagħhom biex jipprevjenu l-formazzjoni ta' ġmied waqt il-kombustjoni.

F'xi każijiet ikun hemm markaturi kimiċi.

Din is-subtitlu teskludi t-taħlitiet ta' pitrolju u żjut minerali oħra jew solventi organiċi.

Profil kromatografiku tal-gass tal-pitrolju b'kontenut aromatiku baxx

SIMDIS ASTM D 2887 Estiż ekwivalenti għal ISO 3924

2

 

Isem il-kampjun:

kerosin b'kontenut aromatiku baxx

 

Meħud:

23.1.2007 10:23:54 PM

 

Ipproċessat:

4.4.2007 12:30:02 PM

 

Fajl tad-dejta:

D070122\006F1001.D

 

Fjala:

6

 

Injezzjoni:

1

 

Punt tat-Togħlija (BP) (°Ċ)

Image

Ħin ta’ Retenzjoni (min)

Ekwivalenti ta' EN ISO 3405 għal korrelazzjoni ASTM D 86 (STP 577)-distribuzzjoni

Volum

PB

Volum

PB

Volum

PB

Volum

PB

Irkuprat %

°Ċ

Irkuprat %

°Ċ

Irkuprat %

°Ċ

Irkuprat %

°Ċ

BP Inizjali (IBP)

193,4

20,0

210,1

70,0

220,1

BP Finali (FBP)

247,3

5,0

201,8

30,0

211,4

80,0

223,4

 

 

10,0

206,2

50,0

214,8

90,0

229,6

 

 

2710 19 29

Oħrajn

Din is-subtitlu tkopri ż-żjut medji minbarra l-pitrolju fis-subtitli 2710 19 21 u 2710 19 25. Iż- żjut ta' din is-subtitlu huma konformi mad-dispożizzjonjiet tan-Nota addizzjonali 2 (c) għal dan il-kapitlu.

Eżempju ta' dawn iż-żjut hija l-n-paraffina.

Il-profil kromatografiku tal-gass ta’ n -paraffin

SIMDIS ASTM D 2887 Estiż ekwivalenti għal ISO 3924

2

 

Isem il-kampjun:

n-Paraffin 10-13

 

Meħud:

23.1.2007 12:59:27 PM

 

Ipproċessat:

4.4.2007 12:30:02 PM

 

Fajl tad-dejta:

D070122\008F1301.D

 

Fjala:

86

 

Injezzjoni:

1

 

Punt tat-Togħlija (BP) (°Ċ)

Image

Ħin ta’ Retenzjoni (min)

Tabella tad-distribuzzjoni BP - Persentaġġ

Piż

PB

Piż

PB

Piż

PB

Piż

PB

Irkuprat %

°Ċ

Irkuprat %

°Ċ

Irkuprat %

°Ċ

Irkuprat %

°Ċ

IBP

172,4

30,0

199,2

60,0

219,6

90,0

239,2

5,0

174,8

35,0

199,6

65,0

220,2

95,0

240,0

10,0

176,0

40,0

200,4

70,0

220,8

FBP

254,4

15,0

188,2

45,0

200,8

75,0

221,8

 

 

20,0

197,2

50,0

217,4

80,0

237,0

 

 

25,0

198,4

55,0

218,8

85,0

238,2

 

 

2710 19 31 sa 2710 19 99

Żjut ħoxnin

Ara Nota addizzjonali 2 (d) għal dan il-kapitlu.

2710 19 31 sa 2710 19 48

Żjut tal-gass

Ara Nota addizzjonali 2 (e) għal dan il-kapitlu.

2710 19 51 sa 2710 19 68

Żjut karburanti

Ara Nota addizzjonali 2 (f) għal dan il-kapitlu u d-dijagramma t’hawn taħt għall-karatteristiċi ta’ żjut karburanti:

 

Image

2710 19 71 sa 2710 19 99

Żjut lubrikanti; żjut oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru żjut tqal kif definiti f’Nota addizzjonali 2 (d) għal dan il-kapitlu sakemm dawn iż-żjut ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati f’Nota addizzjonali 2 (e) (żjut tal-gass) jew 2 (f) (żjut tal-gass) għal dan il-kapitlu.

Dawn is-subtitli jkopru żjut tqal li minnhom inqas minn 85 % mill-volum, inkluż telf, jiddistillaw fi 350 °Ċ bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86):

1.

li, għal kulur Ċ li jikkorispondi mħallat bl-ilma, għandhom viskożita’ V:

(a)

li ma taqbiżx dik murija f’linja I għall-kaxxa ta’ konkordanza stipulata f’Nota addizzjonali 2 (f) għal dan il-kapitlu, meta l-kontenut ta’ rmied sulfat huwa 1 % jew aktar, jew meta n-numru ta’ saponifikazzjoni huwa ta’ 4 jew aktar; jew

(b)

li jaqbeż dik murija f’linja II tal-kaxxa ta’ konkordanza meta l-punt li fih jitferra’ huwa inqas minn 10 °Ċ; jew

(ċ)

li jaqbeż dik murija f’linja I iżda li ma jaqbiżx dik murija f’linja II meta inqas minn 25 % jiddistilla fi 300 °Ċ, meta l-punt li fih jitferra’ m’huwiex ogħla minn -10 °Ċ. Dawn il-provvedimenti japplikaw biss għal żjut li għandhom kulur Ċ imħallat bl-ilma ta’ inqas minn 2;

2.

li għal dawn li ġejjin ma jistax ikun determinat:

(a)

il-perċentwal ta’ distillazzjoni ta’ 250 °Ċ bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86) (fejn żero jitqies li hu perċentwal); jew

(b)

il-viskożita’ kinematika ta’ 50 °Ċ bil-metodu EN ISO 3104; jew

(ċ)

il-kulur Ċ imħallat bl-ilma bil-metodu ISO 2049 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 1500);

3.

li huma kkuluriti b’mod artifiċjali.

 

Il-metodi analitiċi li għandhom jintużaw għall-għanijiet ta’ oġġett wieħed hawn fuq huma dawk speċifikati għal żjut karburanti (ara Nota addizzjonali 2 (f) għal dan il-kapitlu.)

Ara ukoll id-dijagramma hawn taħt:

 

Image

2710 91 00 u 2710 99 00

Żjut għar-rimi

Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2710, (II).

2711

Gassijiet minerali ( petroleum ) u idrokarbonji oħrajn bil-gass

Għad-definizzjonijiet ta’ dawn il-prodotti ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2711.

Rigward is-subtitli għal prodotti intiżi:

li jgħaddu minn proċess speċifiku;

li jgħaddu minn trasformazzjoni kimika;

ara Noti addizzjonali 5 u 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ spjega rilevanti.

2711 19 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-gass likwifikat li jinkiseb mill-bijomassa.

Dan il-gass likwifikat jirriżulta mill-fermentazzjoni tal-parti bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi industrijali, tad-dar jew muniċipali, tal-ħama mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, tal-parti bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi tal-agrikoltura u l-forestrija, tal-iskart u r-residwi tal-industrija tal-ikel agrikolu u ta' materji primi oħrajn simili li ġejjin mill-annimali jew mill-ħxejjex li jinkisbu mill-bijomassa.

Dan il-gass huwa magħmul b'mod predominanti mill-metan, ġeneralment mid-diossidu tal-karbonju, u wkoll mis-sulfid tal-idroġenu, mill-idroġenu, min-nitroġenu u mill-ossiġenu, fuq skala iżgħar.

2711 29 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-gass (fi stat gassuż) li jinkiseb mill-bijomassa.

Dan il-gass jirriżulta mill-fermentazzjoni tal-parti bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi industrijali, tad-dar jew muniċipali, tal-ħama mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, tal-parti bijodegradabbli tal-iskart u r-residwi tal-agrikoltura u l-forestrija, tal- iskart u r-residwi tal-industrija tal-ikel agrikolu u ta' materji primi oħrajn simili li ġejjin mill-annimali jew mill-ħxejjex li jinkisbu mill-bijomassa.

Dan il-gass huwa magħmul b'mod predominanti mill-metan, ġeneralment mid-diossidu tal-karbonju, u wkoll mis-sulfid tal-idroġenu, mill-idroġenu, min-nitroġenu u mill-ossiġenu, fuq skala iżgħar.

2712

Vażelina; xema’ bajda (tal-parafina), xema’ taż-żejt minerali (petroleum ) mikrokristallina, xema’ slack , ożoċerita, xema’ lignite , xema’ tal-pît, xemgħat oħrajn minerali, u prodotti simili miksubin b’sintesi jew bi proċessi oħrajn, ikkuluriti jew le

2712 10 10 u 2712 10 90

Vażelina

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2712, parti (A).

Ara ukoll id-dijagramma tan-Noti ta’ spjega għal subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99, parti I.

2712 10 10

Mhux raffinata

Ara Nota addizzjonali 3 għal dan il-kapitlu.

2712 20 10 u 2712 20 90

Xema’ bajda (tal-parafina) li fiha anqas minn 0,75 % żejt bil-piż

Dawn is-subtitli jkopru xema’ tal-parafina deskritta fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2712, parti (B), l-ewwel u s-seba’ paragrafi.

2712 90 11 u 2712 90 19

Ożoċerita, xema’ lignite jew xema’ tal-pît (prodotti naturali)

Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti deskritti fin-Nota ta’ Spjega SA għal titlu 2712, parti (B), tielet, raba’ u ħames paragrafi.

Ożoċerita (xema’ naturali) rarament tkun negozjata fil-preżent (sorsi eżawsti u qliegħ finanzjarju fqir), fejn it-termini ożoċerita u ċeresin (ożoċerita raffinata) fil-prattika huma applikati b’mod ħażin għal xemgħat mikrokristallini ta’ subtitli 2712 90 31 sa 2712 90 99.

2712 90 31 sa 2712 90 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2712, parti (B), tieni, sitt u seba’ paragrafi, ħlief paraffina sintetika ta’ subtitlu 2712 20 10 jew 2712 20 90.

Dawn il-prodotti juru l-karatteristiċi li ġejjin:

1.

il-punt ta’ kristallizzazzjoni kif determinat mill-metodu ASTM D 938 metodu ekwivalenti għall-ISO 2207, m’huwiex inqas minn 30 °Ċ;

2.

id-densita’ hija inqas minn 0,942 g/ċm3 f’70 °Ċ bil-metodu EN ISO 12185;

3.

il-penetrazzjoni ta’ kon maħdum, kif determinata bil-metodu ASTM D 217 metodu ekwivalenti għall-ISO 2137, hija inqas minn 350 f’25 °Ċ; u

4.

il-penetrazzjoni ta’ kon, kif imkejla bil-metodu ASTM D 937 metodu ekwivalenti għall-ISO 2137, hija inqas minn 80 f’25 °Ċ.

Ara ukoll id-dijagramma tan-Noti ta’ spjega għal subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99, parti I.

2712 90 31 sa 2712 90 39

Mhux raffinati

Ara Nota addizzjonali 4 għal dan il-kapitlu.

Rigward is-subtitli għal prodotti intiżi:

li jgħaddu minn proċess speċifiku,

li jgħaddu minn trasformazzjoni kimika,

ara Noti addizzjonali 5 u 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ spjega rilevanti.

2713

Kokk taż-żejt minerali ( petroleum ), qatran taż-żejt minerali ( petroleum ) u fdalijiet oħrajn ta’ żjut minerali ( petroleum ) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi

2713 11 00 u 2713 12 00

Kokk taż-żejt minerali ( petroleum )

Dawn is-subtitli jkopru kokk taż-żejt minerali kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2713, paragrafu (A).

2713 20 00

Qatran ta’ żejt minerali ( petroleum )

Dan is-subtitlu jkopri qatran ta’ żejt minerali kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2713, paragrafu (B).

Dan il-prodott juri l-karatteristiċi li ġejjin:

1.

il-punt ta’ kristallizzazzjoni m’huwiex inqas minn 30 °Ċ kif determinat bil-metodu ASTM D 938 metodu ekwivalenti għall-ISO 2207;

2.

id-densita’ m’hijiex inqas minn 0,942 g/ċm3 f’70 °Ċ bil-metodu EN ISO 12185; u

3.

il-penetrazzjoni ta’ labra f’25 °Ċ hija inqas minn 400 kif determinata bil-metodu EN 1426.

Ara ukoll id-dijagramma tan-Noti ta’ spjega għal subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99, parti I.

2713 90 10 u 2713 90 90

Fdalijiet oħrajn ta’ żejt minerali ( petroleum ) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi

Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2713, parti (Ċ).

Estratti aromatiċi ta’ dawn is-subtitli (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2713, parti (Ċ), paragrafu (1)) ġeneralment jilħqu l-ħtiġijiet li ġejjin:

1.

kontenut ta’ kostitwenti aromatiċi li jaqbżu 80 % mill-piż bil-metodu deskritt f’Anness A għan-Noti ta’ Spjega għal dan il-kapitlu;

2.

densita’ fi 15 °Ċ bil-metodu EN ISO 12185 li taqbeż 0,950 g/ċm3; u

3.

mhux aktar minn 20 % mill-volum jiddistilla fi 300 °Ċ bil-metodu EN ISO 3405 (ekwivalenti għall-metodu ASTM D 86).

Madanakollu, alkilbenżini mħalltin u alkilnaftalini mħalltin li jilħqu ukoll il-ħtiġijiet imsemmijin hawn fuq huma klassifikati f’titlu 3817.

2715 00 00

Taħlitiet bituminużi bbażati fuq asfalt naturali, fuq qatran naturali, fuq qatran ta’ żejt minerali ( petroleum ), fuq żift minerali jew fuq qatran ( tar pitch ) minerali (per eżempju, gomom/siment bituminużi, “cut-backs”)

Il-komposizzjoni ta’ taħlitiet bituminużi għal dan it-titlu tvarja skond l-użu intiż.

1.

Prodotti użati biex jilqgħu l-ilma u jipproteġu uċuħ jew għal għanijiet ta’ iżolazzjoni

Il-prodotti wżati għal kisi li jiflaħ il-korrużjoni, għal iżolazzjoni ta’ impjanti elettriċi, għal protezzjoni ta’ uċuħ minn ilma, għal mili ta’ qsim, eċċ. is-soltu jikkonsistu f’sustanza li tgħaqqad (bitum, asfalt jew qatran), fillers sodi bħal fibri minerali (asbestos, ħġieġ), ċana ta’ l-injam u kwalunkwe sustanzi oħrajn meħtieġa biex jagħtu lill-prodotti l-proprjetajiet meħtieġa jew biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tagħhom. Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ dawn il-prodotti:

(a)

sustanzi li jissiġillaw bituminużi

b’kontenut ta’ solvent ta’ inqas minn 30 % li jippermetti kisi bi ħxuna ta’ 3 sa 4 mm jew inqas li jistgħu jinkisbu;

(b)

gomom bituminużi

b’kontenut ta’ solvent li ma jaqbiżx 10 % li jippermetti dawn li ġejjin li jinkisbu: jew kisi bi ħxuna li tvarja minn 4 mm sa 1 ċm jew ħjatat isstukkjati ta’ qies akbar (2 sa 8 ċm);

(ċ)

preparazzjonijiet bituminużi oħrajn

li fihom fillers iżda li ma fihomx solventi. Dawn għandhom jingħataw trattament bis-sħana qabel jintużaw. Fost applikazzjonijiet oħrajn, huma jintużaw għall-protezzjoni ta’ pajpijiet taħt l-art jew taħt l-ilma (pipelines).

2.

Prodotti użati għall-kisi ta’ toroq

Prodotti bituminużi ta’ dan it-titlu li jintużaw għall-kisi ta’ toroq jaqgħu f’żewġ kategoriji prinċipali:

(a)

cut-backs u żjut tat-toroq

Cut-backs huma bitumi imdewbin f’solventi pjuttost tqal, li l-kwantita’ tagħhom tista’ tkun varjata skond il-viskożita’ mixtieqa.

Id-deskrizzjoni tan-negozju ta’ dawn il-preparazzjonijiet tvarja skond jekk is-solventi wżati humiex ta’ żejt mhux raffinat jew ta’ oriġini oħra; dawk li fihom dak tal-bidu huma “bitumi magħmulin fluwidi”, l-oħrajn “bitumi ttrattati b’sustanza li tgħaqqad”.

żjut tat-toroq huma bħal preparazzjonijiet ibbażati fuq bitumi li fihom solventi tqal fi kwantitajiet li jvarjaw skond il-viskożita’ mixtieqa.

Sustanzi li jeħlu huma ġieli miżjudin biex jagħmlu dawn il-preparazzjonijiet jifilħu iżjed għal tqaxxir.

Dawn il-preparazzjonijiet bituminużi kollha għandhom il-karatteristiċi distinti li ġejjin:

penetrazzjoni ta’ labra, kif imkejla bil-metodu EN 1426, ta’ mhux inqas minn 400 f’ 25 °Ċ,

fdal minn distillazzjoni, miksub taħt pressa mnaqqsa bil-metodu ASTM D 1189 (irtirat fl-1979 u ma jeżistix metodu EN/ISO), ta’ mhux inqas minn 60 % mill-piż b’penetrazzjoni ta’ labra, kif imkejla bil-metodu EN 1426, ta’ inqas minn 400 f’ 25 °Ċ.

Il-dijagramma li ġejja turi kif:

bitumini magħmulin fluwidi u trattati b’sustanza li tgħaqqad jistgħu jintgħarfu minn bitumi ta’ subtitlu 2713 20 00,

bitumini magħmulin fluwidi u trattati b’sustanza li tgħaqqad jistgħu jintgħarfu minn żjut mhux raffinati (petroleum oils) ta’ subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99.

Image

(b)

emulsjonijiet bl-ilma

Dawn huma preparazzjonijiet miksubin permezz ta’ l-emulsjoni ta’ bitumi bl-ilma.

Hemm żewġ kategoriji:

1.

emulsjonijiet anjoniċi jew “alkalini” bbażati fuq sapun ordinarju jew ta’ żejt twil;

2.

emulsjonijiet katjoniċi jew “aċidużi” bbażati fuq amini alifatiċi jew jone ta’ l-ammonju kwaternarju.

ANNESS A

METODU TA’ DETERMINAZZJONI TAL-KONTENUT TA’ KOSTITWENTI AROMATIĊI FI PRODOTTI B’PUNT TA’ DISTILLAZZJONI TAT-TMIEM LI JAQBEŻ 315 °Ċ

Prinċipju tal-metodu

Il-kampjun, imdewweb ġo pentan-n, jitħalla jgħaddi ġo kolonna tal-kromatografija speċjali b’ġell silika. L-idrokarbonji mhux aromatiċi, imneħħijin b’pentan-n, sussegwentement jinġabru u jkunu analizzati billi jkunu miżunin wara li s-solvent ikun evapora.

Apparat u reaġenti

Kolonna tal-kromatografija: dan huwa tubu tal-ħġieġ bil-qisien u bil-forma murijin fl-iskeċċ li hawn. Il-ftuħ ta’ fuq għandu jkun kapaċi li jkun issiġillat permezz ta’ ġoga tal-ħġieġ li għandha l-wiċċ mitħun ċatt tagħha magħfus kontra l-parti ta’ fuq tal-kolonna permezz ta’ żewġ klampi tal-metall miksijin fil-lastku. Is-siġill għandu jkun jiflaħ kompletament mingħajr telf pressa applikata ta’ nitroġenu jew arja.

Ġell silika: finezza ta’ 200 mesh jew aktar. Dan għandu jkun attivat għal seba’ siegħat f’forn miżmum f’ 170 °Ċ qabel l-użu u jiqiegħed f’dessikatur biex jiksaħ.

pentan-n: għallinqas 95 % pur, mingħajr irwejjaħ.

Metodu

Ippakkja l-kolonna tal-kromatografija bil-ġell silika attivat minn qabel, sa madwar 10 ċm mill-bozza tal-ħġieġ ta’ fuq, billi tross b’attenzjoni l-kontenut tal-kolonna permezz ta’ vibratur biex b’hekk ma jitħallewx kanali. Imbagħad daħħal tapp ta’ suf tal-ħġieġ fuq il-kolonna tal-ġell tas-silika.

Xarrab minn qabel il-ġell silika b’ 180 ml ta’ pentan-n u applika pressa ta’ arja jew nitroġenu minn fuq sakemm il-wiċċ ta’ fuq tal-likwidu jilħaq il-wiċċ tal-ġell silika.

Neħħi b’attenzjoni l-pressa ġol-kolonna u ferra’ fuqha madwar 3,6 g (miżunin b’mod eżatt) ta’ kampjun imdewweb f’ 10ml ta’ pentan-n, imbagħad laħlaħ il-beaker b’ 10 ml oħrajn ta’ pentan-n u ferra’ dan ukoll fuq il-kolonna.

Applika l-pressa progressiva waqt li tippermetti l-likwidu jimxi fi qtar mill-qiegħ tat-tubu kapillari tal-kolonna b’rata ta’ madwar 1 ml/min u iġbor dan il-likwidu fi flixkun ta’ 500 ml.

Meta l-livell tal-likwidu li fih is-sustanza li għandha tkun separata jaqa’ għall-wiċċ tal-ġell silika, neħħi b’attenzjoni il-pressa għal darba oħra u żid 230 ml ta’ pentan-n; erġa applika l-pressa immedjatament u naqqas il-livell tal-likwidu għall-wiċċ tal-ġell silika filwaqt li tiġbor l-eluate fl-istess flixkun bħal qabel.

Naqqas il-frazzjon miġbur għal volum żgħir permezz ta’ evaporazzjoni f’form vakwu f’ 35 °Ċ jew f’evaporatur vakwu li jdur jew apparat simili u mbagħad ittrasferiha mingħajr telf għal beaker miksi bil-qatran, billi tuża aktar pentan-n bħala solvent.

Evapora l-kontenut tal-beaker f’forn vakwu għal piż kostanti (W).

Il-perċentwal ta’ idrokarbonji mhux aromatiċi mill-piż (A) huwa mgħoti bil-formula li ġejja:

Formula

fejn W1 huwa l-piż tal-kampjun.

Id-differenza minn 100 hija l-perċentwal ta’ idrokarbonji aromatiċi assorbiti mill-ġell silika.

Preċizjoni tal-metodu

Għal repetizzjoni: ± 0,2 %.

Għal riproduzzjoni: ± 0,5 %.

Image

ANNESS B

METODU TA’ DETERMINAZZJONI TAL-PUNT TA’ KRISTALLIZZAZZJONI TA’ NAFTALINA

Dewweb, waqt li ddawwar il-ħin kollu, madwar 100 g ta’ naftalina fi griġjol tal-purċellana b’kapaċita’ ta’ madwar 100 ċm3. Żid madwar 40 ċm3 tas-sustanza mdewba fi flixkun “Shukoff” imsaħħan minn qabel sakemm dan ikun tliet kwarti mimli. Daħħal termometru, b’marki ta’ għaxar frazzjonijiet għal kull grad, minn ġo tapp tas-sufra, billi tirranġa l-bozza tal-merkurju fiċ-ċentru tal-likwidu. Meta t-temperatura taqa’ kważi sal-punt ta’ kristallizzazzjoni tan-naftalina (madwar 83 °Ċ), ġiegħel kristallizzazzjoni permezz ta’ taħwid kontinwu. Malli kristalli jibdew jiffurmaw, il-kolonna tal-merkurju għandha ġeneralment tistabilizza u imbagħad terġa’ tibda taqa’. It-temperatura li fih il-merkurju jistabilizza u jibqa’ statiku għal ċertu ħin huwa nnutat u din it-temperatura titqies li hi l-punt ta’ kristallizzazzjoni tan-naftalina, wara korrezzjoni biex tippermetti għall-parti mill-kolonna tal-merkurju barra l-flixkun.

Għal termometru tal-merkurju, din il-korrezzjoni għandha tittieħed bħala:

Formula

fejn “n” huwa n-numru ta’ marki tal-kolonna tal-merkurju barra l-flixkun, “t” hija t-temperatura meħuda u “t′” it-temperatura medja tal-parti tal-kolonna tal-merkurju li qiegħda barra l-flixkun. “t′” tista’ tkun determinata bejn wieħed u ieħor permez ta’ termometru awżiljarju li l-bozza tiegħu qiegħda f’nofs it-tul tal-parti tal-kolonna li qiegħda barra l-flixkun. Termometru b’tubu kapillari jiżgura preċiżjoni għolja ħafna.

Il-flixkun “Shukoff” muri hawn taħt huwa kontenitur tal-ħġieġ b’ħitan doppji, fejn l-ispazju ta’ bejnhom huwa evakwat:

Image

TAQSIMA VI

PRODOTTI TA’ L-INDUSTRIJA KIMIKA JEW DAWK RELATATI MAGĦHA

Ġenerali

Għall-interpretazzjoni ta’ noti ta’ taqsima 1, 2 u 3, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal Taqsima VI.

KAPITLU 28

KIMIĊI INORGANIĊI; KOMPOSTI ORGANIĊI JEW INORGANIĊI TA’ METALLI PREZZJUŻI, TA’ ELEMENTI KIMIĊI METALLIĊI RARI (RARE-EARTH METALS), TA’ ELEMENTI RADJOATTIVI JEW TA’ ISOTOPI

Ġenerali

Komposti inorganiċi separati definiti kimikament, u ppreżentati bħala suppliment tal-ikel f' kapsuli (minbarra mikrokapsuli), pereżempju tal-ġelatina, huma esklużi minn dan il-Kapitolu minħabba li l-preżentazzjoni f'kapsuli huwa trattament li mhuwiex kopert minn Nota 1 għal dan il-Kapitolu.

II. AĊTI INORGANIĊI U KOMPOSTI INORGANIĊI TA’ L-OSSIĠNU TA’ NON-METALLI

2811

Aċti inorganiċi oħrajn u komposti inorganiċi oħrajn ta’ l-ossiġnu ta’ non-metalli

2811 19 10 sa 2811 19 80

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin f’Nota 4 għal dan il-kapitlu.

III. KOMPOSTI TA’ NON-METALLI TA’ ALOĠENU JEW TA’ KUBRIT

2812

Alidi u ossidi ta’ l-alid ta’ non-metalli

2812 10 11 sa 2812 10 18

Tal-fosfru

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2812, (A), (3), u (B), (4).

2812 10 91 sa 2812 10 99

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2812, (A) (ħlief 3) u (B) (ħlief 4), dawn is-subtitli jinkludu tellurju tetrakloridu (TeCl4), użat prinċipalment għal formazzjoni ta’ patina ma’ affarijiet magħmulin minn fidda.

IV. BAŻIJIET U OSSIDI, IDROSSIDI U PEROSSIDI INORGANIĊI TA’ METALLI

 

Perossidi jitqiesu li jfissru biss komposti ta’ metall b’ossiġinu li l-molekula tiegħu – bħal fil-każ ta’ perossidu ta’ l-idroġenu – fih ir-rabta -O-O-.

Ossidi, idrossidi jew perossidi ta’ metalli li m’humiex speċifikati fit-titli jew subtitli ta’ qabel f’dan is-subtitlu għandhom ikunu klassifikati f’subtitlu 2825 90 85.

2819

Ossidi u idrossidi tal-kromju

2819 10 00

Triossidu tal-kromju

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2819, (A), (1).

2819 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2819, (A), (2), u (B).

2824

Ossidi taċ-ċomb; ċomb aħmar u ċomb oranġjo

2824 90 00

Oħrajn

Dwar it-terminu “ċomb aħmar” u “ċomb oranġjo”, ara Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2824, (2).

2825

Idrażin u idroksilamin u l-melħ inorganiku tagħhom; bażijiet oħrajn inorganiċi; ossidi, idrossidi u perossidi metalliċi oħrajn

2825 70 00

Ossidi u idrossidi tal-molibdenu

Dan is-subtitlu ma jinkludix ossidu tal-molibdenu tekniku miksub sempliċiment bl-inkaljar ta’ konċentrati tal-molibdenu (subtitlu 2613 10 00).

V. MELĦ U MELĦ PEROSSIDU, TA’ AĊTI U METALLI INORGANIĊI

2826

Fluworidi; fluworosilikati, fluworoaluminati u melħ fluworin kumpless ieħor

2826 19 10

Ta’ l-ammonju jew tas-sodju

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2826, (A), (1) u (2).

2826 19 90

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2826, (A), (4) sa (9), dan is-subtitlu jinkludi:

1.

difluworidu tal-berillju (BeF2), prodott b’dehra qisu tal-ħġieġ li għandu densita’ ta’ madwar 2 g/ċm3 u jdub fl-ordni ta’ 800 °Ċ, solubbli ħafna fl-ilma, użat bħala intermedju f’metallurġija tal-berillju. Dan jinkiseb permezz tal-kalċinazzjoni ta’ fluworoberillat ta’ l-ammonja;

2.

fluworidu tal-berillju bażiku (5BeF2.2BeO), b’dehra qisu tal-ħġieġ u solubbli fl-ilma wkoll, b’densita’ daqsxejn ogħla (madwar 2,3 g/ċm3).

2826 30 00

Eksafluworoaluminat tas-sodju (krijolit sintetiku)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2826, (Ċ), (1).

2826 90 80

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2826, (B), u (Ċ), (2) sa (5) bl-eċċezzjoni ta’ dipotassju eksafluworożirkonat li huwa speċifikament inkluż f’subtitlu 2826 90 10

2833

Sulfati; allumi; perossosulfati (persulfati)

2833 29 30

Tal-kobalt; tat-titanju

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

dititanja tris(sulfat) (Ti2(SO4)3). Fil-forma anidride tiegħu dan huwa trab aħdar kristallin li ma jdubx fl-ilma, iżda li jdub f’aċti mħalltin bl-ilma u magħhom jifforma soluzzjoni vjola. Fl-istat idrat dan jifforma idrat kristallin stabbli li jdub fl-ilma. Dan jintuża bħala aġent biex jirriduċi fl-industrija tat-tessut;

2.

titanja ossidu sulfat (titanil sulfat) ((TiO)SO4). Dan jista’ jkun fil-forma anidrida li huwa trab abjad igroskopiku jew wieħed minn numru ta’ forom idrati li minnhom id-diidrat huwa l-iżjed stabbli. Dan jintuża bħala murdent fl-għoti ta’ kulur;

3.

titanja bis(sulfat) (Ti(SO4)2) huwa trab abjad, igroskopiku ħafna ta’ stabbilita’ fqira.

2835

Fosfinati (ippofosfiti), fosfonati (fosfiti) u fosfati; polifosfati, definiti kimikament jew le

2835 10 00

Fosfinati (ippofosfiti) u fosfonati (fosfiti)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2835, (A) u (B).

2835 22 00 sa 2835 29 90

Fosfati

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2835, (Ċ), l-ewwel paragrafu, (I), u t-tieni paragrafu, (1), (a), (2), (a), (b) u (ċ), u (3) sa (8).

Dawn is-subtitli ma jinkludux taħlitiet ta’ fosfati differenti (ġeneralment kapiltu 31 jew subtitlu 3824 90 96).

2835 31 00 u 2835 39 00

Polifosfati

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2835, (Ċ), l-ewwel paragrafu, (II), (III) u (IV), u t-tieni paragrafu, (1), (b), u (2), (d) sa (g).

2835 39 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

tetraammonju difosfat (ammonju pirofosfat) ((NH4)4P2O7) u pentaammonju trifosfat ((NH4)5P3O10);

2.

pirofosfati tas-sodju (difosfati tas-sodju): pirofosfati tat-tetrasodju (difosfat newtru) (Na4P2O7), diidroġenupirofosfat tad-disodju (aċtu difosfat) (Na2H2P2O7);

3.

metafosfati tas-sodju (formula bażika (NaPO3)n), li hemm tnejn minnhom: ċiklo-trifosfat tas-sodju u ċiklo-tetrafosfat tas-sodju;

4.

polifosfati tas-sodju oħrajn li għandhom grad ta’ polimerizzazzjoni għoli. Dawn jinkludu prodott magħruf b’mod inkorrett bħala eksametafosfat tas-sodju, magħruf ukoll bħala melħ ta’ Graham, li huwa taħlita polimerika ((NaPO3)n) bi grad ta’ polimerizzazzjoni ta’ bejn 30 u 90.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll polifosfati ta’ l-ammonja li għandhom grad ogħla ta’ polimerizzazzjoni, anki meta magħmulin minn serje simili ta’ polimeri (ġieli msejħin metafosfati ta’ l-ammonja). Dan huwa l-każ, pereżempju, għal melħ ta’ l-ammonja Kurrol (li m’għandux ikun imħallat ma’ melħ ta’ Kurro, li huwa metafosfat tas-sodju), polimeru linjari li għandu grad medju ta’ polimerizzazzjoni (diversi eluf sa għaxriet ta’ eluf ta’ gradi). Dan huwa trab abjad kristallin, li ma tantx idub fl-ilma, użat prinċipalment bħala aġent li jipproteġi kontra nirien.

2840

Borati; perossiborati (perborati)

2840 19 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi tetraborat tad-disodju kristallizzat (ma’ 10H2O).

2840 20 10

Borati tas-sodju, anidri

Dan is-subtitlu jinkludi pentaborat tas-sodju u metaborat tas-sodju.

2841

Melħ ta' aċti oksometalliċi jew peroksometalliċi

2841 69 00

Oħrajn

Manganiti huma l-melħ ta’ aċtu manganiku (H2MnO3). Dawn kważi ma jdubu xejn fl-ilma u huma faċilment idrolizzati.

Dan is-subtitlu jinkludi manganit tar-ram (CuMnO3) li jintuża f’maskri tal-gass biex jossida monossidu tal-karbonju sa dijossidu tal-karbonju, u bis(idroġenmanganit) tar-ram (Cu(HMnO3)2), li huwa anki iżjed effettiv

Bħala żieda mal-manganiti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2841, (3), (a), dan is-subtitlu jkopri wkoll manganiti li fihom manganit huwa pentavalenti, pereżempju, Na3MnO4.10H2O.

2842

Melħ ieħor ta’ aċti inorganiċi jew perossiaċidi (inklużi aluminosilikati kimikament definiti jew le), ħlief ażuri

2842 10 00

Silikati doppji jew kumplessi, inklużi aluminosilikati definiti kimikament jew le

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2842, (II), tieni paragrafu, (L).

2842 90 10

Melħ, melħ doppju jew kumpless ta’ aċti tas-selenju jew tat-tellurju

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2842, (I), (C) u (D), u (II), tieni paragrafu, (D) u (E), u mas-selenosulfiti, selenosulfati u tiotellurati msemmijin fi (II), tieni paragrafu, (Ċ), (3), dan is-subtitlu jinkludi;

1.

selenid ta’ l-indju (InSe), użat bħala semikonduttur;

2.

tellurid taċ-ċomb purifikat ħafna (PbTe) użat għal transisters, termokoppja, lampi tal-fwar tal-merkurju, eċċ.

VI. MIXXELLANJI

2844

Elementi kimiċi radjuattivi u isotopi radjuattivi (inklużi l-elementi u l-isotopi kimiċi fissili jew fertili) u l-komposti tagħhom; taħlit u fdal li fihom dawn il-prodotti

Ara Nota 6 għal dan il-kapitlu.

2844 10 10 sa 2844 10 90

Uranju naturali u l-komposti tiegħu; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom uranju naturali jew komposti naturali ta’ l-uranju

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), (A), (1), (B), (1), u (Ċ), (1) sa (3).

2844 20 25 sa 2844 20 99

Uranju arrikkit f’U 235 u l-komposti tiegħu; plutonju u l-komposti tiegħu; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom uranju arrikkit f’U 235, plutonju jew komposti ta’ dawn il-prodotti

Uranju arrikkit f’isotop 235 huwa nnegozjat taħt id-deskrizzjonijiet “uranju daqsxejn arrikkit” (li fih sa 20 % U 235) u “uranju arrikkit ħafna” (li fih iżjed minn 20 % U 235).

Għal plutonju u l-komposti tiegħu ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), (A), (3), (B), (2), u (Ċ), (1) u (3).

2844 30 11 u 2844 30 19

Uranju imbattal f’U 235 u l-komposti tiegħu; torju u l-komposti tiegħu; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom uranju imbattal f’U 235, torju jew komposti ta’ dawn il-prodotti

Uranju imbattal f’U 235 huwa prodott żejjed fil-produzzjoni ta’ uranju arrikkit f’U 235. Minħabba l-prezz ħafna irħas tiegħu u l-kwantitajiet kbar li jeżistu, dan jibdel uranju naturali, speċjalment bħala materjal fertili, bħala skrin protettiv kontra radjazzjonijiet, bħala metall tqil għall-manifattura ta’ volanti (fly wheels) jew għall-preparazzjoni ta’ komposti li jassorbu (getters) użati għall-purifikazzjoni ta’ ċertu gassijiet.

2844 30 51 sa 2844 30 69

Torju; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom torju jew komposti ta’ dan il-prodott

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), partikolarment (A), (2), u (B), (3).

2844 30 91 u 2844 30 99

Komposti ta’ uranju imbattal f’U 235 jew ta’ torju, imħallat flimkien jew le

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), (B), (1) u (3).

2844 40 10 sa 2844 40 80

Elementi u isotopi u komposti radjuattivi ħlief dawk ta’ subtitlu 2844 10 , 2844 20 jew 2844 30 ; ligi, tixrid (inklużi ċermiti), prodotti u taħlit taċ-ċeramika li fihom dawn l-elementi, isotopi jew komposti; fdal radjuattiv

Għad-definizzjoni tat-terminu “isotopi”, ara l-aħħar sentenza ta’ Nota 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (I).

Għall-prodotti l-oħra msemmijin f’dawn is-subtitli, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (III).

2844 50 00

Elementi karburanti (skrataċ) użati (irradjati) ta’ reatturi nukleari ( Euratom )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (IV), (Ċ), (4).

2845

Isotopi ħlief dawk ta’ titlu 2844 ; komposti, inorganiċi jew organiċi, definiti kimikament jew le

Għad-definizzjoni tat-terminu “isotopi”, ara l-aħħar sentenza ta’ Nota 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2844, (I).

2845 10 00

Ilma tqil (ossidu tad-dewterju) ( Euratom )

Dan is-subtitlu jkopri ilma tqil (jew ossidu tad-dewterju) li jixbaħ ilma ordinarju fl-apparenza u għandu l-istess proprjetajiet kimiċi; il-proprjetajiet fiżiċi, mill-banda l-oħra, huma daqsxejn differenti. Ilma tqil jintuża bħala sors ta’ dewterju u jintuża, f’reatturi nukleari, biex inaqqas il-veloċita’ tan-newtroni li jaqsmu l-atomi ta’ l-uranju.

2845 90 10

Dewterju u komposti tiegħu; idroġenu u komposti tiegħu, arrikkiti fid-dewterju; taħlit u soluzzjonijiet li fihom dawn il-prodotti ( Euratom )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2845, tielet paragrafu, (1) u (3).

Dan is-subtitlu jkopri wkoll komposti organiċi jew inorganiċi idroġenati oħra li fihom l-idroġenu kien mibdul parzjalment jew kompletament mid-dewterju. L-iktar importanti huwa dewterid tal-litju, ammonja dewterata, sulfid ta’ l-idroġenu dewterat, benżin dewterat, bifenil dewterat u terfenili dewterati. Dawn il-prodotti jintużaw fl-industrija nukleari biex inaqqsu l-veloċita’ tan-newtroni (moderaturi), bħala intermedji fil-produzzjoni ta’ ilma tqil, jew fi studji fuq ir-reazzjoni ta’ fużjoni termonukleari. Dawn il-komposti għandhom ukoll applikazzjonijiet importanti f’analiżi u sinteżi organiċi.

2845 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-isotopi u l-komposti li ġejjin:

1.

karbonju 13, litju 6, litju 7 u komposti tagħhom;

2.

boron 10, boron 11, nitroġenu 15, ossiġinu 18 u komposti tagħhom (pereżempju, 10B2O3, 10B4C, 15NH3, H2 18O).

Dawn huma użati f’riċerka xjentifika u fl-industrija nukleari.

2846

Komposti, inorganiċi jew organiċi, ta’ elementi kimiċi metalliċi rari ( rare-earth metals ), ta’ ittirju jew ta’ skandju jew ta’ taħlitiet ta’ dawn il-metalli

2846 10 00

Komposti taċ-ċerju

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2846, tielet paragrafu, (1).

2846 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi komposti ta’ metalli tas-serje rare earth, imsejħin lantanidi (minħabba li lantanu huwa l-ewwel element), li jinkludu l-ossidi ta’ ewropjum, gadolinju, samarju u terbju (terbite), li jintużaw bħala sustanzi li jassorbu n-newtroni fil-kontroll jew vireg ta’ sigurta’ ta’ reatturi nukleari u f’tubi ta’ televiżjonijiet tal-kulur.

Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2846, tielet paragrafu, (2).

KAPITLU 29

KIMIĊI ORGANIĊI

Ġenerali

L-ittri (INN) wara isem li jidher fin-Nomenklatura Magħquda u fin-Noti ta’ Spjega qegħdin hemm biex jindikaw li l-isem huwa inkluż fil-lista ta’ ismijiet mhux proprjetarji Internazzjonali għal sustanzi farmaċewtiċi ppublikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

L-ittri (INNM) jindikaw li l-isem kien aċċettat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala “isem mhux proprjetarju Internazzjonali (modifikat)”.

L-ittri (ISO) jindikaw li l-isem jidher bħala wieħed mill-“ismijiet komuni għal kimiċi għall-kontroll ta’ pesti u regolaturi għat-tkabbir ta’ pjanti” fir-rakkomandazzjoni R 1750 ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali għal Standardizzazzjoni.

Sistema magħquda hija waħda li fiha hemm għallinqas żewġ ċrieki li għandhom rabta komuni waħda, u waħda biss, u għandhom żewġ atomi komuni, u tnejn biss.

Komposti inorganiċi separati definiti kimikament, u ppreżentati bħala suppliment tal-ikel f' kapsuli (minbarra mikrokapsuli), pereżempju tal-ġelatina, huma esklużi minn dan il-Kapitolu minħabba li l-preżentazzjoni f'kapsuli huwa trattament li mhuwiex kopert minn Nota 1 għal dan il-Kapitolu.

Nota 1 (a)

Ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (A), l-ewwel erba’ paragrafi.

Dan il-kapitlu jinkludi:

1.

antraċene ta’ purita’ mill-piż ta’ 90 % jew aktar (subtitlu 2902 90 00);

2.

benżin ta’ purita’ mill-piż ta’ 95 % jew aktar (subtitlu 2902 20 00);

3.

naftalina b’punt ta’ kristallizzazzjoni ta’ 79,4 °Ċ jew aktar (subtitlu 2902 90 00);

4.

toluwol ta’ purita’ mill-piż ta’ 95 % jew aktar (subtitlu 2902 30 00);

5.

ksilini li fihom mill-piż 95 % jew aktar ksilina (isomeri totali) (subtitli 2902 41 00 sa 2902 44 00);

6.

etilene u idrokarbonji aċikliċi saturati oħrajn (ħlief metan u propan) bħala isomeri waħdiet b’purita’ ta’ 95 % jew iżjed b’referenza għall-volum għall-prodott gass (9) u għall-piż għall-prodott mhux gass (subtitlu 2901 10 00);

7.

etilene ta’ purita’ mill-volum ta’ 95 % jew aktar (subtitlu 2901 21 00);

8.

propen (propilene) ta’ purita’ mill-volum ta’ 90 % jew aktar (subtitlu 2901 22 00);

9.

alkoħols xaħmin ta’ purita’ mill-piż ta’ 90 % jew aktar, kif kalkolat fuq il-prodott anidride, u li fihom sitt atomi tal-karbonju jew iżjed (subtitlu 2905 16, 2905 17 00 jew 2905 29 90);

10.

kresoli (isomeri waħdiet jew imħalltin) li fihom mill-piż 95 % jew aktar ta’ kresol fejn l-isomeri kollha tal-kresol huma meqjusin flimkien (subtitlu 2907 12 00);

11.

fenol ta’ purita’ mill-piż ta’ 90 % jew aktar (subtitlu 2907 11 00);

12.

ksilenoli (isomer waħdiet jew imħalltin) li fihom mill-piż 95 % jew aktar ta’ ksilenol, fejn l-isomeri kollha tal-ksilenol huma meqjusin flimkien (subtitlu 2907 19 10);

13.

aċti xaħmin (ħlief aċtu olejku) b’purita’ mill-piż ta’ 90 % jew aktar, kif kalkolat fuq il-prodott anidride, u li fihom sitt atomi tal-karbonju jew aktar (titli 2915 u 2916);

14.

aċtu oleiku ta’ purita’ mill-piż ta’ 85 % jew aktar, kif kalkolat fuq il-prodott anidride (subtitlu 2916 15 00);

15.

piridina ta’ purita’ mill-piż ta’ 95 % jew aktar (subtitlu 2933 31 00);

16.

metilpiridina (pikolina), 5-etile-2-metilpiridina (5-etile-2-pikolina) u 2-vinilpiridina, ta’ purita’ mill-piż ta’ 90 % jew aktar (subtitlu 2933 39);

17.

kwinolina ta’ purita’ mill-piż ta’ 95 % jew aktar, kalkolata fuq il-prodott anidride (kif aċċertat minn kromatografija tal-gass) (subtitlu 2933 49 90);

18.

1,2-diidro-2,2,4-trimetilkwinolina, b’purita’ mill-piż li taqbeż 85 %, kalkolata fuq il-prodott anidride (subtitlu 2933 49 90);

19.

akridina b’purita’ mill-piż ta’ 95 % jew aktar, kalkolata fuq il-prodott anidride (kif aċċertat minn kromatografija tal-gass) (subtitlu 2933 99 80);

20.

id-derivattivi ta’ l-aċti xaħmin u ta’ l-alkoħols xaħmin ta’ oġġetti 9, 13 u 14 hawn fuq (pereżempju, melħ, esters (ħlief dawk ta’ gliċerina), amini, amidi, nitrili), sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji stipulati għall-aċti u l-alkoħoli xaħmin korrispondenti.

Nota 1 (b)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, (A), l-aħħar paragrafu.

Nota 1 (d)

Is-soluzzjonijiet bl-ilma permessi huma dawk biss li huma soluzzjonijiet ta’ veru, anki jekk minħabba n-nuqqas ta’ ilma s-sustanza tkun imdewba biss parzjalment.

Nota 1 (f)

Rigward iż-żieda ta’ stabilizzatur, aġent kontra t-trab, aġent li jagħti l-kulur jew sustanzi li jagħtu riħa, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (A), paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar.

Nota 1 (g)

Rigward iż-żieda ta’ stabilizzatur, aġent kontra t-trab, aġent li jagħti l-kulur jew sustanzi li jagħtu riħa, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (A), paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar.

Nota 5

Il-provvedimenti ta’ din in-Nota japplikaw biss għall-klassifikazzjoni, bħal bejn titli, tal-prodotti li dawn jikkonċernaw (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (G)).

Għal klassifikazzjoni bħal bejn is-subtitli f’titlu, il-provvedimenti tan-Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu għandhom ikunu applikati.

 

I. IDROKARBONI U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM

2902

Idrokarboni ċikliċi

2902 19 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi: ażulin (biċiklo[5,3,0]dekapentan) u d-derivattivi alkili tiegħu bħal pereżempju, kamażulin (7-etile-1,4-dimetilażulin), gwajażulin (7-isopropil-1,4-dimetilażulin), vetiverażulin (2-isopropil-4,8-dimetilażulin).

2903

Derivattivi aloġenati ta’ idrokarboni

2903 39 90

Fluworidi u joduri

Dan is-subtitlu jinkludi: 1,1-difluworoetilina, tetrafluworidu tal-karbonju (tetrafluworometan), tetrafluworoetilina, trifluworoetilina, trifluworometan.

2903 81 00

1,2,3,4,5,6-Eksakloroċikloeksan (HCH (ISO)), inkluż il-lindanu (ISO, INN )

Dan is-subtitlu jinkludi lindan (ISO, INN). Lindan huwa l-gammaisomeru ta’ eksakloroċikloeksan (HCH (ISO)) b’purita’ ta’ 99 % jew aktar. Dan il-gammaisomeru biss ta’ HCH għandu proprjetajiet insettiċidi. Lindan jintuża f’agrikoltura u għat-trattament ta’ injam.

II. ALKOĦOLI U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM

2905

Alkoħoli aċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2905 14 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri biss alkoħoli: sekbutil (butan-2-ol) u isobutil (2-metilpropan-ol)

2905 19 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopru biss l-pentanol (alkoħol amiliku) ta’ dan li ġej.: n-amil (pentan-1-ol), sekamil (pentan-2-ol), tertamil (2-metilbutan-2-ol, idrat amilene), isoamil (3-metilbutan-1-ol), sekisolamil (3-metilbutan-2-ol), 2-metilbutan-1-ol, neopentil (neoamil, 2,2-dimetilpropan-1-ol), pentan-3-ol.

2905 44 11 sa 2905 44 99

D-gluċitol (sorbitol)

Dawn is-subtitli jkopri biss D-gluċitol (sorbitol) li jaqbel mal-provvedimenti ta’ Nota 1 għal dan il-kapitlu. Forom ta’ D-gluċitol (sorbitol) li ma jaqblux, huma klassifikati f’subtitli 3824 60 11 sa 3824 60 99.

2906

Alkoħoli ċikliċi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2906 11 00

Mentol

Dan is-subtitlu jkopri biss: (–)-paramentol-3, ((–)-trans-1,2-ċis-1,5-isopropil-2-metil-5-ċikloeksanol), (±)-paramentol-3, u (+)-paramentol-3.

Is-subtitlu ma jinkludix neomentol, isomentol jew neoisomentol (subtitlu 2906 19 00).

VI. KOMPOSTI FUNZJONI-KETON U KOMPOSTI FUNZJONI-KINONE

2914

Ketoni u kinoni, b’funzjoni ossiġnu jew le, u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

2914 50 00

Fenoli-keton u ketoni b’funzjoni oħra t’ossiġnu

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “funzjoni ossiġina oħra” tfisser kwalunkwe mill-funzjonijiet ossiġini speċifikati fit-titli ta’ qabel ta’ dan il-kapitlu ħlief tal-funzjonijiet ta’ l-alkoħol, l-aldeide u l-fenol

2914 61 00 sa 2914 69 90

Kinoni

Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2914, partijiet (E) u (F). Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, “kinoni” għandha tinftiehem f’sens iktar wiesa, jiġifieri, “kinoni kemm jekk b’funzjoni ossiġina oħra jew le”; dawn konsegwentement ikopru kinoni mingħajr funzjoni ossiġena (ħlief għall-funzjoni kinone), kinone-alkoħoli, kinone-fenoli, kinone aldeidi, u kinoni b’funzjonijiet ossiġini oħrajn (ħlief dawn imsemmijin hawn fuq).

VII. AĊTI KARBOKSILIĊI U L-ANIDRIDI TAGĦHOM, ALIDI, PEROSSIDI U PEROSSIAĊTI U D-DERIVATTIVI ALOĠENATI, SULFONATI, NITRATI JEW NITROSATI TAGĦHOM

2915

Aċti aċikliċi monokarboksiliċi saturati u l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u peroksi aċti; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

Rigward il-kriterji għall-purita’ għal aċti xaħmin u għad-derivattivi tagħhom, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan il-kapitlu, Nota 1 (a), oġġetti 13 u 20.

2916

Aċti aċikliċi monokarboksiliċi mhux saturati, l-anidridi tagħhom, alidi, perossidi u peroksiaċti; id-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom

Rigward il-kriterji għall-purita’ għal aċti xaħmin u għad-derivattivi tagħhom, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan il-kapitlu, Nota 1 (a), oġġetti 13, 14 u 20.

IX. KOMPOSTI FUNZJONI-NITROĠENU

2921

Komposti funzjoni-amina

2921 42 00

Derivattivi ta’ anilina u l-melħ tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49.

2921 43 00

Tolwidini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49.

2921 44 00

Difenilamina u d-derivattivi tagħha; melħ tagħha

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49.

2921 45 00

1-Naftilamina ( α -naftilamina), 2-naftilamina (β-naftilamina) u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49.

2921 49 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2921 42 sa 2921 49.

2923

Melħ u idrossidi ta’ ammonju kwaternarju; leċitini u fosfoaminolipidi oħrajn, kimikament definiti jew le

2923 20 00

Leċitini u fosfoaminolipidi oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2923, raba’ paragrafu, (2).

Il-fosfoaminolipidi l-oħra ta’ dan il-kapitlu huma esteri (fosfatidi) simili għal leċitini. Dawn jinkludu ċefalin, il-bażijiet organiċi nitroġenużi fosthom colamine u serine, u sphingomyelin, il-bażijiet nitroġenużi fosthom kolin u sphingosine.

2925

Komposti funzjoni-karboksimida (inkluża sakkarina u l-melħ tagħha) u komposti funzjoni-imine

2925 11 00

Sakkarina u l-melħ tagħha

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2925, (A), l-ewwel paragrafu, (1).

X. KOMPOSTI ORGANO-INORGANIĊI, KOMPOSTI ETEROĊIKLIĊI, AĊTI NUKLEJKI U L-MELĦ TAGĦHOM, U SULFONAMIDI

2930

Komposti organo-sulfuriċi

Komposti organo-sulfuriċi kif definiti f’Nota 6 għal dan il-kapitlu għandhom ikunu klassifikati f’dan it-titlu, kemm jekk fihom sustanzi mhux metalli jew metalli direttament magħqudin ma’ atomi tal-karbonju jew le.

2932

Komposti eteroċikliċi b’etero-atomu(i) ta’ ossiġnu biss

2932 20 10 sa 2932 20 90

Lattoni

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2932 20.

Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2932, l-ewwel paragrafu, (B).

2933

Komposti eteroċikliċi b’etero-atomu(i) ta’ nitroġenu biss

2933 11 10 u 2933 11 90

Fenażon (antipirin) u d-derivattivi tiegħu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2933 11, 2933 21 u 2933 54.

2933 21 00

Idantojn u d-derivattivi tiegħu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2933 11, 2933 21 u 2933 54.

2933 49 10

Derivattivi aloġeniċi ta' kinolina; derivattivi ta' aċtu karboksiliku ta' kinolina

Ara ukoll in-Noti ta' Spjega SA għal titlu 2933, l-ewwel paragrafu, (D).

Għall-fini ta' din l-intestatura t-treminu “derivattivi ħaloġen tal-kwinolajn” ikopri biss tali derivattivi tal-kwinolajn li fihom atomu uniku jew iżjed tas-sistema taċ-ċirku aromatiku ġie sostitwit b'numru korrispondenti ta' atomi tal-ħaloġen.

It-teminu “derivattivi tal-aċtu kwinolinekarboksiliku” jinkludi derivattivi tal-aċtu kwinolinekarboxiliku li fihom atomu tal-idroniġu uniku jew iżjed tas-sistema taċ-ċirku aromatiku u/jew il-funzjoni tal-aċtu ġie sostitut.

2933 52 00

Malonilureja (aċtu barbituriku) u l-melħ tiegħu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2933 11, 2933 21 u 2933 54.

2933 54 00

Derivattivi oħrajn ta’ malonilureja (aċtu barbituriku); melħ tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 2933 11, 2933 21 u 2933 54.

2933 79 00

Lattami oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2933 79.

Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2933, l-ewwel paragrafu, (G), (2) sa (7).

XI. PROVITAMINI, VITAMINI U ORMONI

2936

Provitamini u vitamini, naturali jew riprodotti b’sintesi (inklużi konċentrati naturali), derivattivi tagħhom użati primarjament bħala vitamini, u taħlit flimkien ta’ dawn li ssemmew fuq, f’xi solvent jew le

Il-prodotti ta’ dan it-titlu jistgħu jkunu:

stabilizzati f’forma żejtnija;

stabilizzati permezz ta’ kisi, eż., b’ġelatina, xemgħa, xaħmijiet, gomma ta’ diversi tipi jew derivattivi ta’ ċelluloża fil-forma ta’ mikrokapsuli;

assorbiti fuq dijossidu tas-silikonju.

Klassifikazzjoni f’dan it-titlu m’hijiex affettwata biż-żieda ta’ aġenti li jagħmlu materjal aktar plastiku jew biex dan ma jitfarrakx.

Adsorbenti ta’ bdil ta’ jone huma madanakollu esklużi minn dan it-titlu u huma klassifikati skond il-komposizzjoni u l-użu tagħhom.

2936 90 00

Oħrajn, inklużi konċentrati naturali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2936 90.

2937

Ormoni, prostaglandini, tromboksani u lewkotrieni, naturali jew riprodotti b’sintesi; derivattivi u analogi strutturali tagħhom, inklużi polipeptidi b’katina modifikata, użati primarjament bħala ormoni

Ara Nota 8 għal dan il-kapitlu għad-definizzjoni tat-terminu “ormoni” u ta’ l-espressjoni “użati primarjament bħala ormoni”.

Dan it-titlu jkopri biss prodotti li jissodisfaw il-kriterji stipulati fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, l-ewwel paragrafu, (I) sa (VI), u t-tieni paragrafu.

2937 11 00

Somatropin, id-derivattivi u l-analogi strutturali tiegħu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (A), (1).

2937 12 00

Insulina u l-melħ tagħha

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (A), (2).

2937 19 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (A), (3) sa (20).

2937 21 00 sa 2937 29 00

Ormoni sterojdali, id-derivattivi u l-analogi strutturali tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B).

Ara ukoll, in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, il-“Lista ta’ sterojdi użati primarjament għall-funzjoni ormonali tagħhom” rigward is-sustanzi mniżżlin bħala “kortikosterojdi”.

2937 21 00

Kortison, idrokortison, prednison (deidrokortison) u prednisolon (deidroidrokortison)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B), (1), (a), (b), (ċ) u (d).

2937 22 00

Derivattivi aloġenati ta’ ormoni kortikosterojdali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B), (2).

2937 23 00

Estroġeni u proġestoġeni

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B), (3).

Ara ukoll, in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, il-“Lista ta’ sterojdi użati primarjament għall-funzjoni ormonali tagħhom” rigward is-sustanzi mniżżlin bħala “estroġen” jew “proġestoġen”.

2937 29 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (B), (1), (e) u (f), u (B), (4).

2937 50 00

Prostaglandini, tromboksani u lewkotrieni, id-derivattivi u analogi strutturali tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (C).

2937 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2937, lista ta’ prodotti li għandhom ikunu klassifikati bħala prodotti ta’ titlu 2937, (D).

XII. GLIKOSSIDI U ALKALOJDI VEĠETALI, NATURALI JEW RIPRODOTTI B’SINTESI, U L-MELĦ, ETERI, ESTERI U DERIVATTIVI OĦRAJN TAGĦHOM

2938

Glikossidi, naturali jew riprodotti b’sintesi, u l-melħ, eteri, esteri u derivattivi oħrajn tagħhom

Glikossidi ta’ dan it-titlu huma magħmulin minn parti taz-zokkor u parti mhux taz-zokkor (aglikonu). Dawn il-partijiet huma magħqudin flimkien permezz ta’ l-atoma tal-karbonju anomerika taz-zokkor. Għalhekk, prodotti bħal vaccinin u hamamelitannin ta’ titlu 2940 ma jitqisux bħala glikossidi.

L-iżjed glikossidi li jseħħu fin-natura komuni huma l-O-glikossidi. Madanakollu, iseħħu wkoll fin-natura N-glikossidi, S-glikossidi u C-glikossidi, li fihom il-karbonju anomeriku taz-zokkor huwa magħqud ma’ l-aglikonu permezz ta’ atoma tan-nitroġenu, atoma tal-kubrit jew atoma tal-karbonju (eż., sinigrin, aloin, scoparin).

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi minn dan it-titlu:

(a)

nukleossidi u nukleotidi ta’ titlu 2934 (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2934, tielet paragrafu, (D), (6));

(b)

alkalojdi ta’ titlu 2939 (eż., tomatine);

(ċ)

antibijotiċi ta’ titlu 2941 (eż., toyocamycin).

2938 90 10

Glikossidi digitalis

Bħala żieda mal-komposti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2938, tielet paragrafu, (2), dan is-subtitlu jinkludi:

acetyldigitoxin, acetyldigoxin, acetylgitoxin;

desacetyllanatoside A, B, C u D;

digifolein, diginatin, diginin, digipurpurin, Digitalinum verum u germanicum;

gitalin, gitaloxin, gitonin, gitoxin, glucoverodoxin;

lanafolein, lanatoside A, B, C u D;

trigonin, verodoxin.

2938 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-komposti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2938, tielet paragrafu, (4) sa (9), u l-aħħar żewġ paragrafi.

2939

Alkalojdi veġetali, naturali jew riprodotti b’sintesi, u l-melħ, eteri, esteri u derivattivi oħrajn tagħhom

2939 69 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-alkalojdi ta’ ergotina tas-segala: ergosina u ergosinina; ergokristina u ergokristinina; ergokriptina u ergokriptinina; ergokornina u ergokorninina; ergobasina u ergobasinina, u d-derivattivi tagħhom. eż., diidroergotimina, didroergotoksina, metilergobasina.

XIII. KOMPOSTI ORGANIĊI OĦRAJN

2941

Antibijotiċi

2941 10 00

Peniċillini u d-derivattivi tagħhom bi struttura ta’ aċtu peniċillaniku; melħ tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 10.

Uħud mill-eżempji ta’ peniċillini huma: sodju tal-beżilpeniċillina (sodju tal-penaċetilpenina), sodju ta’ l-amilpeniċillina (sodju n-carboxyhexenylpenine), peniċillini biosintetiċi u l-peniċillina b’rilaxx mantnut bħal peniċillina procaine u dipeniċillina benżatin.

2941 20 30 u 2941 20 80

Streptomiċini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 20.

Bħala żieda ma’ streptomiċini, dawn is-subtitli jinkludu mannosidosterptomiċina u l-melħ ta’ dawn il-prodotti kollha, eż., is-sulfati u l-pantotenati tagħhom.

2941 30 00

Tetraċiklini u d-derivattivi tagħhom; melħ tagħhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 30.

Dan is-subtitlu jinkludi idrokloridi oksitetraċiklini u tetraċiklini.

2941 40 00

Kloramfenikol u d-derivattivi tiegħu; melħ tiegħu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 40.

2941 50 00

Eritromiċina u d-derivattivi tagħha; melħ tagħha

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2941 50.

Il-melħ ta’ eritromiċina jinkludi l-idrokloridu, sulfat, ċitrat, palmitat, sterat u glukoeptonat; bi kloridi aċti dan jagħti l-esteri korrispondenti, u l-anidridi aċti dan jifforma monoesteri bħal glutarat, maleat u phthalate.

KAPITLU 30

PRODOTTI FARMAĊEWTIĊI

Ġenerali

Id-deskrizzjoni ta’ prodott bħala medikament f’leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea (ħlief dak relatat speċifikament għal klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda) jew fil-leġislazzjoni nazzjonali tal-Pajjiżi Membri, jew fi kwalunkwe farmakopoeia oħra, m’hijiex il-fattur li jiddeċiedi sa fejn hija kkonċernata l-klassifikazzjoni f’dan il-kapitlu.

Nota Addizzjonali 1

1.

Preparazzjoni mediċinali erbali huma preparazzjonijiet ibbażati fuq sustanza attiva waħda jew aktar, prodotti billi l-pjanta jew partijiet minnha jkunu soġġetti għal proċess bħal tnixxif, tgħaffiġ, estrazzjoni jew purifikazzjoni.

Sustanza attiva tfisser sustanza definita kimikament, grupp ta’ sustanzi definiti kimikament (eż., alkalojdi, polifenoli, antoċijanini) jew estratt ta’ pjanti. Dawn is-sustanzi attivi għandhom ikollhom proprjetajiet mediċinali għall-prevenzjoni jew għat-trattament ta’ mard, uġigħ jew sintomi tagħhom speċifiċi.

2.

Preparazzjonijiet mediċinali omeopatiċi huma preparati minn prodotti, sustanzi jew komposizzjonijiet imsejħin stokkijiet omeopatiċi (tinturi omm). Il-grad ta’ taħlit ma’ ilma għandu jkun indikat (pereżempju D6).

3.

Preparazzjonijiet ta’ vitamini jew minerali huma preparazzjonijiet ibbażati fuq vitamini ta’ titlu 2936, fuq minerali inklużi traċċi ta’ elementi u taħlit tagħhom. Dawn jintużaw biex jittrattaw jew jipprevenu mard, uġigħ jew is-sintomi speċifiċi tagħhom. Preparazzjonijiet bħal dawn fihom ammont ħafna ogħla ta’ vitamini jew minerali, ġeneralment għallinqas tliet darbiet aktar mill-konċessjoni ta’ kuljum rakkomandata (RDA).

Fir-rigward tal-ammont rakkomandat kuljum (recommended daily allowance, RDA) għal ċerti vitamini u minerali, ara, pereżempju, it-tabella fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE tal-24 ta’ Settembru 1990 dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 276, 6.10.1990, p. 40), emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/100/KE tat-28 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 285, 29.10.2008, p. 09), riprodotta hawn taħt:

Vitamini u Minerali

RDA

Vitamina A

800 μg

Vitamina D

5 μg

Vitamina E

12 mg

Vitamina K

75 μg

Vitamina Ċ

80 mg

Tijamina

1,1 mg

Riboflavina

1,4 mg

Niaċina

16 mg

Vitamina B6

1,4 mg

Aċidu foliku

200 μg

Vitamina B12

2,5 μg

Bijotina

50 μg

Aċidu pantoteniku

6 mg

Potassju

2 000 mg

Klorur

800 mg

Kalċju

800 mg

Fosforu

700 mg

Manjeżju

375 mg

Ħadid

14 mg

Żingu

10 mg

Ram

1 mg

Manganiż

2 mg

Fluorur

3,5 mg

Selenju

55 μg

Kromju

40 μg

Molibdenu

50 μg

Jodju

150 μg

Titlu 3004 ma jkoprix, inter alia, supplimenti ta’ l-ikel jew preparazzjonijiet tad-dieta (ara ukoll Nota 1 (a) għal dan il-kapitlu).

 

3001

Glandoli u organi oħrajn għal użi organo-terapewtiċi, imnixxfin, magħmulin trab jew le; estratti ta’ glandoli jew organi oħrajn jew tat-tnixxijiet tagħhom għal użi organo-terapewtiċi; ħeparina u l-melħ tagħha; sustanzi oħrajn umani jew annimali ppreparati għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

3001 20 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi fatturi intrisiċi (estratti purifikati mnixxfin ta’ membrani mukużi tal-ħnieżer).

3001 90 20 sa 3001 90 98

Oħrajn

Bħala żieda l-glandoli u organi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3001, (A), dawn is-subtitli jinkludu l-hypophysis, il-kapsuli li qegħdin fuq il-kliewi u l-glandola tirojde.

3001 90 91

Ħeparina u l-melħ tagħha

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3001, (Ċ).

3002

Demm uman; demm ta' annimali ppreparat għal użi terapewtiċi, profilattiċi jew dijanjostiċi; antisera u frazzjonijiet oħrajn tad-demm u prodotti immunoloġiċi modifikati, miksubin permezz ta' proċessi bijoteknoloġiċi jew le; vaċċini, tossini, kolturi ta' mikro-organiżmi (ħlief ħmira) u prodotti simili

3002 10 10

Antisera

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3002, (Ċ), (1), tielet paragrafu.

Dan ma jinkludix sera użati bħala reaġenti biex ikunu determinati gruppi tad-demm jew fatturi tad-demm (titlu 3006) jew sera“normali” (subtitlu 3002 10 98).

3002 10 91

Emoglobina, globulini tad-demm u globulini tas-serum

Dan is-subtitlu jinkludi immunogobulina normali tal-bnedmin.

3002 10 98

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi sera“normali”, plażma, fibrinoġena, fibrina u, sakemm dan kien preparat għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, albumina tad-demm (eż., miksub mit-tqassim tal-plażma ta’ demm uman).

Albumin tad-demm mhux preparat għal użi terapewtiċi jew profilattiċi huma għalhekk esklużi (Nota 1 (h) għal dan il-kapitlu) (titlu 3502).

3002 20 00

Vaċċini għal mediċina umana

Għall-interpretazzjoni tat-terminu “vaċċini”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3002, (D), (1).

3002 30 00

Vaċċini għal mediċina veterinarja

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3002 20 00.

3002 90 50

Kolturi ta’ mikro-organiżmi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3002, (D), (3).

3002 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi tossini u, sakemm dawn huma “prodotti simili”, il-parassiti simbjotiċi użati għat-trattament ta’ ċertu mard, bħal Plasmodium (il-parassita tal-malarja) u Trypanosoma cruzi.

3003

Medikamenti (ħlief oġġetti ta’ titlu 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu f’żewġ kostitwenti jew aktar li tħalltu flimkien għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, mhux ippreżentati f’dożi meqjusin jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut

3003 10 00

Li fihom peniċillini jew derivattivi tagħhom, bi struttura ta’ aċtu peniċillaniku, jew streptomiċini jew derivattivi tagħhom

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll taħlit ta’ peniċillina u sterptomiċina.

3004

Medikamenti (ħlief oġġetti ta’ titlu 3002 , 3005 jew 3006 ) li jikkonsistu fi prodotti mħalltin jew mhux imħalltin għal użi terapewtiċi jew profilattiċi, ppreżentati f’dożi meqjusin (inklużi dawk f’forma ta’ sistemi li jingħataw mill-ġilda (transdermali) jew f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut

Ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

Bil-kontra tat-titlu ta’ qabel, dan it-titlu jkopri “prodotti mhux imħalltin”;. għall-interpretazzjoni tat-terminu “prodotti mhux imħalltin”, ara Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3004, raba’ u ħames paragrafi.

It-terminu “f’dożi mkejlin (inklużi dawk fil-forma ta’ sistemi ta’ amministrazzjoni transdermali)” u “forom jew pakketti għal bejgħ fi ħwienet għal użi terapewtiċi jew profilattiċi” huma definiti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3004, l-ewwel u t-tieni paragrafi.

Medikamenti magħmulin f’pakketti għal amministrazzjoni għal żmien twil jew għal sptarijiet jew stabbilimenti simili huma inklużi hawn. F’dan il-każ, numru ikbar ta’ unitajiet tal-prodotti huma miġburin u l-użu għal amministrazzjoni intiża għal żmien twil jew għal sptarijiet huwa ġeneralment indikat fuq il-pakkett.

Il-fatt li medikamenti fihom, pereżempju, antibijotiċi, ormoni jew prodotti limfilizzat, u magħmulin f’ampolli jew flixken għandhom xorta jkollhom miżjud magħhom ilma ħieles minn piroġenu jew dilwent ieħor qabel ikunu amministrati, ma jeskludihomx minn dan it-titlu.

3005

Tajjar, garża, faxex u oġġetti simili (per eżempju, infaxxar, stikk li jeħel, ġbajjar), mimlijin jew miksijin b’sustanzi farmaċewtiċi jew ippreżentati f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut għal għanijiet mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji

3005 10 00

Infaxxar li jeħel u oġġetti oħrajn li għandhom saff li jeħel

Dan is-subtitlu ma jkoprix kisjiet likwidi (subtitlu 3005 90 99).

3006

Oġġetti farmaċewtiċi speċifikati f’nota 4 għal dan il-kapitlu

3006 10 10 sa 3006 10 90

Ketgut kirurġika sterili, materjali simili sterili (inklużi ħjut kirurġiċi jew dentali sterili li jistgħu jkunu assorbabbli) u tessut sterili li jeħel għall-għeluq ta’ feriti kirurġiċi; laminarja sterili u tampuni sterili ta’ laminarja; emostatiċi sterili kirurġiċi jew dentali assorbabbili; protezzjonijiet sterili kirurġiċi jew dentali kemm jekk assorbabbli jew le

It-termini ta’ dawn is-subtitli għandhom ikunu interpretati b’mod strett. Dawn, għalhekk, ma jkoprux klipps għal sutura sterili (titlu 9018).

KAPITLU 31

FERTILIZZANTI

3103

Fertilizzanti minerali jew kimiċi, fosfatiċi

3103 10 10 u 3103 10 90

Superfosfati

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3103, (A), (1).

3105

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti, nitroġenu, fosfru u potassju; fertilizzanti oħrajn; oġġetti ta’ dan il-kapitlu f’għamla ta’ bċejjeċ jew forom simili jew f’pakki ta’ piż gross mhux aktar minn 10 kg

Ara Nota 6 għal dan il-kapitlu għad-definizzjoni ta’ “fertilizzanti oħrajn” użati f’dan it-titlu.

3105 10 00

Oġġetti ta’ dan il-kapitlu f’għamla ta’ bċejjeċ jew forom simili jew f’pakki ta’ piż gross mhux aktar minn 10 kg

It-terminu “forom simili” japplika għal oġġetti magħmulin fi kwantitajiet imkejlin. Konsegwentement, fertilizzanti magħmulin fil-forom tas-soltu, industrijali (pereżempju, frak żgħir) m’għandhomx jitqiesu bħala “forom simili”.

3105 20 10 u 3105 20 90

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom it-tliet elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju

L-espressjoni “li fihom it-tliet elementi fertilizzanti, nitroġenu, fosfru u potassju” tfisser li l-elementi indikati huma fi kwantita’ biżżejjed biex tkun eżerċitata azzjoni fertilizzanti reali u m’humiex sempliċiment impuritajiet.

Nitroġenu jista’ jkun preżenti fil-forom ta’ nitrati, melħ ta’ l-ammonja, urea, ċijanamide tal-kalċju jew komposti organiċi oħrajn.

Fosfru huwa ġeneralment preżenti fil-forom ta’ fosfati li huma ftit jew wisq solubbli jew, f’ċertu okkażjonijiet, f’forma organika.

Potassju huwa preżenti fil-forma ta’ melħ (karbonat, klorit, sulfat, nitrat, eċċ.).

Fin-negozju, il-kontenut ta’ nitroġenu, fosfru u potassju huwa espress, rispettivament, bħala N, P2O5 u K2O.

Dawn is-subtitli jinkludi l-fertilizzanti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3105, (B) u (Ċ), sakemm dawn fihom it-tliet elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju. Dawn ġieli jissejħu “fertilizzanti NPK”.

Il-fosfati doppji ta’ ammonju u potassju, li huma komposti definiti kimikament, huma esklużi minn dawn is-subtitli (subtitlu 2842 90 80).

3105 51 00 u 3105 59 00

Fertilizzanti minerali jew kimiċi oħrajn li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti nitroġenu u fosfru

Rigward l-interpretazzjoni tat-terminu “li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti nitroġenu u fosfru”, in-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3105 20 10 u 3105 20 90 japplikaw, mutatis mutandis.

3105 51 00

Li fihom nitrati u fosfati

Dan is-subtitlu jinkludi fertilizzanti li fihom kemm nitrati kif ukoll fosfati ta’ kwalunkwe katjoni, inkluż ammonju iżda jeskludi potassju.

Il-prodott deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3105, (B), (2), iżda miksub mingħajr iż-żieda ta’ melħ tal-potassju, huwa eżempju ta’ fertilizzant li jaqa’ f’ dan is-subtitlu.

3105 59 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

taħlitiet ta’ melħ minerali li fihom fosfati ta’ kwalunkwe katjoni (ħlief potassju) u ta’ melħ ta’ l-ammonju ħlief nitrati;

2.

fertilizzanti fosfo-nitroġenużi li fihom in-nitroġenu huwa preżenti f’forma ħlief nitrika jew ammonijaka, jiġifieri, fil-forma ta’ kalċju ċijanamide, urea ta’ komposti organiċi oħrajn;

3.

fertilizzanti fosfo-nitroġenużi tat-tipi deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3105, (Ċ), (1) u (3).

3105 60 00

Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosfru u potassju

Rigward l-interpretazzjoni tat-terminu “li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosfru u potassju”, in-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3105 20 10 u 3105 20 90 japplikaw, mutatis mutandis.

Dan is-subtitlu jinkludi fertilizzanti magħmulin mit-taħlitiet li ġejjin:

fosfati naturali magħmulin ġir u klorit tal-potassju;

superfosfati u sulfat tal-potassju.

Dan is-subtitlu ma jkoprux il-fosfati tal-potassju definiti kimikament ta’ subtitlu 2835 24 00, anki jekk dawn setgħu intużaw bħala fertilizzanti.

3105 90 20 u 3105 90 80

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

fertilizzanti kollha li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti nitroġenu u potassju. Madanakollu, dawn is-subtitlu ma jkoprux nitrat tal-potassju definit kimikament anki jekk dan intiż li jintuża bħala fertilizzant (subtitlu 2834 21 00);

2.

fertilizzanti b’element fertilizzanti wieħed, ħlief dawk li jaqgħu f’titlu 3102 sa 3104.

KAPITLU 32

ESTRATTI GĦALL-IKKUNZAR JEW GĦAŻ-ŻBIGĦ; TANNINI U DERIVATTIVI TAGĦHOM; ŻEBGĦA, PIGMENTI U MATERJAL IEĦOR TAŻ-ŻBIGĦ; ŻEBGĦA U VERNIĊI; STOKK U GOMOM OĦRAJN; LINEK

Nota 4

It-terminu “soluzzjonijiet” użat kemm f’din in-nota u f’Nota 6 (a) għal kapitlu 39 ma japplikawx għal soluzzjonijiet kollojdi.

 

3201

Estratti ta’ oriġni veġetali għall-ikkunzar; tannini u l-melħ tagħhom, eteri, esteri u derivattivi oħrajn

3201 20 00

Estratt ta’ akaċja Awstraljana ( wattle )

Estratt ta’ l-akaċja Awstraljana għall-ikkunzar huwa miksub mill-qoxra ta’ speċi differenti ta’ akaċja (partikolarment Acacia decurrens, Acacia pycnantha, Acacia mollissima).

Kaċċ iswed, estratt minn Acacia catechu, huwa klassifikat f’subtitlu 3203 00 10.

3201 90 20

Estratt tax-xumakk, estratt tal-ġandar ( vallonia ), estratt tal-ballut jew estratt tal-qastan

Ġandar huma l-cupules (tazzi tal-ġandar) ta’ ċertu tipi ta’ ballut (pereżempju, ta’ Quercus valonea).

3201 90 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu, bħala estratti għall-ikkunzar ta’ oriġni veġetali:

1.

estratti mill-qoxra ta’ pini, mangrovja, ewkaliptu, żafżafa u betula;

2.

estratti mill-injam ta’ tizerah u urunday (Astronium balansae Engl.);

3.

estratt tal-frott ta’ myrobolans u divi-divi; u

4.

estratt mill-weraq ta’ gambier.

3202

Sustanzi organiċi sintetiċi għall-ikkunzar; sustanzi inorganiċi għall-ikkunzar; preparazzjonijiet għall-ikkunzar, fihom jew le sustanzi naturali għall-ikkunzar; preparazzjonijiet enżimatiċi għal qabel l-ikkunzar

3202 10 00

Sustanzi organiċi għall-ikkunzar

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3202, (I), (A).

3202 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkudi l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3202, (I), (B) u (II).

3203 00

Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali jew ta’ annimali (inklużi estratti taż-żbigħ iżda eskluż iswed ta’ annimali), definiti kimikament jew le; preparazzjonijiet kif speċifikat f’nota 3 għal dan il-kapitlu bbażati fuq materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali jew ta’ annimali

3203 00 10

Materjal taż-żbigħ ta’ oriġni veġetali u preparazzjonijiet ibbażati fuqu

Estratti ta’ ċertu varjetajiet ta’ berries Persjani m’humiex prinċipalment użati bħala materjal taż-żbigħ u, konsegwentement, m’humiex inklużi f’dan is-subtitlu. Dan japplika partikolarment għal estratti ta’ berries tal-Rhamnus cathartica li jintużaw għal għanijiet mediċi u għal din ir-raġuni huma klassifikati f’subtitlu 1302 19 70.

Dan is-subtitlu jinkludi kaċċ iswed (Acacia catechu). Kaċċ iswed huwa estratt għaż-żbigħ miksub mill-catechu, varjeta’ ta’ akaċja.

3204

Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku, definit kimikament jew le; preparazzjonijiet kif speċifikati f’nota 3 għal dan il-kapitlu bbażati fuq materjal taż-żbigħ organiku sintetiku; prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti li jdawwlu fluworexxenti jew bħala luminofori, definiti kimikament jew le

3204 11 00 sa 3204 19 00

Materjal taż-żbigħ organiku sintetiku u preparazzjonijiet ibbażati fuqu kif speċifikati f’nota 3 għal dan il-kapitlu

Dawn is-subtitli jkopru:

1.

materjali taż-żbigħ organiċi sintetiċi, kemm jekk imħalltin flimkien u kemm jekk dilwiti ma’ sustanzi minerali li m’għandhomx proprjetajiet taż-żbigħ jew le, iżda li fihom biss kwantitajiet żgħar ta’ prodotti attivi għall-wiċċ jew addittivi oħrajn biex jinkuraġġixxu l-penetrazzjoni u t-twaħħil taż-żebgħa (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3204, parti (I), tieni paragrafu, (A) u (B); u

2.

il-preparazzjonijiet speċifikati f’Nota 3 għal dan il-kapitlu, prinċipalment il-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3204, parti (I), tieni paragrafu, (Ċ) sa (E).

Rigward il-materjali taż-żbigħ ta’ subtitli 3204 11 00 sa 3204 19 00 li, b’ħarsa lejn l-użu tagħhom, jistgħu jagħmlu parti minn żewġ kategoriji jew iżjed li jaqgħu f’subtitli differenti, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, ħdax-il paragrafu, biex tkun deċiża l-klassifikazzjoni tagħhom.

3204 11 00

Żebgħat li jinxterdu u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, tieni paragrafu.

3204 12 00

Żebgħat aċidużi, premetallizzati jew le, u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom; żebgħat korrużivi ( mordant ) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, tielet u raba’ paragrafi.

3204 13 00

Żebgħat bażiċi u preparazjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, ħames paragrafu.

3204 14 00

Żebgħat diretti u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, sitt paragrafu.

3204 15 00

Żebgħat tal-bittija (inklużi dawk li jintużaw f’dak l-istat bħala pigmenti) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, seba’ paragrafu.

3204 16 00

Żebgħat reattivi u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, tmien paragrafu.

3204 17 00

Pigmenti u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, disa’ paragrafu.

3204 19 00

Oħrajn, inklużi taħlitiet ta’ materjal taż-żbigħ minn tnejn jew aktar mis-subtitli 3204 11 sa 3204 19

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3204 11 sa 3204 19, għaxar sa tnax-il paragrafu.

3204 20 00

Prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala aġenti li jdawwlu fluworexxenti

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3204, (II), (1).

3204 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri prodotti organiċi sintetiċi ta’ tip użati bħala luminofori, li huma deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3204, (II), (2), u t-tliet paragrafi li ġejjin.

3206

Materjal ieħor taż-żbigħ; preparazzjonijiet kif speċifikati f’nota 3 għal dan il-kapitlu, ħlief dawk ta’ titlu 3203 , 3204 jew 3205 ; prodotti inorganiċi ta’ tip użati bħala luminofori, definiti kimikament jew le

Ara Nota 5 għal dan il-kapitlu.

Pigmenti nukleati, jiġifieri, pigmenti li jikkonsistu fi frak jew materjali inerti (ġeneralment ta’ silika) li kull wieħed minnhom, permezz ta’ proċessi tekniċi speċjali, kien miksi bi strat individwali ta’ materjal taż-żbigħ inorganiku, huma klassifikati fit-titlu xieraq għall-materjal taż-żbigħ li jikkostitwixxi l-kisja.

Għalhekk, pereżempju, pigmenti tat-tip imsemmi hawn fuq li fihom il-kisja tikkonsisti f’siliko-kromat taċ-ċomb bażiku huma klassifikati f’subtitlu 3206 20 00; dawk li fihom il-kisja tikkonsisti f’borat tar-ram jew plumbat tal-kalċju huma klassifikati f’subtitlu 3206 49 70.

3206 11 00 u 3206 19 00

Pigmenti u preparazzjonijet ibbażati fuq dijossidu tat-titanju

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (1), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13).

Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 3206 19.

3206 20 00

Pigmenti u preparazzjonijet ibbażati fuq komposti tal-kromju

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (2), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13).

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

molibdenu aħmar, li jikkonsisti fi kristalli mħalltin ta’ molibdat taċ-ċomb, kromat taċ-ċomb u, is-soltu, sulfat taċ-ċomb;

2.

kristalli mħalltin ta’ sulfat taċ-ċomb, kromat taċ-ċomb, kromat tal-barju, kromat taż-żingu u kromat ta’ l-istronzju;

3.

pigmenti bbażati fuq kromat ferruż (isfar “Siderin”), dikromat tal-potassju u dikromat tal-kalċju jew ossidu tal-kromju.

3206 41 00

Ultramarin u preparazzjonijiet ibbażati fuqu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (3), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13).

3206 42 00

Litofonu u pigmenti oħrajn u preparazzjonijiet ibbażati fuq sulfur taż-żingu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (4), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13).

3206 49 10

Manjetit

Dan is-subtitlu jkopri biss manjetit mitħun b’mod fin.

Manjetit li minnu 95 % jew iżjed mill-piż jgħaddi minn għarbiel b’mesh ta’ 0,045 mm jitqies bħala mitħun b’mod fin.

3206 49 70

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (A), (5) sa (13), u sa fejn dawn jikkonċernaw preparazzjonijiet ta’ dawn is-subtitli, l-erba’ paragrafi wara (13), dan is-subtitlu jinkludi:

1.

manganiż blu li huwa pigment b’bażi ta’ manganat tal-barju u sulfat tal-barju;

2.

okra artifiċjali li huwa pigment miksub minn ossidi tal-ħadid artifiċjali; u

3.

pigment isfar b’bażi ta’ titanat tan-nîkil.

Fil-każi ta’ pigmenti li jikkonsistu f’ores mitħunin b’mod fin, l-espressjoni “mitħunin b’mod fin”, għandha tkun interpretata bl-istess manjiera bħal manjetit ta’ subtitlu 3206 49 10.

3206 50 00

Prodotti inorganiċi ta’ tip użati bħala luminofores

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3206, (B).

3207

Pigmenti ppreparati, materjali li jtappnu ppreparati u kuluri ppreparati, enamel u glejż li jsiru ħġieġ, engobes ( slips ), lostri likwidi u preparazzjonijiet simili, ta’ tip użati fl-industrija taċ-ċeramika, ta’ l-enamel jew tal-ħġieġ; fritt tal-ħġieġ u ħġieġ ieħor, f’għamla ta’ trab, qmuħ jew qxur

3207 10 00

Pigmenti ppreparati, materjali li jtappnu ippreparati, kuluri ippreparati u preparazzjonijiet simili

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3207, l-ewwel paragrafu, (1).

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

il-pigment magħruf bħala aluminat tal-kobali li jikkonsisti f’taħlita mhux stojkjometrika ta’ ossidu ta’ l-aluminju u ossidu tal-kobalt;

2.

il-pigment magħruf bħala silikat tal-kobalt, li jikkonsisti f’taħlita mhux stojkjometrika ta’ silika u ossidu tal-kobalt;

3.

taħlit ta’ ossidu tal-kromju u ossidu tal-kobalt;

4.

taħlit ta’ ossidu tal-ħadid, ossidu tal-kromju u ossidu taż-żingu;

5.

taħlit ta’ antimonati ta’ ċomb u ħadid;

6.

vanadju isfar li jikkonsisti f’ossidu taż-żirkonju u kwantitajiet żgħar ta’ pentossidu tal-vanadju;

7.

vanadju blu li jikkonsisti f’silikat taż-żirkonju u kwantitajiet żgħar ta’ triossidu tal-vanadju;

8.

praseodimju isfar, li jikkonsisti f’silikat taż-żirkonju u ossidu tal-praseodinju;

9.

aħmar tal-ħadid, li jikkonsisti f’silikat taż-żirkonju u ossidu ferriku;

10.

sustanzi li jtappnu preparati fuq bażi ta’ ossidu tal-landa, ossidu taż-żirkonju, silikat taż-żirkonju, eċċ.

3207 20 10

Engobes ( slips )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3207, l-ewwel paragrafu, (3).

3207 20 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu bażikament ikopri komposizzjonijiet li jistgħu jsiru qishom ħġieġ. Dawn huma prodotti li huma ġeneralment fil-forma ta’ trab, frak żgħir jew qxur li meta msaħħnin jsiru ħġieġ biex jipproduċu wiċċ lixx omoġenju fuq oġġetti taċ-ċeramika jew tal-metall. Dan il-wiċċ jista’ jkun ileqq jew matt, ikkulurit jew abjad, trasparenti jew imtappan.

Dawn il-prodotti jistgħu jkunu magħmulin kif ġej:

1.

minn taħlitiet, imnaqqsin għal trab, ta’ fritt tal-ħġieġ ta’ subtitlu 3207 40 85 ma’ materjali oħrajn bħal silika, feldspar, kaolina, pigmenti, eċċ.;

2.

minn taħlitiet, imnaqqsin għal trab, ta’ silika, feldspar, kaolina, karbonat tal-kalċju, karbonat tal-manjesju, eċċ. (jiġifieri, il-komponenti ta’ fritt tal-ħġieġ li ma jdubux fl-ilma) u, possibilment, ta’ pigmenti.

Dawn iż-żewġ tipi ta’ komposizzjonijiet li jistgħu jsiru qishom ħġieġ jipproduċu kisi trasparenti, jew ikkulurit jew mhux ikkulurit;

3.

mill-prodotti msemmijin f’1 u 2 hawn fuq, biż-żieda ta’ sustanzi li jtappnu. F’dan il-każ il-kisi mtappan miksub huwa abjad jew ikkulurit.

4.

minn fritt fil-forma ta’ trab, frak żgħir jew qxur – li huma kostitwiti u miksubin kif indikat fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3207 40 40 sa 3207 40 85 – iżda li fihom, bħala żieda, pigmenti kkuluriti jew sustanzi li jtappnu u ġieli ossidi, biex ikun faċilitat it-twaħħil tal-kisja ma’ uċuħ metalliċi.

Il-pigmenti kkuluriti użati għall-manifattura ta’ prodotti ta’ dan is-subtitlu jinkludu ossidi u melħ ta’ kobalt, nîkil, ram, ħadid, manganiż, uranju u kromju.

Ossidu tal-landa, ossidu taż-żirkonju u silikat taż-żirkonju, ossidu tat-titanju u anidride arsenuż jistgħu jkunu miżjudin bħala sustanzi li jtappnu.

Ossidi tan-nîkil u tal-kobalt jistgħu jkunu miżjudin biex jiffaċilitaw it-twaħħil tal-kisja ma’ uċuħ metalliċi.

3207 30 00

Lostri likwidi u preparazzjonijiet simili

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3207, l-ewwel paragrafu, (4), dan is-subtitlu jkopri preparazzjonijiet b’bażi ta’ fidda, dispersa f’kollodjon jew terpineol, li huma applikati ma’ majka jew ħġieġ fl-industriji ta’ l-elettriku jew taċ-ċeramika.

3207 40 40 u 3207 40 85

Fritt tal-ħġieġ u ħġieġ ieħor, f’għamla ta’ trab, qmuħ jew qxur

Dawn is-subtitli jkopru:

1.

fritt tal-ħġieġ, jiġifieri, il-prodott miksub bit-tkessiħ f’daqqa waħda f’ilma fejn il-massa likwida jew pejst jirriżultaw mill-fużjoni tal-komponenti oriġinali tal-ħġieġ. Dawn il-komponenti jinkludu, pereżempju, silika, karbonat tas-sodju, karbonat tal-manjesju, karbonat tal-barju, karbonat tal-potassju, karbonat tal-kalċju, sulfat tas-sodju, sulfat tal-potassju, nitrat tas-sodju, nitrat tal-potassju, ossidi taċ-ċomb (litharge u ċomb aħmar), kaolina, feldspar, burax u aċtu boriku.

Fritt tal-ħġieġ ta’ dawn is-subtitli huwa użat prinċipalment għall-preparazzjoni ta’ komposizzjonijiet li jistgħu jsiru ħġieġ. Dan jista’ jintgħaraf minn fritt ta’ subtitli 3207 20 10 u 3207 20 90 mill-fatt li ma fihx pigmenti, sustanzi li jtappnu jew ossidi li jiffaċilitaw it-twaħħil ta’ kisja ma’ uċuħ metalliċi, u li jipproduċi, wara li jsir ħġieġ permezz tas-sħana, wiċċ ftit jew wisq trasparenti iżda mhux imtappan jew ikkulurit b’mod uniformi;

2.

trab jew frak żgħir ta’ ħġieġ miksub permezz tat-tfarrik u t-tħin ta’ affarijiet tal-ħġieġ imkissrin jew skart. Dawn il-prodotti, kif ukoll ċertu tipi ta’ fritt ta’ paragrafu 1 hawn fuq, jintużaw fil-preparazzjoni ta’ karti u ċraret li joborxu, huma jkunu magħqudin biex jiffurmaw diski, platti, tubi, eċċ. u jintużaw għal diversi għanijiet f’laboratorji.

3.

“ħġieġ ta’ l-enemel” fil-forma ta’ trab, frak żgħir, eċċ. li huwa ħġieġ speċjali użat għall-ornamentazzjoni ta’ oġġetti tal-ħġieġ. Normalment dan idub bejn 540 u 600 °Ċ f’massa trasparenti, ġeneralment ikkulurita. Meta f’massa, dan jaqa’ f’titlu 7001 00, meta fi bċejjeċ kbar, vireg jew tubi, dan jaqa’ f’subtitlu 7002 20 90 jew 7002 39 00;

4.

ħġieġ f’forma ta’ qxur, kemm jekk ikkulurit jew magħmul kulur il-fidda, użat bħala dekorazzjoni u miksub permezz tat-tifrik ta’ bżieżaq sferiċi żgħar ta’ ħġieġ minfuħ;

5.

vitrit, magħruf ukoll bħala ħġieġ ragħwa, fi trab jew frak żgħir miksub minn massa qisha sponża bajda, griża jew sewda, skond l-impuritajiet li fih, u użata prinċipalment għall-manifattura ta’ iżolaturi elettriċi (eż., bażijiet ta’ bozoz elettriċi).

Dawn is-subtitli ma jkoprux mikrosferi tal-ħġieġ għal kisi ta’ skrinijiet taċ-ċinema, pannelli ta’ display elettroniċi, eċċ. (subtitlu 7018 20 00).

3212

Pigmenti (inkluzi trab u qxur metalliku) mxerrdin f’mezz mhuwiex ta’ ilma, f’forma likwida jew ta’ pasta, ta’ tip użati fil-manifattura ta’ żebgħa (inklużi enamel); fojls ta’ l-istampar; żebgħa u materjal ieħor taż-żbigħ ippreżentat f’forom jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut

3212 10 00

Fojls ta’ l-istampar

Ara Nota 6 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3212, (B).

3212 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3212, (A) u (C).

Trab u qxur metalliċi deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3212, (A), jinkludu:

1.

trab taż-żingu, li huwa inkompatibbli ma’ sustanzi aċti li jgħaqqdu iżda li huwa pigment li jippreveni s-sadid b’mod eċċellenti.

2.

trab ta’ stainless steel fil-forma ta’ qxur u nîkel, użat f’ċertu żebgħa kontra l-korrożjoni u li jiflaħ l-aċtu;

3.

trab taċ-ċomb, pigment għal reazzjoni bażiku, użat bħala sustanza li tippreveni s-sadid (possibilment imħallat ma’ ċomb aħmar jew sulfat taċ-ċomb bażiku) f’żebgħat taż-żejt jew f’verniċ taż-żejt bħala kisja li tlesti għall-użu sezzjonijiet ta’ l-azzar kbar (strutturi ta’ ħangar, pontijiet, vijadotti, eċċ.);

4.

trab tar-ram u tal-bronż li l-frak f’forma ta’ trab tiegħu “joħroġ il-weraq” f’verniċ ibbażat fuq alkoħol, resini naturali jew artifiċjali biex jifforma kisi dekorattiv.

KAPITLU 33

ŻJUT ESSENZJALI U REŻINOJDI; PREPARAZZJONIJIET TA’ FWEJJAĦ, KOSMETIĊI JEW TAT-TWALETTA

3301

Żjut essenzjali (bla terpeni jew le), inklużi konkreti u assoluti; reżinojdi; oleorażi estratti; konċentrati ta’ żjut essenzjali fix-xaħam, fi żjut fissi, fix-xemgħa jew hekk, magħmulin permezz ta’ enfleurage jew maċerazzjoni; prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali; distillati ta’ ilma u soluzzjonijiet ta’ ilma ta’ żjut essenzjali

Uħud mill-kostitwenti ta’ żjut essenzjali, minn natura tagħhom, iħassru l-fragranza u huma preferibilment imneħħijin, bħal idrokarbonji tat-terpeniċ (eż., pinina, kamfein, limonin).

Żjut essenzjali jistgħu jkunu deterpenati permezz ta’ diversi metodi skond il-komposizzjoni tagħhom, partikolarment permezz tad-distillazzjoni f’vakwu, kristallizzazzjoni frazzjonali permezz ta’ tkessiħ għal temperatura baxxa, separazzjoni permezz ta’ solventi, eċċ.

Żjut essenzjali li xorta jżommu l-kostitwenti terpeniċi tagħhom u żjut essenzjali li, min- natura tagħhom, ma fihomx kostitwenti terpeniċi (eż., żejt tal-limonju u żejt tal-mustarda) huma msemmijin bħala “mhux deterpenati”.

3301 12 10 sa 3301 19 80

Żjut essenzjali ta' frott taċ-ċitru

Dawn iż-żjut jinkisbu, kważi kompletament, mill-qoxra tal-frott. Għandhom riħa pjaċevoli li hija simili għal dak ta' tal-frott użat fil-preparazzjoni tagħhom. Żjut taż-żahar tal-larinġ jew tan-neroli mhumiex meqjusa bħala żjut essenzjali ta' frott taċ-ċitru u huma kklassifikati f'subtitlu 3301 29 41 jew 3301 29 91.

Żejt essenzjali mhux deterpinat huwa żejt essenzjali fejn il-kontenut tal-idrokarboni monoterpeniċi jkun ġie parzjalment jew kompletament imneħħi.

3301 90 10

Prodotti sekondarji terpeniċi tad-deterpenazzjoni ta’ żjut essenzjali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3301, (Ċ).

3301 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

konċentrati ta’ żjut essenzjali f’xaħmijiet, fi żjut fissi, jew f’xemgħat jew f’affarijiet simili (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3301, (B));

2.

distillati prodotti mill-ilma u soluzzjonijiet bl-ilma ta’ żjut essenzjali (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3301, (D), l-ewwel sa r-raba’ paragrafi).

3304

Preparazzjonijiet tas-sbuħija jew tal-mejkapp u preparazzjonijiet għall-kura talġilda (ħlief medikamenti), inklużi preparazzjonijiet għall-ilqugħ jew għas-smurija tal-ġilda mix-xemx; preparazzjonijiet għat-trattament ta' l-idejn u għat-trattament tas-saqajn

3304 30 00

Preparazzjonijiet għat-trattament ta' l-idejn u għat-trattament tas-saqajn

Dan is-subtitlu tkopri preparazzjoniiet użati għall-kura tad-dwiefer tal-idejn u tas-saqajn, kura u trattament tal-ġilda madwar id-dwiefer, kif ukoll tal-kallijiet. Madankollu, il-preparazzjonijiet użati għall-kura tal-ġilda, pereżempju, il-kremi tal-idejn, huma esklużi (ġeneralment, is-subtitlu 3304 99 00).

3304 99 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu tkopri prodotti maħduma għall-kura tal-ġilda (ħlief medikamenti) ippreżentati f'tajjar, pannu u prodotti mhux minsuġa, bħal moisturisers, toners u cleansers. Dan is-subtitlu tkopri prodotti maħduma għall-kura tal-ġilda (ħlief medikamenti) ippreżentati f'tajjar, pannu u prodotti mhux minsuġa, bħal moisturisers, toners u cleansers. Madankollu, jekk it-tajjar, pannu u prodotti mhux minsuġa jkunu mxappa, miksija jew koperti bi prodotti li jipprovdu l-karattru essenzjali ta' fwieħa, kożmetiċi, sapun jew deterġent, ikunu esklużi minn din t-titlu (titli 3307 u 3401 rispettivament).

3305

Preparazzjonijiet għal użu fuq ix-xagħar

3305 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi lozjonijiet tax-xagħar huma prodotti applikati max-xagħar fil-forma likwida biex jipproduċu effett jew fuq ix-xaft tax-xagħar jew fuq il-ġilda tar-ras. Huma jkunu ġeneralment soluzzjonijiet bl-ilma jew alkoħoliċi.

KAPITLU 34

SAPUN, AĠENTI ORGANIĊI LI JAĠIXXU FUQ IL-PROPRJETAJIET LI JXARRBU (SURFACE-ACTIVE), PREPARAZZJONIJIET GĦAL ĦASIL, PREPARAZZJONIJIET GĦAL LUBRIKAR, XEMGĦAT ARTIFIĊJALI, XEMGĦAT IPPREPARATI, PREPARAZZJONIJIET GĦAL LOSTRAR JEW GĦAL GĦORIK, XEMGĦAT U OĠĠETTI SIMILI, PASTA GĦAL MUDELLAR, XEMGĦAT DENTALI (DENTAL WAXES) U PREPARAZZJONIJIET DENTALI B’BAŻI TA’ĠIBS

3401

Sapun; prodotti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu ( surface-active ) u preparazzjonijiet għal użu bħal sapun, f’forma ta’ biċċiet, f’forma ta’ sapuna, biċċiet jew għamliet iffurmati, li jkun fihom is-sapun jew le; prodotti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu ( surface-active ) u preparazzjonijiet għal ħasil tal-ġilda, f’forma ta’ likwidu jew krema u ppreżentati għal bejgħ bl-imnut, li jkun fihom is-sapun jew le; karti, tajjar, felt u ħjut mhux minsuġin, mimlijin, miksijin jew mgħottijin b’sapun jew deterġent

3401 11 00

Għal użu tat-twaletta (inklużi prodotti medikati)

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3401, (I), s-seba’ paragrafu, (1), u dawk il-prodotti msemmijin f’partijiet (II) u (IV) li huma għal użu tat-twaletta.

3401 20 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi sapun fil-forma likwida jew fil-forma ta’ pejst.

3401 30 00

Prodotti organiċi li jaġixxu fuq il-proprjetajiet li jxarrbu ( surface-active ) u preparazzjonijiet għal ħasil tal-ġilda, f’forma ta’ likwidu jew krema u ppreżentati għal bejgħ bl-imnut, li jkun fihom is-sapun jew le

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3201, (III).

3403

Preparazzjonijiet għal lubrikar (inklużi preparazzjonijiet ta’ żejt għal qtugħ, preparazzjonijiet biex jerħu boltijiet u skorfini, preparazzjonijiet kontra s-sadid jew kontra l-korrużjoni u preparazzjonijiet li jerħu l-moffa, ibbażati fuq lubrikanti) u preparazzjonijiet ta’ tip użati għat-trattament biż-żejt jew bil-grass ta’ materjali tessili, ġlud, ferijiet jew materjali oħrajn, iżda esklużi preparazzjonijiet li fihom, bħala kostitwenti bażiċi, 70 % jew aktar bil-piż ta’ żjut minerali ( petroleum ) jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi

3403 19 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi preparazzjonijiet għal lubrikar ta’ magni, għodod u inġenji.

Dan is-subtitlu jkopri l-preparazzjonijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3204, l-ewwel paragrafu, (A), li fih bil-piż inqas minn 70 % ta’ żjut minerali jew żjut miksubin minn materjali bituminużi.

Dan is-subtitlu ma jinkludix preparazzjonijiet li fihom bil-piż 70 % jew aktar ta’ żjut minerali jew żjut miksubin minn minerali bituminużi. Meta żjut bħal dawn huma l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjoni, huma jaqgħu f’subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99 u f’każi oħrajn f’subtitlu 3403 19 10.

3403 91 00 u 3403 99 00

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru preparazzjonijiet tat-tip imsemmi f’titlu 3403 li ma fihomx żjut minerali jew żjut miksubin minn materjali bituminużi. L-espressjoni żjut minerali jew żjut miksubin minn materjali bituminużi; tfisser il-prodotti msemmijin f’Nota 2 għal kapitlu 27.

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

preparazzjonijiet lubrikanti li jikkonsistu f’disulfid tal-molibdenu u glikolu tal-polipropilene u preparazzjonijiet lubrikanti oħrajn b’bażi ta’ disulfid tal-molibdenu, kemm jekk konċentrat jew fil-forom ta’ lapsijiet, vireg, platti żgħar, folji u affarijiet simili;

2.

preparazzjonijiet rilaxxati minn forom li jikkonsistu f’dispersjoni bl-ilma ta’ xemgħa polietilene u sapun aminoalkoħol;

3.

preparazzjonijiet lubrikanti b’bażi ta’ sapun tas-sodju jew sapun tal-kalċju u burax, intiż li jipproteġi u jillubrika wajers ta’ l-azzar matul operazzjonijiet ta’ ġbid ta’ wajers;

4.

preparazzjonijiet għal lubrikar ta’ magni, għodod u inġenji.

3405

Lostri u kremi, għaż-żraben, għamara, art, qafas ta’ vetturi, ħġieġ jew metall, pasti u trabijiet għal għorik u preparazzjonijiet simili (kemm jekk f’forma ta’ karti, tajjar, felt, ħjut mhux minsuġin, plastik ċellulari jew gomom ċellulari, mimlijin, miksijin jew mgħottijin b’dawn il-preparazzjonijiet), ħlief xemgħat ta’ titlu 3404

3405 10 00

Lostri, kremi u preparazzjonijiet simili, għaż-żraben jew ġilda

Il-materjali primarji użati fil-manifattura ta’ prodotti għal ħwejjeġ tas-saqajn ġeneralment jikkonsistu f’xemgħat (annimali, veġetali, minerali jew artifiċjali), solventi volatili (spirti ta’ turpentina, spirti bojod, eċċ.), materjali li jikkuluraw u diversi sustanzi oħrajn (alkoħol, burax, żjut artifiċjali, sustanzi li jgħaqqdu, eċċ.).

Kuluri għall-ġilda, partikolarment dawk għall-ħwejjeġ tas-saqajn swejd, m’humiex prodotti tan-natura ta’ lostri u kremi u jaqgħu f’subtitlu 3212 90 00 (jekk huma, kif ġeneralment ikun il-każ, magħmulin f’forom jew f’pakki ta’ tip mibjugħ fi ħwienet). Esklużi wkoll minn dan is-subtitlu huma oġġetti li jbajdu għal żraben, li jaqgħu f’subtitlu 3210 00 90. Żjut għal ilbies tas-saqajn jaqgħu ġeneralment f’subtitlu 3403 11 00 jew 3403 91 00.

3405 20 00

Lostri, kremi u preparazzjonijiet simili, għal manutenzjoni ta’ għamara u artijiet ta’ l-għuda, jew xogħol ta’ l-għuda ieħor

Prodotti intiżi għall-manutenzjoni ta’ injam (art, għamara, xogħol ta’ l-injam) għandhom proprjetajiet li jnaddfu u jħallu fuq il-wiċċ li fuqu jkunu applikati qoxra protettiva rqiqa, li wara li tinxef u f’xi każi tkun ippolixxjata, tqawwi l-kulur tagħhom jew tagħtihom dehra tleqq. Prodotti ta’ dan it-tip huma ġeneralment magħmulin f’laned, fliexken,kuttunar, jew bottijiet. Matul il-manifattura, bħala żieda max-xemgħat, solventi, materjali li jagħtu l-kulur u addittivi speċjali oħrajn li jmorru fil-komposizzjoni ta’ lostri u kremi għal ilbies tas-saqajn, uħud mill-prodotti li ġejjin jintużaw ta’ spiss: aċti xaħmin, żjut veġetali (eż. żejt tal-palma, żejt tal-kittien) jew żjut minerali, sapun jew aġenti li jaġixxu ma’ l-uċuħ, reżini (kopal, rożin jew kolofonija, eċċ.), silikoni, fwejjaħ (eż., essenza ta’ pin, rosmarin), insettiċidi, eċċ., iżda mhux materjali li joborxu.

3405 30 00

Lostri u preparazzjonijiet simili għal qofsa ta’ vetturi, ħlief lostri għal metall

Prodotti intiżi għall-manutenzjoni tal-ħadid ta’ vettura li jikkonsistu f’emulsjoni qisha tax-xemgħa jew soluzzjoni li fiha silikoni, żjut, aġenti li jgħaqqdu u, possibilment, sustanzi li joborxu b’mod ħafif.

3405 40 00

Pasta u trabijiet għal għorik u preparazzjonijiet oħrajn għal għorik

Trabijiet għal għorik għal banjijiet, banji għal ħasil, madum, eċċ. jikkonsistu f’taħlitiet li joborxu maqsumin b’mod fin ħafna (eż., ħaffiefa, sandstone) u sustanzi li jnaddfu magħmulin trab (eż., aġenti li jaħdmu ma’ l-uċuħ b’anjoni attivi, trab tas-sapun, fosfat tas-sodju, karbonat tas-sodju anidride). Huma ġeneralment magħmulin f’laned jew pakketti. Pasta għal għorik huma prodotti għal għorik magħmulin permezz tat-tgħaqqid ta’ trabijiet ma’, pereżempju, soluzzjoni tax-xemgħa.

3405 90 10

Lostri għal metall

Lostri għal metall huma intiżi li jirrestawraw, permezz ta’ trattament mal-wiċċ, l-apparenza oriġinali ta’ metalli msaddin, imħassrin jew mikulin. Dan ir-riżultat huwa miksub permezz tat-tqaxxir (azzjoni ta’ polixxjar mekkanika permezz ta’ sustanza li tobrox) u permezz ta’ azzjoni kimika jew li tnaddaf ta’ l-aċti jew l-alkali fuq l-ossidi, sulfidi u diversi tbajja’.

Il-materjali primarji użati fil-manifattura ta’ lostri għal metall huma taħlitiet li joborxu maqsumin b’mod fin ħafna (eż., ħaffiefa, ġibs, kieselguhr, tripolit, bentonit, silika), aċti, (eż. aċtu ossaliku, aċtu olejku, aċtu fosforiku, aċtu sulforiku) solventi volatili (eż., spirtu abjad, trikloretilene, alkoħol denaturat), alkali (eż., ammonja, soda), prodotti li jaġixxu ma’ uċuħ bħal alkoħoli sulfoniċi xaħmin, xaħmijiet, sapun u f’xi każi materjali li jagħtu l-kulur u fwejjaħ sintetiċi).

Lostri għal metall huma preżentati fil-forma ta’ trab, pasti diversi komposizzjonijiet (kremi jew emulsjonijiet) u likwidi. Skond it-tip, huma magħmulin fi flixken, bottijiet, tubi tal-metall, laned, pakketti jew fil-forom ta’ mases żgħar, koni, stikek, eċċ.

3405 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi partikolarment:

1.

lostri għal ħġieġ li ġeneralment fihom ilma, alkoħol, u kwantita’ żgħira ta’ ammonja jew aċtu (eż., assaliku, tartariku) u sustanza li tqaxxar b’mod artab.

2.

prodotti għal polixxjar, finixxjar u materjali oħrajn li jitħnu b’mod fin.

KAPITLU 35

SUSTANZI ALBUMINOJDALI; LAMTI MODIFIKATI; KOLOL; ENŻIMI

3501

Kaseina, kaseinati u derivattivi oħrajn ta’ kaseina; kolol ta’ kaseina

3501 10 10 sa 3501 10 90

Għall-manifattura ta’ fibri tessili riġenerati

Dawn is-subtitli jkopru l-kaseini msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3501, (A), (1). Dawn il-kaseini – irrispettivament mill-metodu ta’ preċipitazzjoni użata biex jinkisbu – huma klassifikati f’dawn is-subtitli meta jkun fihom inqas minn 15 % jew inqas mill-piż ta’ ilma; inkella huma klassifikati f’titlu 0406.

Dawn is-subtitli ma jkoprux prodotti tat-tip “cagliata” kif imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0406 10 30 sa 0406 10 80, tielet paragrafu.

3501 10 90

Oħrajn

Il-kaseini ta’ dan is-subtitlu huma użati, partikolarment, fil-manifattura ta’ prodotti dijetetiċi (eż., biskuttini, ħobż); huma jistgħu jintużaw ukoll fi preparazzjonijet ta’ affarijiet ta’ l-ikel ta’ annimali.

3501 90 10

Kolol ta’ kaseina

Kolol ta’ kaseina, magħrufin ukoll bħala kolol kesħin, huma preparazzjonijiet b’bażi ta’ kaseini u ġibs li magħhom hemm miżjudin kwantitajiet żgħar ta’ prodotti oħrajn bħal burax u klorid ta’ l-ammonju naturali. Dawn jista’ jkun fihom ukoll affarijiet li jimlew, pereżempju, feldspar.

Għalkemm dan jista’ jintuża bħala kolla, kaseinat tal-kalċju mingħajr materjali oħrajn miżjudin jaqa’ f’subtitlu 3501 90 90.

3501 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi kaseinati u derivattivi oħrajn ta’ kaseina msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3501, (A), (2) u (A), (3) rispettivament.

Kaseinati huma magħmulin fil-forma ta’ trab abjad jew isfar, u huma kważi bla riħa.

3504 00

Peptuni u derivattivi tagħhom; sustanzi oħrajn ta’ proteini u derivattivi tagħhom, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; trab għal ġilda ( hide powder ), kromat jew le

3504 00 10

Proteini ta’ ħalib konċentrat speċifikati f’nota addizzjonali 1 ghal dan il-kapitlu

Proteini tal-ħalib konċentrati huma ġeneralment miksubin billi titneħħa l-parti tal-lattosju u l-melħ minerali minn ħalib xkumat permezz ta’, pereżempju, ultrafiltrazzjoni. Dawn huma magħmulin essenzjalment minn kaseini u proteini tax-xorrox (laktoglubulini, laktalbumini, eċċ.) bil-proporzjon ta’ bejn wieħed u ieħor 4:1. Il-kontenut ta’ proteini tagħhom huwa kkalkolat billi jkun immultiplikat il-kontenut ta’ nitroġenu b’fattur ta’ konverżjoni ta’ 6,38.

Meta l-kontenut ta’ proteini għal proteini ta’ ħalib konċentrat jammonta għal 85 % jew inqas mill-materja xotta, il-prodott huwa kopert minn subtitlu 0404 90.

Dan is-subtitlu ma jkoprix prodotti tat-tip “cagliata” kif imsemmi fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 0406 10 30 sa 0406 10 80, tielet paragrafu.

3506

Kolol ippreparati u sustanzi ppreparati oħrajn li jwaħħlu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra; prodotti tajbin għal użu bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, mhux itqal minn piż nett ta’ 1 kg

3506 10 00

Prodotti tajbin għal użu bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut bħala kolol jew sustanzi li jwaħħlu, li ma jaqbżux il-piż nett ta’ 1 kg

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3506, l-ewwel paragrafu, (A), li jikkonċerna l-preżentazzjoni ta’ dawn il-prodotti.

Dan is-subtitlu jinkludi kolla tal-metilċellulosa fi qxur jew biċċiet li jistgħu jkunu mdewbin f’ilma biex jipproduċu sustanza li twaħħal partikolarment tajba għal karta tal-ħajt.

3506 99 00

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3506, l-ewwel paragrafu, (B), (1) sa (3), dan is-subtitlu jinkludi kolol bbażati fuq ħażiż, pasta tal-qamħ u gloj ibbażat fuq agar-agar.

3507

Enżimi; enżimi preparati li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

3507 90 90

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3507 (ħlief renett u konċentrati tiegħu, lipasi tal-lipoproteina u proteasi alkalini ta’ l-Aspergillus), dan is-subtitlu jinkludi penicillinase, asparaginase u kallidinogenase (INN) (kallikrein).

KAPITLU 36

SPLUSSIVI; PRODOTTI PIROTEKNIĊI; SULFARINI; LIGI PIROFORIĊI; ĊERTI PREPARAZZJONIJIET KOMBUSTIBBLI

3603 00

Fjusijiet tas-sigurta’; fjusijiet detonaturi; kaps tad-daqqa ( percussion ) jew detonaturi; apparati li jqabbdu ( igniters ); detonaturi ta’ l-elettriku

3603 00 10

Fjusijiet tas-sigurta’; fjusijiet detonaturi

Dan is-subtitlu jkopri biss il-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3603, tieni paragrafu, (A).

3604

Ġiġġifogu, murtali tas-sinjali, rokits għax-xita, sinjali għaċ-ċpar u oġġetti oħrajn pirotekniċi

3604 10 00

Ġiġġifogu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3604, l-ewwel paragrafu, (1), (a).

3604 90 00

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3604, l-ewwel paragrafu, (1), (b), u (2), u tieni paragrafu, dan is-subtitlu jinkludi amorces li jintużaw f’lampi tas-sigurta’, intiżi li jiżvelaw il-preżenza ta’ firedamp f’galleriji tal-mini. Dawn l-amorces huma rranġati fuq strippi rqaq ta’ tessut madwar 4 mm f’wisa’ u madwar 35 ċm f’tul. Kull strippa ġeneralment iġġor madwar 30 amorce u tkun is-soltu mdawra f’romblu.

KAPITLU 37

OĠĠETTI FOTOGRAFIĊI JEW ĊINEMATOGRAFIĊI

3702

Film fotografiku f’rombli, sensitizzat, mhux meħud, ta’ kwalunkwe materjal ħlief karta, kartonċin jew tessuti; film f’rombli għal stampar fil-pront, sensitizzat, mhux meħud

3702 32 10

Mikrofilm; film għall-arti grafiċi

Mikrofilm ta’ dan is-subtitlu s-soltu m’huwiex differenti minn film ċinematografiku iżda jintuża għall-riproduzzjoni frejm wara frejm ta’ dokumenti. Dan jintuża ukoll għar-riproduzzjoni ta’ listi ta’ programm tal-kompjuter, fejn dan huwa identifikat mill-ittri COM. Mikrofilm is-soltu jkun magħmul f’wisgħat ta’ 8 mm, 16 mm u 35 mm u f’tulijiet ta’ madwar 30 m, 61 m, 122 m u 305 m.

Film għall-arti grafika tintuża fl-industrija ta’ l-ipprintjar għar-riproduzzjoni fotomekkanika ta’ materjal ta’ stampi u ta’ kliem (eż., fotolitografija, eljogravur, riproduzzjoni ta’ fotostat).

3702 96 10

Mikrofilm; film għall-arti grafiċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3702 32 10.

3702 97 10

Mikrofilm; film għall-arti grafiċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3702 32 10.

3705

Pjanċi u film fotografiċi, meħudin u żviluppati, ħlief film ċinematografiku

3705 90 10

Mikrofilms

Dan is-subtitlu jkopri riproduzzjonijiet, f’forom ridotti, ta’ dokumenti (eż., karti ta’ negozju, dokumenti ta’ l-arkivji, tpinġijiet industrijali); miksubin permezz ta’ proċess fotografiku.

Mikrofilm huwa film fuq iċ-ċatt (microfiches) jew f’rombli li jikkonsistu f’serje ta’ stampi żgħar. Microfiches jibqgħu klassifikati f’dan is-subtitlu anki jekk fremjati.

Dan is-subtitlu ma jkoprix mikrokopji fuq karta fotografika, esposta u żviluppata (fil-forom ta’ mikrobiljetti, kotba, eċċ.) li jaqgħu f’subtitlu 4911 91 00.

3706

Film ċinematografiku, meħud u żviluppat, b’kolonna sonora inkorporata jew mingħajrha jew magħmulin biss minn kolonna sonora

Dan it-titlu jkopri, bħala films bil-ħoss, dawk biss li fihom kemm stampi viżwali kif ukoll kolonna sonora (soundtrack) fuq l-istess bend. Fil-każ ta’ films bil-ħoss f’żewġ bends, kemm jekk preżentati flimkien jew le, kull bend hija klassifikata fis-subtitlu xieraq tagħha., jiġifieri, stokk ta’ film li jikkonsisti biss f’kolonna sonorahuwa klassifikat f’subtitlu 3706 10 20 jew f’subtitlu 3706 90 52 skond il-wisa’ tiegħu, filwaqt li stokk ta’ film li fih l-istampi viżwali jaqgħu f’wieħed jew iżjed mis-subtitli preżenti jew f’subtitli 3706 90 91 jew 3706 90 99 (applikazzjoni ta’ Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu).

3706 10 20

Magħmulin biss minn kolonna sonora; negattivi; pożittivi intermedji

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

negattivi oriġinali ta’ films;

2.

films pożittivi intermedji pprintjati min-negattivi oriġinali: fil-proċess ta’ iswed u abjad huma magħrufin bħala “pożittivi dduplikati”, “pożittivi marun”, “pożittivi ta’ lewn vjola”, “pożittivi master”, “masterprints”, “masterprints fini”, “masterprints ta’ lewn aħmar”, jew “pożittivi dduplikati”, filwaqt li fil-proċess tal-kulur huma magħrufin bħala “pożittivi dduplikati”, “interpożittivi” jew “pożittivi intermedji”; dawn huma magħmulin fuq bażi li hija daqxejn sfumata fil-vjola jew fil-marun, jew fuq bażi mhux sfumata; dawn il-films m’humiex normalment użati għal projezzjoni iżda huma intiżi biex isiru doppji ta’ negattivi oriġinali. Madanakollu dawn jistgħu jintużaw f’eċċezzjonijiet għal ħarsien, għal xogħol ta’ editjar jew post-sinkronizzazzjoni ta’ film.

Ukoll klassifikati bħala pożittivi intermedju huma t-tliet separazzjonijiet suwed u bojod pożittivi magħmulin permezz ta’ filtri (blu, ħodor u ħomor) min-negattivi tal-kulur oriġinali u użati biex jinkisbu, permezz ta’ filtri simili, internegattiva kkulurita intiża għall-ipprintjar ta’ kopji pożittivi.

3.

doppji ta’ negattivi pprintjati minn films pożittivi intermedji u intiżi għal ipprintjar ta’ kopji pożittivi; huma magħrufin bħala “negattivi duplikati” fi proċess iswed u abjad u “internegattivi” fi proċess tal-kulur (10);

4.

internegattivi riversibbli li, fi proċessar bil-kulur huma miksubin direttament permezz ta’ l-inverżjoni tan-negattiva oriġinali u li minnha għandhom ikunu printjati kopji intiżi għal esibizzjoni;

5.

“films matriċi” (ħomor, ħodor, blu) li, fi proċess bil-kulur, huma miksubin minn negattivi u li minnha għandhom ikunu printjati kopji.

Fejn huma ta’ wisa’ ta’ 35 mm jew aktar, dawn il-films kollha – bl-eċċezzjoni ta’ “films matriċi” – is-soltu għandhom it-toqob tipiċi għal negattivi (forma ta’ barmil).

Dan jagħmilha possibli li ssir distinzjoni bejn films pożittivi intermedji bil-parti ta’ wara mhux sfumata minn films pożittivi intiżi għal projezzjoni li għandhom toqob tipiċi ta’ pożittivi.

Image

Madanakollu, għandu jkun innutat li films minn ċertu pajjiżi (l-USSR ta’ qabel partikolarment) juru tip uniku ta’ toqob (Dubray-Howell) li huma simili ħafna għal toqob pożittivi normali u li jinsabu f’films negattivi oriġinali, f’pożittivi u negattivi intermedji kif ukoll f’kopji pożittivi intiżi għal wiri jew projezzjoni.

“Films matriċi” għandhom toqob tipiċi ta’ pożittivi iżda jistgħu jintgħarfu mill-ħxuna tagħhom (kważi d-doppju ta’ dawk tal-pożittivi), mill-kulur marun dominanti tagħhom u d-daqsxejn relief ta’ l-istampi.

3706 10 99

Pożittivi oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri films intiżi għal projezzjoni.

Films pożittivi b’żewġ bends ta’ stampi jew aktar għandhom ikunu klassifikati u aċċessati għal ħtieġa skond il-wisa’ u t-tul tal-film wara l-qsim, jiġifieri, il-wisa’ u t-tul tal-film kif dan ser ikun projettat.

Per eżempju, film b’wisa’ ta’ 35 mm (erba’ bends ta’ 8 mm qtugħ mirqum) u tul ta’ 100 m għandu jitqies bħala film 8 mm ta’ 400 m tul.

 

Image

3706 90 52

Magħmulin biss minn kolonna sonora; negattivi; pożittivi intermedji; films t'aħbarijiet ( newsreels )

Ara n-Noti ta' Spjega għal subtitlu 3706 10 20.

Għad-definizzjoni tat-terminu “films t'aħbarijiet (newsreels)”, ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu.

3706 90 91 u 3706 90 99

Oħrajn, ta' wisa'

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3706 10 99.

KAPITLU 38

DIVERSI PRODOTTI KIMIĊI

3801

Grafita artifiċjali; grafita kollojdali jew semi-kollojdali; preparazzjonijiet ibbażati fuq grafita jew karbonju ieħor f’forma ta’ pasti, blokki, pjanċi jew semi-manifatturi oħrajn

3801 10 00

Grafita artifiċjali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3801, (1).

3801 20 10 u 3801 20 90

Grafita kollojdali jew semi-kollojdali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3801, (2).

3801 20 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri grafita kollojdali f’sospensjoni bl-ilma jew f’sospensjonijiet oħrajn mhux biż-żejt.

3801 30 00

Pasti karbonaċej għall-elettrodi u pasti simili għall-kisi tal-fran

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3801, (3), (b).

3802

Karbonju attivat; prodotti minerali naturali attivati; iswed ta’ annimali, inkluż iswed maħruq ta’ annimali

3802 10 00

Karbonju attivat

Karbonju attivat ta’ dan is-subtitlu għandu numru ta’ jonju ta’ 300 jew aktar (milligrammi ta’ jonju assorbiti għal kull gramm ta’ karbonju), kif stipulat mill-metodu ASTM D 4607-86.

3802 90 00

Oħrajn

Ġeneralment, dijatomit attivat ta’ dan is-subtitlu, magħmul ġir b’aġenti li jgħaqqdu bħal kloridu tas-sodju jew karbonat tas-sodju (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3802, parti (A), tielet paragrafu, (b), (1), għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

huwa abjad u jibqa’ abjad wara li jgħaddi għal aktar formazzjoni f’ġir;

il-pH tiegħu bħala 10 % sospensjoni fl-ilma hija madwar 7,5 u 10,5;

it-telf mal-qbid f’ 900 °Ċ huwa inqas minn 0,5 %;

il-kontenut ta’ sodju espress bħala Na2O huwa ogħla minn 1,5 %.

Dan is-subtitlu jkopri bentoniti attivati li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni ta’ art attivata (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3802, parti (A), tielet paragrafu, (b) (3). Bentoniti attivati li jaqgħu f’dan is-subtitlu huma differenti minn bentoniti li jseħħu fin-natura li jaqgħu f’subtitlu 2508 10 00 b’pH ta’ ġeneralment inqas minn 6 (aċti bentoniti), jew ogħla minn 9,5 (għal sospensjoni fl-ilma u wara li tkun qagħdet għal siegħa) b’kontenut ta’ karbonat tas-sodju li jaqbeż 2 % jew kontenut aggregat ta’ sodju u kalċju li jistgħu jinbidlu li jaqbeż 80 meq/100 g (bentoniti tas-sodju attivati).

Bentoniti organofiliċi miksubin biż-żieda ta’, pereżempju stearilamina, huma ġeneralment koperti mis-subtitlu 3824 90 96.

Bentoniti naturali sempliċiment imħalltin ma’ kwantitajiet żgħar ta’ karbonat tas-sodju huma koperti minn subtitlu 3824 90 96.

3803 00

Tall Oil , raffinat jew le

3803 00 10

Mhux raffinat

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3803, l-ewwel żewġ paragrafi.

3804 00 00

Lissiji residwali mill-manifattura ta’ polpa ta’ l-għuda, konċentrati jew le, biz-zokkor imneħħi jew trattati kimikament, inklużi sulfonati tal-linjin, iżda eskluż tall oil ta’ titlu 3803

Dan it-titlu jinkludi lissija ta' sulfit konċentrat.

Lissija ta' sulfit konċentrat tinkiseb permezz tal-konċentrazzjoni qawwija tal-lissiji li jibqgħu mill-manifattura ta' polpa ta' l-injam permezz tal-proċess sulfid, ġieli wara trattament kimiku xieraq biex ikun modifikat il-grad ta' aċidita' jew alkalinita', kontenut ta' rmied, kulur u propretajiet kollojde.

3805

Terpentina tal-gomma, għuda jew sulfat u żjut oħrajn terpeniċi magħmulin mid-distillar jew trattament ieħor ta’ għuda konifera; dipentina mhux raffinata; terpentina tas-sulfit u para-ċimin oħrajn mhux raffinati; żejt ta’ l-arżnu li fih alfa-terpineol bħala l-kostitwent prinċipali

3805 10 10

Terpentina tal-gomma

Dan is-subtitlu jkopri biss il-prodott miksub esklussivament u direttament mid-distillazzjoni (permezz ta’ estrazzjoni ta’ fwar) ta’ l-oleoreżini miksubin minn siġar koniferi li qed jikbru.

3805 10 30

Terpentina ta’ l-għuda

Dan is-subtitlu jkopri l-prodott imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3805, tieni paragrafu, (2), (a).

3805 10 90

Terpentina tas-sulfat

Dan is-subtitlu jkopri l-prodott imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3805, tieni paragrafu, (2), (b).

3805 90 10

Żejt ta’ l-arżnu

Dan is-subtitlu jkopri l-prodott imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3805, tieni paragrafu, (2), (b).

3805 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi terpentina li minnha l- beta-pinene kien kważi mneħħi kollu permezz ta’ distillazzjoni frazzjonali u segwit b’taħlit ma’ frazzjonijiet oħrajn. Dan il-prodott huwa nnegozjat taħt id-deskrizzjoni “spirti rikostitwiti ta’ terpentina”.

3806

Aċti tar-rożin u tar-raża, u derivattivi tagħhom; spirtu tar-rożin u żjut tar-rożin; run gums

3806 10 00

Aċti tar-rożin u tar-raża

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3806, parti (A).

3806 20 00

Melħ tar-rożin, ta’ aċti tar-raża jew ta’ derivattivi tar-rożin jew aċti tar-raża, ħlief melħ ta’ addutti ( adducts ) ta’ rożin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3806, parti (B).

3806 30 00

Gomom esteri

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3806, parti (Ċ).

3806 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

derivattivi ta’ aċti tar-rożin imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3806, parti (D), (I), kif ukoll rożin sproporzjontat (mhux mutat) fejn parti mill-aċtu tar-raża hija deidroġenata u parti hija idroġenata, amini tar-raża tekniċi (eż., deidroabjetilamina) u nitrili tar-raża tekniċi;

2.

spirtu tar-rożin u ż-żjut tar-rożin imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3806, parti (D), (II);

3.

gomom (run gums) msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3806, parti (D), (III).

3807 00

Qatran veġetali ( wood tar ); żjut ta’ qatran veġetali; krejożot veġetali; nafta veġetali; żift veġetali; żift tal-birriera u preparazzjonijiet simili bbażati fuq rożin, aċti tar-raża jew fuq żift veġetali

3807 00 10

Qatran veġetali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3807, tieni paragrafu, (A), (1).

3807 00 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3807, tieni paragrafu, (A), (2) u (3), u (B), (Ċ) u (D).

3808

Insettiċidi, rodentiċidi, fuġiċidi, erbiċidi, prodotti kontra n-nebbieta u regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti, disinfettanti u prodotti simili, ippreżentati f’forom jew pakki għal bejgħ bl-imnut jew bħala preparazzjonijiet jew oġġetti (per eżempju, strixxi, ftejjel u xemgħat ittrattati bil-kubrit, u karti tad-dubbien)

3808 91 10 sa 3808 91 90

Insettiċidi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3808, (I), wara t-tliet asteriski.

3808 92 10 sa 3808 92 90

Funġiċidi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3808, (II), wara t-tliet asteriski.

3808 92 10

Preparazzjonijiet ibbażati fuq komposti tar-ram

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

Taħlita Bordeaux, magħmula minn sulfat tar-ram u ġir imħallat użat fl-agrikoltura bħala funġiċida;

2.

preparazzjonijiet magħmulin minn kloridu tar-ram bażiku u sulfat tar-ram bażiku, ossikloridu tar-ram, silikat tar-ram, aċetoarsenit tar-ram, ossidu(i) tar-ram, idrossidi tar-ram jew karbonat tar-ram, użat għall-istess għan;

3.

preparazzjonijiet ibbażati fuq naftalina tar-ram jew fosfat tar-ram użat biex jipproteġi tessut u injam kontra l-moffa;

4.

chelates ta’ melħ tar-ram organiku ma’ sapun metalliku.

Il-preparazzjonijiet ta’ dan is-subtitlu jistgħu jieħdu l-forom ta’ trabijiet, soluzzjonijiet jew pilloli, f’massa mtellgħin għal bejgħ fi ħwienet, u jista’ jkun fihom minbarra komposti tar-ram, sustanzi attivi żejda bħal komposti ta’ żingu jew merkurju.

3808 93 90

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti

Dan is-subtitlu jkopri sustanzi li, meta applikati ma’ pjanti jbiddel il-proċessi fisjoloġiċi f’direzzjoni mixtieqa. Huma applikati mal-pjanta kollha, ma’ partijiet mill-pjanti jew mal-ħamrija.

L-azzjoni tagħhom tista’ tinfluwenza, pereżempju:

(a)

tkabbir ġenerali;

(b)

tul tal-pjanti (tawwil jew tqassir ta’ friegħi);

(ċ)

daqs u forma ta’ tuberi;

(d)

tul bejn in-nodi (titjib ta’ resistenza għal loding);

(e)

fit-tisjir tal-frott u d-daqs ta’ frott;

(f)

livell ta’ riservi tal-pjanta (proteini karboidrati, xaħmijiet);

(g)

żmien li fih joħorġu l-fjuri jew li fih isir il-frott;

(h)

sterilita’ tal-pjanta;

(ij)

numru ta’ fjuri femminili.

Regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti jaqgħu taħt erba’ kategoriji prinċipali:

1.

auxins li ma jaġixxux fuq il-formazzjoni ta’ għeruq, tkabbir ta’ friegħi u żvilupp ta’ frott. L-iktar importanti huwa aċtu indol-3-ylacetic;

2.

gibberellini li jħeġġu, partikolarment, tkabbir ta’ blanzuni u tkabbir ta’ fjuri. Huma kollha derivati minn aċtu gibberelliku;

3.

ċitokinini li jħeġġu, partikolarment, qsim taċ-ċelloli u jittardjaw ix-xjuħija tal-pjanta. L-aktar magħrufin huma kinetina (6-furfurilaminopurina) u żeatina;

4.

sustanzi li jdewwmu t-tkabbir;

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

fertilizzanti;

(b)

sustanzi li jtejbu l-ħamrija (conditioners);

(ċ)

erbiċidi, kemm jekk selettivi jew le (subtitli 3808 93 11 sa 3808 93 27);

(d)

prodotti kontra t-tnibbit (subtitlu 3808 93 30).

3808 94 10 sa 3808 94 90

Disinfettanti

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3808, (IV), wara t-tliet asteriski, l-ewwel tliet paragrafi.

3809

Aġenti għall-irfinar, katalisti ( carriers ) biex iħaffu iż-żbigħ jew l-iffissar ta’ sustanzi taż-żbigħ u prodotti oħrajn u preparazzjonijiet (per eżempju, sustanzi għat-twebbis u murdenti), ta’ tip użati fl-industriji tat-tessuti, tal-karta, tal-ġilda jew bħalhom, li ma humiex speċifikati jew inklużi band’oħra

3809 10 10 sa 3809 10 90

B’bażi ta’ sustanzi amilaċeużi

Bħala żieda mal-prodotti bbażati fuq lamtu u preparazzjonijiet deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3809, tielet paragrafu, (A), (1) u (11), u (B), (1) u (2), dawn is-subtitli jkopru taħlit ta’ lamtu b’burax jew ma’ karbossidmetilċellulosa (użata għat-twebbis ta’ linen) u taħlit ta’ lamtu solubbli u kaolina (użati fil-manifattura tal-karta).

3809 91 00 sa 3809 93 00

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti u l-preparazzjonijiet deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3809, tielet paragrafu, (A), (B) u (Ċ), jekk sustanzi amilaċejużi ma jiffurmawx il-bażi ta’ dawn il-prodotti u preparazzjonijiet biss, b’mod partikulari:

1.

kisi divers użat fl-industrija tat-tessut biex jagħmel id-drapp jiflaħ it-tikmix u ma jinxtorobx. Dawn jinkludu ureaformaldeide, melamina-formaldeide u gliossaldijurea, kondensati minn qabel, sakemm dawn m’għandhomx il-karatteristiċi jew ta’ prodott ta’ polikondensazzjoni skond it-tifsira ta’ kapitlu 39 jew ta’ komposti definiti kimikament (kapitlu 29). Barra dan, dawn is-subtitli jkopru komposti bl-ilma (eż., dimetilalurea, trimetilolmelamina) li magħhom tkun miżjuda fwieħa biex tgħatti r-riħa ta’ formaldeide kkawżata mid-dekompożizzjoni parzjali tal-prodott;

2.

kisi li, minbarra li jipproteġi t-tessut mill-ilma, jagħtihom resistenza konsiderevoli għal żejt u ħmieġ filwaqt li jħalli l-arja tgħaddi minnhom;

3.

kisi kontra l-istatika, jiġifieri, preparazzjonijiet li jipprevenu l-akkumulazzjoni ta’ elettriċita’ statika fil-fibri jew fid-drapp tat-tessut. Dawn huma ġeneralment preparazzjonijiet ffurmati minn polielettroliti li huma solubbli fl-ilma kondensati minn qabel li, wara trattament qasir f’temperatura moderata, huma kapaċi jiffurmaw fuq il-polikondensati retikulati tal-fibri li huma insolubbli biżżejjed biex jifilħu ħasil jew ħasil fix-xott repetut. Din il-kategorija tinkludi prodotti ffurmati permezz ta’ poliamide linjari bażiku, li jdub fl-ilma, preparat minn aċtu dikarbossiliku (eż., adipiku, suċċiniku jew tereftaliku) b’poliamini li fihom wieħed jew iżjed gruppi amini sekondarji (eż., dietile-tramina, trietilenetetramina) u alkilant (kapaċi jirranġa l-poliamidi u b’hekk jagħmilhom insolubbli permezz ta’ trattament xieraq taħt sħana) li jikkonsisti, pereżempju, f’dialidi partikolari (dijodji ta’ glikol tal-polietilina ta’ piż molekolari relattivament baxx, epikloroidrin, eċċ.);

4.

kisi li jiflaħ in-nar li jnaqqas il-flammabilita’ ta’ tessut u ġilda partikolarment. Dawn huma ġeneralment preparazzjonijiet ibbażati fuq melħ ta’ l-ammonju, aċtu boriku, paraffini klorinati, ossidu ta’ l-antimonju, ossidu taż-żingu, ossidi metalliċi oħrajn u ċertu komposti organiċi ta’ nitroġenu u/jew fosfru.

3811

Preparazzjonijiet kontra l-iskossi ( anti-knock ), materjali għat-trażżin tas-sadid, materjali għat-trażżin tal-gomma, materjali li jgħinu l-viskożita’, preparazzjonijiet kontra s-sadid u addittivi ppreparati oħrajn, għal żjut minerali (inkluż gażolina) jew għal likwidi oħrajn użati għall-istess għanijiet bħal żjut minerali

3811 11 10

Ibbażati fuq komposti taċ-ċomb

Dan is-subtitlu jkopri preparazzjonijiet li fihom ċomb-tetraetile huwa l-uniku kostitwent kontra l-innokkjar.

3811 11 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi preparazzjonijiet li fihom ċomb-tetrametile jew ċomb-etilmetile jew taħlita ta’ ċomb-tetraetile u -tetrametile huma l-kostitwenti uniċi jew prinċipali kontra l-innokkjar.

3815

Inizjaturi ta’ reazzjoni, aċċeleraturi ta’ reazzjoni u preparazzjonijiet katalitiċi, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

3815 11 00 sa 3815 19 90

Katalisti mirfudin

Dawn huma katalisti ta’ tip użat ħafna li huma depożitati fuq rfid, ġeneralment permezz ta’ tħabbil, kopreċipitazzjoni jew taħlit. Dawn is-soltu jikkonsistu jew f’wieħed jew f’aktar sustanzi attivi depożitati fuq rfid jew ta’ taħlitiet b’bażi ta’ sustanzi attivi. Is-sustanzi attivi huma s-soltu metalli, ossidi tal-metalli jew komposti tal-metalli maqsumin b’mod fin ħafna. Il-metalli l-iżjed użati komunement huma dawk li jagħmlu parti minn grupp VIII tal-periodic table (speċjalment kobalt, nîkil, palladju u platinum) u molibdenu, kromju, ram u żingu. L-irfid ġeneralment jikkonsisti f’alumina, ġell silika, fossil meal, kemm jekk attivat jew le, materjali taċ-ċeramika, eċċ.

Huma jintużaw fi proċessi industrijali għall-produzzjoni ta’ komposti organiċi jew inorganiċi u f’irfinar ta’ żejt minerali (eż., f’sintesi ta’ l-ammonja, idroġenizzazzjoni ta’ xaħmijiet, idroġenizzazzjoni ta’ olefini).

Din il-kategorija ta’ katalisti tinkludi ukoll il-prodotti li ġejjin:

1.

ċertu preparazzjonijiet, ibbażati fuq komposti ta’ metalli ta’ transizzjoni, li l-funzjoni tagħhom hija li tiffaċilita l-ossiġinazzjoni, u konsegwentement eliminazzjoni fil-forma ta’ dijossidu tal-karbonju matul il-ħruq, ta’ residwi tal-karbonju (bħal f’kaldaruni jew berners);

2.

katalisti ta’ “post-kombustjoni” li huma intiżi li jkunu introdotti fis-sistema ta’ l-egżost ta’ vetturi bil-mutur sabiex inaqqsu l-effett ta’ polluzzjoni tal-gassijiet ta’ l-egżost billi jikkonvertu l-monossidu tal-karbonju f’dijossidu tal-karbonju u billi jbiddlu prodotti tossiċi oħrajn (eż., komposti eteroċikliċi) li jirriżultaw mill-ħruq ta’ petrol.

3815 90 10 u 3815 90 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru taħlitiet ibbażati fuq komposti li n-natura u l-proporzjonijiet tagħhom ivarjaw skond ir-reazzjoni kimika li għandha tkun katalizzata. Dawn jintużaw ta’ spiss fil-manifattura ta’ plastiks, spiss taħt l-isem ta’ inizjaturi, aġenti li jittrasferixxu, terminaturi jew telomeri, u aġenti li jqassmu (jew cross-linking).

Dawn jinkludu dawn li ġejjin:

1.

katalisti “radikali”

Dawn huma preparazzjonijiet, bbażati fuq sustanzi organiċi, li jiddekomponu bil-mod taħt kundizzjonijiet ta’ reazzjoni u jipproduċu frammenti li, billi jaħbtu mal-monomeri tal-bidu, jiffavorixxu l-istabbiliment ta’ rabta u l-formazzjoni ta’ radikali ġodda ħielsa li huma kapaċi jirrepetu l-proċess u jkabbru l-katina.

Fost dawn hemm:

(a)

preparazzjonijiet ibbażati fuq perossidi organiċi tat-tipi R-O-O-R′ (soluzzjonijiet organiċi ta’ perossidi bħal aċetil u perossidi tad-dibenżojl). Matul ir-reazzjoni, radikali RO. u R′O. huma ffurmati u jaġixxu bħala attivaturi.

(b)

preparazzjonijet, ibbażati fuq ażo komposti (bħal asobisisobutironitrile), li jiddekomponi matul il-kors tar-reazzjonijiet, billi joħorġu n-nitroġenu u jiffurmaw radikali ħielsa;

(ċ)

preparazzjonijiet redox (eż., taħlita ta’ perossidu tal-potassju u dodeċilmerkaptan) li fihom il-formazzjoni ta’ radikali attivati huwa minħabba azzjoni redox.

2.

katalisti joniċi

Dawn huma ġeneralment soluzzjonijiet organiċi ta’ komposti li jiġġeneraw jonji li huma kapaċi jwaħħlu lilhom infushom mar-rabta doppja u jirriproduċu siti attivi fil-prodott li jirriżulta;

Huma jinkludu:

(a)

katalisti tip-ziegler għall-produzzjoni ta’ poliolefini (eż., taħlita ta’ titanju u trietilaluminju);

(b)

katalisti tip-ziegler-natta (sterjokatalisti, katalisti li jorjentaw), taħlita bħal din ta’ triklorit tat-titanju u trialkilaluminju, għall-preparazzjoni ta’ polipropilene isotaktiku u kopolimeri blokok etile-olefini;

(ċ)

katalisti għall-preparazzjoni ta’ poliuretani (eż., taħlita ta’ trietilenedijamina u komposti tal-landa);

(d)

katalisti għall-preparazzjoni ta’ amino-plastiks (eż., aċtu fosforiku f’solvent organiku);

3.

katalisti għal reazzjonijiet ta’ polikondensazzjoni

Dawn huma preparazzjonijiet ibbażati fuq komposti varji (eż., taħlita ta’ aċetat tal-kalċju, triossidu ta’ l-antimonju, alkoħolati tat-titanju, eċċ.).

3821 00 00

Mezzi mħejjija għall- kultura għall-iżvilupp jew il-manutenzjoni ta’ mikro-organiżmi (inklużi virus u dawk simili) jew taċ-ċelluli tal-pjanti, tal-bnedmin jew ta’ l-annimali

Dan it-titlu ma jkoprix bajd kemm jekk fertilizzat jew le li, għalkemm ċertifikat li minn gruppi ħielsa minn patoġeni, ma kinux preparati għall-kultura ta’ mikro-organiżmi (titlu 0407 jew 0408).

3823

Aċti xaħmin monokarboksiliċi industrijali; żjut aċidużi minn raffinar; alkoħoli xaħmin industrijali

3823 11 00

Aċtu steariku

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, aċtu steariku jfisser taħlit ta’ aċti xaħmin li huma solidi f’temperatura normali u li għandhom kontenut ta’ aċtu steariku pur ta’ 30 % jew aktar iżda inqas minn 90 %, kalkolati fuq il-piż tal-prodott xott.

Prodotti ta’ dan it-tip li għandhom kontenut ta’ aċtu steariku ta’ 90 % mill-piż jew aktar jaqgħu f’subtitlu 2915 70 50.

3823 12 00

Aċtu olejku

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, aċtu olejku jfisser taħlit ta’ aċti xaħmin li huma likwidi f’temperatura normali u li għandhom kontenut ta’ aċtu olejku pur ta’ 70 % jew aktar iżda inqas minn 85 %, kalkolat fuq il-piż tal-prodott niexef.

Prodotti li għandhom kontenut ta’ aċtu olejku ta’ 85 % mill-piż jew aktar jaqgħu f’subtitlu 2916 15 00.

3823 13 00

Aċti xaħmin ta’ tall oil

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3823, parti (A), tieni paragrafu, (3).

Prodotti ta’ dan it-tip li fihom mill-piż inqas minn 90 % ta’ aċti xaħmin jaqgħu f’titlu 3803 00.

3823 70 00

Alkoħoli xaħmin industrijali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3823, parti (B).

Dan is-subtitlu jkopri biss alkoħoli xaħmin industrijali (taħlitiet ta’ alkoħoli aċikliċi) fejn fl-ebda wieħed minnhom l-komponenti ta’ l-alkoħol ma jagħmlu 90 % jew aktar mill-piż tal-prodott xott.

Prodotti ta’ dan it-tip fejn wieħed mill-komponenti ta’ l-alkoħoli xaħmin jagħmel 90 % mill-piż jew aktar ġeneralment jaqgħu f’titlu 2905.

3824

Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija; prodotti u preparazzjonijiet kimiċi ta’ l-industriji kimiċi jew li għandhom x’jaqsmu magħhom (inklużi dawk li jikkonsistu f’taħlitiet ta’ prodotti naturali), mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra

3824 10 00

Materjali li jgħaqqdu ppreparati għal forom jew ċentri ta’ funderija

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, parti (A).

3824 30 00

Karburi ta’ metall mhux magħqudin imħalltin flimkien jew ma’ sustanzi metalliċi li jgħaqqdu

Dan is-subtitlu jkopri trabijiet lesti biex ikunu maqlubin għal “metalli iebsin” permezz ta’ tgħaqqid ta’ trab. Huma magħmulin minn taħlitiet ta’ karburi tal-metalli differenti (karburi ta’ tungstenu, titanju, tantalju u njobju), b’sustanza li tgħaqqad metallika jew mingħajrha (trab tal-kobalt jew tan-nîkil), u spiss ikun fihom kwantitajiet żgħar ta’ xemgħa paraffina (madwar 0,5 % mill-piż). Anki taħlita sempliċi ta’ wieħed mill-karburi msemmijin hawn fuq b’sustanza li tgħaqqad metallika taqa’ f’dan is-subtitlu, filwaqt li kull wieħed minn dawn il-karburi, meħud separatament, jaqa’ f’titlu 2849.

3824 40 00

Addittivi ppreparati għal simenti, taħlit ta’ ġir jew siment, ramel u ilma jew konkos

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, parti (B), sitt paragrafu, (3).

3824 50 10

Konkos lest biex jitferra’

Dan is-subtitlu jinkludi konkos li miegħu kien ġa miżjud ilma. Dan huwa s-soltu trasportat fi trakkijiet li jħalltu l-konkos.

3824 50 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

konkos li għadu mhux imħallat ma’ ilma;

2.

mortar.

3824 60 11 sa 3824 60 99

Sorbitol ħlief dak ta’ subtitlu 2905 44

Dawn is-subtitli jinkludu l-varjetajiet “li ma jistgħux isiru kristalli” ta’ sorbitol (D-glucitol), li huma ġeneralment miksubin minn ġulepp tal-glukows li fih proporzjon ta’ oligosakkaridi oħrajn permezz ta’ idroġenizzazzjoni taħt pressa għolja. Il-kontenut ta’ sorbitol tagħhom (D-glucitol) jvarja, minn 60 % għal 80 % mill-materjal xott, il-bqija tal-kostitwenti huma essenzjalment parti polialkoħoli idroġenati u oligosakkaridi. Għal din ir-raġuni, it-tendenza ta’ sorbitol (D-glucitol) li jikkristallizza hija mnaqqsa ħafna (għalhekk it-titlu użat: sorbitol li ma jistax isir kristalli (D-glucitol)).

Sorbitol li jilħaq il-ħtiġijiet ta’ Nota 1 għal kapitlu 29 huwa klassifikat f’subtitli 2905 44 11 sa 2905 44 99.

3824 71 00 sa 3824 79 00

Taħlitiet li fihom derivattivi aloġenati tal-metanu, etanu jew propanu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3824 71 sa 3824 79.

3824 90 10

Sulfonati ta’ żejt minerali ( petroleum ), ħlief sulfonati ta’ żejt minerali ( petroleum ) ta’ metalli alkali, ta’ ammonju jew ta’ etanolamini; aċti sulfoniċi tiofenati ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi, u l-melħ tagħhom

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

sulfonati ta’ żejt minerali ta’ kalċju jew barju, li ġeneralment għandhom kontenut ta’ żejt minerali ta’ 55 sa 70 % mill-piż. Huma jintużaw ħafna fil-manifattura ta’ addittivi għal żjut minerali;

2.

aċti sulfoniċi tiofenati ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi, preparati permezz tad-distillazzjoni xotta ta’ ċertu blat bituminuż segwita minn trattament b’aċtu sulforiku, intiżi għal użu fil-mediċina u li għandhom kontenut ta’ kubrit totali ġeneralment ikbar minn 9 % mill-piż, kif ukoll il-melħ tagħhom, partikolarment dak ta’ kalċju.

3824 90 15

Sustanzi għal bdil ta’ joni

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, parti (B), sitt paragrafu, (14).

Dan is-subtitlu jinkludi sustanzi għal bdil ta’ joni fuq karbonju sulfonat, kif ukoll ċertu tipi ta’ tafal sakemm dawn għaddew minn trattamenti partikolari li jagħmilhom tajbin għal użu bħala sustanzi għal bdil ta’ joni (prinċipalment katjoniċi); fost dawn hemm glawkonit, li jieħu l-forma ta’ ġell ta’ alumino-silikati miksub minn ħamrija ramlija li ġejja mill-baħar. Din tintuża prinċipalment għat-trattib ta’ ilma. Prodotti oħrajn użati għall-istess għanijiet huma bbażati fuq montmorillonit u kaolinit.

Dan is-subtitlu jinkludi ukoll sustanzi għal bdil ta’ joni sintetiċi, bħal żeoliti artifiċjali u dawk ibbażati fuq ossidu ta’ l-aluminju jew ġell silika.

Dan is-subtitlu ma jkoprix:

(a)

ġell silika pur (subtitlu 2811 22 00);

(b)

alumina pura, kemm jekk attivata jew le (subtitlu 2818 20 00 jew 2818 30 00);

(ċ)

żeoliti artifiċjali, mingħajr sustanzi li jgħaqqdu (subtitlu 2842 10 00), f'konformità ma' parti (B), (14) tan-Nota ta' Spjegazzjoni SA għal titlu 3824;

(d)

tafal attivat (subtitlu 3802 90 00).

3824 90 20

Sustanzi għat-tbattil ta’ tubi vakwi

Dan is-subtitlu jkopri oġġetti magħrufin bħala “getters”. Dawn huma maqsumin f’ “flash getters” u “bulk getters”.

L-ewwel kategorija huma volatilizzati fit-tubu matul il-manifattura tiegħu; huma jinkludu: prodotti magħmulin kemm minn barju u aluminju, manjesju, tantalu, torju, eċċ., fil-forma ta’ wajer jew gerbub; komposizzjonijiet li jikkonsistu f’taħlita ta’ karbonati ta’ barju u stronzju fuq wajer tat-tantalu.

It-tieni kategorija huma sempliċiment imsaħnin iżda mhux volatilizzati u għandhom biss azzjoni ta’ assorbiment mal-kuntatt. Huma ġeneralment magħmulin minn metalli puri (tantalu, tungsten, żirkonju, niobju, torikum) fil-forma ta’ wajers, wejfers, eċċ., u ma jistgħux għalhekk ikunu klassifikati f’dan is-subtitlu.

3824 90 30

Aċti nafteniċi, il-melħ tagħhom ma jdubx fl-ilma u l-esteri tagħhom

Aċti nafteniċi huma taħlitiet ta’ aċti aliċikliċi monokarbossiliċi rkuprati matul l-irfinar ta’ żejt mhux raffinat ta’ ċertu oriġni (prinċipalment mill-USSR ta’ qabel).

Dan is-subtitlu jinkludu ukoll melħ li ma jdubx fl-ilma ta’ aċti nafteniċi (eż., il-melħ ta’ aluminju, barju, ċomb, kromju, kalċju, manjesju, kobalt, żingu) u l-esteri ta’ dawk l-aċti.

3824 90 45

Komposti kontra l-ġebla u oħrajn simili

Dan is-subtitlu jkopri prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, (B), sitt paragrafu, (15) u preparazzjonijiet li jdewbu depożiti tal-ġebla.

3824 90 50

Preparazzjonijiet għal kisi ta’ metall b’elettrolisi

Dan is-subtitlu jkopri, pereżepmju, preparazzjonijiet speċjali għall-immetallizzar ta’ banjijiet, polixxjar ta’ banjijiet u prodotti għal elettrografija.

3824 90 55

Taħlit ta’ mono-, di- u tri-, esteri ta’ aċti xaħmin ta’ gliċerol (emulsjonanti għal xaħmijiet)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, (B), sitt paragrafu, (11).

3824 90 65

Prodotti awżiljari għal funderiji (ħlief dawk ta’ subtitlu 3824 10 00 )

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3824, (B), sitt paragrafu, (6) u (43), dan is-subtitlu jinkludi wkoll:

1.

preparazzjonijiet għal kisi ta’ kaxex tal-qalba tal-funderija u pjanċi tad-disinn, ibbażati fuq karbonat tal-kalċju, xemgħat u sustanza li tagħti l-kulur;

2.

preparazzjonijiet ibbażati fuq destrina u karbonat tas-sodju, intiżi għall-użu, wara emulsifikazzjoni, bħala kisjiet għal forom ta’ xogħol ta’ l-azzar;

3.

ramel miksi bi strat irqiq ta’ raża sintetika, intiż għall-manifattura ta’ kori tal-funderija;

4.

prodotti għat-tneħħija ta’ gass minn azzar;

5.

sustanzi li jifirdu għal forom (għajr dawk li jaqgħu f’titlu 3403).

3824 90 70

Preparazzjonijiet li jirreżistu n-nar, li jirreżistu l-ilma u preparazzjonijiet protettivi simili użati fl-industrija tal-bini

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

prodotti għal protezzjoni, kontra nar (pereżempju, ibbażat fuq komposti ta’ l-ammonju li, taħt l-influwenza tas-sħana, jintefħu u għalhekk jiffurmaw strat li jiżola għal taqsimiet ta’ bini);

2.

prodotti (ġeneralment ibbażati fuq silikat) għal mili ta’ l-esterjuri ta’ bini bħala protezzjoni kontra l-ilma;

3.

prodotti miżjudin ma’ konkos biex jipprevenu l-waqfien ta’ ilma ta’ l-art.

TAQSIMA VII

PLASTIKS U OĠĠETTI TAGĦHOM; GOMMA U OĠĠETTI TAGĦHA

KAPITLU 39

PLASTIKS U OĠĠETTI TAGĦHOM

Nota 6

It-terminu “soluzzjonijiet” użat kemm f’din in-Nota u f’Nota 4 għal kapitlu 32 ma japplikax għal soluzzjonijiet kollojde.

 

I. FOROM PRIMARJI

 

Għad-definizzjoni tat-terminu “forom primarji” ara Nota 6 għal dan il kapitlu u n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, “Forom Primarji”.

3901

Polimeri ta’ etilene, f’forom primarji

3901 10 10 u 3901 10 90

Polietilene bi gravita’ speċifika inqas minn 0,94

Dawn is-subtitli jkopru biss omopolimeri ta’ etilene, jiġifieri., polimeri li fihom etilene jagħmel 95 % jew aktar mill-piż tal-kontenut ta’ polimeri totali.

Il-gravita’ speċifika tal-polietilene għandha tkun determinata bl-użu ta’ polimeru ħieles minn addittivi.

Polietilene likwidu huwa kopert biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu. Inkella, dan jaqa’ f’subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99.

Xemgħat tal-polietilene huma klassifikati f’titlu 3404.

3901 20 10 u 3901 20 90

Polietilene bi gravita’ speċifika 0,94 jew aktar

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90.

3901 90 30 u 3901 90 90

Oħrajn

Skond Nota 4 u Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu, dawn is-subtitli jkopru:

1.

kopolimeri ta’ etilene u monomeri ħlief aċetat vinil (eż., kopolimeri ta’ etilene u propilene) u taħlit ta’ polimeri ta’ komposizzjoni simili fejn etilene huwa l-komonomeru predominanti;

2.

polietilene modifikat kimikament kif stipulat f’Nota 5 għal dan il-kapitlu (eż., polietilene klorinat u polietilene klorosulfonat).

3902

Polimeri ta’ propilene jew olefini oħrajn, f’forom primarji

3902 10 00

Polipropilene

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis.

Dan is-subtitlu ma jkoprix polipropilene likwidu li m’huwiex konformi ma’ Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu (eż., tripropilene jew tetrapropilene) (subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99).

3902 20 00

Poliisobutilene

Dan is-subtitlu jkopri l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3902, tielet u raba’ paragrafi.

Dan is-subtitlu ma jkoprix poliisobutilene likwidu li m’huwiex konformi ma’ Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu (eż., triisobutilene) (subtitli 2710 12 11 sa 2710 19 99).

3902 30 00

Kopolimeri ta’ propilene

Dan is-subtitlu jinkludi kopolimer jew taħlita ta’ polimeri li jikkonsisti f’ 45 % etilene, 35 % propilene u 20 % isobutilene, mill-piż, minħabba li l-propilene u l-isobutilene, li l-polimeri tagħhom jaqgħu f’titlu 3902, jagħmlu 55 % tal-kopolimer u, meħudin bħala ħaġa waħda, huma jippredominaw fuq l-etilene. Barra dan, huwa l-propilene, li l-kopolimeri tiegħu huma msemmijin b’mod ċar f’dan l-istant, li huma l-monomeru predominanti fuq l-isobutilene (applikazzjoni ta’ Nota 4 u ta’ Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu).

Jekk fl-eżempju mgħoti l-perċentwali ta’ propilene u isobutilene jinqalbu, il-kopolimer imsemmi jaqa’ f’subtitli 3902 90 10 sa 3902 90 90.

3902 90 10 sa 3902 90 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu prodotti magħrufin kummerċjalment bħala poli(alfa-olefini), ġeneralment miksubin permezz ta’ polimerizzazzjoni ħafifa ta’ dek-1-ene, segwita b’idroġenizzazzjoni tal-prodott iffurmat u separazzjoni permezz ta’ distillazzjoni tal-frazzjonijiet għonja f’ C20-, C30-, C40-, u C50- idrokarbonji. Dawn il-frazzjonijiet huma mħalltin biex jiffurmaw it-tipi differenti ta’ poli(alfa-olefini) kummerċjali.

Dawn huma likwidi li mhux neċessarjament jissodisfaw il-kriterji stipulati f’Nota 3 (ċ) għal dan il-kapitlu iżda li jaqblu mal-provvedimenti ta’ Nota 3 (a) għall-istess kapitlu u li jintużaw bħala sostituti għal żjut minerali fil-preparazzjoni ta’ żjut lubrikanti sintetiċi u semi-sintetiċi li jagħtu lil prodotti bħal dawn numru ta’ viskożita’ ogħla, punt li fih jitferrgħu aktar baxx, stabilita’ termali aħjar, flash-point ogħla u inqas volatilita’.

3903

Polimeri ta’ stirene, f’forom primarji

Dan it-titlu ma jkoprix poliesteri stirenati (titlu 3907).

3903 11 00 u 3903 19 00

Polistirene

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis.

3904

Polimeri ta’ klorju tal-vinil jew ta’ olefini aloġenati oħrajn, f’forom primarji

Polimeru vinil huwa polimeru li l-monomeru tiegħu juri l-formula:

Image

fejn ir-rabta C-X la hija karbonju-karbonju u lanqas rabta karbonju-idroġenu.

3904 10 00

Poli(klorur tal-vinil), mhux imħallat ma’ xi sustanzi oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis.

3904 21 00 u 3904 22 00

Poli(klorur tal-vinil) oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis.

3904 30 00

Kopolimeri ta’ aċetat ta’ vinil–klorur ta’ vinil

Dan is-subtitlu jkopri biss:

1.

il-kopolimeri ta’ klorur tal-vinil li fih il-klorur tal-vinil huwa l-monomeru predominanti;

2.

taħlit ta’ poli(vinilklorur) u poli(vinilaċetat) fejn il-vinilklorur huwa l-monomeru predominanti.

3904 40 00

Kopolimeri oħrajn ta’ klorur tal-vinil

Dan is-subtitlu jinkludi l-kopolimeri ta’ klorur tal-vinil u etilene fejn il-klorur tal-vinil huwa l-komonomeru predominanti.

3904 61 00

Politerafluworoetilene

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis.

3904 69 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi (klorotriflworoetilene) u poli(vinilideneflworju).

3906

Polimeri akriliċi f’forom primarji

3906 10 00

Poli(metakrilat tal-metil)

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90, l-ewwel paragrafu, japplikaw, mutatis mutandis.

3906 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi poli(akrilonitrile).

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

polimeri akriliċi li jiffurmaw sustanzi għal bdil ta’ joni (titlu 3914 00 00);

(b)

kopolimeri ta’ akrilonitrile li jaqblu ma’ Nota 4 għal kapitlu 40 (kapitlu 40).

3907

Poliaċetali, rażi oħrajn ta’ polieteri u epossidi, f’forom primarji; polikarbonati, rażi alkidi, esteri polialliliċi u poliesteri oħrajn, f’forom primarji

Għad-definizzjoni tal-prefiss “poli”, fis-sens ta’ dan it-titlu, ara Nota ta’ Subtitlu 1 (a) (1) għal dan il-kapitlu.

3907 20 11 sa 3907 20 99

Polieteri oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll polieteri modifikati kimikament (ħlief poliaċetali) (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3907, (2)).

3907 40 00

Polikarbonati

Dan is-subtitlu jinkludi kopolimeri li fihom komponent iffurmat minn polikarbonat u komponent ffurmat minn poli(etilene tereftalat) jekk il-polikarbonat jippredomina (ara n-Noti ta’ Spjega SA għas-subtitli ta’ dan il-kapitlu, (B), (1), sitt paragrafu).

3907 60 20 u 3907 60 80

Poli(etilene tereftalat)

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90 japplikaw, mutatis mutandis.

Dawn is-subtitli jinkludu kopolimeri li fihom komponent magħmul minn polikarbonat u komponent ffurmat minn poli(etilene tereftalat) jekk il-poli(etilene tereftalat) jippredomina (ara n-Noti ta’ Spjega SA għas-subtitli ta’ dan il-kapitlu, (B), (1), sitt paragrafu).

3907 60 20

B’numru ta’ viskożita’ ta’ 78 ml/g jew aktar

Poli(etilene tereftalat) li għandu numru ta’ viskożita’ ta’ 78 ml/g jew aktar jintuża ġeneralment għall-produzzjoni ta’ fliexken.

In-numru ta' viskożità jiġi kkalkulat skont l-iStandard ISO 1628-5, billi jintuża l-aċidu dikloroaċetiku bħala solvent.

3908

Poliamidi f’forom primarji

3908 10 00

Poliamide-6, -11, -12, -6,6, -6,9, -6,10 jew –6,12

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 3901 10 10 u 3901 10 90 japplikaw, mutatis mutandis.

3909

Amino-rażi, rażi fenoliċi u poliuretani, f’forom primarji

Għall-klassifikazzjoni ta’ kopolimeri magħmulin minn monomeri ta’ raża msemmijin f’dan it-titlu u għall-klassifikazzjoni tat-taħlit tagħhom ara Nota 4 għal dan il-kapitlu.

3911

Rażi ta’ żejt minerali ( petroleum ), rażi coumarone-indene , politerpini, polisulfidi, polisulfoni u prodotti oħrajn speċifikati f’nota 3 għal dan il-kapitlu, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra, f’forom primarji

3911 10 00

Rażi ta’ żejt minerali ( petroleum ), rażi coumarone, indene jew coumarone-indene u politerpini

Il-politerpeni ta’ dan is-subtitlu huma ristretti għal polimeri u taħlitiet ta’ polimeri fejn wieħed jew iktar monomeri terpeni jagħmlu 95 % jew aktar mill-piż tal-kontenut ta’ polimeri totali.

3911 90 11 sa 3911 90 19

Prodotti polimerizzati ta’ kondensazzjoni jew riarranġament modifikati kimikament jew le

Dawn is-subtitli jinkludu l-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3911, l-ewwel paragrafu, (2) sa (5).

3912

Ċelluloża u d-derivattivi kimiċi tagħha, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’ oħra, f’forom primarji

3912 11 00 u 3912 12 00

Aċetati ta’ ċelluloża

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3912, (B), tieni paragrafu, (1).

3912 20 11 sa 3912 20 90

Nitrati ta’ ċelluloża (inklużi kollodjoni)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3912, (B), tieni paragrafu, (2).

3912 20 11

Kollodjoni u ċellojdin

Kollodjon huwa soluzzjoni ta’ nitroċelluloża ta’ 12 % bil-piż f’taħlita ta’ eter u alkoħol. Malli tinxef, din is-soluzzjoni tħalli strat elastiku ta’ nitroċellulosa, li l-flessibilita’ tagħha tista’ tkun miżjuda permezz taż-żieda ta’ żejt ir-riġnu. Kollodjon jista’ jkun miksub ukoll billi tkun imdewba nitroċelluloża f’aċeton. Kollodjon huwa użat għall-preparazzjoni ta’ emulsjonijiet fotografiċi u f’mediċina.

Ċellojdin huwa miksub minn kollodjoni permezz ta’ evaporazzjoni parzjali tas-solventi. Huwa solidu.

3912 20 19

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri nitrati taċ-ċelluloża mhux plastiċizzati (nitroċelluloża) ħlief kollodjoni u ċellojdin anki jekk għal raġunijiet ta’ sigurta’ huma mxarbin – ġeneralment b’etil jew butil alkoħol – jew modifikati biex ma jagħmlux ħsara b’xi manjiera oħra.

3912 31 00 sa 3912 39 85

Eteri ta’ ċelluloża

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3912, (B), tieni paragrafu, (4).

3912 31 00

Karboksimetilċelluloża u l-melħ tagħha

Karboksimetilċelluloża hija miksuba mir-reazzjoni ta’ aċtu monokloroaċetiku ma’ ċelluloża alkalina. Din tista’ tintuża prinċipalment bħala sustanza li tħaxxen u bħala aġent protettiv kollojde.

3912 39 85

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi metilċelluloża, etilċelluloża, benżil-ċelluloża u idroksiletilċelluloża.

3912 90 10

Esteri ta’ ċelluloża

Dan is-subtitlu jinkludi ċelluloża propjonata u ċelluloża butirata.

3912 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ċelluloża, mhux speċifikata jew inkluża mkien ieħor, f’forom primarji.

Minħabba l-forma kummerċjali tas-soltu tagħha, ċelluloża riġenerata m’hijiex ġeneralment klassifikata hawn. Fil-forma ta’ film fin u trasparenti din taqa’ f’titlu 3920 jew 3921 u, fil-forma ta’ fibri tat-tessut, f’kapitlu 54 jew 55.

Dan is-subtitlu jinkludi taħlitiet ta’ esteri taċ-ċelluloża u eteri taċ-ċelluloża (ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu).

3913

Polimeri naturali (per eżempju, aċtu alġiniku) u polimeri naturali modifikati (per eżempju, proteini mwebbsin, derivattivi kimiċi ta’ gomma (lastiku) naturali), li mhumiex speċifikati jew inklużi band’ oħra, f’forom primarji

3913 10 00

Aċtu alġiniku, il-melħ u l-esteri tiegħu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3913, l-ewwel paragrafu, (1).

3913 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3913, l-ewwel paragrafu, (2) sa (4).

II. SKART, BĊEJJEĊ MAQTUGĦIN U FDAL; SEMI-MANIFATTURI; OĠĠETTI

3915

Skart, bċejjeċ maqtugħin u fdal, ta’ plastiks

It-terminu “plastiks” huwa definit f’Nota 1 għal dan il-kapitlu.

 

1.

skart, bċejjeċ maqtugħin u fdal ta’ materjal thermosetting wieħed (diġa’ mwebbes) mibdulin f’forma primarja;

2.

skart, bċejjeċ maqtugħin u fdal ta’ plastiks imħalltin (thermoplastic, thermosetting (diġa’ mwebbes) jew it-tnejn) mibdulin f’forma primarja.

3916

Monofilament li l-qies ta’ xi wiċċ mill-qtugħ ( cross-sectional ) jaqbeż il-1 mm, vireg, bsaten u suriet profili, kemm jekk bil-wiċċ maħdum jew le iżda mhux maħdumin mod ieħor, tal-plastiks

3916 90 10

Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ kondensazzjoni jew riarranġament, modifikati kimikament jew le

Dan is-subtitlu jinkludi monofilamenti, vireg, stikek u forom ta’ profili ta’ poliesteri, poliamidi jew poliuretani.

3916 90 50

Ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żjieda

Għad-definizzjoni tat-terminu “prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żjieda” ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, “Polimeri”, tieni paragrafu, (1).

Dan is-subtitlu jinkludi monofilamenti, vireg, stikek u forom ta’ profili ta’ polimeri ta’ propilene jew ta’ stirene, jew ta’ polimeri akriliċi.

3917

Tubi, pajpijiet u manek, u tagħmir għalihom (per eżempju, ġogi, imniekeb, flanġi), tal-plastiks

Għad-definizzjoni tat-terminu tubi, pajpijiet u manek; ara Nota 8 għal dan il-kapitlu.

3917 29 00

Ta’ plastiks oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi tubi, pajpijiet u manek magħmulin minn ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ kondensazzjoni jew riarranġament, modifikati kimikament jew le, eż., rażi fenoliċi, amino-rażi, rażi alkidi u poliesteri oħrajn, poliamidi, poliuretani u silikoni.

Dan is-subtitlu jinkludi prodotti magħmulin minn ta’ prodotti ta’ polimerizzazzjoni ta’ żjieda, eż., politetraaloetileni, poliisobutilene, polimeri ta’ stirene, klorur tal-vinilidene, aċetat tal-vinil jew esteri tal-vinil oħrajn u polimeri akriliċi.

3918

Kisi ta' l-art tal-plastiks, li jeħel waħdu jew le, f’rombli jew f’forma ta’ madum; kisi tal-ħajt jew tas-saqaf tal-plastiks, kif definit f’nota 9 għal dan il-kapitlu

Dan it-titlu jinkludi folji ta’ plastiks mhux imtaqqbin, f’rombli jew f’forma ta’ madum, ta’ tip użat għal kisi ta’, eż., korts tat-tenis u terrazzi.

3919

Pjanċi, folji, film, fojl, tejp, strixxa u forom oħrajn ċatti li jeħlu waħedhom, tal-plastiks, f’rombli jew le

Għad-definizzjoni tat-terminu “li jeħlu waħedhom” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3919, l-ewwel paragrafu. Dan it-titlu ma jkoprix forom ċatti ta’ plastiks, li jeħlu biss ma’ uċuħ lixxi bħal ħġieġ.

L-oġġetti ta’ dan it-titlu spiss ikollhom folja għal-rilaxx protettiva jew strixxi ta’ karta jew ta’ plastiks. Din il-folja jew strippa protettiva ma titqiesx għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni.

3919 10 12 sa 3919 10 80

F’rombli mhux aktar minn 20 ċm wisgħa

Dawn is-subtitli jinkludu strixxi adeżivi b’dispensers tab and on li jservu prinċipalment bħala preżentazzjoni għal bejgħ fi ħwienet u li ġeneralment ma jistgħux jerġgħu jintużaw.

3919 10 12 sa 3919 10 19

Strixxi, li l-kisi tagħhom magħmul minn lastiku naturali jew sintetiku mhux ivvulkanizzat

Dawn is-subtitli jkopru strixxi li jeħlu waħedhom biss, eż., strixxi li jintgħarfu li huma intiżi għal użu biss jew prinċipalment bħala mezz ta’ twaħħil. Strixxi bħal dawn huma ġeneralment użati għal ippakkjar ta’ oġġetti u għal għanijiet simili.

3920

Pjanċi, folji, film, fojl u strixxa oħrajn, ta’ plastiks, mhux ċellulari u mhux rinfurzati, laminati, mirfudin jew hekk magħqudin ma’ materjali oħrajn

Ara Nota 10 għal dan il-kapitlu.

Dan it-titlu ma jinkludix strixxi ta’ ħxuna apparenti li ma taqbiżx il-5 mm (kapitlu 54).

3920 20 80

Ta’ ħxuna aktar minn 0,10 mm

Dan is-subtitlu jkopri strixxa dekorattiva ta’ tip użat għal għanijiet ta’ ppakkjar li hija kkulurita, tal-bellus fl-apparenza tagħha u magħmula permezz ta’ estrużjoni ta’ polimeri ta’ propilene.

L-orjentazzjoni molekolari li tirriżulta tal-polimeri ta’ propilene tikkawża l-prodott biex jiffibrilla (jinqasam) meta l-istrixxa tkun miġbuda matul it-tul tagħha bl-idejn u tagħti l-impressjoni ħażina li hija prodott ibbażat fuq fibri.

Il-ħxuna ta’ l-istrixxa hija ta’ madwar 0,13 mm, din tista’ tkun ipprintjata u hija tajba għal innukklar. Hija ġeneralment imrembla fuq rukkelli jew fuq rukkelli tubulari u negozjati taħt l-isem “bolducs tal-plastik”. Din tistuża għall-istess għanijiet bħal bolducs klassifikati f’titlu 5806. Din l-istrixxa dekorattiva s-soltu tkun magħmula għoqda meta użata biex torbot pakketti.

Dan is-subtitlu jkopri strixxa oħrajn ta’ tip użat għal għanijiet ta’ ppakkjar, jew bla kulur jew ikkulurita bil-massa, prodotta bl-estrużjoni ta’ polimeri ta’ propilene.

Din l-istrixxa dekorattiva, bil-kontra ta’ dik msemmijin, m’hijiex qisha tal-bellus fl-apparenza tagħha, hija eħxen u iżjed iebsa u mhux tajba għal innukklar. Il-wiċċ jista’ jkun mgħolli jew b’ħofor żgħar u jista’ jkun printjat.

Din l-istrixxa titqiegħed taħt tensjoni madwar l-oġġett li għandu jkun ippakkjat u t-truf ikunu imbagħad issiġillati bis-sħana jew ġonġuti permezz ta’ klippa tal-metall jew tal-plastik.

Dan is-subtitlu ma jinkludix strixxi ta’ ħxuna apparenti li ma taqbiżx 5 mm (subtitlu 5404 90 10).

3920 43 10 u 3920 43 90

Fihom bil-piż mhux anqas minn 6 % ta’ plastiċizzaturi

Ara Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3920 43 u 3920 49.

3920 49 10 u 3920 49 90

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 3920 43 u 3920 49.

3920 73 10

Film f’rombli jew fi strixxi, għaċ-ċinematografija jew għall-fotografija

Dan is-subtitlu jkopri folji tajbin għal użu f’ċinematografija jew fotografija bħala support għal materjali sensittivi għad-dawl.

3921

Pjanċi, folji, film u strixxa oħrajn, tal-plastiks

Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 3920.

3921 90 41

Laminati għal pressjoni qawwija b’wiċċ dekorattiv fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat

Dan is-subtitlu jinkludi folji laminati li jikkonsistu fi strati ta’ materjal folja fibruż (eż., karta) imħallta ma’ rażi thermosetting u magħqudin flimkien permezz ta’ sħana u pressa ta’ mhux inqas minn 5 MPa; l-istrat jew l-istrati ta’ barra għandhom kuluri dekorattivi jew disinji (pereżempju, imitazzjoni ta’ l-injam).

Folji bi strati dekorattivi fuq iż-żewġ naħat jintużaw vertikalment, pereżempju, bħala partizzjonijiet f’wirjiet jew fi twieqi ta’ ħwienet; folji bi strat dekorattiv wieħed jintużaw prinċipalment bħala kisi għal ċippbord.

3923

Oġġetti għall-ġarr jew ippakkjar ta’ oġġetti, ta’ plastiks; tappijiet, għotien, kuperċi u għeluq ieħor, ta’ plastiks

3923 90 00

Oħrajn

Ix-xibka ffurmata f’għamla tubulari ta’ dan is-subtitlu hija intiża għal ippakkjar, hija mibjugħa f’tulijiet mhux determinati u, wara li tkun maqtugħa għattul mixtieq, hija komunement użata għall-manifattura ta’ xkejjer u basktijiet għall-ippakkjar ta’ ċertu frott u ħaxix, bħal tuffieħ, larinġ, patata u basal.

3924

Oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina, oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti ta’ l-iġjene jew tat-twaletta, tal-plastiks

3924 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri sponoż ta’ ċelluloża riġenerata maqtugħa f’forom ħlief rettangolari (inkluż il-kwadru) kif ukoll sponoż maqtugħin f’rettangoli (inklużi kwadri) bi truf mitħunin jew maħdumin mod ieħor.

Dan is-subtitlu ma jkoprix:

(a)

sponoż naturali (subtitli 0511 99 31 u 0511 99 39;

(b)

sponoż sempliċiment maqtugħin f’rettangoli (inklużi kwadri) (titlu 3921).

3925

Oġġetti tal-plastiks tal-bennejja, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra

Ara Nota 11 għal dan il-kapitlu.

3925 20 00

Bibien, twieqi u t-tilari tagħhom u għetiebi għal bibien

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 3925 20.

3925 90 10

Tagħmir u armar maħsubin għal stallazzjoni permanenti ġo jew fuq bibien, twieqi, turġien, ħitan jew partijiet oħrajn tal-bini

Ara Nota 11 (ij) għal dan il-kapitlu.

KAPITLU 40

GOMMA (LASTIKU) U OĠĠETTI TAGĦHA

Ġenerali

Għall-għanijiet ta’ Nota 4 (a) għal dan il-kapitlu it-terminu “sustanzi mhux thermoplastic” tfisser sustanzi li ma jistgħux ikunu mrattbin b’mod repetut permezz ta’ trattament bis-sħana sabiex dawn jkunu jistgħu jkunu ffurmati permezz ta’ forma jew estrużjoni.

4001

Gomma naturali, balata, guttaperka, gwajul ( guayule ), ħalib tas-sapodilja u gomom naturali simili, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa

4001 21 00

Folji mdaħħnin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4001, parti (B), (1), l-ewwel paragrafu.

4001 29 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4001, parti (B), (1), it-tieni u r-raba’ paragrafi.

Dan is-subtitlu jinkludi krippi ċari, krippi kannella, folji kkustiljati u mnixxfin bl-arja granuli tal-gomma ri-agglomerati u trabijiet li jimxu liberament ta’ gomma naturali.

4002

Gomma sintetika u fattis ( factice ) derivat miż-żjut, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa; taħlit ta’ xi prodott ta’ titlu 4001 ma’ xi prodott ta’ dan it-titlu, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa

4002 99 10

Prodotti modifikati bl-inkorporazzjoni ta’ plastiks

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti li hemm riferenza għalihom f’Nota 4 (ċ) għal dan il-kapitlu, bl-eċċezzjoni ta’ gomma naturali depolimerizzata (subtitlu 4002 99 90)

4002 99 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi gomom karbossilati akrilonitrili-butadini (XNBR), gomom akrilonitrile-isopreni (NIR) u fattis (factice) minn żjut.

4005

Gomma komposta, mhux ivvulkanizzata, f’forom primarji jew fi pjanċi, folji jew strixxa

4005 20 00

Soluzzjonijiet; tixrid ħlief dawk ta’ subtitlu 4005 10

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4005, (B), l-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu, (2).

4005 91 00

Pjanċi, folji u strixxa

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4005, (B), l-ewwel paragrafu u t-tieni paragrafu, (3) u (4).

Dan is-subtitlu jkopri ukoll pjanċi, folji u strixxa ta’ gomma mhux vulkanizzata, mhux maqtugħin jew sempliċiment maqtugħin f’forom rettangolari (inkluż il-kwadru), mgħottijin minn naħa waħda bi strat ta’ sustanza adeżiva. L-applikazzjoni ta’ l-adeżiv hija meqjusa bħala sempliċiment ħidma tal-wiċċ skond it-tifsira ta’ Nota 9 għal dan il-kapitlu. Oġġetti bħal dawn, li jinkorporaw strat ta’ rilaxx ta’ karta, materjal ta’ tessut, eċċ., biex jipproteġi l-adeżiv, jibqgħu f’dan it-titlu.

4005 99 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4005, parti (B), l-ewwel u t-tieni paragrafu, (5).

4009

Tubi, pajpijiet u manki, ta’ gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, bit-tagħmir tagħhom magħhom jew mingħajru (per eżempju, ġonot, imniekeb, flanġijiet)

4009 12 00

Bit-tagħmir

It-tubi, il-kanen u l-manek ta’ din is-subtitlu jista’ jkollhom tagħmir ta’ kull tip ta’ materjal.

4009 22 00

Bit-tagħmir

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4009 12 00.

4009 32 00

Bit-tagħmir

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4009 12 00.

4009 42 00

Bit-tagħmir

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4009 12 00.

4011

Tajers pnewmatiċi ġodda, ta’ gomma

4011 20 10

B’indiċi ta’ tagħbija ( load index) li ma jaqbiżx 121

L-indiċi ta’ tagħbija (load index) huwa dejjem indikat fuq it-tajer. Huwa definit fid-Direttiva tal-Kunsill 92/34/EEC (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 95).

4011 20 90

B’indiċi ta’ tagħbija ( load index) li jaqbeż 121

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4011 20 10.

4011 61 00 sa 4011 69 00

Oħrajn, li fihom disinn “tal-wiċċ” xewka jew bħalu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 61 sa 4011 69.

4011 62 00

Ta’ tip użat fuq vetturi u magni tal-bini jew għall-immaniġġjar industrijali u li għandhom qies ta’ rimm mhux akbar minn 61 ċm.

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 62, 4011 63, 4011 93 u 4011 94.

4011 63 00

Ta’ tip użat fuq vetturi u magni tal-bini jew għall-immaniġġjar industrijali u li għandhom qies ta’ rimm akbar minn 61 ċm.

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 62, 4011 63, 4011 93 u 4011 94.

4011 93 00

Ta’ tip użat fuq vetturi u magni tal-bini jew għall-immaniġġjar industrijali u li għandhom qies ta’ rimm mhux akbar minn 61 ċm.

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 62, 4011 63, 4011 93 u 4011 94.

4011 94 00

Ta’ tip użat fuq vetturi u magni tal-bini jew għall-immaniġġjar industrijali u li għandhom qies ta’ rimm akbar minn 61 ċm.

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4011 62, 4011 63, 4011 93 u 4011 94.

4015

Oġġetti ta’ l-lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ (inklużi ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss ( mittens ) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss ( mitts )) għal għanijiet kollha, ta’ gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa

4015 11 00

Kirurġiċi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4015 11.

Dan is-subtitlu m’huwiex limitat għal ingwanti kirurġiċi f’pakki sterili. Dan jinkludi ukoll ingwanti li jaqblu ma’ EN 455-1 u EN 455-2 jew ekwivalenti.

4015 19 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

ingwanti b’erba’ swaba biss mgħottijin u ingwanti tal-metall għal użu industrijali;

2.

ingwanti, għal radjoloġisti, magħmulin opâki għal raġġi-X permezz ta’ taħlita bbażata fuq karbonat taċ-ċomb.

4015 90 00

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4015 (bl-eċċezzjoni ta’ ingwanti, ingwanti li jgħattu biss erba’ swaba u ingwanti li jgħattu biss nofs is-swaba), dan is-subtitlu jinkludi ukoll ilbies użat bħala protezzjoni kontra radjazzjoni jew pressa atmosferika, eż., ilbies taħt pressa għal nies ta’ l-ajru), sakemm dawn m’humiex magħqudin ma’ apparat għan-nifs. Jekk dan huwa hekk, dawn jaqgħu taħt titlu 9020 00 00.

4016

Oġġetti oħrajn ta’ gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa

4016 91 00

Kisi għall-art u twapet

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4016, tieni paragrafu, (2).

4016 99 52 sa 4016 99 97

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4016, tieni paragrafu, (7) sa (14), dawn is-subtitli jinkludu wkoll ħakkikiet li, meta mgħottijin b’karta żmerill (li tista’ tinbidel), jintużaw biex jippolixxjaw bl-idejn ċertu oġġetti.

TAQSIMA VIII

ĠLUD MHUX MAĦDUMIN, ĠILDA, FERIJIET U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNHOM; OĠĠETTI TAS-SARRAĠ U XEDD; OĠĠETTI GĦAS-SAFAR, BOROŻ TA’ L-IDEJN U KONTENITURI SIMILI; OĠĠETTI TAL-KORDA TAL-MUSRANA (ĦLIEF MUSRANA TAD-DUDU TAL-ĦARIR)

KAPITLU 41

ĠLUD MHUX MAĦDUMIN (ĦLIEF FERIJIET) U ĠILDA

4101

Ġlud mhux maħdumin ta’ bhejjem ta’ l-ifrat (inkluż buflu) jew annimali ekwini (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, mħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le

4101 20 10 sa 4101 20 80

Ġlud sħaħ, mhux maqsumin, ta’ piż kull ġilda mhux aktar minn 8 kg meta imnixxfin biss, 10 kg meta immellħin fix-xott, jew 16 kg meta friski, immellħin fin-niedi jew ippreservati mod ieħor

Il-ġlud ta’ dawn is-subtitli jitqiesu bħala sħaħ kemm jekk ir-ras u s-saqajn kienu mneħħijin; madanakollu dawn m’għandhomx ikunu maqsumin, jiġifieri, il-ħxuna oriġinali tal-ġilda m’għandiex tkun maqsuma f’żewġ strati jew aktar.

4101 20 10

Friski

Dan is-subtitlu jkopri ġlud li kienu sempliċiment imneħħijin mill-annimali. Ġlud imkessħin huma inklużi f’ dan is-subtitlu wkoll.

4101 20 30

Immellħin fin-niedi

Dan is-subtitlu jkopri ġlud li kienu preservati minn putrefazzjoni sempliċiment permezz taż-żieda ta’ melħ.

4101 20 50

Imnixxfin jew immellħin fix-xott

Dan is-subtitlu jkopri ġlud imnixxfin (preservati sempliċiment permezz ta’ tnixxif, biż-żieda ta’ antisettiċi jew le) u ġlud immellħin fix-xott.

4101 20 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri ġlud ittrattati bil-ġir (mgħaddsin f’ilma bil-ġir jew miksijin b’pejst li fih il-ġir), ġlud imnaddfin (mgħaddsin f’soluzzjonijiet dgħajfin ta’ aċtu idrokloriku jew sulforiku jew kimiċi oħrajn li magħhom kien miżjud melħ) u ġlud preservati b’mezzi oħrajn.

4101 50 10 sa 4101 50 90

Ġlud sħaħ, ta’ piż aktar minn 16 kg

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4101 20 10 sa 4101 20 80.

4101 50 10

Friski

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 10.

4101 50 30

Immellħin fin-niedi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 30.

4101 50 50

Imnixxfin jew immellħin fix-xott

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 50.

4101 50 90

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 80.

4101 90 00

Oħrajn, inklużi warranijiet, nofshom ( bends ) u żquq

Warranijiet jinkludu l-ġilda li tgħatti d-dahar u l-kwarti ta’ wara; din hija l-eħxen parti tal-ġilda, l-iżjed b’saħħitha, u għalhekk l-iktar ta’ valur.

Bends huma miksubin permezz tal-qsim tal-warranijiet fi tnejn matul il-linja tax-xewka tad-dahar.

4102

Ġlud mhux maħdumin ta’ nagħaġ jew ħrief (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, mħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bis-suf imneħħi jew maqsumin jew le, ħlief dawk imħollijin barra b’nota 1(ċ) għal dan il-kapitlu

4102 10 10

Tal-ħrief

Dan is-subtitlu jkopri ġlud li għandhom erja tas-superfiċje massima ta’ 0,75 m2.

4102 10 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri ġlud li għandhom erja tas-superfiċje massima ta’ 0,75 m2.

4102 21 00

Imnaddfin ( pickled )

Għal ġlud imnaddfin ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4101 20 80.

4103

Ġlud mhux maħdumin oħrajn (friski, jew immellħin, imnixxfin, trattati bil-ġir, imnaddfin jew ippreparati mod ieħor, iżda mhux ikkunzati, mħejjijin għal parċmina jew ippreparati aktar), bix-xagħar imneħħi jew maqsumin jew le, ħlief dawk imħollijin barra b’nota 1(b) jew 1(ċ) għal dan il-kapitlu

4103 20 00

Ta’ rettili

Dan is-subtitlu jinkludi l-ġlud ta’ pitoni, boas, alligaturi, kajmani, igwani, gavials u gremxul.

4104

Ġlud ikkunzati jew magħmulin qoxra ta’ bhejjem ta’ l-ifrat (inkluż buflu) jew annimali ekwini, mingħajr xagħar, maqsumin jew le, iżda mhux ippreparati aktar

Ara Noti 2 (A) u 2 (B) għal dan il-kapitlu.

4104 11 10 sa 4104 19 90

Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi)

Il-ġlud sempliċiment ikkuluriti jistgħu jintgħarfu speċjalment min-naħa mlaħħma tagħhom fejn, partikolarment mat-truf, fejn ċertu numru ta’ fibri subkutanji oriġinali jidhru. Għal din ir-raġuni, in-naħa mlaħħma għandha wiċċ fibruż u raff. Ġlud parzjalment ikkuluriti (ikkuluriti minn qabel) huma klassifikati ma’ ġlud mhux preparati aktar ħlief ikkuluriti.

Il-proċessi intiżi biex ilestu l-ikkulurar proprju li matulu l-prodotti użati għall-ikkulurar u kwalunkwe ilma li jibqa’ huma mneħħijin mill-ġlud (pereżempju, ħasil, tgħasir, pressar, tnixxif u ġbid) ma jbiddlux il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-ġlud. Dan japplika ukoll għas-sempliċi qsim ta’ ġlud mhux preparati aktar ħlief ikkuluriti.

4104 11 10 sa 4104 11 90

Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin; ġlud bix-xagħar imneħħi u maqsumin

Dawn is-subtitli jkopru ġlud li għandhom il-wiċċ oriġinali tax-xagħar kif mikxuf permezz tat-tneħħija ta’ l-epidermis, bl-ebda mill-wiċċ imneħħi, eż., permezz ta’ bbaffjar jew żmiċċar.

Dawn is-subtitli jkopru biss ġlud b’superfiċje ta’ barra (naħa tax-xagħar) tal-ġild.

4104 41 11 sa 4104 49 90

Fl-istat xott (qoxra)

Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu.

4104 41 11 sa 4104 41 90

Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin; ġlud bix-xagħar imneħħi u maqsumin

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4104 11 10 sa 4104 11 90.

4104 41 11

Ġilda ta’ annimal żgħir ( kip ) ta’ l-Indja tal-Lvant, sħiħa, bl-irjus u s-saqajn jew imneħħijin, kull waħda b’piż nett mhux aktar minn 4,5 kg, mhux preparata aktar minn ikkunzar veġetali, mgħoddija minn ċerti trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajba għal użu immedjat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda

Dan is-subtitlu jkopri ġilda ta’ kip (għoġol) sempliċiment ikkulurit permezz ta’ sustanzi veġetali li jistgħu jkunu għaddew minn trattament preservattiv biex jiffaċilita t-trasport tagħhom tul distanzi twal, eż., b’żejt veġetali.

Dawn il-ġlud huma karatterizzati minn struttura soda u kumpatta u lewn kannella ċar minħabba l-kulur veġetali. In-naħa tax-xagħar tal-ġilda hija lixxa u igglejżjata kullimkien l-istess u n-naħa mlaħħma hija ġeneralment mnaddfa sew permezz ta’ tqaxxir. Qabel dawn jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda, ġlud ta’ dan it-tip għandhom ikunu kompletament maħdumin mill-ġdid (bil-kulur imneħħi, fil-fatt) u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala f’kundizzjoni ta’ qabel l-ikkulurar.

Dawn il-ġlud (magħrufin bħala ġlud Madras jew ġlud ta’ l-Indja tal-Lvant (EI)) huma prinċipalment impurtati mill-Indja jew mill-Pakistan. Dawn ikunu s-soltu ppakkjati, f’sitta, f’balal pressati mdawwrin f’kisja ta’ qamħ u xkejjer tal-ġuta.

4104 49 11

Ġilda ta’ annimal żgħir ( kip ) ta’ l-Indja tal-Lvant, sħiħa, bl-irjus u s-saqajn jew imneħħijin, kull waħda b’piż nett mhux aktar minn 4,5 kg, mhux preparata aktar minn ikkunzar veġetali, mgħoddija minn ċerti trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajba għal użu immedjat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4104 41 11.

4105

Ġlud ikkunzati jew magħmulin qoxra ta’ nagħaġ jew ħrief, mingħajr suf, maqsumin jew le, iżda mhux ippreparati aktar

Ara Noti 2 (A) u 2 (B) għal dan il-kapitlu.

4105 10 00

Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi)

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4104 11 10 sa 4104 19 90.

4105 30 10 u 4105 30 90

Fl-istat xott (qoxra)

Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu.

4105 30 10

Hair sheep Indjani kkunzati minn qabel b’mod veġetali, kemm jekk mgħoddija minn ċertu trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajbin għal użu immedjat, għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda

Dan is-subtitlu jkopri ġlud ikkunzati minn qabel b’mod veġetali u li jeħtieġu iktar ikkunzar qabel ikunu rfinati.

Ġlud sempliċement ikkunzati b’użu ta’ sustanzi veġetali jistgħu jkunu għaddew minn trattament ta’ preservazzjoni biex jiffaċilita t-trasport tagħhom fuq distanzi twal eż. b’żejt veġetali.

Dawn il-ġlud huma karatterizzati minn struttura soda u kumpatta u kulur kannella ċar minħabba l-ikkunzar b’mod veġetali.

Dawn il-ġlud (magħrufin bħala ġlud Madras jew ġlud ta’ l-Indja tal-Lvant (EI) Huma prinċipalment impurtati mill-Indja jew mill-Pakistan. Dawn is-soltu jkunu ppakkjati, fi gruppi ta’ sitta, f’balal ippressati mgewżrin f’tapizzar tat-tiben u xoqqa tal-ġuta.

4105 30 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ġlud ta’ nagħaġ u ħrief li kienu kkunzati bl-użu ta’ taħlita ta’ melħ, alum, isfar tal-bajd u dqiq (ġilda alum tanned). Dawn il-ġlud jintużaw prinċipalment biex isiru ingwanti jew fil-manifattura ta’ żraben ta’ kwalita’ għolja.

4106

Ġlud ikkunzati jew magħmulin qoxra ta’ annimali oħrajn, mingħajr suf jew xagħar, maqsumin jew le, iżda mhux ippreparati aktar

Ara Noti 2 (A) u 2 (B) għal dan il-kapitlu.

4106 21 00

Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi)

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4104 11 10 sa 4104 19 90.

4106 22 10 u 4106 22 90

Fl-istat xott (qoxra)

Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu.

4106 22 10

Mogħża jew gidi Indjan ikkunzat minn qabel b’mod veġetali, mgħoddi minn ċerti trattamenti jew le, iżda ovvjament mhux tajjeb għal użu immedjat għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4105 30 10 japplikaw, mutatis mutandis.

4106 31 00

Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi)

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4104 11 10 sa 4104 19 90.

4106 32 00

Fl-istat xott (qoxra)

Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu.

4106 40 10

Ikkunzati minn qabel b’mod veġetali

Dan is-subtitlu jkopri ġlud ikkunzati minn qabel b’mod veġetali u li jeħtieġu aktar ikkunzar qabel ikunu irfinati.

Dawn il-ġlud huma karatterizzati minn struttura iebsa u kumpatta u kulur kannella ċar minħabba l-ikkunzar b’mod veġetali.

4106 91 00

Fi stat imxarrab (inkluż ikħal-niedi)

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4104 11 10 sa 4104 19 90.

4106 92 00

Fl-istat xott (qoxra)

Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 41, (II), tielet paragrafu.

4107

Ġilda ippreparata aktar wara li tkun ikkunzata jew magħmula qoxra, inkluża ġilda mħejjija għal parċmina, ta’ bhejjem ta’ l-ifrat (inkluż buflu) jew ta’ annimali ekwini, mingħajr xagħar, maqsuma jew le, ħlief ġilda ta’ titlu 4114

Il-ġilda koperta minn dan it-titlu tista’ tkun imlibbsa aktar (maħduma, sfumata, magħmula bil-vina jew stampata, trattata biex tagħti rfinatura swejd, printjata, igglejżjata, irfinata bis-satin, eċċ.) jew miksija b’parċment (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (III)).

4107 11 11 sa 4107 11 90

Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin

Dawn is-subtitli jkopru ġlud li ma kinux maqsumin (jiġifieri, il-ħxuna oriġinali ma kinitx maqsuma f’diversi strati), kemm jekk kienu mnaqqsin għal ħxuna kullimkien l-istess permezz ta’ tqaxxir u tat-tneħħija ta’ kwalunkwe partijiet ħorox jew frak li jeħel fuq in-naħa tal-laħam.

4107 11 11

Boxcalf

Boxcalf hija ġilda ta’ l-għoġol ikkunzata bil-kromju jew ġieli bi proċess ta’ tgħaqqid, imbagħad ikkulurita u ppolixxjata u użata għall-partijiet ta’ fuq ta’ żraben jew għal ċertu oġġetti tal-ġilda (eż., boroż tan-nisa, kartieri); din il-ġilda hija ratba ħafna.

4107 12 11

Boxcalf

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4107 11 11.

4107 91 10 u 4107 91 90

Ġlud sħaħ bix-xagħar imneħħi, mhux maqsumin

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4107 11 11 sa 4107 11 90.

4107 91 10

Ġilda għall-qigħan

Minħabba l-użu tagħha, li jitlob li tkun b’saħħitha u sservi, il-ġilda magħrufa bħala ġilda għall-qigħan m’hijiex mimlija. Il-metodu ta’ ħdim użat għal din il-ġilda hija magħrufa bħala ħdim bl-ilma kif oppost għal ħdim bix-xaħam li jintuża għal ġlud mimlijin. It-trattamenti prinċipali mgħotijin lil din il-ġilda jammontaw għat-tindif tan-naħa tal-ġilda, esposta għal arja, tismir repetut u trembil bil-pressa.

Ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4107, tielet paragrafu.

4112 00 00

Ġilda ppreparata aktar wara li tkun ikkunzata jew magħmula qoxra, inkluża ġilda mħejjija għal parċmina, ta’ nagħag jew ta’ ħrief, mingħajr suf, maqsuma jew le, ħlief ġilda ta’ titlu 4114

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 4107 japplikaw, mutatis mutandis.

4113

Ġilda ippreparata aktar wara li tkun ikkunzata jew magħmula qoxra, inkluża ġilda mħejjija għal parċmina, ta’ annimali oħrajn, mingħajr suf jew xagħar, maqsuma jew le, ħlief ġilda ta’ titlu 4114

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 4107 japplikaw, mutatis mutandis.

4115

Ġilda artifiċjali b’bażi ta’ ġilda jew fibra tal-ġilda, f’ċangaturi, folji jew strixxa, f’rombli jew le; biċċiet maqtugħin jew skart ieħor ta’ ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali, mhux tajbin għall-manifattura ta’ oġġetti tal-ġilda; trab, terra u dqiq tal-ġilda

Ġilda artifiċjali hija magħmula minn bażi ta’ ġilda jew fibra tal-ġilda. Materjali li jistgħu jittappnu bħal feltru bħal fibri taċ-ċelluloża, sintetiċi jew tal-qoton huma ġieli miżjudin biex jagħtu kwalitajiet speċjali lill-ġilda artifiċjali. Il-proporzjon ta’ dawn il-fibri għandu, madanakollu, jkun sew taħt 50 % sabiex l-oġġetti jkunu klassifikati f’titlu 4115 (“ċangaturi, folji jew strixxa, kemm jekk imremblin jew le”). Il-fibri tal-ġilda jikkonsistu fi skaldi għal xquq, sustanzi li jbajdu veġetali, bċejjeċ maqtugħin jew skart ieħor. Gommalastika naturali hija l-aġent li tgħaqqad l-iżjed użata komunement.

Il-post prinċipali ta’ applikazzjoni għal ġilda artifiċjali hija l-industrija taż-żraben, li tużaha biex tagħmel materjali biex iwebbsu, fursetti, pettijiet ta’ ġewwa, pettijiet taċ-ċentru u pettijiet ta’ barra għal krakar. Użi oħrajn jinsabu fl-industija ta’ l-oġġetti tal-ġilda (eż., għal kisi ta’ valiġġi, basktijiet ta’ l-iskola, partijiet li jifirdu ta’ valiġġi u kartieri) u s-settur tekniku (pulzieri, materjali li jissiġillaw, eċċ.).

KAPITLU 42

OĠĠETTI TAL-ĠILDA; OĠĠETTI TAS-SARRAĠ U XEDD; OĠĠETTI GĦAS-SAFAR, BOROŻ TA’ L-IDEJN U KONTENITURI SIMILI; OĠĠETTI TAL-MUSRANA TA’ ANNIMALI (ĦLIEF MUSRANA TAD-DUDU TAL-ĦARIR)

4202

Bagolli, valiġġi, vanity-cases , executive-cases , brief-cases , basktijiet ta’ l-iskola, kaxex għan-nuċċalijiet, kaxex għat-trombi, kaxex tal-kamera, kaxex ta’ strumenti tal-mużika, kaxex ta’ xkubetti, stoċċijiet tal-pistola u kontenituri simili; bagalji għas-safar, boroż iżolati għal ikel jew xorb, boroż tat-twaletta, barżakki, boroż ta’ l-idejn, boroż tax-xiri, kartieri, portmonijiet, kaxex għall-mapep, kaxex għas-sigarretti, boroż tat-tabakk, boroż ta’ l-għodda, boroż ta’ l-isports, kaxex tal-fliexken, kaxex għall-ġojjelli, kaxex tat-terra, kaxex tal-pożati u kontenituri bħalhom, tal-ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali, ta’ folji tal-plastiks, ta’ materjali tessili, ta’ fibra vulkanizzata jew tal-kartun, miksijin kollha jew prinċipalment b’dawn il-materjali jew bil-karta

Għad-definizzjoni tat-terminu “superfiċje ta’ barra” ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4202 11, 4202 21, 4202 31 u 4202 91.

Dan it-titlu jinkludi għata għal rakketti li jiksu r-rakketta kollha, kemm jekk dawn għandhom manku jew strixxa għall-ispallejn jew le.

Madanakollu, dan it-titlu ma jinkludix headcovers għal rakketti tat-tennis, rakketti tal-badmintin, bsaten tal-golf, eċċ., meta dawn huma magħmulin minn drapp tessut (is-soltu miksi bi plastiks) kemm jekk dawn għandhom parti li żżom il-blalen jew le (titlu 6307).

4202 11 10 u 4202 11 90

Bil-wiċċ ta' barra tal-ġilda jew ta' ġilda artifiċjali

Għad-definizzjoni tat-terminu “ġilda artifiċjali” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4115, (I).

4202 12 11 u 4202 12 19

F’forma ta’ folji tal-plastik

Jekk kontenitur għandu materjal ta’ barra li huwa taħlita ta’ materjali fejn l-istrat ta’ barra li jidher bil-għajn biss huwa kisja tal-plastik (eż., tessut meħjut ta’ fibri ta’ drapp magħqud ma’ kisi tal-plastik) dan huwa rrelevanti għal għanijiet ta’ klassifikazzjoni kemm jekk il-kisja kienet manifatturata separatament qabel ma nħoloq il-materjal magħqud, kemm jekk l-istrat tal-plastik kien ir-riżultat ta’ l-applikazzjoni ta’ kisja ta’ plastiks mal-materjal (eż., tessut maħdum jew fibri ta’ drapp), sakemm l-istrat ta’ barra li jirriżulta li jidher bil-għajn biss għandu l-istess dehra ta’ strat applikat ta’ kisi tal-plastik manifatturat.

4202 22 10

Ta’ folji tal-plastik

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4202 12 11 u 4202 12 19.

4202 31 00 sa 4202 39 00

Oġġetti ta’ tip li normalment jinġarru fil-but jew fil-borża ta’ l-idejn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4202 31, 4202 32 u 4202 39.

4202 32 10

Ta’ folji tal-plastik

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4202 12 11 u 4202 12 19.

4202 92 11 sa 4202 92 19

Ta’ folji tal-plastik

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 4202 12 11 u 4202 12 19.

4203

Oġġetti ta’ lbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, tal-ġilda jew ta’ ġilda artifiċjali

4203 10 00

Oġġetti ta’ lbies

Dan is-subtitlu jkopri oġġetti ta’ lbies, inklużi ħwejjeġ tax-xogħol, magħmulin minn ġilda jew minn ġilda artifiċjali, bħal kowtijiet, kowtijiet ta’ fuq, ġakketti, qliezet u fradal. Dan ikopri wkoll ġlud u mmuntar ta’ ġlud li jikkostitwixxu oġġetti mhux kompluti jew mhux mitmumin iżda li jintgħarfu xorta waħda bħala oġġetti ta’ lbies.

4203 21 00 sa 4203 29 90

Ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss ( mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss ( mitts)

Dawn is-subtitli jinkludu ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss (mitts) mhux maħdumin aktar milli maqtugħin f’forma.

Biċċiet ta’ ġilda maqtugħin għal forma partikolari u intiżi għall-manifattura ta’ ingwanti iżda fejn is-saba’ l-kbir u s-swaba’ għadhom ma nqatgħux f’forma huma klassifikati f’subtitlu 4205 00 90.

4203 21 00

Iddisinjati apposta għal użu fl-isports

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4203 21.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll ingwanti għall-iżgirma, ingwanti tal-krikit, ingwanti tal-bejżbol u ingwanti b’partijiet maqtugħin għal ċiklisti li jtellqu.

4203 29 10

Protettivi għas-snajja kollha

Ingwanti protettivi, ingwanti li jgħattu erba’ swaba biss (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba biss (mitts) li jaqgħu f’dan is-subtitlu huma ġeneralment intiżi għall-protezzjoni ta’ l-idejn waqt xogħol. Għal din ir-raġuni, bil-kontra ta’ ingwanti tal-moda, huma magħmulin ħafna drabi minn ġilda ħoxna iebsa li normalment m’għaddiet minn ebda trattament sussegwentement għall-ikkunzar. Ingwanti protettivi spiss ikollhom superfiċje ħarxa; huma jista’ jkollhom pulzieri li jipproteġu l-polz u d-driegħ.

Ingwanti protettivi li minnhom il-palma u l-partijiet ta’ quddiem tas-swaba’ huma tal-ġilda huma klassifikati f’dan is-subtitlu.

4203 29 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri wkoll ingwanti, ingwanti li jgħattu erba’ swaba (mittens) u ingwanti li jgħattu nofs is-swaba (mitts) li għalkemm użati fi sport ma jikkorrispondux mal-fatturi tad-disinn funzjonali karatteristiċi ta’ ingwanti speċjalment disinjati għal użu fi sport imniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4203 21.

Ingwanti tat-tip fejn il-palma u l-partijiet ta’ quddiem tas-swaba’ u l-partijiet bejn is-swaba’ huma tal-ġilda u l-parti ta’ wara hija ta’ materjal ieħor jaqgħu wkoll f’dan is-subtitlu.

4203 30 00

Ċinturini u bandolieri

Dan is-subtitlu jinkludi ċinturini għall-flus u ċinturini simili tal-ġilda b’but wieħed jew aktar b’bokkla.

4203 40 00

Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ

Dan is-subtitlu jinkludi brazzuletti, strixxi għall-polz, ingravajjet ta’ l-għonq u brazzuletti għal ċingi tat-Tirol.

Dan is-subtitlu ma jinkludix lazzijiet ta’ żraben li ma jitqisux bħala aċċessorji ta’ l-ilbies u huma klassifikati f’subtitlu 4205 00 90. Strixxi għall-polz li jikkostitwixxu ornamenti “artifiċjali” jew tal-kostumi (titlu 7117) u strixxi ta’ l-arloġġi (titlu 9113) huma wkoll esklużi minn dan is-subtitlu.

4205 00

Oġġetti oħrajn tal-ġilda, jew ta’ ġilda artifiċjali

4205 00 11

Ċineg jew tagħmir ċineg ta’ trasportatur ( conveyor ) jew ta’ trasmissjoni

Dan is-subtitlu jkopri bramel tal-konvejers u l-prodotti msemmija fin-Noti ta' Spjega SA għat-titlu 4205, it-tieni paragrafu (1).

4205 00 19

Oħrajn

Dan is- subtitlu jkopri l-prodotti hekk kif deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA ghal titlu 4205, it-tieni paragrafu, (1), bramel tal-konvejers u (2).

4205 00 90

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4205, tielet paragrafu.

KAPITLU 43

FERIJIET U FER ARTIFIĊJALI; MANIFATTURI TAGĦHOM

4301

Ferijiet mhux maħdumin (bl-irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, tajbin għal użu ta’ min jaħdem il-fer), ħlief ġlud mhux maħdumin ta’ titlu 4101 , 4102 jew 4103

Għad-definizzjoni tat-terminu “ferijiet mhux maħdumin”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4301, paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar.

4301 80 00

Ferijiet oħrajn, sħaħ, bir-ras, denb jew saqajn jew mingħajrhom

Dan is-subtitlu jinkludi l-ġlud tal-bumerini (ez. tal ġriewi l-bojod tal bumerin arpa jew tal-ġriewi tal-bumerini tal-barnuża (ta’ daharhom ikħal)), tal-ballotri ta’ l-ilma jew tan-nutria (coypu).

Il-ġlud ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa huma kompletament bojod.

Il-ġlud ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal) huma bojod bi strixxa dorsali wiesa’ blu-griża li testendi mir-ras sad-denb.

Pelliċi ta’ foki tal-fer huma spiss preżentati b’mod inkorrett bħala lontra tal-baħar. Foki tal-fer għandhom pelt fin, qisu tal-ħarir, dens li huwa iswed ileqq u jkopri skuratura tax-xagħar ta’ l-art kulur id-deheb f’aħmar kannella jew oranġjo fuq l-għonq u ż-żaqq.

Il-fer tal-lontra tal-baħar hija kannella għal iswed b’daqsxejn xagħar abjad, filwaqt li x-xagħar ta’ l-art huwa fin ħafna iżda b’saħħtu ħafna ukoll.

Minħabba li l-mammae huma fuq id-dahar, kważi l-unika parti tal-ġilda tan-nutria użata huwa l-fer taż-żaqq u, għal din ir-raġuni, meta jkunu qed jippreparaw il-ġlud u jqaxxru l-annimali, l-inċiżjoni ssir matul id-dahar. Il-ġilda, li hija kannella fl-iswed fuq iż-żaqq u aktar ċara fuq id-dahar u l-ġnub, għandha xagħar aħrax ippuntat abbundanti u xagħar ta’ l-art fin, oħxon u qisu suf.

Dan is-subtitlu jinkludi partikolarment ġlud tal-fer ta’ ċita, ġagwar, linċi, pantera (jew leopard) u puma.

4301 90 00

Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, tajbin għal użu ta’ min jaħdem il-fer

Dan is-subtitlu jkopri mhux biss partijiet mormijin (rjus, dnub u saqajn (paws)) iżda wkoll qatgħat u trimmjaturi. Dawn il-biċċiet jintużaw biex jagħmlu twapet li imbagħad jintużaw għal ferijiet ta’ kwalita’ inferjuri.

4302

Ferijiet ikkunzati jew imnaddfin (inklużi rjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn), mhux magħqudin, jew magħqudin (mingħajr żjieda ta’ materjali oħrajn) ħlief dawk ta’ titlu 4303

4302 11 00 sa 4302 19 99

Ġlud sħaħ, bir-ras, denb jew saqajn jew mingħajrhom, mhux magħqudin

Dawn is-subtitli jinkludu ġlud (eż., ta’ nagħaġ) li minnhom xejn ħlief ir-ras, saqajn (paws) u denb ma tneħħew, kemm jekk dawn kienu drittati mat-truf, mhux maqtugħin jew inkella maħdumin f’forma; huma jistgħu jkunu mgħotijin kulur u huma tajbin għal użu bħala ċraret.

4302 19 41

Ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa jew ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal)

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4301 80 00.

4302 20 00

Irjus, dnub, saqajn u bċejjeċ jew qatgħat oħrajn, mhux magħqudin

Il-“bċejjeċ jew qatgħat” ta’ dan is-subtitlu huma qatgħat li jirriżultaw mill-preparazzjoni ta’ ferijiet jew ta’ l-immuntar ta’ ġlud tal-fer jew partijiet tagħhom f’kaxex, rettangoli, trapezji jew slaleb.

4302 30 10

Ferijiet “imwaqqgħin” ( dropped )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4302, l-ewwel paragrafu, (2), tieni subparagrafu.

Ferijiet “imwaqqgħin” (dropped), ġieli msejħin ferijiet “maqsumin” (stranded) jistgħu wkoll ikunu miksubin billi:

jitqattgħu ġlud b’mod djagonali fi strixxi irqaq u jsir l-immuntar mill-ġdid tagħhom għall-ordni oriġinali tagħhom.

jitqattgħu il-ġlud wara xulxin u jsir l-immuntar mill-ġdid tagħhom.

biex jipproduċu ġilda itwal iżda irqaq.

4302 30 25 sa 4302 30 99

Oħrajn

Suġġett għall-kondizzjoni li l-ebda materjali oħrajn ma kienu miżjudin, dawn is-subtitli jinkludu:

1.

bċejjeċ jew qatgħat ta’ subtitlu 4302 20 00 jew ġlud sħaħ, magħmulin f’boroż, pjatti, slaleb jew semi-manifatturi simili.

2.

affarijiet intiżi għal manifattura ta’ ġkieket jew kowtijiet tal-fer, u li ġeneralment jikkonsistu fi tliet muntaturi distinti ta’ ġlud, waħda fil-forma ta’ trapezju iżòxxile b’linja bażi twila kurvata li minnha l-parti ta’ wara tinqata’, u l-oħrajn f’forma rettangolari li minnhom il-parti ta’ quddiem u l-kmiem jinqatgħu.

4302 30 51

Ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa jew ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal)

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4301 80 00.

4303

Oġġetti ta' ħwejjeġ, aċċessorji ta’ lbies u oġġetti oħrajn tal-fer

4303 10 10 u 4303 10 90

Ta’ ferrjiet ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa jew ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal)

Ara Nota 4 għal dan il-kapitlu.

4303 10 10

Ta’ ferrjiet ta’ ġriewi bil-pil abjad ta’ bumerini ta’ l-arpa jew ta’ ġriewi ta’ bumerini bil-kappun (daharhom ikħal)

Dan is-subtitlu jkopri oġġetti ta’ l-ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ magħmulin minn ġlud ta’ subtitlu 4302 19 41 jew 4302 30 51.

4303 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4303, it-tielet u r-raba paragrafi.

TAQSIMA IX

INJAM U OĠĠETTI TA’ L-INJAM; FAĦAM TA’ L-INJAM; SUFRA U OĠĠETTI TAS-SUFRA; MANIFATTURI TA’ TIBEN, TA’ SPARTU JEW TA’ MATERJALI OĦRAJN TAT-TRIZZA; XOGĦOL TAL-QFIEF U XOGĦOL TAL-QASAB

KAPITLU 44

INJAM U OĠĠETTI TA’ L-INJAM; FAĦAM TA’ L-INJAM

4401

Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili; injam f’laqx jew frak; serratura u skart u fdal ta’ injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes , gerbub jew forom simili jew le

4401 10 00

Ħatab, f’forma ta’ zkuk, zkuk ħoxnin, friegħi, qatet ta’ għesieleġ jew forom simili

L-ebda daqs li jillimita ma ngħata għal zkuk u zkuk ħoxnin li jitqiesu bħala injam karburant. Hija l-kundizzjoni ta’ l-injam u l-mod ta’ preżentazzjoni li jiddistingwih minn injam li jaqa’ titlu 4403 (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4401, ħlief (b)).

Dan is-subtitlu ma jinkludix ċana, skart jew fdal ta’ l-injam, anki jekk dawn b’mod ċar jintużaw bħala karburant (subtitlu 4401 31 00, 4401 39 20, 4401 39 30 jew 4401 39 80).

4401 21 00 u 4401 22 00

Injam f’laqx jew frak

Ara Noti 1 (a) u 1 (ċ) għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4401, l-ewwel paragrafu, (B).

4401 31 00 sa 4401 39 80

Serratura u skart u fdal ta’ injam, kemm jekk magħqudin fi zkuk, briquettes , gerbub jew forom simili

Ara Noti 1 (a) u 1 (ċ) għal dan il-kapitlu.

Dawn is-subtitli ma jinkludux dqiq ta’ l-injam kif definit f’Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu (titlu 4405 00 00).

4403

Injam għadu aħrax, kemm jekk bil-qoxra jew bl-ilbieba mneħħija jew le, jew magħmul kwadru raff

4403 10 00

Trattat b’żebgħa, likwidu għat-tlewwin, krijożott jew preservattivi oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4403 10.

L-injezzjoni u l-taħbil ta’ l-injam huma trattamenti, biex jippreservaw l-injam aħjar (għal durabilita’) jew biex jagħtuh ċertu proprjetajiet speċjali (eż., biex jagħmlu resistenti għan-nar jew biex jipproteġih mill-effetti ta’ tnixxif). It-trattament ta’ injezzjoni jew ta’ taħbil iservi biex jiżgura l-preservazzjoni għal żmien twil pereżempju ta’ l-arbli ta’ injam koniferu.

Dan it-trattament jinvolvi jew tgħaddis għal żminijiet twal f’banjijiet miftuħin ta’ likwidu jaħraq, fejn l-arbli jitħallew fil-likwidu sakemm dan jiksaħ, jew trattament f’awtoklava bl-azzjoni ta’ vakwu jew ta’ pressa.

Fost il-prodotti użati huma prodotti organiċi bħal krijożot, dinitrofenoli u dinitrokresoli.

Arbli ta’ l-injam miżbugħin jew bil-verniċ jaqgħu ukoll f’dan is-subtitlu.

4403 20 11

Zkuk tas-serrar

Zkuk tas-serrar huma karatterizzati mill-proprjetajiet fiżiċi bħal:

b’vina ċilindrika jew dritta mingħajr tgħawwiġ maġġuri,

b’dijametru ta’ mhux inqas minn 15 ċm.

Huma jkunu ġeneralment isserrati (jew imxellfin) matul it-tul tagħhom għall-manifattura ta’ injam isserrat jew injam għal-linja tal-ferrovija (cross ties) jew jintużaw għall-produzzjoni ta’ folji għal kisi (prinċipalment permezz ta’ tqaxxir jew tqattiegħ).

4403 20 31

Zkuk tas-serrar

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11.

4403 20 91

Zkuk tas-serrar

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11.

4403 41 00 sa 4403 49 95

Oħrajn, ta’ injam tropikali speċifikat f’nota 2 għas-subtitlu għal dan il-kapitlu

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan it-titlu għal ismijiet ta’ ċertu tipi ta’ injam tropikali. Ara wkoll l-Anness għan-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu.

4403 49 35

Okoumé u sipo

Okoumé huwa miksub kważi esklussivament mill-foresti ta’ Gibon. Dan l-injam huwa artab u ta’ kulur roża-salamun li jinħass li għandu tessut fibruż u vina irregolari, li tixbaħ daqsxejn lil injam tal-kewba iżda ħafna aktar ċar fil-kulur. Is-siġra tagħti zkuk ċilindriċi tajbin ħafna għal qsim u tqaxxir u tintuża prinċipalment fil-manifattura ta’ folji rqaq.

4403 91 10

Zkuk tas-serrar

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11

4403 92 10

Zkuk tas-serrar

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11

4403 99 10

Tal-luq

Dan is-subtitlu jkopri l-ispeċi kollha tal-ġeneru Populus.

Injam tal-luq huwa ċar fil-kulur, ħafif u artab ħafna. Dan jintuża biex iġonġi (interjuri ta’ għamara, kaxex għall-ippakkjar) u għal manifattura ta’ plajwud. Wara l-koniferi, huwa s-sors prinċipali ta’ ċellulożja għal polpa tal-karta.

4403 99 51

Zkuk tas-serrar

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4403 20 11

4404

Injam għaċ-ċrieki; arbli maqsumin; puntali, pali u bsaten ta’ l-injam, bil-ponta iżda mhux isserrati mit-tul; bsaten ta’ l-injam, mirqumin raff iżda mhux inturnati, milwijin jew maħdumin mod ieħor, tajbin għall-manifattura tal-bsaten tal-mixi, umbrelel, ta’ l-għodod jew bħalhom; injam magħmul minn laqx ta’ l-injam ( chipwood ) u bħalu

Laqx ta’ l-injam u bħalu prinċipalment ivarjaw mill-folji rqaq ta’ titlu 4408 minħabba d-daqs iżgħar u t-tip ta’ injam użat (normalment l-injam aktar artab komuni).

4404 20 00

Mhux koniferu

Dan is-subtitlu jinkludi laqx ta’ l-injam li jixbaħ chipwood imrembel (is-soltu ta’ fagu jew ġellewża) użat fil-manifattura ta’ ħall jew għall-klarifikazzjoni ta’ likwidi oħrajn.

4405 00 00

Ċana rqiqa tal-fraxxnu ( woodwool ) u dqiq ta’ l-injam

Għad-definizzjoni tat-terminu “dqiq ta’ l-injam” ara Nota Addizzjonali 1 għal dan il-kapitlu.

4406

Travi ta’ l-injam mimdudin ( sleepers , cross-ties ) għal-linji tal-ferrovija jew tat-tramm

4406 10 00

Mhux imsappin ( not impregnated )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4406 10 u 4406 90.

4406 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4406 10 u 4406 90.

4407

Injam isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imminċottat fit-truf, ta’ ħxuna iktar minn 6 mm

Għad-definizzjoni tat-termini “imfellel” u “imqaxxar” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4408, tieni u tielet paragrafi.

4407 10 31 sa 4407 10 38

Inċanat

Dawn is-subtitli ma jkoprux:

(a)

injam imlibbes “olqot jew tolqotx” (hit or miss), injam li kien inċanat biex jitneħħew eskrexxenzi u ftit mill-marki raffi tas-sega (subtitli 4407 10 91 sa 4407 10 98);

(b)

injam isseggat mit-tul, li, rigward l-istramberiji ta’ l-injam rilevanti u l-istat ta’ żvilupp ta’ tekniki għal proċessar ta’ dak it-tip ta’ injam, m’għandu l-ebda marki ta’ fejn kien issegat, sakemm din l-assenza ta’ marki ta’ sega hija r-riżultat ta’ proċess purament aċċidentali għas-segar li huwa meħtieġ għal raġunijiet tekniċi u li m’hijiex intiża li tiffaċilita l-użu sussegwenti ta’ l-injam permezz tat-tneħħija ta’ dawk it-traċċi (subtitli 4407 10 91 sa 4407 10 98).

4407 10 91 sa 4407 10 98

Oħrajn

Dawn is-subtitli ma jinkludux settijiet kompluti ta’ tavli ta’ injam issegat, imfellel jew imqaxxar ta’ ħxuna li taqbeż 6 mm intiż għal użu fil-manifattura ta’ kaxex jew għal ippakkjar. Settijiet bħal dawn ta’ bordijiet jaqgħu f’titlu 4415, kemm jekk ċertu aċċessorji bħal rinforzi tat-truf jew tal-qiegħ huma inklużi jew le. Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal titlu 4415.

4407 21 10 sa 4407 29 95

Ta’ injam tropikali speċifikat f’nota 2 għas-subtitlu għal dan il-kapitlu

Ara wkoll in-Nota ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu għall-ismijiet ta’ ċertu injam tropikali. Ara wkoll l-Anness għan-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu.

4407 99 96

Ta’ injam tropikali

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu l-espressjoni “injam tropikali” tfisser biss dak mhux speċifikat f’nota 2 għas-subtitlu 1 għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu jinkludi t-tipi li ġejjin ta’ injam tropikali: aiélé, alone, andoung, bilinga, bomanga, bubinga, ebéne, ebiara, faro, kapolkier, limbali, longhi, movingui, mutenye, naga, niové, tali, tchitola, wengé u zingana.

4408

Folji għall-fuljetta (inklużi dawk magħmulin bit-tiflil ta’ injam laminat), għat-triplaj jew għal injam simili laminat u injam ieħor, isserrat mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat, xkatlat, impalellat jew imminċottat fit-truf, mhux eħxen minn 6 mm

4408 31 11 sa 4408 39 95

Ta’ injam tropikali speċifikat f’nota 2 għas-subtitlu għal dan il-kapitlu

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu għall-ismijiet ta’ ċertu injam tropikali. Ara wkoll l-Anness tan-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu.

4409

Injam (inklużi strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, gruvjat, irbattut, iċċanfrinat, ingastat-V, imżebbeġ, iffurmat, ittundjat jew hekk) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le

4409 10 11

Xogħol bil-forma bħal gwarniċi għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4409, ħames paragrafu, (4).

Dan is-subtitlu jeskludi injam iffurmat magħmul permezz tat-tqegħid ta’ forma fuq biċċa oħra ta’ injam ffurmata jew mhux iffurmata (titlu 4418 jew 4421).

4409 10 18

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

injam miġbud u injam imdawwar għall-manifattura ta’ labar ta’ l-inxir, deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4409, ħames paragrafu, (5);

2.

strixxi u biċċiet għal art parké, ffurmati b’mod kontinwu.

Strixxi u freġji li ma kinux maħdumin ħlief xkatlati, jew ġonġuti fit-truf (eż., ġonġuti bis-swaba), jaqgħu f’titlu 4407 jew 4408. Triplaj jew strixxi irqaq u freġji jaqgħu f’titlu 4412.

4409 29 10

Xogħol bil-forma bħal gwarniċi għal pitturi, ritratti, mirja u oġġetti simili

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4409 10 11.

4409 29 91 u 4409 29 99

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4409 10 18.

4410

Bord tal-injam mill-frak, bord tat-tip oriented strand board (OSB) u bord simili (per eżempju, waferboard ) tal-injam jew ta’ materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew sustanzi organiċi oħrajn li jgħaqqdu jew le

4410 11 50

Bil-wiċċ miksi blaminat dekorattiv

Dan is-subtitlu jinkludi bord ta’ l-injam mill-frak miksi b’laminati ta’ pressa għolja ta’ subtitlu 3921 90 41.

4410 11 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi bord ta’ l-injam mill-frak miksi bil-plastiks, żebgħa, karta, materjal tat-tessut jew metal ħlief dawk li hemm riferenza għalihom f’subtitli 4410 11 30 u 4410 11 50

4410 90 00

Oħrajn

Eżempji ta’ materjali għudin ħlief injam kopert minn dan is-subtitlu huma bagasse, bambu’, tiben u flaks taċ-ċereali jew biċċiet żgħar tal-qanneb.

4411

Bord tal-fibri ta’ injam u materjali għudin, magħqudin bir-rażi jew b’sustanzi organiċi oħrajn jew le

4411 12 10 sa 4411 14 90

Bord tal-fibri densita’ medja (MDF)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4411, tieni paragrafu, (A), l-ewwel subparagrafu.

4411 12 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Għall-finijiet ta' klassifikazzjon f'dan is-subtitlu, l-ixkatlar ma għandux ikun ikkunsidrat bħala xogħol mekkaniku.

4411 13 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10

4411 14 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10

4411 92 10 u 4411 92 90

Ta’ densita’ li taqbeż 0,8 g/ċm3

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4411, tieni paragrafu, (B), (1).

4411 92 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10.

4411 93 10 u 4411 93 90

Ta’ densita’ li taqbeż 0,5 g/ċm3 iżda ma taqbiżx 0,8 g/ċm3

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4411, tieni paragrafu, (B), (2).

4411 93 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10.

4411 94 10 u 4411 94 90

Ta’ densità li ma taqbiżx 0,5 g/ċm3

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4411, tieni paragrafu, (B), (2) u (3).

4411 94 10

Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4411 12 10.

4412

Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom

Triplaj ta’ speċi konifer spiss ikollhom difetti (eż., partijiet vojta) fuq il-plaj ta’ barra li, matul il-proċess ta’ manifattura, jkunu msewwijin b’materjali bħal intarsji ta’ l-injam, komposti li jimlew tal-plastik, eċċ.

Materjali bħal dawn ma jitqisux bħala sustanzi addizzjonali u ma jagħtux lit-triplaj il-karatteristika ta’ oġġetti ta’ titli oħrajn.

Triplaj ta’ dan it-titlu jista’ ma jkunx inċanat jew preparat aktar permezz ta’ nċanar. It-terminu “mhux inċanat” jinkludu “inċanat bil-mess”; l-iskop ta’ l-inċanar bil-mess tal-plaj ta’ barra huwa sempliċiment biex isir xogħol fuq irregolaritajiet minħabba rqajja’, sadd jew mili.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4412 10, 4412 31, 4412 32 u 4412 39.

Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat simili, li jintużaw bħala pannelli għall-art (ara b’mod partikolari r-raba’ paragrafu tan-Noti ta’ Spjega SA għal dan it-titlu), jkopru biss dawk il-pannelli li għandhom strat ta’ fuq ta’ injam bi ħxuna ta’ inqas minn 2,5 mm (veneer irqiq).

Eżempju ta’ prodott tipiku bi tliet strati:

Image

Jekk dawn ikollhom strat ta’ injam ta’ fuq bi ħxuna ta’ 2,5 mm jew aktar dawn huma esklużi minn dan it-titlu (subtitlu 4418 71 00 jew 4418 72 00).

4412 94 10 u 4412 94 90

Blokkbord, laminbord u battenboard

Għall-interpretazzjoni tat-termini “blokkbord, laminbord u battenboard”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4412, l-ewwel paragrafu, (3), l-ewwel subparagrafu.

4413 00 00

Injam densifikat, fi blokki, folji, strixxi jew forom profil

L-ispeċi ta’ injam l-iżjed komunement densifikati huma l-fagu, l-karpin, ir-robinja u l-luq.

4415

Kontenituri għal ippakkjar, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili; tnabar ta’ l-injam tal-kejbil; palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn tat-tagħbija, ta’ injam; għenuq tal-palits ta’ injam

4415 10 10

Kontenituri, kaxxi, ċestuni, tnabar u kontenituri simili

Dan is-subtitlu jinkludi settijiet kompluti ta’ tavli — mhux immuntati — ta’ injam, issegat, imfellel jew imqaxxar, intiż li jitpoġġa f’kaxxi, ċestuni, eċċ., preżentati f’kunsinna waħda, kemm jekk il-qigħan, ġnub, għotjien jew partijiet li jgħaqqdu jew le huma rranġati f’serje.

Settijiet mhux kompluti huma klassifikati kif ġej:

1.

partijiet ta' pakki, bħal qigħan, għotjien, eċċ., imsammrin flimkien jew immuntati fi kwalunkwe manjiera oħra, magħmulin minn tavli ta' l-injam, issegati, imfellin jew imqaxxrin, jaqgħu f'subtitlu 4421 90 97;

2.

tavli mhux immuntati huma klassifikati skond il-karatteristiċi tagħhom (titlu 4407 jew 4408).

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4415, (I).

4415 10 90

Tnabar għal kejbil

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4415, (II).

4415 20 20 u 4415 20 90

Palits, palits tal-kaxxi u twavel oħrajn għat-tagħbija; għenuq tal-palits

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4415, (III) u (IV).

4416 00 00

Btieti ( casks , barrels , vats ), tnelli u prodotti oħrajn ta’ buttar u partijiet tagħhom, ta’ injam, inklużi l-injam imqawwes ( staves )

Btieti u tnelli għandhom forma li taqbeż il-barra fiċ-ċentru u għandhom iż-żewġ truf magħluqin. Bittiji u banjijiet is-soltu jkollhom tarf wieħed biss magħluq u jista’ jkollhom għatu li jista’ jitneħħa.

L-ispeċi l-aktar komunement użati huma l-qastan u l-ballut.

Partijiet li fihom injam imqawwes (staves) u rjus ta’ bramel, u prodotti oħrajn tal-ħaddieda.

Staves huma twavel inċanati, ftit jew wisq mgħawwġin, maqtugħin jew iċċanfrinati għallinqas f’tarf wieħed, b’ħofra żgħira magħrufa bħala “croze”, għall-immuntar.

L-irjus huma maqtugħin f’forma ta’ ċirku ta’ ċirkumferenza meħtieġa u ċċanfrinati fuq iż-żewġ naħat biex dawn ikunu jistgħu jiddaħħlu fil-croze.

4417 00 00

Għodod, il-partijiet prinċipali ta’ għodod, mankijiet ta’ għodod, xkupi jew xkupilji proprja u l-mankijiet tagħhom, ta’ injam; forom ta’ bwiez jew żraben, ta’ injam

Ara Nota 5 għal dan il-kapitlu.

Dan it-titlu jinkludu mankijiet ta’ pnieżel taż-żebgħa u pnieżel tat-tqaxxir.

4418

Xogħol ta’ injam għal bennejja, inklużi pannelli ta’ injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes

4418 20 10 sa 4418 20 80

Bibien u l-gwarniċi u l-għetiebi tagħhom

Dawn is-subtitli jinkludu pannelli ta’ l-injam solidu maqtugħ f’partijiet ħoxnin sakemm dawn ikunu maħdumin aktar sa punt li jidentifikahom esklussivament għal użu bħala bibien (eż., permezz tal-qtiegħ ta’ partijiet għal mankijiet, lukketti jew ċappetti).

Dawn is-subtitli ma jinkludux pannelli mhux maħdumin, ġieli magħrufin bħala “pjanċi solidi fiċ-ċentru”, anki jekk it-truf tagħhom huma maqtugħin irqiq (titlu 4412).

4418 40 00

Armar għal xogħol ta’ kostruzzjoni tal-konkos

Armar ta’ dan is-subtitlu huwa l-immuntar użat għat-tipi kollha ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni tal-konkos (pereżempju, għal pedamenti, ħitan, artijiet, kolonni, pilastri, riffieda, taqsimiet ta’ mini, eċċ.).

Ġeneralment, armar ikun manifatturat minn injam reżinuż (pjanċi, travi, eċċ.). Madanakollu, pannelli tat-triplaj użati bħala armar (biex jinkisbu uċuħ lixxi) huma esklużi minn dan is-subtitlu anki jekk miksijin fuq naħa jew iż-żewġ naħat u l-użu tagħhom bħala armar tal-konkrit ma jistax ikun żbaljat (titlu 4412).

4418 50 00

Shingles u shakes

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4418, seba’ u tmien paragrafi.

4418 71 00 sa 4418 79 00

Pannelli mmuntati għall-paviment

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4418, sitt paragrafu.

4418 71 00

Għal paviment tal-mużajk

Dan is-subtitlu jinkludi pannelli ta’ l-art li jikkonsistu fi strat magħruf bħala strat li jittiekel magħmul minn blokki, strixxi, qatgħat, eċċ., immuntati fuq parti li tiflaħ addattata ta’ l-injam, bord tal-frak, karta, plastiks, sufra, eċċ.

Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 4412.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4418 71.

4418 72 00

Oħrajn, b’ħafna saffi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4418 71 00.

4418 90 10

Injam laminat bil-kolla

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4418, tielet paragrafu.

4418 90 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-pannelli ta’ l-injam ċellulari deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4418, raba’ paragrafu.

4420

Intarsjar fl-injam u injam intarsjat; kaxxetti u kaxxi għal ġojjelli u pożati, u oġġetti bħalhom, ta’ injam; statwetti u ornamenti oħrajn, ta’ injam; oġġetti ta’ injam ta’ għamara li ma jaqgħux f’Kapitlu 94

4420 90 10

Intarsjar fl-injam u injam intarsjat

Dan is-subtitlu jkopri pannelli ta’ intarsjar fl-injam u ta’ injam intarsjat.

Intarsjar is-soltu jikkonsisti f’biċċiet irqaq ta’ injam jew materjali oħrajn (metall bażi, qoxra, avorju, eċċ.) inkullati ma’ bord ta’ wara ta’ l-injam għal għanijiet dekorattivi.

4421

Oġġetti oħrajn ta’ injam

4421 90 97

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

immuntar ta’ pjanċi li jikkonsistu f’parti ta’ kaxex ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam (għotjien, eċċ.);

2.

xkafef ta’ l-injam (racks), kemm jekk immuntati jew le, sakemm dawn m’għandhomx il-karatteristiċi ta’ għamara;

3.

stekkat tal-ġnien, eċċ., magħmul minn kannizzata msammra cross-wide u mbagħad miġbud il-barra (sistema ta’ akkordjn);

4.

seffud u stikek ippuntati ta’ ħafna tipi, użati fil-preżentazzjoni ta’ ċertu ikel (aringi mremblin, eċċ.).

KAPITLU 45

SUFRA U OĠĠETTI TA’ SUFRA

4501

Sufra naturali, mhux maħduma jew sempliċi ppreparata; fdal ta’ sufra; sufra misħuqa, imrammla jew mitħuna

4501 10 00

Sufra naturali, mhux maħduma jew sempliċi ppreparata

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4501, (1).

4501 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4501, (2) u (3).

4502 00 00

Sufra naturali, maqlugħa mis-siġra jew maqtugħa bejn wieħed u ieħor kwadra, jew fi blokki rettangulari (inklużi kwadri), pjanċi, folji jew strixxa (inklużi mhux maħdumin bix-xfar jaqtgħu għas-sufri jew tappijiet)

Dan is-subtitlu jinkludi kisi tal-ħajt, f’rombli, li jikkosistu f’sufra naturali rqiqa b’karta fuq wara.

4503

Oġġetti ta' sufra naturali

4503 10 10 u 4503 10 90

Sufri u tappijiet

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4503 10.

4504

Sufra magħquda (b’sustanza li tgħaqqad jew le) u oġġetti ta’ sufra magħquda

4504 10 11

Għal inbid ifexfex, inklużi dawk b’diski ta’ sufra naturali

Dan is-subtitlu jinkludi sufri u tappijiet ċilindriċi għal flixken ta’ inbid ifexfex. Id-dijametru ta’ dawn is-sufri u tappijiet hija b’mod ċar ikbar mill-għonq tal-flixkun, biex b’hekk huma jkunu kompressati b’mod iebes meta mdaħħlin fil-flixkun. Ladarba użati (meta l-flixkun jitneħħilu t-tapp), dawn jieħdu l-forma murija fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 2204 21 06 sa 2204 21 09.

Il-parti ta’ fuq ta’ dawn is-sufri u tappijiet spiss tikkonsisti f’sufra magħquda u l-parti ta’ taħt (jiġifieri, l-parti li tidħol f’kuntatt ma’ l-inbid ifexfex) f’sufra naturali:

Image

4504 10 19

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi sufri u tappijiet ċilindriċi ta’ sufra magħquda għal flixken ħlief dawk intiżi għal inbid ifexfex.

Dan is-subtitlu ma jinkludix diski tas-sufra użati bħala siġilli f’sufri kuruni (subtitli 4504 10 91 u 4504 10 99).

4504 10 91 u 4504 10 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll diski tas-sufra magħquda għal sufri kuruni.

4504 90 20

Sufri u tappijiet

Dan is-subtitlu jinkludi sufri u tappijiet magħqudin li m’humiex ċilindriċi. Sufri u tappijiet bħal dawn huma, pereżempju, f’forma ta’ kon u jista’ jkollhom toqba fin-nofs:

 

Image

KAPITLU 46

MANIFATTURI TA’ TIBNA, TA’ SPARTU JEW MATERJALI OĦRAJN TA’ TRIZZA; XOGĦOL TAL-QFIEF U XOGĦOL TAL-QASAB

4601

Trizza u prodotti simili ta’ materjali ta’ trizza, immuntati fi strixxi jew le; materjali ta’ trizza, trizza u prodotti simili ta’ materjali ta’ trizza, marbutin flimkien fi swiegli paralleli jew minsuġin, f’forma ta’ folji, kemm jekk huma oġġetti maħdumin lesti jew le (per eżempju, twapet, materjal tal-ħsajjar jew twapet, paraventi)

4601 21 10 sa 4601 29 90

Twapet, materjal tal-ħsajjar jew tat-twapet u paraventi ta’ mterjali veġetali

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

twapet raffi ta’ tiben meħjut jew marbut flimkien fi strixxi paralleli, jew marbut f’forma ta’ folja, bħal twapet użati bħala protezzjoni f’ortikultura;

2.

twapet ċiniżi u twapet magħmulin bl-istess mod u użati għall-istess għanijiet.

Twapet u materjal tal-ħsajjar ċiniżi jitqiesu bħala twapet u materjal tal-ħsajjar magħmulin direttament minn friegħi u strixxi ta’ pjanti tal-familja Cyperacae (Lepironia mucronata); huma preżentati fl-istat naturali tagħhom jew ikkuluriti (is-soltu ħomor). Dawn it-twapet u materjal tal-ħsajjar huma meħjutin; il-katina (jew warp) li tgħaqqad flimkien il-friegħi jew l-istrixxi ta’ materjal veġetali jikkonsisti fi spag jew ħjat bi spazji wisgħin. It-twapet is-soltu jkunu magħmulin b’mod individwali u jistgħu jkunu mdawrin mat-truf b’materjal tad-drapp; huma spiss meħudin mill-pajjiż fejn jiġu prodotti f’rombli magħmulin minn numru ta’ twapet meħjutin tarf ma tarf;

3.

materjal tal-ħsajjar ħorox bħal dak użat għal protezzjoni f’ortikultura;

4.

paraventi (pereżempju, ta’ tiben jew raxxijiet) użati għall-istess għanijiet bħat-twapet ħorox imsemmijin hawn fuq iżda li huma tajbin ukoll għal użu fil-kostruzzjoni ta’ ċnut u mgħodijiet.

4602

Xogħol tal-qfief, xogħol tal-qasab u oġġetti oħrajn, magħmulin direttament għall-forma minn materjali ta’ trizza jew magħmulin minn oġġetti ta’ titlu 4601 ; oġġetti ta’ lufa

4602 11 00

Tal-bambu’

Dan is-subtitlu jinkludi oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4602, l-ewwel paragrafi, (i) u (ii), pereżempju, twapet ta’ materjal veġetali magħmulin minn twapet żgħar ta’ twapet jew ta’ materjal tal-ħsajjar ta’ subtitlu 4601 21, marbutin flimkien.

4602 19 10

Envelops tat-tibna għall-fliexken

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4602, tieni paragrafu, (8).

4602 19 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4602, l-ewwel paragrafu, (ii), pereżempju, twapet ta’ materjal veġetali magħmulin minn twapet żgħar ta’ twapet jew ta’ materjal tal-ħsajjar ta’ subtitlu 4601 29, marbutin flimkien.

2.

oġġetti ta’ lufa. Lufa, magħrufa wkoll bħala sponża veġetali, hija klassifikata f’subtitlu 1404 90 00 u hija magħmula minn tessut ċellulari ta’ varjeta’ ta’ qargħa (Luffa cylindrica).

TAQSIMA X

POLPA TA’ L-INJAM JEW TA’ MATERJAL IEĦOR ĊELLULOŻIKU FIBRUŻ; (SKART U FDAL TA’) KARTA JEW KARTUN IRKUPRAT; KARTA U KARTUN U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNHOM

KAPITLU 47

POLPA TA’ L-INJAM JEW TA’ MATERJAL IEĦOR ĊELLULOŻIKU FIBRUŻ; (SKART U FDAL TA’) KARTA JEW KARTUN IRKUPRAT

Ġenerali

Għad-definizzjoni tat-termini “nofsu-bliċjat” u “bliċjat”, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, raba’ paragrafu.

Polpa titqies bħala nofsha bliċjata jew bliċjata jekk, wara l-manifattura, din kienet soġġetta għal trattament ta’ intensita’ li tvarja intiża li żżid il-bjuda tagħha (dija) permezz ta’ xi tip ta’ proċess, partikolarment permezz tat-tneħħija jew modifikazzjoni għal livelli li jvarjaw tal-materjali li jagħti l-kulur fil-polpa jew sempliċiment permezz ta’ l-inkorporazzjoni ta’ aġenti li jagħmluh jixgħel.

4701 00

Polpa ta’ injam mekkanika

4701 00 10

Polpa ta’ injam termo-mekkanika

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4701, raba’ paragrafu, l-aħħar subparagrafu.

4701 00 90

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4701, raba’ paragrafu, l-aħħar tliet subparagrafi.

4703

Polpa ta’ injam kimika, soda jew sulfat, ħlief gradi li jdubu

Ara Nota 1 għal dan il-kapitlu.

4703 11 00

Konifera

Dan is-subtitlu jkopri partikolarment polpi magħmulin minn arżnu, żnuber jew prinjola salvaġġa.

4703 19 00

Mhux konifera

Il-polpi ta’ dan is-subtitlu s-soltu jkunu magħmulin minn luq u aspen kif ukoll minn injam aktar iebes bħal fagu, qastan, ewkaliptu u numru ta’ injam tropikali. Il-fibri jkunu ġeneralment iqsar minn f’polpi koniferi.

4703 21 00

Konifera

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4703 11 00.

4703 29 00

Mhux konifera

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4703 19 00.

4704

Polpa ta’ injam kimika, sulfit, ħlief gradi li jdubu

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 4703 u għas-subtitli tiegħu japplikaw, mutatis mutandis, għal dan it-titlu.

4706

Polpi ta’ fibri ġejjin minn (skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat ta’ materjal ċellulożiku fibruż ieħor

Ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, tielet paragrafu.

4706 10 00

Polpa ta’ ħjut qosra ( linters ) tal-qoton

Polpa ta’ ħjut qosra (linters) tal-qoton, li ġeneralment ikollha kontenut għoli ta’ ċelluloża alfa (98 sa 99 % mill-piż) u kontenut baxx ħafna ta’ rmied (bejn wieħed u ieħor 0,05 % mill-piż), tista’ tintgħaraf minn ħjut qosra (linters) tal-qoton sempliċiment ikkumpressati fil-forma ta’ folji jew ċangaturi li jaqgħu f’subtiltu 1404 20 00 mill-fatt li l-fibri tagħha, kienu msajrin taħt pressa għal diversi sigħat f’soluzzjoni ta’ soda kawstika, ftit jew wisq iddiġerita, filwaqt li l-fibri ta’ ħjut qosra (linters) ta’ subtitlu 1404 20 00, li ma jkunux għaddew mill-istess proċess, is-soltu jżommu l-istruttura u t-tul oriġinali tagħhom.

4707

(Skart u fdal ta’) karta jew kartun irkuprat

Dan it-titlu ma jinkludix rombli ta’ karta, fejn l-istrati ta’ barra kienu parzjalment mgħaddsin f’ilma jew imħassrin b’xi mod ieħor (kapitlu 48).

4707 10 00

Karta b’saħħitha kannella ( kraft paper ) jew kartun jew karta jew kartun immewġin mhux ibbliċjati

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4707 10, 4707 20 u 4707 30.

4707 20 00

Karta jew kartun ieħor magħmulin prinċipalment minn polpa kimika ibbliċjata, fil-biċċa l-kbira mhux miżbugħin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4707 10, 4707 20 u 4707 30.

Dan is-subtitlu jinkludi skart (eż., qatgħat u trimmjaturi) mill-manifattura jew proċessar ta’ karta jew mix-xogħol ta’ printjar u użati għal karti u tejp imtaqqab. Din il-klassi ta’ karta għal riċiklaġġ tkun is-soltu magħmula kważi kompletament minn karti mingħajr printjar.

4707 30 10 u 4707 30 90

Karta jew kartun magħmulin prinċipalment minn polpa mekkanika (per eżempju, gazzetti, ġurnali u materjal ieħor stampat)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4707 10, 4707 20 u 4707 30.

KAPITLU 48

KARTA U KARTUN; OĠĠETTI TA’ POLPA TAL-KARTA, TAL-KARTA JEW TAL-KARTUN

Ġenerali

Rombli ta’ karta, fejn l-istrati ta’ barra kienu parzjalment mgħaddsin f’ilma jew imħassrin b’xi mod ieħor, jibqgħu klassifikati fis-subtitlu xieraq ta’ titli 4801 sa 4811.

4801 00 00

Karta tal-gazzetti, f’rombli jew folji

Ara Nota 4 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4801.

4802

Karta u kartun mhux miksijin, ta’ tip użat għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, u kartun ta’ l-ippanċjar u karta għat-tejp ta’ l-ippanċjar mhux imtaqqbin, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief karta ta’ titlu 4801 jew 4803 ; karta jew kartun magħmulin bl-idejn

Ara Nota 5 għal dan il-kapitlu.

4802 10 00

Karta jew kartun magħmulin bl-idejn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu (B), u n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4802, tieni u tielet paragrafi.

4802 40 10 u 4802 40 90

Bażi ta’ karta tal-ħajt

Bażi ta’ karta tal-ħajt tista’ tkun ta’ karta bajda jew ikkulurita, mdaqqsa, irfinata permezz ta’ magni, bi struttura ħoxna iżda flessibbli u b’wiċċ aħrax. Din il-karta hija tajba għal kisi u/jew għal printjar fuq naħa waħda, in-naħa l-oħra hija għall-pejst jew adeżiv ieħor. Din il-karta bażi għandha tkun tajba għall-proċessi ta’ manifattura ta’ karta tal-ħajt u dendil ta’ karta.

4803 00

Materjal lest biex minnu jsir tixju tat-tojlit jew tal-wiċċ, materjal lest għax-xugamani jew srievet u karta simili ta’ tip użata għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, imġegħdin ( creped ) jew le, imkemmxin, imqabbżin, imtaqqbin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji

4803 00 10

Materjal artab ta’ ċelluloża

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4803, l-ewwel paragrafu, (2), tieni paragrafu.

Il-formazzjoni miftuħa ta’ l-għanqbuta turi toqob żgħar meta d-dawl jgħaddi minn ġo fiha.

4803 00 31 u 4803 00 39

Karta imġiegħda u nsiġ ta’ fibri ċellulożi (tixju), jiżnu, kull saff

Għad-definizzjoni tat-terminu “karta imġiegħda”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4808, l-ewwel paragrafu, (2).

Il-formazzjoni magħluqa ta’ l-għanqbuta tfisser struttura aktar kumpatta u omoġenja minn dik ta’ materjal artab ta’ ċelluloża.

4804

Karta jew kartun kraft mhux miksi, f’rombli jew folji, ħlief dawk ta’ titlu 4802 jew 4803

Għad-definizzjoni tat-terminu “karta jew kartun kraft”, ara Nota 6 għal dan il-kapitlu.

Karta kraft u kartun kraft għandhom saħħa mekkanika kbira. Huma s-soltu ma jkun fihom l-ebda materjali li jimlew u huma mdaqqsin għal grad pjuttost għoli, huma kważi dejjem opâki, f’ħafna każi glejżjati b’magna (jiġifieri, illixjati fuq wiċċ wieħed biss) u ġeneralment ikollhom marki tal-wajer li jidhru.

Karta kraft u kartun kraft huma materjali għall-ippakkjar u għall-kisi eċċellenti. Huma jintużaw ukoll bħala kisi għal kejbils ta’ l-elettriku, minħabba li l-folja ċatta tal-wiċċ għal kartun mitwi, biex isir ħjut tal-karti u għall-produzzjoni ta’ karta jew kartun bil-qatran jew bl-asfalt.

4804 11 11 sa 4804 19 90

Kraftliner

Ara Nota ta’ Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għas-Subtitlu.

4804 21 10 sa 4804 29 90

Karta kraft għal xkejjer

Ara Nota ta’ Subtitlu 2 għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA korrispondenti għas-Subtitlu.

4804 31 51

Karta kraft elettro-teknika li sservi għall-iżolament

Dan is-subtitlu jinkludi karta għal capacitors u karta għal kejbils.

Karta għal capacitors hija karta irqiqa użata fid-dielettriku ta’ capacitors elettriċi. Il-fibri użati biex issir din il-karta jgħaddu minn irfinar konsiderevoli biex titnaqqas il-porosita’ tal-folja għal minimu, u l-oġġetti barranin kollha (speċjalment metall) jitneħħew b’attenzjoni.

Karta għal kejbil għall-iżolament ta’ kejbils elettriċi u f’kolji ta’ transformers jew bħala iżolament għal użi oħrajn ta’ l-inġinerija elettrika. Din teħtieġ li jkollha proprjetajiet ta’ iżolament tajbin ħafna u għalhekk għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe frak metalliku jew aċitiku jew impuritajiet oħrajn li jittrasmettu l-elettriku.

4804 41 91

Kraft għas-saturazzjoni

Karta u kartun ta’ dan it-tip jikkonsisti prinċipalment f’fibri ta’ l-injam, li jiżen aktar minn 185 g iżda inqas minn 225 g għal kull m2 u huma ġeneralment mibjugħin f’rombli ta’ wisgħat ta’ aktar minn 125 ċm iżda inqas minn 165 ċm. Dawn għandhom numru ta’ porosita’, mkejjel b’apparat li jkejjel il-porosita’ Gurley skond l-istandard stipulat mill-Assoċjazzjoni Teknika ta’ l-Industrija tal-Polpa u tal-Karta (TAPPI), ta’ inqas minn 13-il sekonda għal 100 ċm3 arja u 40 sekonda għal 300 ċm3 arja.

Kraft għas-saturazzjoni jġib ruħu bħal karta xuga. Huwa possibbli li tmexxi saba’ fuq linja ġdida mpenġija fuq il-karta mingħajr ma tiżżelleġ il-linka.

Kraft għas-saturazzjoni hija speċjalment disinjata biex tkun imħabbla ma’ rażi sintetiċi għall-manifattura bi pressa għolja ta’ folji laminati.

4805

Karta jew kartun oħrajn mhux miksijin, f’rombli jew folji, mhux maħdumin jew ipproċessati aktar minn kif speċifikat f’nota 3 għal dan il-kapitlu

4805 11 00

Karta semi-kimika għal skanalatura ( fluting )

Ara Nota ta’ Subtitlu 3 għal dan il-kapitlu.

4805 12 00

Karta tat-tiben għal skanalatura ( fluting )

Ara Nota ta’ Subtitlu 4 għal dan il-kapitlu.

4805 19 10

Wellenstoff

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4805 19.

4805 24 00 u 4805 25 00

Testliner (kartun biex jinforra riċiklat)

Ara Nota ta’ Subtitlu 5 għal dan il-kapitlu.

4805 30 00

Karta ta’ tqartis tas-sulfit

Ara Nota ta’ Subtitlu 6 għal dan il-kapitlu.

4805 40 00

Karta u kartun għal filtru

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 4805 40.

4805 50 00

Karta u kartun għal feltru

Ara n-Noti ta’ Spejga SA għal subtitlu 4805 50.

4805 91 00

Jiżnu 150 g/m2 jew inqas

Dan is-subtitlu jinkludi karta u kartun magħmulin totalment minn karta rkuprata (skart u fdal), mingħajr addittivi u li għandhom indiċi ta' żbroff ta' 0,8 kPa jew iżjed iżda mhux aktar minn 1,9 kPa.

4805 92 00

Jiżnu iktar minn 150 g/m2 iżda inqas minn 225 g/m2

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4805 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

4805 93 20

Magħmulin minn skart ta’ karta

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4805 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

4806

Parċmina veġetali, karti oljati, karti għat-traċċar u karti jleqqu ( glassine ) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi, f’rombli jew folji

4806 10 00

Parċmina veġetali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4806, l-ewwel erba’ paragrafi.

4806 20 00

Karti oljati

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4806, ħames sa tmien paragrafi.

4806 30 00

Karti għat-traċċar

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4806, disa’ paragrafu.

4806 40 10 u 4806 40 90

Karti jleqqu ( glassine ) u karti oħrajn igglejżjati trasparenti jew trasluċidi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4806, paragrafi għaxra u ħdax.

4808

Karta u kartun, immewwġin (b’folji ċatti nkullati fil-wiċċ jew mingħajrhom), imġegħdin, imkemmxin, imqabbżin jew imtaqqbin, f’rombli jew folji, ħlief karta tat-tip deskritt f’titlu 4803

4808 10 00

Karta u kartun immewweġ, imtaqqab jew le

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4808, (1).

4808 40 00

Karta kraft għal xkejjer, imġiegħda jew imkemmxa, imqabbża jew imtaqqba jew le

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4808, (2), (3) u (4).

4808 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4808, (2), (3) u (4).

4809

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (inkluża karta miksija jew mimlija kimika ( impregnated ) għal stensils tad-duplikatur jew pjanċi ta’ l- offset ), stampati jew le, f’rombli jew folji

4809 20 00

Karta li tikkopja minnha nnfisha

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (A), (2). Madanakollu, il-prodotti ta’ dan is-subtitlu għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-qisien f’Nota 8 għal dan il-kapitlu.

4809 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri prodotti ta' n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (A), (1), u karti ta’ kkupjar jew ta’ trasferiment oħrajn, bħal karti li jittrasferixxu bis-sħana u karti miksijin jew mimlijin kimika għal stensils tad-duplikar jew pjanċi ta’ l-offset. Madanakollu, il-prodotti ta’ dan is-subtitlu għandhom jissodisfaw il-kriterji tal-qisien f’Nota 8 għal dan il-kapitlu.

4810

Karta u kartun, miksijin min-naħa waħda jew miż-żewġ naħat b’kawlina (tafal taċ-Ċina) jew sustanzi oħrajn inorganiċi, b’materjal li jgħaqqad jew le, u mingħajr ebda kisja oħra, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri) jew le, ta’ kull qies

4810 13 00 sa 4810 19 00

Karta u kartun ta’ tip użati għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, mingħajr fibri magħmulin minn proċess mekkaniku jew kemi-mekkaniku jew li minnhom mhux aktar minn 10 % tal-piż tal-kontenut totali ta’ fibra huwa minn dawn il-fibri

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4810 13, 4810 14, 4810 19, 4810 22 u 4810 29.

4810 22 00 sa 4810 29 80

Karta u kartun ta’ tip użati għal kitba, stampar jew għanijiet grafiċi oħrajn, li minnhom mhux aktar minn 10 % tal-piż tal-kontenut totali ta’ fibra huwa minn fibri magħmulin minn proċess mekkaniku jew kemi-mekkaniku

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 4810 13, 4810 14, 4810 19, 4810 22 u 4810 29.

4810 22 00

Karta miksija ħafifa

Ara Nota ta’ Subtitlu 7 għal dan il-kapitlu.

4810 92 10 sa 4810 92 90

B’ħafna saffi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4805, tieni paragrafu, (2).

4811

Karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi, miksijin, mimlijin kimika ( impregnated ), mgħottijin, bil-wiċċ miżbugħ, bil-wiċċ imżejjen jew stampat, f’rombli jew folji rettangulari (inklużi kwadri), ta’ kull qies, ħlief oġġetti tat-tip deskritt f’titlu 4803 , 4809 jew 4810

Dan it-titlu jinkludi ċerti għata ta' l-art, li mhumiex tajbin bħala għata tal-ħitan, fuq bażi ta' karti jew kartun

Dan it-titlu jeskludi prodotti tajbin kemm bħala għata ta' l-art kif ukoll tal-ħitan (titlu 4823).

4811 10 00

Karta u kartun biż-żift, bil-qatran jew asfaltati

Dan is-subtitlu jinkludi folji kontra l-umdita’ li jikkonsistu f’żewġ folji ta’ karta għat-tiżjin mħalltin bl-asfalt b’folja rqiqa ta’ aluminju mgħaffġa bejniethom.

Dan is-subtitlu jeskludi tavli għal tisqif li jikkonsistu f’substrate ta’ kartun kompletament mdaħħla ġo, jew miksijin fuq iż-żewġ naħat, b’saff ta’ asfalt jew materjal simili (titlu 6807).

4811 51 00 u 4811 59 00

Karta u kartun, miksijin, mimlijin kimika ( impregnated ) jew miksijin bi plastiks (ħlief dawk li jeħlu)

Karta u kartun miksijin jew mgħottijin bi plastiks jaqgħu f’dawn is-subtitli biss jekk il-ħxuna tal-plastiks hija aktar minn nofs il-ħxuna totali (ara Nota 2 (g) għal dan il-kapitlu).

4811 60 00

Karta u kartun, miksijin, mimlijin kimika ( impregnated ) jew miksijin b’xema’, xama’ bajda, stearina, żejt jew gliċerol

Dan is-subtitlu jinkludi karta u kartun paraffinati li huma intiżi għall-manifattura ta’ kontenituri tal-ħalib jew għal meraq tal-frott jew għal karti li fihom jitpoġġew diski, eċċ., u li għandhom fuq naħa waħda print jew stampi li jirrelataw ma’ l-oġġetti li għandhom jitqiegħdu fihom.

4811 90 00

Karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża u nsiġ ta’ fibri ċellulożi oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi forom kontinwi. Dawn il-forom jikkonsistu f’folji, ġeneralment mitnijin, jew f’rombli, imtaqqbin b’mod trasversali f’intervalli regolari, li jagħtihom suċċessjoni ta’ forom li jistgħu jkunu separati mit-toqob. Huma fihom materjal printjat li jeħtieġ tlestija. Dawn l-oġġetti jista’ jkollhom ukoll toqob laterali gwida li jippermetti l-użu tagħhom partikolarment fi printers li jgħaġġlu jew f’magni li jżommu l-kontijiet.

Dan is-subtitlu ma jinkludix forom kontinwi ta’ negozju b’diversi partijiet oħra (subtitlu 4820 40 00).

4816

Karta saħħara, karta li tikkopja minnha nnfisha u karti oħrajn għal ikkupjar jew trasferiment (ħlief dawk ta’ titlu 4809 ), stensils tad-duplikatur u pjanċi ta’ l- offset , ta’ karta, ippreżentati fil-kaxxi jew le

4816 20 00

Karta li tikkopja minnha nnfisha

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (A), (2). Prodotti ta’ dan is-subtitlu ma jistgħux ikunu tal-qisien stipulati f’Nota 8 għal dan il-kapitlu (titlu 4809).

4816 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (A), (1) u (3) u (B), (1). Prodotti ta’ dan is-subtitlu ma jistgħux ikunu tal-qisien stipulati f’Nota 8 għal dan il-kapitlu (titlu 4809).

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll pjanċi offset (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4816, (B), (2), tieni sentenza). Dawn il-prodotti m’huma soġġetti għal ebda kundizzjonijiet ta’ qisien.

4818

Karta tat-tojlit u karta simili, materjal artab taċ-ċelluloża jew insiġ ta' fibri ċellulożi, ta' tip użati għal għanijiet tad-dar jew sanitarji, f'rombli mhux usa' minn 36 ċm, jew maqtugħin għal qies jew għamla; imkatar, tixjus għat-tindif, xugamani, tvalji, srievet, lożor u oġġetti simili tad-dar, sanitarji jew ta' l-isptar, oġġetti ta' ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ, ta' polpa tal-karta, ta' karta, ta' materjal artab ta' ċelluloża jew ta' nsiġ ta' fibri ċellulożi

4818 90 10 u 4818 90 90

Oħrajn

Dawn is-sottotitoli jinkludu l-għata tas-sodda għall-persuni invalidi.

4819

Kartun, kaxxi, kontenituri, boroż u kontenituri oħrajn għal ippakkjar, ta’ karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża jew insiġ ta’ fibri ċellulożi; fajls kaxxa, trejs ta’ l-ittri, u oġġetti simili, ta’ karta jew kartun ta’ tip użati f’uffiċċji, ħwienet jew bħalhom

4819 20 00

Kartun, kaxxi u kontenituri, ta’ karta jew kartun mhux immewwġin, li jintnew

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4819, (A), tieni paragrafu.

4819 60 00

Fajls kaxxa, trejs ta’ l-ittri, kaxxi għal ħażna u oġġetti simili, ta’ tip użati f’uffiċċji, ħwienet jew bħalhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4819, (B).

4820

Reġistri, kotba tal-kontijiet, kotba għan-noti, kotba għall-ordnijiet, kotba ta’ l-irċevuti, mazzi folji ta’ l-ittri, mazzi tal-memorandum, djarji u oġġetti simili, pitazzi, mazzi tal-karta xuga, fajls (għal folji sfużi jew oħrajn), fowlders, qxur tal-fajls, formoli tal-kummerċ ta’ tipi differenti, settijiet bil-karti sħaħar bejn il-folji u oġġetti oħrajn ta’ kartolerija, ta’ karta jew kartun; albums għal kampjuni jew għal kollezzjonijiet u qxur tal-kotba, tal-karta jew kartun

4820 40 00

Formoli tal-kummerċ ta’ tipi differenti u settijiet bil-karti sħaħar bejn il-folji

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4820, l-ewwel paragrafu, (4) u (5).

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 4811 90 00.

4823

Karta oħra, kartun, materjal artab taċ-ċelluloża u insiġ ta’ fibri ċellulożi, maqtugħin għal qies jew għamla; oġġetti oħrajn ta’ polpa tal-karta, karta, kartun, materjal artab ta’ ċelluloża jew insiġ ta’ fibri cellulożi

4823 20 00

Karta u kartun għal filtru

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4823, tieni paragrafu, (1).

4823 90 85

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4823, tieni paragrafu, (3) u (6) sa (17).

Dan is-subtitlu jinkludi prodotti tajbin kemm bħala għata ta' l-art kif ukoll tal-ħitan.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll karta li tikkondensa li hija karta li tiżola l-elettriku użata f’kondensaturi bħala dielettriku. Hija estremament irqiqa (ġeneralment 0,006 sa 0,02 mm), ta’ ħxuna regolari ħafna u kompletament mingħajr pori. Hija ġeneralment magħmula minn polpa tas-soda jew tas-sulfat, u ġieli minn polpa taċ-ċraret. Karta li tikkondensa hija kimikament newtra, hija ħielsa anki mill-iċken frak tal-ħadid u għandha saħħa mekkanika u dijelettrika għolja (l-ebda telf dielettriku).

KAPITLU 49

KOTBA STAMPATI, GAZZETTI, STAMPI U PRODOTTI OĦRAJN TA’ L-INDUSTRIJA TA’ L-ISTAMPAR; MANUSKRITTI, TESTI TTAJPJATI U PJANTI

4901

Kotba stampati, brochures , fuljetti u materjal stampat simili, f’folji waħdiet sfużi jew le

4901 99 00

Oħrajn

Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu.

4905

Mapep, inklużi dawk idrografiċi jew simili ta’ kull tip, fosthom atlasijiet, mapep għall-ħajt, pjanti topografiċi u globi, stampati

4905 10 00

Globi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4905, l-aħħar paragrafu qabel l-esklużjonijiet, u esklużjoni (f).

4905 91 00 u 4905 99 00

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu mapep akkurati b’mod topografiku ppublikati għal għanijiet ta’ reklamar, kemm jekk dawn fihom materjal għal reklamar jew le (pereżempju, mapep ta’ toroq ippublikati minn kumpaniji li jimmanifatturaw tajers jew karozzi, kumpaniji taż-żejt minerali, eċċ.).

4907 00

Bolol postali, ta’ taxxa jew oħrajn simili mhux użati ta’ ħruġ kurrenti jew ġdid fil-pajjiż li fih huma għandhom, jew ser ikollhom, il-valur stampat rikonoxxut; karta bbollata; karti ta’ flus; formoli taċ-ċekkijiet; ċertifikati ta’ stokks, ishma jew bonds u dokumenti simili ta’ jedd

4907 00 10

Bolol postali, ta’ taxxa u oħrajn simili

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4907, (A).

4908

Trasferimenti ta’ disinji (dekalkomaniji)

4908 10 00

Trasferimenti ta’ disinji (dekalkomaniji), vitrifikabbli

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4908, tielet paragrafu.

4911

Materjal ieħor stampat, inklużi stampi u ritratti stampati

4911 10 10 u 4911 10 90

Materjal ta’ reklamar kummerċjali, katalgi kummerċjali u bħalhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 4911, ħames paragrafu, (1).

4911 10 10

Katalgi kummerċjali

Dan is-subtitlu jkopri publikazzjonijiet li jiddeskrivu jew juru prodotti u jindikaw il-prezz u n-numru ta’ l-ordni.

4911 91 00

Stampi, disinji u ritratti

Dan is-subtitlu jinkludi prodotti ta’ titlu 3703 li kienu esposti u żviluppati.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll stampi għal skrinijiet artistiċi (serigrafija ta’ l-arti), anki jekk iffirmati u nnumerati mill-artist.

4911 99 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu ma jinkludix materjal stampat, bħal biljetti għall-ivvjaġġar u passijiet għat-tlugħ abbord, li jinkorporaw strixxa manjetika waħda jew aktar (subtitlu 8523 21 00).

TAQSIMA XI

TESSUTI U OĠĠETTI TA’ TESSUTI

Ġenerali

1.

Kif stipulat fin-Noti ta’ Spjega SA (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima, l-aħħar paragrafu ta’ l-introduzzjoni), taqsima XI hija maqsuma f’żewġ partijiet:

(a)

fl-ewwel parti (kapitli 50 sa 55) prodotti tat-tessut huma miġburin skond il-materjal tat-tessut li minnhom huma magħmulin, il-klassifikazzjoni tal-prodotti tikkonsisti f’taħlita ta’ materjali tat-tessut li jaqgħu f’Nota 2 għal din it-taqsima;

(b)

fit-tieni parti (kapitli 56 sa 63), bl-eċċezzjoni ta’ titli 5809 00 00 u 5902, l-ebda distinzjoni ma ssir la fil-livell tal-kapitlu lanqas tat-titlu bejn il-materjali tat-tessut li minnhom l-oġġetti huma magħmulin. Madanakollu, ħafna titli ta’ kapitli 56 sa 63 tan-Nomenklatura Magħquda kienu subdiviżi fuq il-bażi ta’ materjali tat-tessut eżistenti. F’każi ta’ dan it-tip, klassifikazzjoni f’dawn is-subtitli għandha tkun skond il-provvedimenti ta’ nota 2 tan-noti għas-subtitlu għal din it-taqsima.

2.

Nota 2 tan-noti għas-subtitlu għal din it-taqsima fiha r-regoli għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ta’ prodotti tat-tessut li fihom żewġ materjali tat-tessut jew aktar fit-titli ta’ kapitli 56 sa 63. Dawn l-oġġetti għandhom ikunu klassifikati fis-subtitlu xieraq għall-oġġetti ta’ dak il-materjal ta’ tessut wieħed li jippredomina f’piż, meta jitqiesu, fejn hu xieraq, il-provvedimenti ta’ nota 2 (B) għal din it-taqsima.

Fl-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, madanakollu, provvedimenti (a) sa (ċ) għal nota 2 (B) tan-noti għas-subtitlu għal din it-taqsima għandhom jitqiesu.

3.

Gwidi għall-interpretazzjoni ta’ nota 2 għal din it-taqsima jistgħu jinsabu fin-Noti ta’ Spjega SA (ara, pereżempju, parti (I) (A) tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima).

Fl-applikazzjoni ta’ nota 2, l-ebda każ m’għandu jingħata għal dawn li ġejjin:

(a)

ħjut li huma miżmumin fi ċmis, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jagħmlux parti essenzjali tal-prodott irfinat, bħal, pereżempju, ċmis ta’ ċertu drapp li jintuża għal umbrellel jew xalli;

(b)

ħjut li jisseparaw inkorporati fi drapp biex jindikaw fejn dan għandu jinqata’;

(ċ)

ħjut (ħjut “tal-verita’”) miżmumin fit-truf ta’ drappijiet jekk dawn il-ħjut huma ta’ materjal tat-tessut differenti minn dak li minnu huwa magħmul id-drapp innifsu.

4.

Ara noti 1 (a) sa (h) tan-noti għas-subtitlu għal din it-taqsima għat-tifsira tat-termini “mhux bliċjat”, “bliċjat” u “ikkulurit” meta applikati għal ħjut u għat-termini “mhux bliċjat”, “bliċjat”, “ikkuluriti”, “ta’ ħjut ta’ kuluri differenti” u “stampati” meta applikati għal drapp meħjut.

5.

Għal deskrizzjoni ta’ diversi nisġiet, ara n-Noti ta’ Spjega ta’ Subtitlu f’parti (I) (Ċ) tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal din it-taqsima.

KAPITLU 50

ĦARIR

5004 00

Ħjut tal-ħarir (ħlief ħjut mibrumin minn skart tal-ħarir) mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

5004 00 10

Mhux ibbliċjati, megħrukin jew ibbliċjati

Ħjut tal-ħarir mhux ibbliċjati jikkonsistu f’ħajta mgħawwġa grége waħda jew aktar; huma jkunu għadhom ma kinux imnixxin (tneħħitilhom il-gomma). Il-ħjut tal-ħarir mhux bliċjati jista’ jkollhom sa 30 % ta’ seriċina (gomma naturali), u f’ħafna mill-każi jkun għad għandhom il-kulur daqsxejn safrani naturali tagħhom. Ħjut tal-ħarir mhux bliċjati s-soltu jkunu trattati aktar, iżda jistgħu jinħadmu b’mod dirett fi drapp.

It-tneħħija tal-ħjut tal-ħarir mhux bliċjati jnixxihom (tneħħija ta’ gomma), il-ħjut waħdiet jinħelsu mis-seriċina li biha kienu miksijin. Dan ġeneralment isir b’ilma jaħraq bis-sapun jew b’soluzzjoni alkalina ta’ potassa mħallta bl-ilma.

Il-kuluri naturali li jkunu għadhom preżenti jitħassru bl-ibbliċjar.

5005 00

Ħjut mibrumin minn skart tal-ħarir, mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

5005 00 10

Mhux ibbliċjati, megħrukin jew ibbliċjati

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5004 00 10 japplikaw, mutatis mutandis.

5007

Drappijiet minsuġin ta’ ħarir jew ta’ skart ta’ ħarir

5007 20 11 sa 5007 20 71

Mhux ibbliċjati, megħrukin jew ibbliċjati

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5007 20.

5007 20 11 u 5007 20 19

Kripp

Dawn is-subtitli jkopru drappijiet li s-soltu jkunu ċari u li l-apparenza bil-vina jew imkemmxa tagħhom fl-istat irfinut tirriżulta mill-użu ta’ ħjut kripp, jiġifieri, ħjut imremblin ħafna (is-soltu 2  000 sa 3  600 dawra għal kull metru), li għandhom tendenza naturali li jiġu forma ta’ ħolqa.

Dawn il-ħjut jistgħu jintużaw fil-medd jew fl-insiġ jew fit-tnejn, kemm jekk waħedhom jew magħqudin ma’ ħajt li ma tantx jitrembel. Ħjut ta’ trembil oppost spiss ikun alternat jiġifieri., ħjut b’tidwira “S” jkun ikompli bi ħjut b’tidwira “Z” sabiex dan jorjenta f’direzzjoni opposta għat-tendenza li jitrembel il-ħajt li jkun ikompli miegħu, u b’hekk jiżgura l-bilanċ tat-tikmix.

Dawn is-subtitli jkopru kripp ta’ veru, jiġifieri, dawk fejn għallinqas il-medd jew l-insiġ huwa għall-aktar parti ta’ ħjut kripp. L-iktar magħrufin huma l-kripp magħmul minn ħarir fin, marocain, ġorġett, kripp tas-satin, kripp charmeuse u kripp xifon.

Drappijiet li huma magħmulin minn krip fuq naħa waħda biss jew fuq parti mill-wiċċ tagħhom biss (strixxi jew disinji) huma ukoll klassifikati f’dawn is-subtitli.

Dawn is-subtitli ma jkoprux drappijiet fejn l-effett tal-kripp huwa miksub b’xi mod għajr bl-użu ta’ ħjut tal-kripp, pereżempju, dawk li fihom l-apparenza tal-kripp tirriżulta mill-użu magħqud ta’ nisġiet speċjali (eż., “stabbli”) u ta’ ħjut ta’ qisien u trembil differenti.

5007 20 21 sa 5007 20 39

Pongee, habutai, honan, shantung, corah u drappijiet simili mil-lvant imbiegħed, kompletament mill-ħarir (mhux imħallat ma’ skart ta’ ħarir li jibqa’ fil-moxt ( noil ) jew skart ieħor tal-ħarir jew ma’ materjali tessili oħrajn)

Id-drappijiet ta’ dawn is-subtitli għandhom diversi karatteristiċi individwali fin-natura, nisġa u apparenza tagħhom.

Huma jkunu spiss minsuġin jew magħmulin lokalment fuq newl bl-id f’nisġiet sempliċi (lixx, djagunali, satin) minn filamenti tal-ħarir mhux maħdumin (mhux mitfugħin) immuntati mingħajr tidwir. Iċ-ċmis tagħhom is-soltu jkunu difettużi. Huma mitwijin f’forma ta’ kartieri: iż-żewġt itruf tat-tul huma mqiegħdin flimkien fit-tul li mbagħad ikun mitni madwarhom. Ma’ ċertu tipi (partikolarment miċ-Ċina), metodu differenti ta’ tiwi ġieli jintuża; tarf taħt, tarf fuq, it-tul jintewa lura fuqu nnifsu b’erba’ tiwjiet għal kull jarda (0,91 m).

Madanakollu, dawn jistgħu jkunu preżentati b’mod differenti, eż., imremblin.

Dawn id-drappijiet jinkludu:

1.

Habutai; drapp Ġappuniż ta’ nsiġ lixx jew djagunali, minsuġ minn ħajta waħda mingħajr trembil. It-terminu “habutai” is-soltu jfisser drapp minsuġ lixx u “habutai djagunali” jfisser minsuġ djagunali.

Fl-istat mhux bliċjat dawn id-drappijiet ikunu ħorox meta tmisshom u ta’ lewn abjad-griż jew abjad maħmuġ. Meta dawn ikunu megħrukin (pereżempju, permezz ta’ bliċjar), jiġifieri, meta l-gomma tal-ħarir tkun tneħħiet, dawn id-drappijiet ikunu bojod jew bojod maħmuġin u jistgħu jintużaw biex isiru oġġetti mingħajr aktar proċessar.

Bliċjar ta’ dawn id-drappijiet is-soltu jitlesta permezz ta’ l-għoti ta’ qisien jew mili li jagħtihom konsistenza aktar mimlija, apparenza iktar tleqq u aktar piż;

2.

Pongee; drappijiet Ċiniżi msejħin shantung, honan, assan, antung, ninghai, skond il-provinċja fejn dawn kienu oriġinati. Dawn id-drappijiet huma relattivament eħxen u itqal mid-drappijiet Ġappuniżi msemmijin hawn fuq; fl-istat mhux bliċjat tagħhom huma jkollhom skuratura safranija jew ħamranija u fl-istat megħruk huma jkunu ta’ kulur simili għal kittien jew batista li m’huwiex bliċjat jew sempliċiment maħsul. Dawn jistgħu jkunu kustiljati jew le, l-effett ikkustilljat jista’ jkun magħmul permezz ta’ nisġa kurdunata bil-ħarir (nisġa diehera) bl-użu ta’ newlijiet ta’ ħxuniet differenti;

3.

Tussah (jew tussore); drapp li joriġina f’reġjun ta’ l-Indja tan-Nord-Lvant, meħjut ma’ ħarir minn dudu tal-ħarir salvaġġ. It-terminu kien estiż biex jinkludi drappijiet ċiniżi u issa jinkludi drappijiet ta’ tip komparabbli manifatturati f’diversi pajjiżi tal-Lvant Imbiegħed minn ħarir prodott minn dudu tal-ħarir salvaġġ li jiekol weraq tal-balluta.

4.

Corah; drapp prodott fiż-żona ta’ Calcutta li jixbaħ ħafna lil habutai Ġappuniż iżda li jvarja minnhu minħabba li huwa inqas regolari u huwa magħmul minn newl eħxen. Wieħed mill-karatteristiċi tiegħu huwa l-preżenza ta’ lazz li jgħaddi minn ġoċ-ċmusa.

5007 20 41

Drappijiet djafani (nisġa miftuħa)

Drappijiet djafani (nisġa miftuħa) huma dawk fejn l-ispazji kemm bejn il-ħajt tal-medd individwali u l-ħajt ta’ l-insiġ individwali huma għallinqas kbar daqs id-dijametru tal-ħjut (yarns) użati.

5007 20 61

Usa’ minn 57 ċm iżda mhux usa’ minn 75 ċm

Dan is-subtitlu jkopri, partikolarment, ħxuniet ta’ drapp użati biex isiru ingravajjet.

KAPITLU 51

SUF, XAGĦAR FIN JEW AĦRAX TA’ ANNIMALI; ĦJUT U DRAPP MINSUĠ MINN KRIN

5102

Xagħar fin jew aħrax ta’ annimali, mhux mimxut jew imqardex

5102 11 00

Ta’ mogħoż Kaxmer (Każimiri)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5102 11.

5103

Skart tas-suf jew ta’ xagħar fin jew aħrax ta’ annimali, inkluż skart tal-ħjut iżda eskluż materjal “garnetted

5103 10 10

Mhux ikkarbonizzati

Għall-interpretazzjoni tat-terminu “mhux ikkarbonizzati” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5101, tielet paragrafu, (B).

5103 10 90

Ikkarbonizzati

Għall-interpretazzjoni tat-terminu “ikkarbonizzati” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5101, tielet paragrafu, (Ċ).

5105

Suf u xagħar fin jew aħrax ta’ annimali; mimxut jew imqardex (inkluż suf mimxut f’biċċiet)

5105 21 00

Suf mimxut f’biċċiet

Għad-definizzjoni tat-terminu “suf mimxut f’biċċiet”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5105, seba’ paragrafu.

5105 31 00

Ta’ mogħoż Kaxmer (Każimiri)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5102 11.

5106

Ħjut ta’ suf mimxut, mhux ippreżentat għal bejgħ bl-imnut

5106 10 10

Mhux ibbliċjat

Ħjut ta’ suf mhux ibbliċjati huma ħjut magħmulin minn suf li kien imnaddaf sew permezz ta’ diversi proċessi. Dawn m’humiex ibbliċjati, ikkuluriti jew stampati, u għalhekk għad għandhom il-kulur naturali tas-suf.

Ara ukoll Nota ta’ Subtitlu 1 (b) għal din it-taqsima.

5106 20 10

Fih 85 % jew aktar tal-piż suf u xagħar fin ta’ annimali

Dan is-subtitlu jkopri biss ħajt li fih 85 % jew aktar tal-piż taħlita ta’ suf u xagħar fin ta’ annimali, fejn is-suf jippredomina fil-piż fuq ix-xagħar fin ta’ annimali; fil-każ kuntrarju, il-ħajt ikun klassifikat f’titlu 5108.

5106 20 91

Mhux ibbliċjat

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis.

5107

Ħjut ta’ suf imqardex, mhux ippreżentat għal bejgħ bl-imnut

5107 10 10

Mhux ibbliċjat

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10.

5107 20 10 u 5107 20 30

Fih 85 % jew aktar tal-piż suf u xagħar fin ta’ annimali

Dan is-subtitlu jkopri biss ħajt li fih 85 % jew aktar tal-piż taħlita ta’ suf u xagħar fin ta’ annimali, fejn is-suf jippredomina fil-piż fuq ix-xagħar fin ta’ annimali; fil-każ kuntrarju, il-ħajt ikun klassifikat f’titlu 5108.

5107 20 10

Mhux ibbliċjat

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis.

5107 20 51

Mhux ibbliċjat

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis.

5107 20 91

Mhux ibbliċjat

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis.

5108

Ħjut ta’ xagħar fin (mimxut jew imqardex) ta’ annimali, mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut

5108 10 10

Mhux ibbliċjat

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis.

5108 20 10

Mhux ibbliċjat

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5106 10 10 japplikaw, mutatis mutandis.

KAPITLU 52

QOTON (TAJJAR)

5201 00

Qoton, mhux mimxut jew imqardex

5201 00 10

Magħmul assorbenti jew ibbliċjat

Qoton magħmul assorbenti jista’ jassorbi volum relattivament għoli ta’ likwidu.

Qoton ibbliċjat huwa qoton li minnu s-sustanzi barranin ikkuluriti li ma jistgħux jitneħħew b’ebda mod ieħor jitneħħew permezz ta’ ossidazzjoni jew tnaqqis bl-użu ta’ diversi kimiċi.

5208

Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom 85 % jew aktar tal-piż qoton, jiżnu mhux aktar minn 200 g/m2

5208 11 10

Drappijiet għal manifattura ta’ faxex, materjali għal feriti u garżi mediċi

Dawn huma drappijiet fini, qishom garżi b’nisġa diehera, ġeneralment suġġetti għal żliq. Huma magħmulin minn diversi ħjut u għandhom inqas minn 28 ħajta għal kull ċm3.

5208 21 10

Drappijiet għal manifattura ta’ faxex, materjali għal feriti u garżi mediċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5208 11 10.

5209

Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom 85 % jew aktar tal-piż qoton, jiżnu aktar minn 200 g/m2

5209 42 00

Denim

Ara Nota 1 tan-Noti għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal din it-taqsima, parti (I), (Ċ), Noti ta’ Spjega għas-Subtitlu.

5211

Drappijiet minsuġin tal-qoton, fihom anqas minn 85 % tal-piż qoton, imħalltin prinċipalment jew biss ma’ fibri magħmulin mill-bniedem, jiżnu aktar minn 200 g/m2

5211 42 00

Denim

Ara Nota 1 tan-Noti għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu u n-Noti ta’ Spjega SA għal din it-taqsima, parti (I), (Ċ), Noti ta’ Spjega għas-Subtitlu.

5211 49 10

Drappijiet “Jacquard

Drappijiet “Jacquard” huma drappijiet b’disinn tat-tessut magħmul billi jitgħollew il-ħjut tal-medd individwali. B’dan il-mod, jinkisbu, b’mod fin, disinni mtebbgħin impenġijin. Drappijiet “Jacquard” jintużaw prinċipalment bħala drappijiet għal tappizzeriji, kisi ta’ saqqijiet u materjal għal purtieri.

KAPITLU 53

FIBRI OĦRAJN TA’ TESSUTI VEĠETALI; ĦJUT TAL-KARTA U DRAPPIJIET MINSUĠIN MINN ĦJUT TAL-KARTA

5308

Ħjut ta’ fibri tessili veġetali oħrajn; ħjut tal-karta

5308 10 00

Ħjut ta’ kajjar

Ħjut ta’ kajjar li jikkonsistu fi ħxuna waħda jew tnejn biss huma klassifikati f’dan is-subtitlu. Ħjut ta’ kajjar li jikkonsistu fi tliet ħxuniet jew aktar jaqgħu f’titlu 5607, skond Nota 3 (A) (d) għal din it-taqsima.

KAPITLU 54

FILAMENTI MAGĦMULIN MILL-BNIEDEM; STRIXXI U OĠĠETTI SIMILI TA’ MATERJALI TESSILI MAGĦMULIN MILL-BNIEDEM

Ġenerali

Għad-definizzjoni tat-terminu “ħjut ta’ tenaċita’ għolja” ara Nota 6 għal din it-taqsima.

Ħajt elastomeriku huwa definit fin-Nota 13 għal din it-taqsima.

5401

Ħjut tal-ħjata ta’ filamenti magħmulin mill-bniedem, ippreżentati għal bejgħ bl-imnut jew le

5401 10 12 u 5401 10 14

Ħjut tal-qalba

Il-ħjut tal-qalba ta’ dawn is-subtitli huwa ħjut għal ħjata magħmul minn ħafna ħajt mdawwar flimkien; kull ħajta tikkonsisti f’filament sintetiku miksi b’fibri tat-tessut mhux kontinwi naturali, sintetiċi jew artifiċjali.

Waqt li żżom f’moħħok l-użu tagħhom, dawn il-ħjut huma ħjut mdawrin tal-qalba “sodi”, jiġifieri, huma ħjut b’qalba mhux elastika.

Minħabba li dawn il-ħjut huma ħjut imħalltin, huma għandhom ikunu klassifikati biss hawn meta l-“filament” komponenti jippredomina fil-piż (ara Nota 2 għal din it-taqsima). Dan is-soltu jkun il-każ ma’ ħjut tal-qalba.

Fuq in-naħa l-oħra dawn is-subtitli ma jkoprux ħjut tal-qalba ratba li l-qalba tagħhom hija ta’ ħjut elastomeriku li l-kontenut tal-piż tagħha s-soltu ma jaqbiżx 20 % (klassifikazzjoni skond Nota 2 għal din it-taqsima).

Minbarra dan, dawn is-subtitli ma jkoprux prodotti li jikkonsistu f’qalba ta’ ħjut elastomeriċi li madwarha jitkebbu ħjut ġa lesti b’mod spirali (subtitlu 5606 00 91).

5401 10 16

Ħjut b’nisġa

Ara n-Nota ta’ Spjega SA għal subtitlu 5402 31 u 5402 39.

5402

Ħjut ta’ filament sintetiku (ħlief ħjut tal-ħjata), mhux ippreżentati għal bejgħ bl-imnut, inkluż monofilament sintetiku inqas minn 67 deċiteks.

5402 31 00 sa 5402 39 00

Ħjut b’nisġa

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 5402 31 sa 5402 39.

5402 46 00

Oħrajn, ta’ poliesteri, orjentati parzjalment

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5402 46.

5404

Monofilament sintetiku ta’ 67 deċiteks jew aktar li tiegħu ebda qies ta’ wiċċ mill-qtugħ ma huwa ikbar minn 1 mm; strixxa u bħalha (per eżempju, tiben artifiċjali) ta’ materjali tessili sintetiċi ta’ wisgħa li tidher mhux aktar minn 5 mm

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5404 għad-deskrizzjoni ta’ monofilament u prodotti oħrajn f’dan it-titlu.

5404 11 00 sa 5404 19 00

Monofilament

Monofilament sintetiku maqtugħ f’tulijiet konvenjenti bit-truf maqsumin (“fleurees”) intiż għal użu fil-produzzjoni ta’ pniezel jibqa’ klassifikat f’dawn is-subtitli.

“Ħjut” (yarn) multiplu jew ikkejbiljat iffurmat bl-immuntar u t-tidwir flimkien ta’ monofilamenti sintetiċi ta’ dan is-subtitlu m’huwiex klassifikat f’dan is-subtitlu u jaqa’ f’titlu 5401, 5402, 5406 jew 5407 kif xieraq. Madanakollu, jkun xi jkun il-qies tal-wiċċ ta’ qatgħa tiegħu, il-monofilamenti waħdiet ta’ dan is-subtitlu qatt ma jitqiesu bħala “ħajt, ċwiemi, ħbula u kejbils” ta’ titlu 5607.

Elenku li jiġbor fil-qosor il-klassifikazzjoni ta’ monofilament sintetiku, strixxi u affarijiet simili skond il-qies tal-wiċċ ta’ qatgħa (jew wisgħa) huwa mgħoti hawn taħt:

Monofilament sintetiku li l-ikbar qies ta' wiċċ mill-qtugh tieghu huwa

— mhux iktar minn 1 mm u ta' qies

— inqas minn 67 deċiteks

titlu 5402

 

 

— mhux inqas minn 67 deċiteks

subtitlu 5404 11 00, 5404 12 00 jew 5404 19 00

 

— iktar minn 1 mm ħlief għall-prodotti ċatti msemmijin hawn taħt

 

titlu 3916

Strixxa sintetika u bħalha (inkluż strixxa mitwija tnejn u tubi ċċattjati) li l-wisgha li tidher tagħhom (kemm fl-istat mitwi kif f'dak iċċattjat) hija

 

— mhux iktar minn 5 mm

subtitlu 5404 90 10 jew 5404 90 90

 

 

— iktar minn 5 mm

ġeneralment titlu 3920

Strixxa sintetika ta' wisgha iktar minn 5 mm, iżda kemm kemm mibruma u mbaghad ikkompressata biex ikollha wisgha li tidher mhux iktar minn 5 mm

 

 

subtitlu 5404 90 10 jew 5404 90 90

5404 90 10

Ta’ polipropilene

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 3920 20 80 japplikaw, mutatis mutandis, iżda l-istrixxa dekorattiva ta’ dan is-subtitlu għandha wisgħa apparenti li ma taqbiżx 5 mm.

5405 00 00

Monofilament artifiċjali ta’ 67 deċiteks jew aktar li tiegħu ebda qies ta’ wiċċ mill-qtugħ ma huwa ikbar minn 1 mm; strixxa u bħalha (per eżempju, tiben artifiċjali) ta’ materjali tessili artifiċjali ta’ wisgħa li tidher mhux aktar minn 5 mm

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 5404 japplikaw, mutatis mutandis.

5408

Drappijiet minsuġin ta’ ħjut ta’ filament artifiċjali, inklużi drappijiet minsuġin magħmulin minn materjali ta’ titlu 5405

5408 22 10

Usa’ minn 135 ċm iżda mhux usa’ minn 155 ċm, nisġa lixxa, nisġa djagunali, nisġa djagunali salib jew nisġa satin

Għad-deskrizzjoni tat-termini “nisġa lixxa”, “nisġa djagunali” u “nisġa djagunali salib” ara n-Noti ta’ Spjega għas- Subtitlu f’parti (I) (Ċ) tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal din it-taqsima.

Bin-nisġa satin (atlas), il-punti li jissallbu huma mferrxin b’tali mod li ma jmissux lil xulxin. Ir-riżultat għalhekk huwa wiċċ lixx, illustrat. Satin għandu jkun djagunali b’għallinqas ħames ħjut.

Dan id-disinn tan-nisġa huwa muri f’dijagramma hawn taħt:

 

Image

KAPITLU 55

FIBRI MAGĦMULIN MILL-BNIEDEM TA’ QISIEN TA’ QOSOR PREDETERMINAT (STAPLE)

5516

Drappijiet minsuġin oħrajn ta’ fibri artifiċjali ta’ qisien ta’ qosor predeterminat ( staple )

5516 23 10

Drappijiet b’rakkmu kumplikat ( Jacquard ) ta’ 140 ċm wisgħa jew aktar (materjal użat biex jgħatti l-imtieraħ)

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 5211 49 10 japplikaw, mutatis mutandis.

KAPITLU 56

MATERJAL TESSILI ARTAB, FELTRU U MATERJALI MHUX MINSUĠIN; ĦJUT SPEĊJALI; SPAG, ĊWIEMI, ĦBULA U KEJBILS U OĠĠETTI MINNHOM

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn materjali ta’ tessut wieħed jew tnejn, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.

5601

Materjal tessili artab u oġġetti minnu; fibri tessili, mhux itwal minn 5 mm (trofof), trab tessili u biċċiet tal-fibri mill-mitħna ( mill neps )

5601 21 10 sa 5601 29 00

Materjal tessili artab u oġġetti minnu

Dawn is-subtitli jinkludu “cotton buds”, stikek ta’ l-injam, tal-plastik jew ta’ karta mrembla li għandhom f’tarf minnhom jew fiż-żewġt itruf “bud” ta’ materjal artab għat-tindif tal-widnejn, dwiefer, eċċ., għall-applikazzjoni ta’ antisettiċi jew kremiet tal-ġilda u fi tħaris tas-sbuħija.

5601 21 10

Assorbenti

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5601, (B) u (Ċ).

5601 30 00

Truf u trab tat-tessut u biċċiet tal-fibri mill-mitħna ( mill reps )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5601, (B) u (Ċ).

5602

Feltru, kemm jekk mimli b’sustanza oħra, miksi, mgħotti jew laminat inkella le

5602 10 11 u 5602 10 19

Feltru tan-newl tal-labar

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5602, raba’ paragrafu.

5602 10 31 u 5602 10 38

Drappijiet ta’ fibra marbutin bil-ponti

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5602, seba’ paragrafu.

5606 00

Ħjut b’wajer ġo fihom u strixxa u bħalha ta’ titlu 5404 jew 5405 , b’wajer ġo fihom (ħlief dawk ta’ titlu 5605 u ħjut ta’ krin b’wajer ġo fih); ħjut ta’ xinilja (inklużi trofof ta’ ħjut ta’ xinilja); loop wale-yarn

5606 00 91

Ħjut b’wajer ġo fihom

Il-qalba ta’ ħjut b’wajer ġo fihom tista’ tikkonsisti ukoll fi ħjut elastomeriċi (ara Nota 13 għal din it-taqsima).

KAPITLU 57

TWAPET U KISI TA’ L-ART IEĦOR TA’ TESSUTI

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali ta’ tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.

5701

Twapet u kisi ta’ l-art ieħor ta’ tessuti, bl-għoqiedi, manifatturati jew le

L-istadju preliminarju u finali fil-manifattura ta’ twapet, materjal tat-twapet u bċejjeċ bl-għoqiedi kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5701 huwa l-insiġ sempliċi ta’ ftit ħjut tal-medd mal-ħjut ta’ l-insiġ sabiex it-truf jew “rjus” tat-tapit jinżammu f’posthom. Dawn it-truf minsuġin jistgħu ġieli jinkisbu permezz ta’ borduri miżjudin.

Meta l-istadju finali tal-manifattura tat-tapit jintlaħaq in-nisġa tinqata’ b’daqsxejn distanza mill-“irjus”. It-troffa li b’hekk tinkiseb tkun tikkonsisti fi truf ħielsa tan-nisġa. Fi twapet ta’ kwalita’ tajba t-troffa ġieli tinqasam f’diversi gruppi li jkunu mgħaqqdin billi l-għoqiedi jitmexxew lura viċin kemm jista’ jkun għall-parti minsuġa sabiex ikun evitat li l-ħjut tal-medd jiżolqu barra mit-troffa. Twapet jistgħu jinstabu ukoll bi troffa li kienet miżjuda u li għalhekk ma kinitx miksuba min-nisġa tat-tapit innifsu.

F’ħafna twapet id-disinn jippermetti li s-sottofond jintgħaraf mill-bordura. Il-bordura fil-fatt tipprovdi struttura għas-sottofond u tgħaqqadha maċ-ċmis u ma’ l-irjus tat-tapit.

Twapet magħmulin bl-idejn ta’ forma rettangolari rari jkollhom ċmis li jkun parallel eżatt. Jekk ir-rata ta’ kompost għalhekk tista’ tkun applikata, il-qisien tat-tapit għandhom jittieħdu minn linji medjani, li huma, linji dritti li jgħaddu miċ-ċentru tan-naħat opposti.

Fil-kalkolazzjoni ta’ l-erja ta’ kull tapit, frazzjonijiet ta’ deċimetru kwadru għandhom ikunu injorati.

5702

Twapet u kisi ta’ l-art ieħor ta’ tessuti, minsuġin, mingħajr bżiebeż jew trofof, manifatturati jew le, inklużi “Kelem”, “Schumacks”, “Karamanie” u twapet simili minsuġin bl-idejn

5702 10 00

Kelem”, “Schumacks”, “Karamanie” u twapet simili minsuġin bl-idejn

Dan is-subtitlu jinkludi drappijiet tqal minsuġin bl-idejn. Huma s-soltu jkollhom ħafna kuluri, b’wiċċ ċatt mingħajr ħoloq jew pil tal-wiċċ. Xi wħud għandhom toqob matul it-tul tagħhom bejn ħjut ta’ l-insiġ li jifforma kisra bejn ħjut tal-medd ta’ kuluri differenti.

Huma tajbin għal użu bħala kisi ta’ l-art jew ta’ divani, dendil tal-ħajt jew purtieri.

Huma drappijiet eżotiċi, li joriġinaw prinċipalment fil-Lvant Nofsani u jistgħu jkunu fil-biċċa, jew aktar spiss f’qisien għal użu, bil-keffa, bi troffi jew b’borduri meħjutin, jew inkella magħmulin.

KAPITLU 58

DRAPPIJIET MINSUĠIN SPEĊJALI; DRAPPIJIET TA’ TESSUTI BIL-BŻIEBEŻ; BIZZILLA; TAPIZZERIJI; AĊĊESSORJI; RAKKMU

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni fit-titli, ta’ artikli magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.

5801

Drappijiet bil-pil minsuġin u drappijiet ta’ xinilja, ħlief drappijiet ta’ titlu 5802 jew 5806

Mingħajr preġudizzju għall-provvedimenti stipulati f’din it-taqsima li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, għandu jkun innutat li fil-każ ta’ drappijiet chenille, il-materjali tat-tessut li jagħmlu l-pil tal-ħajt taċ-chenille biss għandhom jitqiesu.

Imitazzjonijiet ta’ bellus jew filpi magħmulin fuq magni tal-ħjata jaqgħu f’titlu 5907 00 00 jew f’kapitlu 60, skond il-każ.

5801 21 00 sa 5801 27 00

Tal-qoton

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5801 22 u 5801 32.

5804

Tullijiet u drappijiet oħrajn ta’ xibka, mhux inklużi drappijiet minsuġin, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ; bizzilla bil-biċċa, fi strixxi jew f’motifi, ħlief drappijiet ta’ titli 6002 sa 6006

5804 10 10 u 5804 10 90

Tullijiet u drappijiet oħrajn ta’ xibka

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5804, (I).

Tullijiet artifiċjali magħmulin fuq magni tal-ħjata (il-magna Raschel, pereżempju) jaqgħu f’kapitlu 60.

5804 10 10

Lixxi

Għall-għan ta’ dawn is-subtitlu, tullijiet lixxi u drappijiet oħrajn ta’ xibka huma dawk li għandhom serje waħda ta’ toqob regolari ta’ l-istess forma u daqs tul is-superfiċje kollha tagħhom, bl-ebda disinn jew mili tat-toqob. Fl-applikazzjoni ta’ din iddefinizzjoni l-ebda każ m’għandu jingħata għal spazji miftuħin minuri li jseħħu matul il-formazzjoni tat-toqob.

5804 21 10 sa 5804 29 90

Bizzilla maħduma b’mezzi mekkaniċi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5804, (II).

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 5804 21, 5804 29 u 5804 30 għad-distinzjoni bejn bizzilla maħduma bl-idejn u bizzilla maħduma b’mezzi mekkaniċi.

Għandha tingħata attenzjoni biex tiżgura li d-drapp meħjut li jixbaħ ħafna lil bizzillla, li huwa fil-fatt mibjugħ bħala bizzilla fin-negozju, ma jkunx klassifikat f’titlu 5804. Drapp bħal dan ikun manifatturat fuq magni Raschel u jista’ jintgħaraf mill-fatt li x-xogħol miftuħ huwa ffurmat bl-intersezzjoni ta’ toqob li jixbħu ħjata ta’ l-insiġ u mhux bi ħjut tal-medd (dritti) u ħjut ta’ l-insiġ (mgħawwġin).

Għall-mili ta’ l-ispazji opâki tad-disinn, il-ħajta użata tiddaħħal fit-toqob li jiffurmaw il-ġnub ta’ l-eżagoni żgħar tax-xogħol miftuħ fejn din tinżamm f’postha permezz ta’ tip ta’ punt katina. Is-sufra miftuħa ma tieqafx għalhekk fejn jibda d-disinn; bil-kontra hija tifforma s-support għalih (li mhux dejjem ikun il-każ għal bizilla magħmula b’mezzi mekkaniċi).

L-indikazzjonijiet mgħotijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 5804 21, 5804 29 u 5804 30 li jippermettu li bizzilla magħmula b’mezzi mekkaniċi tintgħaraf huma validi ukoll għal “bizzilla” Raschel: toqob jew partijiet minn toqob jibqgħu wara qtugħ fi strixxi, il-mixja tal-ħjut tal-linja ta’ barra u tal-ħjut tad-disinn, u r-regolarita’ mekkanika ta’ kwalunkwe difetti, eċċ.

Madanakollu, għall-għanijiet tan-Nomenklatura Magħquda, bizzilla miksuba minn magna Raschel titqies bħala meħjuta u għalhekk għandha tkun klassifikata f’kapitlu 60.

Drapp li jimita bizzilla tal-punt (gipur) li kien magħmul bl-istess mod bħal rakkmu b’kimika m’huwiex klassifikat bħala bizzilla magħmula b’mod mekkaniku u taqa’ f’titlu 5810.

5806

Drappijiet minsuġin dojoq, ħlief oġġetti ta’ titlu 5807 ; drappijiet dojoq magħmulin minn medd mingħajr tgħama immuntati permezz ta’ kolla ( bolducs )

5806 20 00

Drappijiet minsuġin oħrajn, li fihom piż 5 % jew aktar ta’ ħjut elastomeriċi jew ħjut ta’ lastiku

Ara Nota 13 ta' din it-taqsima għad-definizzjoni tat-terminu “ħjut elastomeriku”.

5806 32 10

B’ħâxjiet ta’ veru

Drappijiet minsuġin b’mod irqiq b’ħâxjiet ta’ veru huma dawk magħmulin minn medd u insiġ, li ż-żewġt itruf lonġitudinali tagħhom ikunu ffurmati permezz tat-tidwir tal-ħajta ta’ l-insiġ. Minħabba li l-ħajta titmexxa mingħajr interruzzjoni, ħall ikun imfixkel.

5806 40 00

Drappijiet magħmulin minn medd mingħajr tgħama mmuntati permezz ta’ kolla ( bolducs )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5806, (B)

5810

Rakkmu bil-biċċa, fi strixxi jew f’motifi

5810 10 10 u 5810 10 90

Rakkmu mingħajr bażi tidher

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5810 10.

KAPITLU 59

DRAPPIJIET TA’ TESSUTI MIMLIJIN B’SUSTANZA OĦRA (IMPREGNATED), MIKSIJIN, MGĦOTTIJIN JEW LAMINATI; OĠĠETTI TA’ TESSUTI TA’ TIP TAJJEB GĦAL UŻU INDUSTRIJALI

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni f’dawn it-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.

5911

Prodotti u oġġetti ta’ tessuti, għal użi tekniċi, speċifikati f’nota 7 għal dan il-kapitlu

Dan it-titlu jkopri prodotti ta’ tessuti, kif definiti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5911, kemm jekk fil-biċċa jew maqtugħ, kif imniżżel speċifikament f’Nota 7 (a) għal dan il-kapitlu, kif ukoll oġġetti ta’ tessuti (ħlief dawk ta’ titli 5908 00 00 sa 5910 00 00) maqtugħin f’forma, ħlief rettangolari, immuntati jew inkella magħmulin, għal użi tekniċi, miksubin minn prodotti fil-biċċa msemmijin hawn fuq jew minn prodotti tat-tessut oħrajn.

Għall-iskop tat-terminu “drapp ta’ tessuti” ara Nota 1 għal dan il-kapitlu.

5911 10 00

Drappijiet ta’ tessuti, feltru u drappijiet minsuġin inforrati bil-feltru, miksijin, mgħottijin jew laminati bil-gomma, ġilda jew materjal ieħor, ta’ tip użat għal drapp tal-magni tat-tqardix, u drappijiet simili ta’ tip użat għal għanijiet tekniċi oħrajn, inklużi drappijiet dojoq magħmulin minn bellus mimli bil-gomma, biex jinksew magħżel ta’ l-insiġ (qasab tan-newl)

Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu għandhom ikunu fil-biċċa, jew sempliċiment maqtugħin għal tul jew f’forma rettangolari; jekk fi kwalunkwe forma oħra, huma jaqgħu f’subtitlu 5911 90 10 jew 5911 90 90.

L-espressjoni “drapp simili ta’ tip użat għal għanijiet tekniċi oħrajn” tfisser biss drappijiet ta’ tessut, feltru u drappijiet minsuġin inforrati bil-feltru, flimkien ma’ materjali oħrajn (eż., gomma, ġilda) kif indikat fit-titlu tas-subtitlu. Drappijiet bħal dawn jinkludu kutri għall-istampar, flimkien ma’ gomma, li jintużaw biex ikopru ċilindri li jduru u li għandhom piż ta’ 1  500 g/m2 jew inqas (irrispettivament mill-proporzjonijiet rispettivi ta’ materjal ta’ tessut u gomma) jew ta’ piż ikbar minn 1  500 g/m2 u li fihom għallinqas 50 % mill-piż ta’ gomma li jaqgħu f’titlu 4008.

Dan is-subtitlu jkopri ukoll ċineg ta’ trasmissjoni jew ta’ trasportazzjoni, li jikkonsistu f’għallinqas strixxa waħda jew aktar ta’ folji meħjutin ta’ materjal tal-piegi mgħaffeġ bejn żewġ strixxi ta’ tessut poliamidu, l-istrixxi tal-materjal ta’ l-ipplejtjar jaġixxi sempliċiment bħala element li jsaħħaħ, fejn l-istrixxi kollha jkunu magħqudin bis-sħana permezz ta’ adeżiv, bi ħxuna ta’ inqas minn 3 mm, ta’ tul indeterminat jew maqtugħ għal tul. Ċineg ta’ dan it-tip, jew ta’ ħxuna ta’ 3 mm jew aktar, jew bla tmiem jew imwaħħlin permezz ta’ materjali li jgħaqqdu, jaqgħu f’titlu 5910 00 00.

Dan is-subtitlu ma jkoprix drappijiet ta’ tessut tal-medd u l-insiġ wieħed (titlu 5903) jew bil-gomma (titlu 4008 jew 5906).

5911 20 00

Drapp tal-pezza, manifatturat jew le

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5911, (A), (2).

Dan it-tessut jista’ jkun fil-biċċa jew manifatturat skond l-użu intiż (pereżempju, maqtugħ f’forma, trimmjat bit-tejpijiet, mgħammar b’toqob żgħar tal-metall).

Meta preżentat fil-biċċa, drapp tal-pezza, mhux manifatturat, għandu jkun immarkat b’mod li ma jitħassarx, li bla dubju jidentifika l-oġġetti bħala intiżi għal ippezzar jew għanijiet industrijali simili:

Marka li tikkonsisti f’rettangolu u d-djagonali tiegħu għandha tkun repetuta f’intervalli regolari matul iż-żewġt itruf tad-drapp — mingħajr dħul fuq il-ħâxjiet — b’tali mod li d-distanza bejn żewġ marki konsekuttivi, imkejla bejn it-truf ta’ maġenb xulxin, tar-rettangoli, ma tkunx aktar minn metru u li l-marki fuq tarf wieħed ikunu mxenglin biex ikunu nofs triq bejn dawk fuq it-tarf l-ieħor (in-nofs ta’ kull marka għandu jkun l-istess distanza miċ-ċentru taż-żewġ marki l-eqreb għat-tarf tan-naħa l-oħra).

Il-ħxuna tal-linji li jiffurmaw in-naħat tar-rettangolu huma ta’ 5 mm, u dik tad-djagonali hija ta’ 7 mm. Ir-rettangolu mkejjel mit-tarf ta’ barra tal-linji huwa għallinqas 8 ċm f’tul u 5 ċm f’wisa’.

Il-marki għandhom ikunu stampati b’kulur wieħed b’kuntrast mal-kulur tad-drapp u m’għandhomx ikunu jitħassru.

Kull marka għandha tkun hekk pożizzjonata sabiex in-naħat it-twal tar-rettangolu jkunu paralleli mal-medd tad-drapp (ara dijagramma hawn taħt):

Image

L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jaċċettaw marki oħrajn fejn dawn il-marki bla dubju jidentifikaw l-oġġetti bħala intiżi għal għanijiet industrijali bħal ippezzar, filterjar eċċ. u mhux għal ilbies jew għanijiet simili.

Dan is-subtitlu ma jinkludix kwadri ta’ stampar bl-iskrin, li jikkonsisti fi drapp immuntat fuq support (subtitlu 5911 90 90), għarbiel ta’ l-idejn u għarbiel tan-naqal ta’ l-idejn (titlu 9604 00 00).

5911 90 10 u 5911 90 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru l-prodotti tat-tessut imniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5911, (A), bl-eċċezzjoni tad-drappijiet tat-tessut speċifikati f’subtitli 5911 10 00, 5911 20 00 u 5911 40 00, flimkien ma’ l-oġġetti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 5911, (B), bl-eċċezzjoni ta’ drapp tal-pezza manifatturat li jaqa’ f’subtitlu 5911 20 00 u oġġetti li jaqgħu f’subtitli 5911 31 11 sa 5911 32 90.

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5911 90 għall-klassifikazzjoni ta’ oġġetti magħmulin minn spirali ta’ monofilamenti magħqudin, li għandhom użi simili għal drappijiet tat-tessut u feltri ta’ tip użat fil-manifattura ta’ karta jew magni simili.

KAPITLU 60

DRAPPIJIET MAĦDUMIN BIL-LABAR (KNITTED) JEW BIL-GANĊ (CROCHETED)

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni f’dawn il-kapitli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali ta’ tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.

6002

Drappijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mhux usa’ minn 30 ċm, li fihom bil-piż 5 % jew aktar ħjut elastometriċi jew ħjut tal-lastiku, ħlief dawk ta’ titlu 6001

Ara Nota 13 għal din it-taqsima għad-definizzjoni tat-terminu “ħjut elastometriċi”.

6003

Drappijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mhux usa’ minn 30 ċm, ħlief dawk ta’ titlu 6001 jew 6002

6003 30 10

Bizzilla Raschel

Bizzilla Raschel hija drapp meħjut b’disinn li jixbaħ il-bizzilla magħmula fuq magna jacquard raschel. Il-figuri disinjati u s-sottofond jista’ jkollhom densitajiet ta’ drapp varjati. Marki fid-densita’ tad-drapp jistgħu jippermettu effett ta’ skuratura u li struttura ffurmata tkun magħmula fid-disinn.

6004

Drappijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ usa’ minn 30 ċm, li fihom bil-piż 5 % jew aktar ħjut elastometriċi jew ħjut tal-lastiku, ħlief dawk ta’ titlu 6001

Ara Nota 13 għal din it-taqsima għad-definizzjoni tat-terminu “ħjut elastometriċi”.

6005

Drappijiet maħdumin malja mal-medd (inklużi dawk magħmulin fuq magni tas-suf tal-gallun), ħlief dawk ta’ titli 6001 sa 6004

Drappijiet maħdumin malja mal-medd huma drappijiet magħmulin fuq magni li jaħdmu malji mal-medd, magni raschel jew magni tas-suf tal-gallun. Bil-kontra ta’ ħjut ta’ l-insiġ, huma jkunu magħmulin bħala riżultat ta’ ħjut tal-medd li jingħaqdu ma’ xulxin permezz ta’ għoqod. Ħjut tal-medd jikkonsistu f’sistema waħda jew aktar ta’ ħjut li jimxu tul id-drapp. Ħjut maġenb xulxin jingħaqdu u fl-istess ħin jiffurmaw għoqod (teknika ta’ multi-insiġ) (ara ukoll in-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali A, (II)).

Il-magna tas-suf tal-gallun tagħmel parti mill-grupp ta’ magni li jaħdmu malji tal-medd. Hija taħdem b’sistema tal-medd li timxi tul il-ħjut u bi ħjut tal-medd orizzontali. Magni tas-suf tal-gallun spiss jintużaw biex isiru strixxi meħjutin għall-manifattura ta’ lbies (strixxi li jagħmlu bordura elastika għall-qadd u s-sieq, tejpijiet ta’ l-isem, strixxi għall-ispallejn, strixxi għal bordura, strixxi ta’ l-irjus, tejpijiet għaż-żipp) u biex isiru ċfuf għall-ittrimjar ta’ purtieri u kuxxini.

6005 31 50

Bizzilla Raschel , ħlief għal purtieri jew drapp tal-purtieri tax-xibka

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6003 30 10.

6005 32 50

Bizzilla Raschel , ħlief għal purtieri jew drapp tal-purtieri tax-xibka

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6003 30 10.

6005 33 50

Bizzilla Raschel , ħlief għal purtieri jew drapp tal-purtieri tax-xibka

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6003 30 10.

6005 34 50

Bizzilla Raschel , ħlief għal purtieri jew drapp tal-purtieri tax-xibka

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6003 30 10.

KAPITLU 61

OĠĠETTI TA’ LBIES U AĊĊESSORJI TAL-ĦWEJJEĠ, MAĦDUMIN BIL-LABAR (KNITTED) JEW BIL-GANĊ (CROCHETED)

Ġenerali

1.

Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.

2.

Għall-klassifikazzjoni ta’ ħwejjeġ magħmulin f’settijiet għal bejgħ bl-imnut, ara Nota 14 għal din it-taqsima.

3.

Meta parti ta’ libsa jew taħlita ta’ titlu 6103 jew 6104 għandhom trimmjaturi jew dekorazzjonijiet applikati li ma jinstabux fuq il-parti jew partijiet l-oħra, dawn il-ħwejjeġ kollha jibqgħu klassifikati bħala lbies jew taħlit sakemm dawn it-trimmjaturi jew dekorazzjonijiet ikunu ta’ importanza minuri u jkunu limitati għal post wieħed jew tnejn fuq il-ħwejjeġ (eż., fuq l-għonq u fuq it-truf tal-kmiem jew fuq il-pavru u l-bwiet).

 

4.

Ħwejjeġ li jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem f’distinzjoni ma’ ħwejjeġ li jgħattu n-naħa t’isfel tal-ġisem u ma’ ħwejjeġ li jgħattu l-ġisem (eż. sraten, ilbiesi) huma ħwejjeġ li:

mill-karatteristiċi tagħhom (stil, qatgħa eċċ.) għandhom l-għan li jintlibsu bħala anoraks, ġkieket (ta’ l-ilbiesi) u l-parti ta’ fuq ta’ settijiet, qomos u blawsijiet, il-parti ta’ fuq tal-paġami, pulowvers, ġersijiet u sdieri, il-parti ta’ fuq tal-ħwejjeġ ta’ l-iski eċċ. (Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjoni kontradittorja, dawn il-ħwejjeġ m'għandhomx bżonn li jkunu jgħattu kompletament il-parti ta’ fuq tal-ġisem eż. m’għandhom la jwasslu sal-qadd u lanqas jgħattu kompletament is-sider jew id-dahar.), u

ma jestendux taħt in-naħa tan-nofs tal-koxxa. Madankollu, l-aktar minħabba l-moda, xi partijiet minn dawn il-ħwejjeġ jistgħu jaslu sa taħt in-naħa tan-nofs tal-koxxa (eż. il-frenża dekorattiva tal-moda, iżda wkoll d-denb tal-frakk) u huma negliġibbli fejn jidħol it-tul tal-ħwejjeġ, għax ma jbiddlux il-funzjoni ta’ dawn il-ħwejjeġ, li hija li tgħatti n-naħa ta’ fuq tal-ġisem.

6101

Surtù, car coats , kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket ta’ l-iskijar), windcheaters , ġkieket għar-riħ u oġġetti simili ta’ l-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta’ titlu 6103

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 91 00 sa 6201 99 00 japplikaw, mutatis mutandis.

6101 20 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Karatteristika ta’ dawn is-“surtù u oġġetti simili” hija li, meta milbusin, dawn għandhom jgħattu l-ġisem għallinqas sa’ nofs il-koxxa.

Ġeneralment, fil-każ ta’ qisien standard (qisien normali) ta’ ilbies ta’ l-irġiel (ħlief subien) dan il-qies minimu, imkejjel mill-ħjata ta’ l-għonq mar-raqba (seba’ vertebra) mat-tarf tal-qiegħ, bl-ilbies mqiegħed ċatt, jikkorrispondi mal-qisien f’ċentimetri fl-iskeda t’hawn taħt (ara dijagramma hawn taħt).

Image

Il-qisien murijin fl-iskeda jirrapreżentaw medji meħudin minn diversita’ ta’ lbies fil-qisien standard (qisien normali) għall-irġiel (ħlief subien) — S (żgħir, qisien żgħar), M u L (kbar, qisien kbar).

Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard ta’ l-irġiel (ħlief subien)

Image

Ilbies mhux twil biżżejjed biex ikun klassifikat bħala surtú jew simili, bl-eċċezzjoni ta’ car coats (car coats u simili — ara definizzjoni hawn taħt) li jagħmlu parti minn hawn, għandhom ikunu klassifikati f’subtitlu 6101 20 90, 6101 30 90 jew 6101 90 80.

Car coats

Car coats huma lbies ta’ barra li joqgħodu wisgħin bi kmiem twal u li jkunu milbusin fuq il-ħwejjeġ l-oħrajn kollha għal protezzjoni kontra t-temp. Huma jkunu ġeneralment magħmulin minn drappijiet tat-tessut mhux ħfief ħlief dawk imsemmijin f’titlu 5903, 5906 jew 5907 00 00. Car coats ivarjaw fit-tul minn taħt il-ferq għal nofs il-koxxa. Huma jista’ jkollhom sider wieħed jew doppju.

Car coats ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

ftuħ komplut fuq quddiem magħluq b’buttuni iżda ġieli b’żipp jew buttuni li jingħafsu,

kisi li jista’ jinqala’ (li jista’ jkun infurrat u/jew ikkuttunat),

qsim ċentrali fuq wara jew qasmiet tal-ġnub.

Karatteristiċi mhux obbligatorji:

bwiet,

għonq.

Car coats ma jkollhomx il-karatteristiċi li ġejjin:

barnuża,

qafla għall-ġbid jew mezzijiet oħrajn għal issikkar mal-qadd u/jew mal-qiegħ ta’ l-ilbies. Madanakollu, dan ma jeskludix ċinturin.

L-espressjoni “u simili”, safejn din tikkonċerna car coats, tinkludi ukoll ilbies li għandhom l-istess karatteristiċi ta’ car coats iżda li għandhom barnuża.

6101 30 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6101 20 10.

6101 90 20

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6101 20 10.

6102

Surtù, car coats , kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket ta’ l-iskijar), windcheaters , ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, ħlief dawk ta’ titlu 6104

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 91 00 sa 6201 99 00 japplikaw, mutatis mutandis.

6102 10 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6101 20 10 japplikaw, mutatis mutandis, fejn il-qisien li jikkorrispondu għall-ilbies tan-nisa (ħlief tfajliet) huma kif ġejjin:

Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard tan-nisa (ħlief tfajliet)

 

Image

6102 20 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6102 10 10.

6102 30 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6102 10 10.

6102 90 10

Surtù, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6102 10 10.

6104

Ilbiesi sħaħ, ensembles , ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverolls b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa ( breeches ) u xorzijiet (ħlief malji ta’ l-għawm) tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6104 41 00 sa 6104 49 00

Ilbiesi

It-terminu “ilbiesi” tfisser ħwejjeġ intiżi li jgħattu l-ġisem, li normalment jibdew mill-ispallejn u possibilment jestendu sa’ l-għarqub jew taħtu, fil-kmiem jew mingħajrhom. Għandu jkun possibli li tilbishom mingħajr ma jkollok għalfejn tilbes kwalunkwe ħwejjeġ oħrajn fl-istess ħin. L-ilbis ta’ ħwejjeġ ta’ taħt ma jeskludix il-klassifikazzjoni ta’ dawn il-ħwejjeġ bħala libsa. Dan it-terminu jinkorpora ukoll lbiesi trasparenti. Fejn il-parti ta’ fuq ta’ ħwejjeġ bħal dawn tikkonsisti f’ċingi flimkien ma vavalori fuq quddiem jew fuq quddiem u fuq wara, huma jitqiesu bħala lbies biss jekk il-qisien, il-qatgħa u l-pożizzjoni tal-vavalori msemmijin jippermettilhom li jintlibsu kif ingħad hawn fuq. Jekk dan ma jkunx il-każ, dawn l-ilbies għandhom ikunu klassifikati bħala dbielet f’subtitli 6104 51 00 sa 6104 59 00.

6104 51 00 sa 6104 59 00

Dbielet u dbielet mifrudin

It-terminu “dbielet” jfisser ilbies intiż li jgħatti l-parti ta’ taħt tal-ġisem, li normalment jibdew mal-qadd u possibilment jinżlu sa l-għarqub jew aktar l-isfel. Dbielet huma lbies li għandhom jintlibsu għallinqas ma’ biċċa ħwejjeġ oħra bħal flokk, qmis, bluża, qmis-bluża, ġêrsi jew kwalunkwe ilbies simili intiż li jkopri l-parti ta’ fuq tal-ġisem. Fejn ilbies bħal dan ikollu ċingi, dan ma jieqafx milli essenzjalment li jkunu dbielet.

Fejn, bħala żieda ma’ ċineg, dawn ikollhom vavalori fuq quddiem u/jew fuq id-dahar, dawn l-ilbiesi jibqgħu klassifikati bħala dbielet f’dawn is-subtitli jekk il-qisien, il-qatgħa u l-pożizzjoni tal-vavalori msemmijin ma jkunux biżżejjed biex jippermettu li l-ilbiesi jkunu milbusin mingħajr ħwejjeġ tat-tipi msemmijin hawn fuq. Dbielet mifrudin huma lbies bil-karatteristiċi t’hawn fuq iżda li jkopru s-saqajn b’mod separat. Huma jkollhom qatgħa u wisa’ li tagħmilhom jintgħarfu minn xorz jew qliezet.

6106

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Blawżijiet

Blawżijiet għal nisa jew tfajliet huma lbies ħfief fil-piż intiżi li jkopru l-parti ta’ fuq tal-ġisem, ta’ disinn allegru u li s-soltu jkollhom qatgħa li toqgħod laxka, b’kullar jew mingħajru, bi kmiem jew mingħajrhom, bi kwalunkwe tip ta’ linja ta’ l-għonq jew għallinqas strixxi ta’ l-għonq, b’buttuni jew mezzi oħrajn biex tissikka, in-nuqqas ta’ buttuni jew mezzi biex tissikka jkun permess biss fil-każ ta’ lbies maqtugħ qasir ħafna, bi trimmjaturi dekorattivi jew mingħajrhom bħal ingravajjet, ġabotti, bizzilla jew rakkmu.

Qomos u qomos-blawżijiet

Qomos u qomos-blawżijiet għal nisa jew tfajliet huma lbiesi intiżi li jkopru l-parti ta’ fuq tal-ġisem bi ftuħ komplut jew parzjali mil-linja ta’ l-għonq, bi kmiem, ġeneralment b’kullar, bi bwiet jew mingħajrhom, iżda mingħajr bwiet taħt il-qadd. Il-qatgħa ta’ dawn l-ilbies hija bbażata fuq dik ta’ qomos għall-irġiel jew għas-subien u għalhekk il-ftuħ ikun ġeneralment jinsab fuq quddiem. Iż-żewġ partijiet tal-ftuħ jingħalqu jew jgħaddu fuq xulxin mil-lemin għal fuq ix-xellug.

Bl-applikazzjoni ta’ Nota 9 għal dan il-kapitlu, qomos u qomos-blawżijiet ta’ dan it-titlu jista’ jkollhom ftuħ li t-truf tiegħu ma jgħaddux fuq xulxin.

Ilbies ta’ dan it-titlu jgħaddi taħt il-qadd, blawżijiet ġeneralment ikunu iqsar mill-ilbies l-ieħor imsemmi hawn fuq.

Dan it-titlu ma jinkludix ħwejjeġ li, minħabba t-tul tiegħu, jingħaraf għal ilbies bħala libsa.

6107

Qliezet ta’ taħt, briefs , qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili ta’ l-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6107 21 00 sa 6107 29 00

Qomos tas-sodda u piġami

Dawn is-subtitli jinkludu piġami ta’ l-irġiel jew tas-subien, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, li — minħabba l-apparenza u n-natura ġenerali tad-drapp — jintgħarfu bħala intiżi għal ilbies esklussivament jew prinċipalment bħala lbies tas-sodda.

Piġami jikkonsistu f’żewġ partijiet ta’ ħwejjeġ, li huma:

parti li hija intiża li tkopri l-parti ta’ fuq tal-ġisem, ġeneralment parti li tkun qisha tip ta’ ġakketta,

parti li tikkonsisti f’qalziet jew xorz ta’ qatgħa sempliċi, bl-ebda ftuħ jew bi ftuħ fuq quddiem.

Il-komponenti ta’ dawn il-piġami għandhom ikunu ta’ qies li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ qatgħa li taqbel, drapp kostitwenti, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar biex juri b’mod ċar li huma disinjati li jintlibsu flimkien minn persuna waħda.

Piġami għandhom ikunu jintgħarfu bħala komdi għall-ilbies bħala ħwejjeġ għas-sodda:

min-natura tad-drapp,

mill-qatgħa tagħhom li ġeneralment toqgħod laxka, u

min-nuqqas ta’ karatteristiċi mhux komdi bħal buttuni kbar jew goffi u dekorazzjonijiet applikati eċċessivi.

Ħwejjeġ għas-sodda f’biċċa waħda tat-tip ta’ owverol li jgħattu kemm il-parti ta’ fuq u l-parti ta’ taħt tal-ġisem u li jgħattu kull sieq b’mod separat huma klassifikati f’subtitli 6107 91 00 jew 6107 99 00.

6108

Ilbiesi ta’ taħt, dbielet ta’ taħt, briefs , qliezet ta’ taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6108 31 00 sa 6108 39 00

Ilbiesi tas-sodda u piġami

Dawn is-subtitli jinkludu piġami tan-nisa jew tat-tfajliet, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, li — mill-apparenza u n-natura ġenerali tad-drapp — jintgħarfu bħala intiżi għal ilbies esklussivament jew prinċipalment bħala lbies tas-sodda.

Piġami jikkonsistu f’żewġ partijiet ta’ ħwejjeġ, li huma:

parti li hija intiża li tkopri l-parti ta’ fuq tal-ġisem, ġeneralment parti li tkun qisha tip ta’ ġakketta, jew gêrsi jew tip ta’ lbies simili,

parti li tikkonsisti f’qalziet jew xorz ta’ qatgħa sempliċi, kemm jekk bi ftuħ jew mingħajr ftuħ.

Il-komponenti ta’ dawn il-piġami għandhom ikunu ta’ qies li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ qatgħa li taqbel, drapp kostitwenti, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar biex juri b’mod ċar li huma disinjati li jintlibsu flimkien minn persuna waħda.

Piġami għandhom ikunu jintgħarfu bħala komdi għall-ilbies bħala ħwejjeġ għas-sodda:

min-natura tad-drapp,

mill-qatgħa li ġeneralment toqgħod laxka tagħhom, u

min-nuqqas ta’ karatteristiċi mhux komdi bħal buttuni kbar jew goffi u dekorazzjonijiet applikati eċċessivi.

Settijiet ta' ħwejjeġ magħrufin bħala ‘babydolls’ li jikkonsistu f'libsa tas-sodda qasira ħafna u “briefs” li jaqbel magħha huma kkunsidrati bħala piġami wkoll.

Ħwejjeġ għas-sodda f’biċċa waħda tat-tip ta’ owverol li jgħattu kemm il-parti ta’ fuq u l-parti ta’ taħt tal-ġisem u li jgħattu kull sieq b’mod separat huma klassifikati f’subtitli 6108 91 00 sa 6108 99 00.

6109

T-shirts , flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Ilbiesi ta’ dan it-tip imsemmijin f’Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu, li għandhom ftuħ parzjali fuq quddiem mal-linja ta’ l-għonq, issikkat jew sempliċiment daqsxejn mqabbeż, huma esklużi minn dan is-subtitlu. Dawn ġeneralment jaqgħu f’titlu 6105 jew 6106, kif xieraq, skond il-provvedimenti ta’ Noti 4 u 9 għal dan il-kapitlu, jew għal ilbies ta’ l-irġiel jew tas-subien bla kmiem, titlu 6114, skond il-provvedimenti tat-tieni sentenza ta’ Nota 4 għal dan il-kapitlu.

6110

Ġersijiet, pulowvers, kardigans, sdieri u oġġetti simili, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Dan it-titlu jkopri lbies intiż li jgħatti l-parti ta’ fuq tal-ġisem, bi kmiem jew mingħajrhom, bi kwalunkwe tip ta’ linja ta’ l-għonq, b’kullar jew le, bi bwiet jew mingħajrhom.

Dawn l-ilbiesi ġeneralment ikollhom gwardjuni jew qasmiet fil-qiegħ, madwar il-ftuħ, it-truf tal-kmiem jew it-toqob ta’ l-idejn.

Huma jistgħu jkunu magħmulin minn kwalunkwe tip ta’ materjal maħdum bil-labar jew bil-ganċ, inklużi drappijiet ħfief jew meħjutin b’mod fin, ta’ kwalunkwe fibra tat-tessut.

Huma jista’ jkollhom kwalunkwe forma ta’ dekorazzjoni, inkluża bizzilla jew rakkmu.

Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ ilbies li jaqgħu f’dan it-titlu:

1.

ġersijiet inklużi swetxerts (b’għonq V, crew, tond jew boat jewgħonq jinqaleb fuqu innifsu,,polo jew fekruna (turtle) li jintlibsu billi jgħadduhom minn fuq ir-ras u ġeneralment la jkollhom ftuħ fuq il-linja ta’ l-għonq u lanqas sistema ta’ ssikkar;

2.

ħwejjeġ simili għal dawk tas-subparagrafu ta’ qabel dan, b’kullar jew mingħajru, iżda li għandhom ftuħ parzjali mal-linja ta’ l-għonq, pereżempju, fuq quddiem jew fuq l-ispalla, li jingħalaq permezz ta’ buttuni jew b’mezzi oħrajn ta’ ssikkar;

3.

kowtijiet tal-qadd u kardigans li għandhom ftuħ ma’ tulhom kollu fuq quddiem b’buttuni jew mingħajr buttuni jew b’mezzi oħrajn ta’ ssikkar, b’kullar jew mingħajru;

4.

ħwejjeġ magħrufin bħala “twinsets” li jikkonsistu f’pulowver bi kmiem jew mingħajrhom u kardigan bi kmiem twal jew qosra. Dawn il-ħwejjeġ għandhom ikunu ta’ qisien li jikkorrispondu u ta’ l-istess materjal u kuluri. Disinni u dekorazzjoni meta preżenti, għandhom ukoll ikunu l-istess fuq iż-żewġ partijiet tal-ħwejjeġ;

5.

ilbiesi deskritti fi kwalunkwe waħda mid-daħliet ta’ qabel magħmulin minn materjal ħafif fil-piż tat-tip użat għal T-shirts jew partijiet ta’ l-ilbies simili, li għandhom qafla għal ġbid, strixxa għall-qadd bil-qatgħat jew kwalunkwe mezz ieħor ta’ ssikkar mal-qiegħ.

Dan it-titlu ma jinkludix:

(a)

blawżijiet tan-nisa jew tat-tfajliet (titlu 6106);

(b)

inċirati, windcheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili (titlu 6101 jew 6102 kif xieraq);

(ċ)

T-shirts, flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn (titlu 6109).

6110 12 10 u 6110 12 90

Ta’ mogħoż ta’ Kaxmer (Każimiri)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 5102 11.

6110 20 10

Flokkijiet tas-suf ( jumpers ) u pulowvers ħfief maħdumin fin bil-labar bl-għonq jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna ( turtle)

Il-ħwejjeġ li ġejjin jitqiesu bħala flokkijiet tas-suf (jumpers) u pulowvers ħfief b’għonq jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna (turtle): ħwejjeġ maħdumin bil-labar ħfief, issikkati li jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, f’kulur wieħed jew aktar, bi kmiem jew mingħajr kmiem u li għandhom għonq li jinqaleb fuqu innifsu,, polo jew fekruna (turtle) mingħajr ftuħ.

It-terminu “maħdumin bil-labar b’mod fin” ifisser ħidma bil-labar li tikkonsisti f’għallinqas 12-il ħjata għal kull ċm kemm orizzontalment kif ukoll vertikalment mgħadudin fuq naħa waħda ta’ kampjun ta’ qies ta’ 10 ċm b’ 10 ċm.

Flokkijiet tas-suf (jumpers) u ġersijiet ħfief b’għonq li jinqaleb fuqu innifsu,, polo jew fekruna (turtle) li s-soltu jkunu maħdumin bil-labar fuq ġersi singlu (ħjata sempliċi), ħjata bil-qatgħat (1 × 1) jew b’ponti rqaq ħafna.

Ġersi singlu (ħjata sempliċi) hija l-eħfef forma ta’ ħjata ta’ l-insiġ (Figura 1), il-ħjatat fuq il-wiċċ jidhru bħala V’s żgħar jew V’s maqlubin (Figura 2) u dawk fuq in-naħa l-oħra huma għoqod magħqudin (Figura 3).

Image

Image

Ħjata fina tat-tip 1 punt sewwa × 1 pont maqlub (Figura 4), jkollha b’mod alternat f’kull ringiela punt sewwa u punt maqlub (Figura 5); sabiex b’mod lonġitudinali fuq naħa waħda tad-drapp ikun hemm qatgħat li jikkorrispondu mal-ħofor fuq in-naħa l-oħra. Iż-żewġ uċuħ tad-drapp maħdum bil-labar ikollhom l-istess apparenza (Figuri 6 u 7).

Image

Image

Image

Interlock hija ħjata b’żewġ biċċiet, li huma identiċi fl-apparenza fuq iż-żewġ naħat. Dan l-effett jinkiseb permezz ta’ punti li jingħaqdu minn żewġ partijiet 1 × 1 (Figura 8), biex b’hekk fuq kull naħa tad-drapp ħjata minn parti waħda talterna ma’ ħjata mill-parti li tikkorrispondi fuq in-naħa l-oħra tad-drapp (Figura 9). Il-partijiet fuq naħa waħda tad-drapp, għalhekk, jikkorrispondu mal-partijiet fuq in-naħa l-oħra (Figuri 10 u 11).

 

Image

 

Image

 

Image

6110 30 10

Flokkijiet tas-suf ( jumpers ) u pulowvers ħfief maħdumin fin bil-labar bl-għonq jinqaleb fuqu innifsu, polo jew fekruna ( turtle )

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6110 20 10.

6111

Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ ta’ trabi, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

Ara Nota 6 (a) għal dan il-kapitlu.

Dan it-titlu jkopri varjetà ta’ lbies maħsuba għat-tfal żgħar ta’ tul ta’ mhux aktar minn 86 ċm (ġeneralment tfal żgħar ta’ madwar 18-il xahar). Dawn jinkludu: kowtijiet, kappotti, xalel ikkuttunati, pixie suits, blużi ta’ ġewwa, lbies magħmul minn żewġ biċċiet, rompers, qliezet, qliezet ta’ fuq, knickerbockers, lbies għal-logħob, kowtijiet tal-qadd, ġkieket għar-riħ, lbiesi, dbielet, boleros, ġkieket, inċirati, mantelli, tuniċi, blawżijiet, qomos-blawżijiet, xortsijiet, eċċ.

X’uħud minn dawn il-ħwejjeġ huma oġġetti layette. Fost dawk l-oġġetti layette hemm xi uħud li d-daqs tagħhom ma jistax jiġi ddefinit, iżda huma klassifikati f'dan it-titlu, jekk ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar bħala lbiesi maħsuba għat-trabi.

Dan it-titlu għalhekk jinkludi:

1.

ilbies tal-magħmudija;

2.

“kappotti barnuż”: lbiesi żgħar bla kmiem bil-barnuża;

3.

pixie suits: ilbies bil-barnuż u kmiem, li jiffurmaw kemm kowt kif ukoll basket (magħluq kompletament fil-qiegħ);

4.

xkejjer għall-irqad (sleeping bags) (jistgħu jkunu kkuttunati) għat-trabi, bil-kmiem jew bit-toqob għall-idejn.

Image

6112

Tracksuits , ilbiesi ta’ skijar u malji ta’ l-għawm, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6112 11 00 sa 6112 19 00

Tracksuits

Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 6112, (A)

6112 31 10 sa 6112 39 90

Malji ta’ l-għawm ta’ l-irġiel jew tas-subien

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6112, (Ċ), fejn jissemma li titlu 6112 jinkludi inter alia xorz u qliezet ta’ l-għawm, kemm jekk elastiċi jew le.

Xorzijiet ta’ l-għawm huma ħwejjeġ li, minħabba d-dehra ġenerali tagħhom, il-qatgħa u n-natura tat-tessut tagħhom, huma intiżi li jintlibsu biss jew prinċipalment bħala malji ta’ l-għawm u mhux bħala “xorz” ta’ titlu 6103 jew 6104. Ġeneralment dawn ikunu magħmulin kompletament jew prinċipalment minn fibri magħmulin mill-bniedem.

Xorzijiet ta’ l-għawm kollha għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

ikollhom briefs fuq ġewwa meħjutin ma’ l-ilbies jew għallinqas inforra fuq quddiem jew il-fuq tal-qliezi (crotch);

ikunu ssikkati mal-qadd (eż. ikollhom spaga għall-ġbid jew qadd kompletament tal-lastiku).

Xorzijiet ta’ l-għawm jistgħu jkollhom bwiet sakemm

il-bwiet ta’ barra jkollhom sistema ta’ ssikkar soda (eż. huma għandhom ikollhom sikkatura permezz ta’ żipp jew sikkatura tat-tip velkro biex il-but jingħalaq kompletament, jiġifieri, dawn ma jistgħux ikunu ssikkati b’intervalli);

il-bwiet ta’ ġewwa jkollhom l-istess sistema ta’ ssikkar bħall-bwiet ta’ barra msemmijin hawn fuq. Madanakollu, il-bwiet ta’ ġewwa meta jkunu mal-qadd jistgħu sempliċiment ikollhom sistema li tingħalaq li tirkeb sakemm din tiżgura għeluq komplut tal-fetħa tal-but.

Xorzijiet ta’ l-għawm ma jista’ ikollhom ebda minn dawn il-karatteristiċi:

fetħa fuq quddiem anki jekk magħluqa permezz ta’ sistema ta’ għeluq;

fetħa fejn il-qadd anki jekk magħluqa permezz ta’ sistema ta’ għeluq.

6112 41 10 sa 6112 49 90

Malji ta’ l-għawm tan-nisa jew tal-bniet

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6112 31 10 sa 6112 39 90 japplikaw, mutatis mutandis.

6115

Panty hose , tajts, kalzetti, kalzetti qosra u maljerija oħra, inkluża maljerija b'kompressjoni ggradwata (per eżempju, kalzetti għal vini varikużi) u ilbies għar-riġlejn maħdumin bil-labar jew bil-ganċ mingħajr qigħan imwaħħlin

6115 10 10 u 6115 10 90

Maljerija b’kompressjoni ggradwata (per eżempju, kalzetti għal vini varikużi)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 6115 10.

6117

Aċċessorji oħrajn ta’ lbies manifatturati, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ; biċċiet ta’ ħwejjeġ jew ta’ aċċessorji tal-ħwejjeġ maħdumin bil-labar jew bil-ganċ

6117 80 10 u 6117 80 80

Aċċessorji oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6117, tieni paragrafu (12).

Dawn is-subtitli jinkludu strixxi tar-ras maħdumin bil-labar u strixxi ta’ l-idejn tat-tip użat minn irġiel u nisa li jipprattikaw l-isports biex jassorbu l-għaraq u earmuffs maħdumin bil-labar, kemm jekk magħqudin jew le.

KAPITLU 62

OĠĠETTI TA’ LBIES U AĊĊESSORJI TAL-ĦWEJJEĠ, MHUX MAĦDUMIN BIL-LABAR (KNITTED) JEW BIL-GANĊ (CROCHETED)

Ġenerali

1.

Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali tat-tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.

2.

Għall-klassifikazzjoni ta’ ħwejjeġ magħmulin f’settijiet għal bejgħ bl-imnut, ara Nota 14 għal din it-taqsima.

3.

Meta parti minn libsa jew taħlita ta’ titlu 6203 jew 6204 ikollha trimmjaturi jew dekorazzjonijiet applikati li ma jinsabux fuq il-parti jew partijiet l-oħrajn, dawn il-ħwejjeġ kollha jibqgħu klassifikati bħala lbies jew taħlit sakemm dawn it-trimmjaturi jew dekorazzjonijiet ikunu ta’ importanza minuri u huma limitati għal post wieħed jew tnejn fuq il-ħwejjeġ (eż., fuq l-għonq u t-truf tal-kmiem jew fuq il-pavri u fuq il-bwiet).

Madanakollu, meta dawn id-dekorazzjonijiet ikunu magħmulin matul l-insiġ tal-ħwejjeġ, klassifikazzjoni bħala lbies jew taħlit huwa eskluż, ħlief meta d-dekorazzjoni tkun lowgo jew simbolu simili ieħor.

4.

Dan il-kapitlu jinkludi oġġetti ta’ lbies industrijali u tax-xogħol li huma msemmijin f’subtitli tan-Nomenklatura Magħquda u li minħabba d-dehra ġenerali tagħhom (sempliċi jew qatgħa speċjali jew disinn relatat mal-funzjoni ta’ l-ilbies) u n-natura tat-tessut tagħhom, li tkun ġeneralment iebsa u ma tinxtorobx, jidhru b’mod ċar li huma disinjati biex jintlibsu biss jew prinċipalment biex jagħtu protezzjoni (fiżika jew għas-saħħa) għal ħwejjeġ u/jew għal nies matul attivitajiet industrijali, professjonali jew domestiċi.

Ġeneralment, ilbies ta’ dan it-tip ma jinkludix dekorazzjoni. Għal dan il-għan deskrizzjonijiet u simboli li jirreferu għall-attivita’ li ssir ma jitqisux bħala dekorazzjoni.

Ilbies ta’ dan it-tip huwa magħmul minn qoton, fibri sintetiċi jew artifiċjali, jew minn taħlita ta’ dawn il-materjali ta’ tessut.

Sabiex tiżdied is-saħħa tagħhom, iż-żewġ tipi ta’ ħjatiet l-iktar użati spiss meta huma jkunu magħmulin huma l-ħjata “sigurta” u l-ħjata doppja.

Ilbies industrijali jew tax-xogħol spiss ħafna ikun ssikkat permezz ta’ żippijiet, buttuni li jintgħafsu, strixxi tal-“velkro” jew għeluq imsallab jew mgħaqqad permezz ta’ lazz jew simili.

Ilbies ta’ dan it-tip jista’ jinkludi bwiet li ġeneralment ikunu meħjutin fuqhom. Projets maqsumin ikunu ġeneralment magħmulin mill-istess drapp bħal dak ta’ l-ilbies u ma jkunux allinjati bl-istess mod bħal oġġetti oħrajn ta’ l-ilbies.

Jistgħu jissemmew fost ilbies industrijali u tax-xogħol ta’ ilbies użat minn mekkaniks, ħaddiema ta’ fabriki, bennejja, bdiewa, eċċ., li ġeneralment ikunu ħwejjeġ magħmulin minn żewġ partijiet, owverols, vavalori u owverols biċ-ċingi u qliezet. Għal attivitajiet oħrajn dawn jistgħu jkunu fradal, kowtijiet għat-trab, eċċ. (għal tobba, infermieri, sefturi, barbiera, furnara, biċċiera, eċċ.)

Ilbies ta’ daqs kummerċjali ta’ 158 (tul ta’ ġisem = 158 ċm) jew aktar biss għandhom jitqiesu bħala lbies industrijali jew tax-xogħol.

Uniformi u lbies uffiċjali simili ieħor (lbies ta’ l-imħallfin, lbies tal-knisja, pereżempju) ma jitqisux bħala lbies industrijali jew tax-xogħol.

5.

In-Noti ta’ Spjega għal Kapitlu 61, Ġenerali, punt 4 japplikaw, mutatis mutandis.

6201

Surtù, car coats , kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket ta’ l-iskijar), wind-cheaters , ġkieket għar-riħ u oġġetti simili ta’ l-irġiel jew tas-subien, ħlief dawk ta’ titlu 6203

6201 11 00 sa 6201 19 00

Surtù, kapotti għax-xita, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

Karatteristika ta’ dawn is-“surtù u oġġetti simili” hija li, meta milbusin, dawn għandhom jgħattu l-ġisem għallinqas sa nofs il-koxxa.

Ġeneralment, fil-każ ta’ qisien standard (qisien normali) ta’ ħwejjeġ ta’ l-irġiel (ħlief subien) dan it-tul minimu, mkejjel mil-ħjata ta’ l-għonq mar-raqba (seba’ vertebra) sat-tarf tal-qiegħ, bl-ilbies imqiegħed ċatt, jikkorrispondi mal-qisien f’ċentimetri fl-iskeda t’hawn taħt (ara dijagramma t’hawn taħt).

Image

Il-qisien murijin fl-iskeda jirrapreżentaw il-medji meħudin minn varjeta’ ta’ lbies fil-qisien standard (qisien normali) għal irġiel (ħlief subien) — S (żgħir, qisien żgħar), M (medju, qisien medji) u L (kbir, qisien kbar).

Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard ta’ l-irġiel (ħlief subien)

Image

Ilbies mhux twil biżżejjed biex ikun klassifikat bħala surtù jew simili, bl-eċċezzjoni ta’ car coats (car coats u simili — ara definizzjoni hawn taħt) li jagħmlu parti minn hawn ukoll, għandhom ikunu klassifikati f’subtitli 6201 91 00 sa 6201 99 00.

Car coats

Car coats huma lbies ta’ barra li joqgħodu wisgħin bi kmiem twal u li jkunu milbusin fuq il-ħwejjeġ l-oħrajn kollha għal protezzjoni kontra t-temp. Huma aktar formali fl-apparenza minn parkas u huma jkunu ġeneralment magħmulin minn drappijiet tat-tessut mhux ħfief (eż. twid, drapp tas-suf oħxon) għajr dawk imsemmijin f’titlu 5602, 5603, 5903, 5906 jew 5907 00 00. Car coats ivarjaw fit-tul minn taħt il-ferq għal nofs il-koxxa. Huma jista’ jkollhom sider wieħed jew doppju.

Car coats ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

ftuħ komplut fuq quddiem magħluq b’buttuni iżda ġieli b’żipp jew buttuni li jingħafsu,

kisi li jista’ jinqala’ (li jista’ jkun infurrat u/jew ikkuttunat),

qsim ċentrali fuq wara jew qasmiet tal-ġnub.

Karatteristiċi mhux obbligatorji:

bwiet,

għonq.

Car coats ma jkollhomx il-karatteristiċi li ġejjin:

barnuża

qafla għall-ġbid jew mezzijiet oħrajn għal issikkar mal-qadd u/jew mal-qiegħ ta’ l-ilbies. Madanakollu, dan ma jeskludix ċinturin.

L-espressjoni “u simili”, safejn din tikkonċerna car coats, tinkludi ukoll ilbies li għandhom l-istess karatteristiċi ta’ car coats iżda li għandhom barnuża.

Dawn is-subtitli jinkludu lbies magħrufin bħala “parkas” li huma lbies bi stil li jintgħaraf disinjat biex jipprovdi protezzjoni kontra l-kesħa, riħ u xita. Dawn huma lbies ta’ barra li joqgħodu wesgħin bi kmiem twal. Parkas ta’ dawn is-subtitli huma magħmulin minn tessut mhux ħafif, meħjut viċin għajr dawk imsemmijin f’titlu 5903, 5906 jew 5907 00 00. Parkas ivarjaw fittul minn nofs il-koxxa sa l-irkoppa.

Parkas għandhom ikollhom ukoll il-karatteristiċi li ġejjin:

barnuża;

ftuħ komplut fuq quddiem issikkat permezz ta’ żipp, buttuni li jintgħafsu jew velkro, spiss miksijin permezz ta’ flap protettiva;

kisi li jkun normalment ikkuttunat jew ta’ tessut tal-fer artifiċjali;

qafla għal ġbid jew faċilita ta’ ssikkar oħra mal-qadd, ħlief ċinturin;

bwiet ta’ barra.

6201 91 00 sa 6201 99 00

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu inċirati, windcheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili kif deskritt hawn taħt:

1.

Inċirati (inklużi ġkieket ta’ l-iski) u oġġetti simili

Inċirati huma lbies disinjati biex jipproteġu kontra riħ, kesħa u xita. Dawn jista’ jkollhom ħafna karatteristiċi komuni ma’ parkas iżda jvarjaw, fost affarijiet oħrajn, fit-tul tagħhom. Dan jista’ jvarja minn l-isfel sewwa mit-tul tal-qadd sa nofs il-koxxa, iżda mhux aktar l-isfel.

Inċirati ta’ dawn is-subtitli huma magħmulin minn tessuti meħjutin qrib (ħlief dawk imsemmijin f’titlu 5903, 5906 jew 5907 00 00).

Inċirati għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

barnuża (ġieli mgħottija taħt l-għonq ta’ l-ilbies);

ftuħ komplut fuq quddiem issikkat permezz ta’ żipp, buttuni li jintgħafsu, jew velkro, spiss mgħottijin permezz ta’ flap protettiva;

kisja (li tista’ tkun ikkuttunata jew infurrata);

kmiem twal.

Bħala żieda, inċirati s-soltu jkollhom għallinqas waħda minn dawn li ġejjin:

spaga għal ġbid jew mezzi oħrajn għal issikkar mal-qadd u/jew mal-qiegħ tal-ħwejjeġ;

truf tal-kmiem, li joqgħodu issikkatti, bil-lastiku jew issikkati permezz ta’ mezzi oħrajn;

għonq;

bwiet.

Rigward inċirati, it-terminu “u oġġetti simili” jinkludi:

(a)

Ħwejjeġ li għandhom il-karatteristiċi ta’ inċirata ħlief għal:

barnuża, jew

kisja.

Dan jinkludi ukoll ħwejjeġ definiti hawn fuq bħala inċirati li għandhom biss sistema ta’ ftuħ u ta’ ssikkar parzjali fuq quddiem. Dan ma jinkludix ħwejjeġ li la għandhom barnuża u lanqas kisja.

(b)

Ħwejjeġ li m’għandhomx kisja li għandhom kmiem twal u li jistgħu jitwalu sa l-isfel sewwa mill-ġenb iżda mhux taħt nofs il-koxxa. Huma jkunu magħmulin minn drappijiet ta’ tessut minsuġin viċin (ħlief dawk imsemmijin f’titlu 5903, 5906 jew 5907 00 00) u li huma ppruvati jew trattati biex jagħtu protezzjoni adekwata partikolarment kontra x-xita.

Dawn ikollhom barnuża iżda ġeneralment ma jinfetħux għat-tul kollu ta’ l-ilbies fuq quddiem. Fejn ikun hemm biss sistema ta’ ftuħ u ssikkar parzjali li tista’ ma tkunx preżenti, iżda f’dak il-każ, ġirun protettiv għandu jkun inkorporat mal-ftuħ. Huma s-soltu jkollhom faċilita’ ta’ lastiku mdaħħal jew issikkar mat-truf tal-kmiem u mal-qiegħ ta’ l-ilbies.

Ħwejjeġ li kieku kienu jkunu koperti mit-terminu “inċirati (inklużi ġkieket ta’ l-iski) u oġġetti simili” li la jkollhom barnuża u lanqas kisja jistgħu madanakollu jkunu koperti mit-terminu “u oġġetti simili” meta din tintuża f’konnessjoni ma’ windcheaters.

2.

Wind-cheaters, ġkieket għar-riħ u oġġetti simili

(a)

Wind-cheaters huma ħwejjeġ disinjati biex joffru daqsxejn protezzjoni kontra t-temp. Huma twal sal-ġnub jew ftit taħthom. Huma magħmulin minn drappijiet meħjutin viċin. Huma s-soltu jipproteġu minn titjir ta’ l-ilma iżda bil-kontra ta’ inċirati m’għandhomx barnuża.

Wind-cheaters ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

kmiem twal;

ftuħ komplut fuq quddiem issikkat permezz ta’ żipp;

kisja, la kkuttunata u lanqas infurrata;

għonq;

mezz ta’ ssikkar tal-parti ta’ taħt ta’ l-ilbies (normalment mal-qiegħ).

Bħala żieda t-truf tal-kmiem tagħhom jistgħu jkunu joqgħodu laxki, bil-lastiku jew issikkati permezz ta’ xi mezzi oħrajn.

(b)

Ġkieket għar-riħ (komunement imsejħin “blousons”) huma ħwejjeġ ta’ barra li jkopru l-parti ta’ fuq tal-ġisem. Huma s-soltu jkunu ta’ qatgħa sħiħa, li toqgħod laxka li tagħti lill-ħwejjeġ dehra ta’ blawż, u testendi sal-qadd jew daqsxejn taħtu. Huma jista’ jkollhom kmiem twal li jestendu taħt il-qiegħ tal-ħwejjeġ. Id-drappijiet tat-tessut li minnhom huma magħmulin m’għandhomx għalfejn ikunu jipproteġu mit-temp.

Ġkieket għar-riħ għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

linja ta’ l-għonq li toqgħod issikkata, b’għonq jew mingħajr għonq;

ftuħ komplut jew parzjali fuq quddiem mingħajr ebda mezz ta’ ssikkar;

truf tal-kmiem, normalment li joqgħodu ssikkati, bil-lastiku jew issikkati permezz ta’ xi mezzijiet oħrajn;

b’lastiku mdaħħal jew xi forma oħra ta’ ssikkar mal-qiegħ tal-ħwejjeġ.

Bħala żieda ġkieket għar-riħ jista’ jkollhom:

bwiet ta’ barra; u/jew

kisja; u/jew

barnuża.

Rigward ġkieket għar-riħ it-terminu “u oġġetti simili” jinkludu ħwejjeġ li għandhom il-karatteristiċi kollha deskritti f’(b) hawn fuq, ħlief waħda minn dawn li ġejjin:

l-ebda linji ta’ l-għonq li joqgħodu ssikkati; jew

l-ebda ftuħ fuq quddiem, b’linja ta’ l-għonq li toqgħod issikkata jew oħra; jew

ftuħ fuq quddiem mingħajr ebda mezz ta’ issikkar.

Dawn is-subtitli jeskludu:

(a)

surtú, inċirati, car coats, kapep, mantelli u oġġetti simili li jaqgħu f’subtitli 6201 11 00 sa 6201 19 00;

(b)

surtú , kowtijiet, inċirati, car coats, kapep, mantelli u oġġetti simili li jaqgħu f’subtitli 6202 11 00 sa 6202 19 00;

(ċ)

ġkieket u blejżers li jaqgħu f’subtitli 6203 31 00 sa 6203 39 90 jew 6204 31 00 sa 6204 39 90;

(d)

inċirati, wind-cheaters, ġkieket li joqgħodu mal-qadd u affarijiet simili, ta’ drappijiet ta’ tessut ta’ titlu 5903, 5906 jew 5907 00 00, jew li m’humiex minsuġin ta’ titlu 5603, li jaqgħu f’titlu 6210.

6202

Surtu’, car coats , kapep, imnatar, anoraks (inklużi ġkieket ta’ l-iskijar), wind-cheaters , ġkieket għar-riħ u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, ħlief dawk ta’ titlu 6204

6202 11 00 sa 6202 19 00

Surtù, kapotti għax-xita, car coats , kapep, imnatar u oġġetti simili

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 11 00 sa 6201 19 00 japplikaw, mutatis mutandis, fejn il-qisien li jikkorrispondu għal ħwejjeġ tan-nisa (ħlief bniet) huma kif ġejjin:

Tul f’ċentimetri mkejjel l-isfel minn wara ta’ l-ilbies mill-għonq mar-raqba sat-tarf tal-qiegħ ta’ l-ilbies — qisien standard tan-nisa (ħlief bniet)

 

Image

6202 91 00 sa 6202 99 00

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 91 00 sa 6201 99 00 japplikaw, mutatis mutandis.

6204

Ilbiesi sħaħ, ensembles , ġkieket, blejżers, ilbiesi, dbielet, dbielet mifrudin, qliezet, owverols b’vavalor u ċineġ, qliezet li jaslu u jintrabtu taħt l-irkoppa ( breeches ) u xorzijiet (ħlief malji ta’ l-għawm) tan-nisa jew tal-bniet

6204 41 00 sa 6204 49 90

Ilbiesi

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6104 41 00 sa 6104 59 00 japplikaw mutatis mutandis.

6204 51 00 sa 6204 59 90

Dbielet u dbielet mifrudin

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6104 51 00 sa 6104 59 00 japplikaw mutatis mutandis.

6206

Blawżijiet, qomos u qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet

Blawżijiet

Blawżijiet għal nisa jew bniet huma ħwejjeġ ħfief intiżi li jgħattu l-parti ta’ fuq tal-ġisem, ta’ disinn fancy u s-soltu ta’ qatgħa li toqgħod laxka, b’għonq jew mingħajru, bi kmiem jew mingħajrhom, bi kwalunkwe tip ta’ linja ta’ l-għonq jew għallinqas strixxi ta’ l-ispallejn, bi ftuħ jew mingħajr ftuħ. Huma jista’ jkollhom ukoll trimmjaturi bħal ingravati, ġabotti, bizzilla jew rakkmu.

Qomos u qomos-blawżijiet

Il-provvedimenti tan-Noti ta’ Spjega għal titlu 6106 għal qomos jew qomos-blawżijiet tan-nisa jew tal-bniet, maħdumin bil-labar jew bil-kroxe’ japplikaw, mutatis mutandis, għall-qomos u qomos-blawżijiet ta’ dan it-titlu.

Il-ħwejjeġ ta’ dan it-titlu jinżlu sa taħt il-qadd, blawżijiet ġeneralment ikunu iqsar mill-ħwejjeġ l-oħra msemmijin hawn fuq.

Dan it-titlu ma jinkludix ilbies li, minħabba t-tul tiegħu, jitqies għal lbies bħala lbiesi.

6207

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, qliezet ta’ taħt, briefs , qomos tas-sodda, piġami, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili ta’ l-irġiel jew tas-subien

6207 21 00 sa 6207 29 00

Qomos tas-sodda u piġami

Dawn is-subtitli jinkludu piġami ta’ l-irġiel u tas-subien, ħlief dawk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, li — mill-apparenza ġenerali tagħhom u min-natura tad-drapp tagħhom — jintgħarfu bħala għal ilbies esklussivament jew prinċipalment bħala ħwejjeġ għas-sodda.

Piġami jikkonsistu f’żewġ partijiet, li huma:

parti intiża li tkopri l-parti ta’ fuq tal-ġisem, ġeneralment ilbies tip ta’ ġakketta,

parti li tikkonsisti f’qalziet jew xorz ta’ qatgħa sempliċi, mingħajr ftuħ jew bi ftuħ fuq quddiem.

Il-partijiet ta’ dawn il-piġami għandhom ikunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ qatgħa, drapp kostitwenti, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar li jaqblu biex juru b’mod ċar li huma disinjati li jintlibsu flimkien minn persuna waħda.

Piġami għandhom jintgħarfu li huma komdi għal ilbies bħala ħwejjeġ għas-sodda:

min-natura tad-drapp,

mill-qatgħa tagħhom li ġeneralment toqgħod wiesgħa , u

min-nuqqas ta’ karatteristiċi mhux komdi bħal buttuni kbar u goffi u dekorazzjonijiet eċċessivi applikati.

Ħwejjeġ tas-sodda f’biċċa waħda tat-tip ta’ owverol li jkopru kemm il-parti ta’ fuq u l-parti ta’ isfel tal-ġisem u li jgħattu kull sieq b’mod separat huma klassifikati f’subtitli 6207 91 00 sa 6207 99 90.

6208

Flokkijiet ta’ taħt taċ-ċingi u flokkijiet ta’ taħt oħrajn, ilbiesi ta’ taħt, dbielet ta’ taħt, briefs , qliezet ta’ taħt, ilbiesi tas-sodda, piġami, négligés, ġagagi tal-banju, blużi ta’ ġewwa u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet

6208 21 00 sa 6208 29 00

Ilbiesi tas-sodda u piġami

Dawn is-subtitli jinkludu piġami tan-nisa jew tal-bniet, ħlief maħdumin bil-labra jew bil-ganċ, li — mill-apparenza ġenerali tagħhom u n-natura tad-drapp — huma jintgħarfu bħala intiżi esklussivament jew prinċipalment bħala lbiesi tas-sodda.

Piġami jikkonsistu f’żewġ partijiet, li huma:

parti intiża li tkopri l-parti ta’ fuq tal-ġisem, ġeneralment lbies tip ta’ ġakketta, jew pulowver jew tip simili ta’ ħwejjeġ,

parti li tikkonsisti f’qalziet jew xorz ta’ qatgħa sempliċi, kemm jekk bi ftuħ jew mingħajr ftuħ.

Il-partijiet ta’ dawn il-piġami għandhom ikunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel u ta’ qatgħa, drapp kostitwenti, kuluri, dekorazzjonijiet u grad ta’ irfinar li jaqblu biex juru b’mod ċar li huma disinjati li jintlibsu flimkien minn persuna waħda.

Piġami għandhom jintgħarfu li huma komdi għal ilbies bħala ħwejjeġ għas-sodda:

min-natura tad-drapp,

mill-qatgħa tagħhom li ġeneralment toqgħod wiesgħa, u

min-nuqqas ta’ karatteristiċi mhux komdi bħal buttuni kbar u goffi u dekorazzjonijiet eċċessivi applikati.

Settijiet ta’ ħwejjeġ magħrufin bħala “babydolls” li jikkonsistu f’libsa tas-sodda qasira ħafna u briefs li jaqblu huma meqjusin ukoll bħala piġami.

Ħwejjeġ tas-sodda f’parti waħda tat-tip ta’ owverol li jgħattu kemm il-parti ta’ fuq u l-parti ta’ isfel tal-ġisem u li jgħattu kull sieq b’mod separat huma klassifikati f’subtitli 6208 91 00 sa 6208 99 00.

6209

Ħwejjeġ u aċċessorji ta’ ħwejjeġ ta’ trabi

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 6111 japplikaw, mutatis mutandis.

6210

Ħwejjeġ, magħmulin minn drappijiet ta’ titlu 5602 , 5603 , 5903 , 5906 , jew 5907 00 00

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6201 11 00 sa 6201 19 00 u għal subtitli 6202 11 00 sa 6202 19 00 japplikaw mutatis mutandis.

6210 10 92

Ilbiesi li jintużaw darba tat-tip użat minn pazjenti jew kirurgi waqt proċeduri ta' kirurġija

Il-ġagagi tal-pazjenti u dawk kirurġiċi huma prodotti li jintużaw darba biss li normalment jingħalqu minn wara, u li jintużaw fl-istituzzjonijiet għall-kura tas-saħħa. Il-ġagagi jintużaw biex jiġi evitat it-trasferiment ta' aġenti li huma potenzjalment infettivi (fix- xott, fl-umdu jew li jkunu fl-ajra) b'kuntatt dirett mit-tim kirurġiku lill-pazjent u viċeversa. Il-ġagagi normalment huma magħmulin minn saffi multipli ta' materjali mhux minsuġin u jistgħu jkunu parzjalment laminati b'film tal-plastik biex jipprovdi aktar saħħa u protezzjoni f'partijiet li x'aktarx ikunu esposti għall-fluwidi tal-ġisem (pereżempju n-naħa ta' isfel tad-dirgħajn u l-addome). Il-ġagagi kirurġiċi jistgħu jiġu mxappa bil-fluworokarbonji jew bis-siliċju biex itejbu l-impermeabbiltà.

Image

6211

Tracksuits , ilbiesi ta’ skijar u malji ta’ l-għawm; ħwejjeġ oħrajn

6211 11 00 u 6211 12 00

Malji ta’ l-għawm

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6211, l-ewwel paragrafu.

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6112 31 10 sa 6112 39 90 japplikaw, mutatis mutandis.

6211 32 31

B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku

Għall-applikazzjoni ta’ dan is-subtitlu l-komponenti ta’ tracksuit għandhom ikunu ta’ l-istess kostruzzjoni, stil, kulur u komposizzjoni ta’ drapp; huma għandhom ukoll ikunu ta’ daqs li jikkorrispondi jew li jaqbel.

Meta parti ta’ tracksuit bħal din ikollha trimmjaturi jew dekorazzjonijiet applikati li ma jinsabux fuq il-parti l-oħra, dawn il-ħwejjeġ jibqgħu klassifikati f’dan is-subtitlu sakemm dawn it-trimmjaturi jew dekorazzjonijiet ikunu ta’ importanza minuri u jkunu limitati għal post wieħed jew tnejn fuq il-ħwejjeġ (eż., fuq l-għonq u fuq it-truf tal-kmiem).

Madanakollu, meta dawn it-trimmjaturi jew dekorazzjonijiet ikunu magħmulin matul l-insiġ tal-ħwejjeġ, klassifikazzjoni f’dan is-subtitlu hija eskluża, ħlief meta d-dekorazzjoni tkun lowgo jew simbolu simili.

6211 32 41 u 6211 32 42

Oħrajn

Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, il-partijiet komponenti ta’ fuq u ta’ isfel ta’ tracksuit għandhom ikunu mibjugħin flimkien.

6211 33 31

B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6211 32 31.

6211 33 41 u 6211 33 42

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 6211 32 41 u 6211 32 42.

6211 42 31

B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6211 32 31.

6211 42 41 u 6211 42 42

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 6211 32 41 u 6211 32 42.

6211 43 31

B’qoxra ta’ barra minn drapp wieħed identiku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6211 32 31.

6211 43 41 u 6211 43 42

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6211 32 41 u 6211 32 42

6212

Riċipettijiet, ċinet, kurpetti, ċineg, suspenders , takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le

6212 20 00

Ċinet u ċinet tal-qliezet ta’ taħt

Dan is-subtitlu jkopri ċinet ta’ qliezet ta’ taħt, kemm jekk maħdumin bil-labar jew bil-ganċ, maqtugħin fil-forma ta’ briefs bis-saqajn jew le jew briefs tal-qadd għoli bis-saqajn jew le.

Huma għandhom ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

ikunu mal-qadd u l-ġnub u jkollhom pannell mal-ġenb ta’ 8 ċm jew aktar għoli (imkejjel mis-sieq sa fuq),

(b)

elastiċita’ vertikali u elastiċita’ orizzontali ristretta. Rinforzi bħal daħliet fuq l-istonku, anki b’lazz, ċfuf, trimmjaturi u affarjiiet simili applikati, huma aċċettabbli jekk l-elastiċita’ tibqa’ vertikali,

(ċ)

ikunu magħmulin mill-materjali ta’ tessut li ġejjin:

taħlit ta’ qoton b’kontenut ta’ ħjut elastomeriku ta’ għallinqas 15 %, jew

taħlit ta’ fibri magħmulin mill-bniedem b’kontenut ta’ ħjut elastomeriku ta’ għallinqas 10 %, jew

taħlit ta’ qoton (mhux aktar minn 50 %) u bi proporzjoni ta’ fibri magħmulin mill-bniedem b’kontenut ta’ ħjut elastomeriku ta’ għallinqas 10 %.

6217

Aċċessorji oħrajn tal-ħwejjeġ manifatturati; biċċiet ta’ ilbies jew ta’ aċċessorji ta’ ilbies, ħlief dawk ta’ titlu 6212

6217 10 00

Aċċessorji

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6117 80 10 u 6117 80 80 japplikaw, mutatis mutandis.

KAPITLU 63

OĠĠETTI OĦRAJN MANIFATTURATI TA’ TESSUTI; SETTIJIET; ĦWEJJEĠ LI JINTLIBSU U OĠĠETTI TA’ TESSUTI LI JINTLIBSU; ĊRARET

Ġenerali

Għall-klassifikazzjoni, fit-titli, ta’ oġġetti magħmulin minn żewġ materjali ta’ tessut jew aktar, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal din it-taqsima.

I. OĠĠETTI OĦRAJN MANIFATTURATI TA’ TESSUTI

6305

Xkejjer u boroż, ta’ tip użati għall-ippakkjar ta’ oġġetti

Ftit mill-ixkejjer u l-boroż ta’ materjal ta’ tessut huma klassifikati, pereżempju, f’titli 4202 u 6307. Xkejjer u boroż li jaqgħu f’titlu 4819 meta magħmulin minn karta jaqgħu f’dan it-titlu meta magħmulin minn ħjut tal-karta minsuġin.

Boroż ta’ materjal tat-tessut miksi b’karta jkunu ġeneralment klassifikati f’dan it-titlu, filwaqt li boroż tal-karti miksijin b’materjal tat-tessut jaqgħu f’subtitlu 4819 40 00.

6305 10 10

Użati

Dan is-subtitlu jkopri biss oġġetti li intużaw għallinqas darba għat-trasport ta’ oġġetti u li kellhom traċċi ċari ta’ dan l-użu, pereżempju, traċċi tal-prodott li kellhom fihom, ħmieġ, tbajja’, toqob, tqattigħ, marki ta’ tiswija, ħjut miġbudin wisq, traċċi ta’ tgħaqqid jew ħjut mal-ftuħ.

6307

Oġġetti oħrajn manifatturati, inklużi mudelli ta’ ilbies

6307 90 92

Ilbiesi li jintużaw darba magħmulin minn drappijiet tal-titlu 5603 , tat-tip użat waqt proċeduri ta' kirurġija

Din is-subtitlu tinkludi lożor kirurġiċi li jintużaw darba mfassla b'mod speċifiku biex jintużaw matul operazzjonijiet kirurġiċi, biex jiġi evitat it-trasferiment ta' aġenti li huma potenzjalment infettivi (fix-xott, fl-umdu jew li jkunu fl-ajra) b'kuntatt dirett mit-tim kirurġiku lill-pazjent u viċeversa. Il-lożor kirurġiċi normalment jikkonsistu minn saffi multipli ta' materjali mhux minsuġin u b'tali mod li ma jitberflux.

Il-lożor kirurġiċi jintużaw biex jipprovdu żona ta' ħidma mikrobijoloġikament nadifa madwar il-pazjent. Il-lożor kirurġiċi jistgħu jiġu mxappa bil-fluworokarburi jew bis- siliċju biex itejbu l-impermeabbiltà. Jistgħu jkunu parzjalment laminati b'film tal-plastik biex jipprovdu aktar saħħa u protezzjoni f'partijiet li x'aktarx ikunu esposti għall-fluwidi tal-ġisem. Barra minn hekk, jistgħu jitgħattew b'saff ta' tessut tal-karti għal aktar kumdità fil-kuntatt mal-ġilda tal-pazjent. Lożor li jintużaw fuq il-pazjenti jistgħu jkollhom fetħiet u aperturi apposta biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-pazjent.

Din is-subtitlu ma tinkludix:

Lożor li huma mxappa jew miksija b'sustanzi farmaċewtiċi jew f’pakki għal bejgħ bl-imnut għal għanijiet mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji (titlu 3005), u

Prodotti li għandhom il-karatteristiċi ċari ta’ bjankerija tat-twaletta (pereżempju xugamani tal-idejn u tal-wiċċ, face cloths) jew bjankerija tal-kċina bħal srievet jew drapp għall-ħġieġ (titlu 6302).

6307 90 98

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

headcovers għal paletti tat-tennis, paletti tal-badmintin, bsaten tal-golf, eċċ., meta magħmulin minn drapp tat-tessut (is-soltu miksijin bi plastiks) kemm jekk ikollhom but biex iżommu l-blalen jew le. Madanakollu, covers li jiksu l-paletta kollha, kemm jekk ikollhom manku jew strixxa ta’ l-ispalla, huma esklużi (titlu 4202);

2.

turbani li jikkonsistu f’tul ta’ tessut minsuġ b’mod ornamentali (is-soltu qoton jew taħlita ta’ qoton u ħarir) bejn 4 u 5 m twal u madwar 50 ċm wisgħin. Huma bil-keffa fuq kull naħa, ġieli bit-truf imdawrin, u jkunu normalment preżentati b’mod individwali mitwijin u ppakkjati.

TAQSIMA XII

ILBIES GĦAR-RIĠLEJN, ILBIES GĦAR-RAS, UMBRELEL, UMBRELEL TAX-XEMX, BSATEN GĦALL-MIXI, BSATEN-SIĠĠU, SWAT, FROSTI U PARTIJIET TAGĦHOM; RIX IPPREPARAT U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINNU; FJURI ARTIFIĊJALI; OĠĠETTI TA’ XAGĦAR UMAN

KAPITLU 64

ILBIES GĦAR-RIĠLEJN, GETTI U BĦALHOM; PARTIJIET TA’ DAWN L-OĠĠETTI

Ġenerali

1.

Għad-definizzjoni tat-termini “pett ta’ barra” u “partijiet ta’ fuq” ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, paragrafi (Ċ) u (D).

Barra dan, għal “partijiet ta’ fuq” li jikkonsistu f’żewġ materjali jew aktar (Nota 4 (a) u Nota Addizzjonali 1 għal kapitlu 64), dan li ġej japplika:

(a)

Il-“parti ta’ fuq” hija l-parti taż-żarbun li tgħatti l-ġnub u l-parti ta’ fuq tas-sieq u tista’ tgħatti s-sieq ukoll. Hija tasal sa isfel, u tkun imqabbda mal-qiegħ. Din tista’ wkoll tidħol fil-qiegħ.

Il-materjali kostitwenti tal-parti ta’ fuq huma materjali li s-superfiċje tagħhom tkun parzjalment jew totalment esposta għas-superfiċje ta’ barra taż-żarbun. Għalhekk, kisja m’hijiex parti ta’ fuq. Il-materjali tal-parti ta’ fuq ikunu mwaħħlin ma’ xulxin.

Wara t-tneħħija ta’ l-aċċessorji u r-rinforzi, meta tkun ikkalkolata l-erja tas-superfiċje totali tal-materjali li jiffurmaw il-parti ta’ fuq, m’għandux jingħata kont ta’ l-erja li jkunu taħt taqsimiet li jirkbu fejn il-materjali jkunu twaħħlu ma’ xulxin.

Image

Pereżempju, materjal tal-ġild (A), materjal tessut (B), l-erja (Ċ) hija parti mill-materjal tessut (B) li jkun taħt il-materjal tal-ġild (A) li jirkeb. M’għandhiex titqies l-erja tat-tessut (Ċ) meta tkun ikkalkolata l-erja tas-superfiċje totali tal-materjali li jiffurmaw l-parti ta’ fuq.

M’għandhom jitqiesu l-ebda sistemi ta’ ssikkar, eż. lazzijiet, strixxi li jagħlqu tat-tip velkro eċċ. (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali, (D), l-aħħar paragrafu.)

(b)

Il-“kisja” tista’ tkun magħmula minn kwalunkwe materjal. Din tista’ tikkonsisti f’materjal wieħed jew aktar. Il-kisja tkun f’kuntatt mas-sieq u sservi bħala kuxxin, protezzjoni jew sempliċiment bħala dekorazzjoni. Il-kisja ma tkunx esposta għas-superfiċje ta’ barra taż-żarbun, bl-eċċezzjoni ta’ kuttunar eż. madwar l-għonq.

(ċ)

“Aċċessorji” u “rinforzi” huma spjegati f’Nota 4 (a) għal kapitlu 64 u fin-Nota Addizzjonali 1 għal kapitlu 64 u fin-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali, (D), l-aħħar paragrafu.

L-aċċessorji ġeneralment għandhom funzjoni ornamentali u l-elementi ta’ rinfurzar għandhom funzjoni ta' protezzjoni u ta' tisħiħ. Peress li l-elementi ta’ rinfurzar huma mqabbdin ma’ ta’ fuq bl-għan li jagħtu saħħa addizzjonali, dawn jitwaħħlu mal-wiċċ ta' barra ta' fuq and mhux sempliċiment mal-kisi minn ġewwa. Madanakollu, parti mill-kisi tista’ tkun tidher taħt ir-rinfurzar, basta l-funzjoni ta’ rinfurzar tagħha ma tonqosx minħabba f’hekk. Minbarra li r-rinfurzar huwa magħqud ma’ ta' fuq irrinfurzar jew aċċessjorju jista’ ukoll jingħaqad mal-qiegħ jew jidħol fih. Materjal ma jitqiesx bħala aċċessorju jew element ta’ rinfurzar , iżda bħala parti mill-parti ta' fuq basta l-metodu ta' assemblaġġ tal-materjali minn taħt mhuwiex permanenti (il-ħjata bejn id-drapp hija eżempju ta’ metodu permanenti ta’ assemblaġġ).

Skond it-tifsira ta’ Nota 4 (a) “twaħħil simili” jista’ jkunu wkoll eż. lowgos jew maskaretti.

Fid-determinazzjoni tal-materjal tal-“parti ta’ fuq”, l-ilsien li jkun parzjalment jew kompletament mgħotti (ilsien ta’ ġewwa) ma jitqisx.

Ara d-dijagramma t’hawn taħt, bil-linji miksurin juru l-ilsien ta’ ġewwa.

Image

Id-dijagrammi u t-test t’hawn taħt jagħtu eżempju ta’ kif ikunu deċiżi l-materjal tal-parti ta’ fuq:

Image Image

Iż-żarbun fid-dijagrammi t’hawn fuq huwa żarbun ta’ ġild u tessut. Sabiex ikun deċiż il-materjal tal-“parti ta’ fuq” skond it-tifsira ta’ kapitlu 64 u biex ikunu eliminati “aċċessorji” u “rinforzi”, jittieħdu l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

1 u 2.

It-tneħħija tal-maskaretta (1) u toe vamp (2) uriet materjal tat-tessut ta’ taħt (li m’huwiex materjal tal-kisi). Minħabba li t-taqsimiet tal-ġild (1 u 2) għandhom funzjoni protettiva, huma jitqiesu bħala rinforzi. Minħabba li l-materjal tat-tessut ta’ taħt it-taqsimiet tal-ġild (1 u 2) ikun parzjalment espost fuq is-superfiċje, il-materjal tat-tessut għandu jitqies bħala biċċa mill-parti ta’ fuq.

3.

It-tneħħija tat-taqsima (3) tal-ġilda żvelat żona tat-tessut (immarkat A fuq id-dijagramma) u żona ta’ materjal ta’ kisja li qiegħed taħt taqsima 3. Peress li t-tessut ma jestendix it-tul kollu skont ittaqsima 3 , u, peress li l-kisja ma titqiesx li hija ta’ fuq, u peress li prinċipalment hemm materjal ta’ kisja taħt il-ġilda, il-parti tal-ġilda ma tirrafforzax xi materjal ta’ fuq, u għalhekk, għandha tiġi kkunsidrata bħala parti minn ta’ fuq.

4.

It-taqsima tal-ġild (4) kienet meħjuta fuq taqsima ta’ tessut, u tirkeb ukoll (A) it-taqsima tal-ġild 3. Minħabba li hemm materjal tat-tessut parzjalment espost taħt taqsima (4) u taqsima tal-ġild parzjalment esposta (3) taħt il-biċċa li tirkeb (A), u, kif it-taqsima tal-ġild (4) qegħda tagħti qawwa addizzjonali lill-ġenb tal-parti ta’ fuq, taqsima (4) titqies bħala rinforz. Għalhekk, it-taqsima tal-ġild (3) u l-materjal tat-tessut taħt taqsima (4) bl-eċċezzjoni ta’ l-erja tat-tessut taħt taqsima (3) għandhom jitqiesu bħala biċċiet mill-parti ta’ fuq

5.

It-tneħħija ta’ din it-taqsima tal-ġild (5) uriet materjal tat-tessut parzjalment espost taħt. Kif it-taqsima tal-ġild (5) qegħda ssaħħaħ il-parti ta’ fuq ta’ l-għarqub, u, minħabba li hemm materjal tat-tessut parzjalment espost taħtha, il-ġild jitqies bħala rinforz.

6.

It-tneħħija tal-fursetta tal-għarqub tal-ġild (6) kixfet erja ta’ materjal li jiksi u materjal tat-tessut parzjalment espost. Minħabba li t-tessut ma jasalx it-triq kollha sa’ taħt il-ġild, il-fursetta ta’ l-għarqub tal-ġild (6) m’għandha l-ebda funzjoni li ssaħħaħ fuq il-materjal tal-parti ta’ fuq, għalhekk, il-fursetta titqies bħala biċċa mill-parti ta’ fuq (u mhux bħala rinforz).

7.

It-tneħħija ta’ din it-taqsima tal-ġild (7) uriet materjal tat-tessut parzjalment esposta taħtha. Peress li t-taqsima tal-ġild (7) qegħda tagħti qawwa addizzjonali lill-ġenb tal-parti ta’ fuq, il-ġild jitqies bħala rinforz.

8.

It-tneħħija tal-lowgo tal-ġild (8) kixef materjal tat-tessut parzjalment espost taħtu. Għalhekk u minħabba li lowgo huwa “twaħħil simili” skond it-tifsira ta’ Nota 4(a) ta’ kapitlu 64, m’huwiex biċċa mill-parti ta’ fuq.

Wara li jkunu kkalkolati l-perċentwali tat-taqsimiet tal-ġild u l-perċentwali tal-erja tat-tessut li kienu identifikati bħala biċċiet mill-partijiet ta’ fuq, it-tessut jippredomina (70 % materjal tat-tessut). Iż-żarbun għalhekk għandu jkun klassifikat bħala żarbun b’partijiet ta’ fuq ta’ materjali tat-tessut.

2.

It-terminu “gomma” huwa definit f’Nota 1 għal kapitlu 40 għall-għan matul in-Nomenklatura Magħquda; Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu twessa’ l-iskop għall-għan ta’ dan il-kapitlu.

3.

It-terminu “plastiks” huwa definit f’Nota 1 għal kapitlu 39 għall-għan matul in-Nomenkatura Magħquda; Nota 3 (a) għal dan il-kapitlu twessa’ l-iskop għall-għan ta’ dan il-kapitlu.

4.

It-terminu “ġild” huwa spjegat f’Nota 3 (b) għal kapitlu 64 għall-għanijiet ta’ dan il-kapitlu.

5.

It-terminu “materjali tat-tessut” huwa definit fin-Nota ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, (E) u (F). Għalhekk, il-fibri (eż. drapp tat-tessut), ħjut tas-suf, tessut, feltri, mhux meħjutin, spag, ċwiemi, ħbula, kejbils, eċċ., kif imsemmijin f’kapitli 50 sa 60 huma “materjali tat-tessut” skond it-tifsira ta’ kapitlu 64. Sa fejn jidħol tessut ta’ kapitlu 59, in-noti ta’ kapitlu 59 huma applikabbli biss soġġetti għall-provvedimenti ta’ Nota 3 (a) għal kapitlu 64.

6402

Ilbies ieħor għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra u uċuħ tal-lastiku jew tal-plastiks

6402 12 10 sa 6402 19 00

Ilbies ta’ l-isport għar-riġlejn

Ara Nota 1 għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu.

6402 12 10 u 6402 12 90

Stvali għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u stvali tal-bords tas-silġ

Dawn is-subtitli jkopru stvali u lbies għar-riġlejn użati għal kull tip ta’ skijar

6402 19 00

Oħrajn

Nota ta’ subtitlu 1 (a) għal dan il-kapitlu tkopri biss ilbies għar-riġlejn disinjat għal attivita sportiva speċifika u li t-twaħħil fiss miegħu jew li jitneħħa kif imsemmi fin-nota tas-subtitlu jagħmluha diffiċli biex dawn iż-żraben jintużaw għal kwalunkwe għan ieħor, partikolarment għal mixi fuq toroq bl-asfalt, minħabba l-għoli jew l-għebusija jew żliq eċċ. tat-twaħħil magħhom.

6402 20 00

Ilbies għar-riġlejn b’uċuħ ta’ ċineg jew strixxi mmuntati mal-qiegħ permezz ta’ tappijiet

Għall-applikazzjoni ta’ dan is-subtitlu m’huwiex meħtieġ li t-tappijiet ikunu jidhru mill-pett ta’ barra, li jkun f’kuntatt ma’ l-art; dawn jistgħu jkunu mwaħħlin mal-pett ta’ ġewwa u/jew tan-nofs. Biċċiet tal-ġnub li jitilgħu mill-qiegħ ma jitqisux bħala parti mill-qiegħ.

6402 99 31 u 6402 99 39

Ilbies għar-riġlejn b’quddiem tal-wiċċ magħmul minn ċineg jew li għandu biċċa jew bosta biċċiet maqtugħin barra

Il-quddiem tal-wiċċ għandu jitqies bħala dik il-parti ta’ fuq li tkopri l-parti ta’ quddiem tas-sieq.

6402 99 31

Bil-qiegħ u l-għarqub flimkien ogħla minn 3 ċm

Għall-finijiet ta' dan is-subtitlu, huwa irrelevanti jekk it-takkuna tistax tingħaraf mill-pett jew jekk it-takkuna hijiex parti mill-pett (eż. żarbun tal-weġis, pjattaformi).

Id-dijagrammi hawn taħt jagħtu eżempju ta' kif għandu jsir il-kejl:

A = il-wiċċ

B = > 3 ċm

 

Image

 

Image

 

Image

 

Image

6403

Ilbies għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra tal-lastiku, plastiks, ġilda jew imitazzjoni ta’ ġilda u b’uċuħ tal-ġilda

“Ġilda” titqies li tfisser biss ġlud ta’ titli 4107 u 4112 sa 4114 (ara Nota 3 (b) għal dan il-kapitlu). Għalhekk, ilbies għar-riġlejn b’partijiet ta’ fuq ta’ ġilda tal-fer jew b’partijiet ta’ fuq ta’ ġilda komposta, pereżempju, hija eskluża minn dan it-titlu u hija klassifikata f’titlu 6405.

6403 12 00 u 6403 19 00

Ilbies ta’ l-isport għar-riġlejn

Ara Nota 1 għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu.

6403 12 00

Stvali għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u stvali tal-bords tas-silġ

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6402 12 10 u 6402 12 90.

6403 19 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6402 19 00.

6403 59 11 sa 6403 59 39

Ilbies għar-riġlejn b’quddiem tal-wiċċ magħmul minn ċineg jew li għandu biċċa jew bosta biċċiet maqtugħin barra

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6402 99 31 u 6402 99 39.

6403 59 11

Bil-qiegħ u l-għarqub flimkien ogħla minn 3 ċm

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6402 99 31 japplikaw, mutatis mutandis.

6403 99 11 sa 6403 99 38

Ilbies għar-riġlejn b’quddiem tal-wiċċ magħmul minn ċineg jew li għandu biċċa jew bosta biċċiet maqtugħin barra

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6402 99 31 u 6402 99 39.

6403 99 11

Bil-qiegħ u l-għarqub flimkien ogħla minn 3 ċm

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6402 99 31 japplikaw, mutatis mutandis.

6404

Ilbies għar-riġlejn b’qigħan ta’ barra tal-lastiku, plastiks, ġilda jew imitazzjoni ta’ ġilda u b’uċuħ ta’ materjali ta’ tessuti

6404 11 00

Ilbies ta’ l-isport għar-riġlejn; żraben tat-tennis, żraben tal-baskitbol, żraben talġinnasju, żraben tat-taħriġ u bħalhom

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, it-terminu “ilbies għar-riġlejn ta’ l-isports” għandu jitqies li jfisser kull ilbies għar-riġlejn li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati f’Nota 1 għas-Subtitlu għal dan il-kapitlu.

Nota 1 (a) tas-subtitlu għal dan il-kapitlu tkopri biss ilbies għar-riġlejn disinjat għal attivita’ sportiva speċifika u li t-twaħħil miegħu fiss jew li jitneħħa, kif imsemmi fin-nota ta’ subtitlu, jagħmluha diffiċli biex dawn iż-żraben jintużaw għal kwalunkwe għan ieħor, partikolarment għal mixi fuq toroq bl-asfalt, minħabba li l-għoli jew l-għebusija jew żliq eċċ. tat-twaħħil miegħu.

It-terminu “żraben tat-tennis, żraben tal-baskitbol, żraben talġinnasju, żraben tat-taħriġ u bħalhom” ta’ din is-subtitlu jkopri żraben li, permezz tal-għamla, qatgħa u d-dehra tagħhom, juru li huma maħsuba għal attività sportiva, bħal pereżempju għat-tbaħħir, l-iskwoxx, it-tejbiltenis, il-volibol. Madankollu, xedd tas-saqajn li jintlibes prinċipalment jew esklussivament għal pereżempju, qdif bil-kenura fuq l-ilma baxx, mixi, trekking, ħajking, l-alpiniżmu huma esklużi.

Dawn iż-żraben kollha għandhom pett ta’ barra li ma jiżloqx u mezz ta’ ssikkar li jagħti stabbilta’ lis-sieq fiż-żarbun (eż., lazzijiet, mekkaniżmi li jissikkaw fuqhom infushom).

Kostitwenti minuri, pereżempju strixxi dekorattivi jew ponti, lejbils (anki jew meħjutin fuqhom), rakkmu, lazzijiet printjati jew ikkuluriti, ma jeskludux klassifikazzjoni ta’ dawn iż-żraben minn dan is-subtitlu.

Żraben li minħabba d-daqs tagħhom huma maħsuba biex jintlibsu mit-tfal u nies ta' età żgħira jistgħu jkunu koperti wkoll minn din is-subtitlu.

6406

Partijiet ta’ ilbies ieħor għar-riġlejn (inklużi uċuħ imwaħħlin jew le mal-qigħan ħlief qigħan ta’ barra); qigħan ta’ ġewwa li jistgħu jinqalgħu, kuxxini ta’ l-għerieqeb u oġġetti simili; getti, għata għall-protezzjoni tar-riġlejn ( leggings ) u oġġetti bħalhom, u partijiet tagħhom

Ħafna partijiet ta’ lbies tar-riġlejn f’dan it-titlu huma msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6406. Dan it-titlu jinkludi qigħan ta’ l-injam għal sandli (“sandli tas-saħħa” u oħrajn), mingħajr uċuħ u mingħajr strixxi, lazzijiet jew ċineg.

Ara Nota 2 għal dan il-kapitlu għal lista ta’ l-oġġetti li ma jitqisux bħala partijiet ta’ lbies għar-riġlejn skond it-tifsira ta’ dan it-titlu.

Partijiet ta’ lbies għar-riġlejn jistgħu jkunu ta’ kwalunkwe materjal ħlief asbestos, u jistgħu jinkludu metall.

6406 90 30

Immuntaturi ta’ uċuħ imwaħħlin ma’ qigħan ta’ ġewwa jew ma’ komponenti ta’ qigħan ta’ barra, iżda mingħajr qigħan ta’ barra

Dan is-subtitlu jkopri oġġetti li għadhom ma jagħmlux parti minn ilbies għar-riġlejn, li jikkonsistu f’uċuħ ta’ ilbies għar-riġlejn u wieħed jew aktar komponenti tal-qiegħ (speċjalment il-qiegħ ta’ ġewwa), iżda li għad m’għandhomx (tieni) qiegħ ta’ barra.

KAPITLU 65

ILBIES GĦAR-RAS U PARTIJIET TIEGĦU

6504 00 00

Kpiepel u ilbies ieħor tar-ras, tat-tibna jew magħmulin bl-immuntar ta’ strixxi ta’ xi materjal, inforrati jew mirqumin jew le

It-terminu “kpiepel u ilbies tar-ras ieħor, inforrati jew mirqumin” għandu jitqies li jfisser dawk li huma kompletament jew parzjalment inforrati, kemm jekk dawn l-inforri jew l-irqim huma ta’ l-istess materjal bħall-ilbies tar-ras.

Dawn li ġejjin, pereżempju, jitqiesu bħala trimmjaturi: inforri, strixxi tar-ras (ta’ ġilda jew ta’ kwalunkwe materjal ieħor), strixxi tax-xifer, strixxi tal-kpiepel, ċinġi, bokkli, buttuni, cabochons, beġġijiet, rix, ponti ornamentali, fjuri artifiċjali, lazzijiet, ċfuf ta’ drapp minsuġ jew ta’ żigarella, eċċ.

6505 00

Kpiepel u ilbies ieħor għar-ras, maħdumin bil-labar ( knitted ) jew bil-ganċ (crocheted), jew magħmulin minn bizzilla, feltru jew drapp ieħor ta’ tessuti, bil-biċċa (iżda mhux fi strixxi), inforrati jew mirqumin jew le; xbieki għax-xagħar ta’ kull materjal, inforrati jew mirqumin jew le

Għall-klassifikazzjoni ta’ turbani ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6307 90 98.

6505 00 10

Tal-feltru tal-fer jew tal-feltru tas-suf u fer, magħmul mill-qofsa tal-kpiepel, barnużi jew plateaux ta’ titlu 6501 00 00

‘“Feltru tal-fer” tfisser feltru magħmul mill-fer ta’ fenek, liebru, far tal-misk ta’ l-ilma, kastur ta’ l-għadajjar, kastur, lontra u ferijiet simili ta’ tul qasir.

“Feltru ta’ suf u fer” jista’ jkun magħmul minn taħlita qrib ta’ suf u fer, fi kwalunkwe proporzjoni, jew ta’ taħlita oħra ta’ dawn iż-żewġ prodotti (eż., feltru tas-suf miksi bi strat ta’ fer).

Feltri ta’ fer u feltri ta’ suf u fer jista’ jkun fihom ukoll fibri oħrajn (eż., fibri tat-tessut sintetiċi jew riġenerati).

6505 00 30 u 6505 00 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu oġġetti ta’ feltru ta’ injam, kemm jekk fibri oħrajn ikunu miżjudin jew le (eż., fibri tat-tessut sintetiċi jew riġenerati), billi jkun miftiehem li oġġetti magħmulin minn feltru ta’ injam jew fer jaqgħu f’subtitlu 6505 00 10.

Feltru ta’ suf” ifisser feltru magħmul minn suf jew fer li għandu ċertu similarita’ ma’ suf (eż., xagħar ta’ vikunja, ġemel, għoġol, baqra, eċċ.).

6506

Ilbies ieħor għar-ras, inforrat jew mirqum jew le

6506 99 10

Tal-feltru tal-fer jew tal-feltru tas-suf u fer, magħmul mill-qofsa tal-kpiepel, barnużi jew plateaux ta’ titlu 6501 00 00

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6505 00 10 japplikaw, mutatis mutandis.

6506 99 90

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 6505 00 30 u 6505 00 90.

6507 00 00

Strixxi għar-ras ( headbands ), inforor, għata, bażijiet ta’ kpiepel, frejms ta’ kpiepel, pizzijiet u ċineġ ta’ l-ilħit, għal ilbies għar-ras

Dan it-titlu ma jinkludix strixxi għar-ras (head-bands) tat-tip użat minn nies sportivi biex jassorbu għaraq (subtitli 6117 80 10 u 6117 80 80).

KAPITLU 66

UMBRELEL, UMBRELEL TAX-XEMX, BSATEN GĦALL-MIXI, BSATEN-SIĠĠU, SWAT, FROSTI U PARTIJIET TAGĦHOM

Nota 1 (ċ)

Umbrelel u umbrelel tax-xemx intiżi bħala ġugarelli s-soltu jintgħarfu mill-umbrelel u l-umbrelel tax-xemx ta’ dan il-kapitlu mill-materjal li minnhom huma magħmulin, mill-ħidma tagħhhom, li s-soltu tkun aktar bażika, mid-daqs żgħir tagħhom u mill-fatt li huma ma jistgħux jintużaw b’mod effettiv biex jipproteġu kontra x-xita jew ix-xemx (ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9503, (D), l-aħħar paragrafu). Mingħajr preġudizzju għal dawn il-kriterji, it-tul tal-vireg ta’ umbrelel u umbrelel tax-xemx intiżi bħala ġugarelli rari jaqbżu il-25 ċm.

 

6601

Umbrelel u umbrelel tax-xemx (inklużi bsaten umbrelel, umbrelel għal ġonna u umbrelel simili)

Safejn id-distinzjoni bejn l-oġġetti ta’ dan is-subtitlu u dawk li huma intiżi bħala ġugarelli hija kkonċernata, ara n-Noti ta’ Spjega għal Nota 1 (ċ) għal dan il-kapitlu.

Dan it-titlu jinkludi wkoll:

1.

umbrelel tax-xemx ta’ daqs żgħir u umbrelel li huma attwalment intiżi li jipproteġu tfal mix-xemx jew mix-xita;

2.

umbrelel tax-xemx ta’ daqs żgħir disinjati biex ikunu mwaħħin ma’ prammijiet għal protezzjoni mix-xemx.

Umbrelel u umbrelel tax-xemx li, min-natura tal-materjali użati fil-manifattura tagħhhom, jistgħu jintużaw biss bħala oġġetti tal-karnival huma esklużi minn dan it-titlu u huma klassifikati f’titlu 9505.

6601 10 00

Umbrelel għal ġonna jew umbrelel simili

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 6601 10.

6603

Partijiet, ornamenti u aċċessorji ta’ oġġetti ta’ titlu 6601 jew 6602

6603 20 00

Qofsa ta’ umbrelel, inklużi qofsa mmuntati fuq qasab (bsaten)

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

oqfsa mmuntati fuq lasti (jew bsaten), jiġifieri, l-iskeletru ta’ l-umbrella, l-umbrella tax-xemx, eċċ., b’partijiet li jeħlu jew trimmjaturi (jew aċċessorji);

2.

oqfsa mmuntati, mingħajr lasti (jew bsaten), b’partijiet li jeħlu jew trimmjaturi (jew aċċessorji), jiġifieri, is-sistema kompluta ta’ ribs u bsaten (spokes), li jgħaddu tul il-lasti u jippermettu lill-umbrella, umbrella tal-baħar, eċċ., li tinfetaħ u tingħalaq, fl-istess ħin taġixxi bħala streċer u support għall-kisja.

Madanakollu, oqfsa sempliċi ta’ ribs u bsaten (spokes) li ma jikkostitwixxux is-sistema kompluta ta’ ribs u bsaten (spokes) huma esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f’subtitlu 6603 90 90.

6603 90 10

Mankijiet u pumi

Dan is-subtitlu jkopri mankijiet (inklużi kutri bħala mankijiet li jistgħu jintgħarfu bħala dan) u pumi li jeħlu mat-tarf li jinżamm fl-id, ta’ vireg ta’ umbrelel jew umbrelel tax-xemx, jew stikek għall-mixi, stikek għas-siġġijiet, frosti, frosti ta’ l-irkib u oġġetti simili.

6603 90 90

Oħrajn

Bħala żieda mal-oqfsa msemmijin fl-aħħar paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6603 20 00, dan is-subtitlu jkopri ribs u bsaten (spokes) mhux immuntati kif ukoll l-oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6603, tieni paragrafu, (3) sa (5).

KAPITLU 67

RIX U L-EWWEL RIX (DOWN) IPPREPARATI U OĠĠETTI MAGĦMULIN MINN RIX JEW MILL-EWWEL RIX; FJURI ARTIFIĊJALI; OĠĠETTI TA’ XAGĦAR UMAN

6702

Fjuri, weraq u frott artifiċjali u partijiet tagħhom; oġġetti magħmulin minn fjuri, weraq jew frott artifiċjali

Ara Nota 3 għal dan il-kapitlu. Immuntar permezz tat-tisħin tal-materjal biex dan isir iwaħħal waħdu jew bl-użu ta’ mezzi ta’ żliq li jeħlu mal-fergħa permezz ta’ frizzjoni jitqiesu bħala “metodi simili” fis-sens ta’ Nota 3 għal dan il-kapitlu.

6703 00 00

Xagħar uman, imħejji, imnoqqi, ibbliċjat jew maħdum mod ieħor; suf jew xagħar ieħor ta’ annimali jew materjali oħrajn ta’ tessuti, ippreparati għal użu biex isiru parrokki jew bħalhom

Nokkli naturali ta’ xagħar uman mhux maħdum, kemm jekk maħsul jew megħruk jew le, li kienu sempliċiment maqtugħin u li ma għaddew minn ebda proċess ieħor huma esklużi minn dan it-titlu (titlu 0501 00 00).

TAQSIMA XIII

OĠĠETTI TAL-ĠEBEL, ĠIBS, SIMENT, ASBESTOS, MIKA JEW MATERJALI SIMILI; PRODOTTI TA’ ĊERAMIKA; ĦĠIEĠ U OĠĠETTI TAL-ĦĠIEĠ

KAPITLU 68

OĠĠETTI TAL-ĠEBEL, ĠIBS, SIMENT, ASBESTOS, MIKA JEW MATERJALI SIMILI

Ġenerali

Dan il-kapitlu jkopri mhux biss oġġetti lesti għal użu iżda wkoll, f’uħud mit-titli, semi-manifatturati li jistgħu jeħtieġu aktar proċessar qabel dawn ikunu jistgħu jintużaw għall-għan intiż (pereżempju, taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat tal-manjesja ta’ titlu 6812).

6802

Ġebla monumentali jew għall-bini maħduma (ħlief lavanja) u oġġetti tagħha, ħlief oġġetti ta’ titlu 6801 ; kubi tal-mużajk u bħalhom, ta’ ġebla naturali (inkluża lavanja), fuq dahar ta’ rinforz jew le; ħbub, laqx u trab, ta’ ġebla naturali, b’kuluri artifiċjali (inkluża lavanja)

Għad-definizzjoni tat-terminu “ġebla monumentali jew tal-bini maħduma”, ara Nota 2 għal dan il-kapitlu.

6802 10 00

Ċangaturi, kubi u oġġetti simili, rettangulari jew le (inkluż kwadri), li l-akbar erja ta’ wiċċ tagħhom tista’ tkun magħluqa fi kwadru li l-ġenb tiegħu huwa inqas minn 7 ċm; ħbub, laqx u trab b’kuluri artifiċjali

Għal dettalji dwar l-oġġetti koperti minn dan is-subtitlu, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6802, seba’ paragrafu.

6802 21 00 sa 6802 29 00

Ġebla oħra monumentali jew għall-bini u oġġetti tagħha, b’wiċċ ċatt jew lixx

Dawn is-subtitli jkopru ġebla u oġġetti tal-ġebla (inklużi oġġetti mhux irfinati), sempliċiment maqtugħin jew issegati, li għandhom wiċċ wieħed jew aktar ċatt jew lixx. Dawn ta’ l-aħħar jistgħu jkunu mnaqqxin bi skarpell, baqqun jew bush hammer.

6802 93 10

Illustrat, imżejjen jew maħdum mod ieħor, iżda mhux imnaqqax, ta’ piż nett ta’ 10 kg jew aktar

Bħala żieda ma’ l-oġġetti tal-ġebel li l-wiċċ kollu tagħhom jew parti minnu kien illustrat, dan is-subtitlu jinkludi:

1.

oġġetti tal-ġebel li l-wiċċ kollu tagħhom jew parti minnu kien xkatlat jew mitħun;

2.

oġġetti ta’ ġebel imżejjen. Dawn huma oġġetti tal-ġebel miksijin b’motifi u dekorazzjoni li huma kkuluriti, miksijin bil-verniċ jew inkella maħdumin ċatti, eż., fejn disinni huma magħmulin bit-tiżjin ta’ wiċċ illustrat bi skarpell;

3.

oġġetti ta’ ġebel miksi, li fihom mużajk, ornamenti tal-metall jew iskrizzjonijiet sempliċi mnaqqxin;

4.

oġġetti tal-ġebel li għandhom forom jew gruvijiet, eż., ornamentazzjoni lineari, bħal strixxi, kwadri, ċanfrin, forom u boċoċ;

5.

oġġetti tal-ġebel imdawrin bħala pedament, ballavostri u simili.

6802 93 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi oġġetti tal-granit imnaqqxin miksijin b’motifi ornamentali, jew imnaqqxin jew imqabbżin, bħal weraq, girlandi u kimeri, magħmulin b’mod aktar elaborat mid-dekorazzjonijiet koperti mis-subtitli ta’ qabel.

Statwi, high-reliefs u bas-reliefs (ħlief xogħlijiet ta' skultura u statwarji oriġinali) huma klassifikati f'dan is-subtitlu wkoll.

6802 99 10

Illustrat, imżejjen jew maħdum mod ieħor, iżda mhux imnaqqax, ta’ piż nett ta’ 10 kg jew aktar

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6802 93 10.

6802 99 90

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6802 93 90 japplikaw, mutatis mutandis.

6803 00

Lavanja maħduma u oġġetti ta’ lavanja jew ta’ lavanja miġmuma

6803 00 10

Folji ta’ lavanja għall-bjut jew għall-ħitan

Il-prodotti ta' dan is-subtitlu jistgħu jkunu rettangolari (inkluż il-kwadru), poligonali, tondi jew kwalunkwe forma oħra. Huma jkunu ta' ħxuna uniformi li s-soltu ma taqbiżx 6 mm.

6804

Ġebel tal-mitħna, ġebel tat-tħin, roti tat-tħin u bħalhom, mingħajr qofsa, għat-tħin, sann, illustrar, aġġustar jew qtugħ, ġebel ta’ sann jew illustrar bl-idejn, u partijiet tagħhom, ta’ ġebla naturali, ta’ barraxi naturali jew artifiċjali miġmumin, jew ta’ ċeramika, b’partijiet ta’ materjali oħrajn jew mingħajrhom

Skart u bċejjeċ ta’ ġebel għall-ippolixjar bl-idejn, msenni, ġebel taż-żejt, ġebel tal-mitħna, ġebel tat-tħin, roti għat-tħin u simili magħmulin minn barraxi artifiċjali miġmumin u li m’humiex koperti minn dan it-titlu (subtitlu 2530 90 00).

6804 10 00

Ġebel tal-mitħna u ġebel tat-tħin għat-tħin, tfarrik jew issir polpa

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 6804 10.

6804 21 00 sa 6804 23 00

Ġebel tal-mitħna, ġebel tat-tħin, roti tat-tħin oħrajn u bħalhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6804, l-ewwel paragrafu, (2) u (3).

6804 21 00

Ta’ djamant miġmum sintetiku jew naturali

Dan is-subtitlu jkopri oġġetti ta’ djamant sintetiku jew naturali miġmum b’xi mod. Il-proċess jista’ jinvolvi aġenti minerali li jgħaqqdu li jwebbsu (eż. siment) jew sustanzi li jgħaqqdu inqas iebsin (eż., gomma jew plastiks) jew firing taċ-ċeramika.

6804 22 12 sa 6804 22 90

Ta’ barraxi oħrajn miġmumin jew ta’ ċeramika

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6804 21 00 japplikaw, mutatis mutandis.

6804 22 12 sa 6804 22 50

Ta’ barraxi artifiċjali, b’materjal li jgħaqqad

Eżempji ta’ barraxi artifiċjali huma korundum, karbur tas-silikon (karborundum) u karbur tal-boron.

6804 30 00

Ġebel għas-sann u illustrar bl-idejn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6804, l-ewwel paragrafu, (4).

6806

Gagazza minerali ( slag-wool ), gagazza tal-blat u gagazzi minerali simili; vermikulat sfuljat, tafal espandut, gagazza bil-fowm u materjali minerali simili espanduti; taħlit u oġġetti ta’ materjali minerali li jiżolaw is-sħana, li jiżolaw il-ħoss jew li jassorbu l-ħoss, ħlief dawk ta’ titlu 6811 jew 6812 jew ta’ kapitlu 69

6806 10 00

Gagazza minerali ( slag-wool ), gagazza tal-blat u gagazzi minerali simili (inklużi taħlitiet tagħhom bejniethom), bil-gozz, folji jew rombli

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6806, l-ewwel tliet paragrafi.

“Gagazzi minerali simili” jinkludu dawk miksubin minn taħlit ta’ blat jew gagazza li għaddew mill-proċessi stipulati fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6806, l-ewwel paragrafu.

6806 20 10

Tafal espandut

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6806, sitt paragrafu.

6806 20 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

Vermikulat sfuljat u prodotti minerali espansi simili ħlief tafal (klorit, perlit u ossidjan espans). Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6806, raba’ u ħames paragrafi.

Madanakollu, klorit u perlit espansi huma inklużi hawn biss jekk il-proċess ta’ espansjoni twaqqaf meta nkiseb frak vojt, jiġifieri, qabel il-frak infaqa’ biex ifforma lamellae ttundjati. Il-prodott lamellari huwa ġeneralment użat bħala aġent għall-iffiltrar u mhux bħala materjal li jiżola s-sħana jew il-ħoss; għalhekk dan jaqa’ f’subtitlu 3802 90 00 (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 3802);

2.

“ragħwa” tal-gagazza jew tal-blat li, meta fil-forom ta’ blokki, ċangaturi u simili, jixbħu lil ħġieġ multiċellulari li jaqgħu f’titlu 7016. F’każi bħal dawn, dawn jistgħu jintgħarfu minn ħġieġ multiċellulari permezz tal-kriterji għad-distinzjoni bejn suf ta’ subtitlu 6806 10 00 u suf ta’ titlu 7019;

3.

gagazza granulata tal-kalkara ta’ funderija li kienet konsiderevolment espansa permezz ta’ ragħwa u li għandu densita’ apparenti fl-istat xott ta’ mhux aktar minn 300 kg/m3.

6806 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6806, kitba wara l-asteriks.

6807

Oġġetti ta’ l-asfalt jew ta’ materjal simili (per eżempju, qatran minerali jew żift tal-qatran tal-faħam)

6807 10 00

F’rombli

Il-prodotti għal tisqif u lqugħ inklużi f’dan is-subtitlu jikkonsistu f’għallinqas tliet saffi; saff tan-nofs ta’ karta jew kartun jew ta’ materjali oħrajn eż., suf tal-ħġieġ, tessut tal-ġuta, fojl ta’ l-aluminju, feltru, tessut mhux meħjut mgħaffeġ bejn żewġ saffi ta’ asfalt jew materjali simili. Dawn is-saffi li jiksu jistgħu wkoll ikollhom jew ikunu miksijin b’materjali oħrajn (eż., ramel).

6809

Oġġetti ta’ ġibs jew ta’ kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-ġibs

6809 11 00 u 6809 19 00

Twavel, folji, pannelli, ċangaturi u oġġetti simili, mhux imżejnin

Dawn is-subtitli jkopru prodotti ċatti ta’ kull tip użati prinċipalment għal taqsimiet (partitions) u soqfa.

Oġġetti li huma sempliċiment imtaqqbin jew miksijin bi strat irqiq ta’ karta jew ta’ materjal ieħor fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat ma jitqisux bħala imżejnin. Dawn jista’ jkollhom ukoll kisja sempliċi ta’ żebgħa jew verniċ.. Kwalunkwe tiżjin, li jikkonsisti, pereżempju f’motifi jew mgħafusin il-ġewwa jew imqabbżin jew ta’ tiżjin tal-wiċċ jew tiżjin tal-massa, jinvolvi l-klassifikazzjoni ta’ twavel, pannelli, eċċ. bħal dawn f’subtitlu 6809 90 00.

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll pannelli kwadri li jikkonsistu fi kwadru b’toqob żgħar tal-ġibs fuq il-wiċċ ta’ barra tal-pannell, b’żewġ ħofor rettangolari sal-fond tal-ġibs mimli bi strixxi ta’ suf minerali u miżmumin, fuq is-superfiċje interjuri, b’karta mgħottija f’fojl ta’ l-aluminju; dawn il-pannelli huma għall-kisi ta’ ħitan u soqfa biex jagħtihom iżolament minn sħana u ħsejjes.

6810

Oġġetti ta’ siment, tal-konkos jew ta’ ġebel artifiċjali, rinfurzati jew le

Konkos huwa magħmul minn taħlita ta’ siment, taħlit (ramel, grevil) u ilma, li jsir iebes immens meta joqgħod.

Konkos rinfurzat fih ukoll vireg tal-metall (bars rinfurzati) jew mexx tal-ħadid.

Meta jintuża taħlit eħfef (eż., tafal espans, ħaffiefa misħuqa, vermikulat, gagazza magħmula frak) jinkiseb “konkos ħafif”.

6810 11 10

Ta’ konkos ħafif (b’bażi ta’ ħaffiefa misħuqa, gagazza mfarrka, eċċ.)

Dan is-subtitlu jinkludi blokki u briks ta’ konkos poruż b’densita’ fil-forma mwebbsa li ma taqbiżx 1,7 kg/dm3. Konkos ħafif huwa iżolatur tajjeb tas-sħana iżda m’huwiex iebes daqs konkos ta’ densita’ ogħla.

6812

Fibri fabbrikati ta’ asbestos; taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat ta’ manjesju; oġġetti ta’ dawn it-taħlitiet jew ta’ asbestos (per eżempju, ħajt, drapp minsuġ, ħwejjeġ, ilbies għar-ras, ilbies għar-riġlejn, gaskits), rinfurzati jew le, ħlief oġġetti ta’ titlu 6811 jew 6813

6812 80 10 u 6812 80 90

Ta’ kroċidolit

Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 2524, tieni paragrafu.

6812 80 10

Fibri fabbrikati; taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat ta’ manjesju

Għad-definizzjoni tat-terminu “fibri fabbrikati” ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 6812, l-ewwel paragrafu. Madankollu, skart ta' oġġetti magħmula mill-krokidolite huwa klassifikat f’subtitlu 2524 10 00.

It-taħlit ta’ dan is-subtitlu huwa deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812, tieni paragrafu.

Skart fil-forma ta’ frak jew trab minn oġġetti b’bażi ta’ asbestos jew asbestos u karbonat tal-manjesju jaqgħu wkoll f’dan is-subtitlu.

6812 80 90

Oħrajn

Dan it-titlu jinkludi l-karta, kartun qawwi u feltru maħduma minn fibri tal-krokodilite, polpa tal-karta, u jista jkun ukoll xi xorta ta' mili jekk ikollhom 35 % jew aktar ta' krokodilite f'piż. Inkella, dawn ikunu klassifikati f'kapitlu 48.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812.

6812 92 00

Karta, kartun qawwi u feltru

Karta, kartun qawwi u feltru magħmulin minn fibra ta’ l-asbestos, polpa tal-karta u possibilment materjal li jimla, jaqgħu f’dan is-subtitlu jekk huma jkun fihom 35 % jew aktar asbestos mill-piż. Inkella, huma klassifikati f’kapitlu 48.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812.

6812 99 10

Fibri ta’ asbestos fabbrikati; taħlit b’bażi ta’ asbestos jew b’bażi ta’ asbestos u karbonat ta’ manjesju

Għad-definizzjoni tat-terminu “asbestos fabrikat” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812, l-ewwel paragrafu. Madanakollu, skart minn oġġetti ta’ l-asbestos huma klassifikati f’subtitlu 2524 90 00.

It-taħlit ta’ dan is-subtitlu huwa deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6812, tieni paragrafu.

Skart fil-forma ta’ frak jew trab minn oġġetti b’bażi ta’ asbestos jew asbestos u karbonat tal-manjesju jaqgħu wkoll f’dan is-subtitlu.

6814

Mika maħduma jew oġġetti tagħha, inkluża mika miġmuma jew rikostitwita, kemm jekk fuq irfid ta’ karta kif jekk le, kartun jew materjali oħrajn

6814 10 00

Pjanċi, folji u strixxi ta’ mika miġmuma jew rikostitwita, fuq irfid jew le

Il-pjanċi, folji u strixxi ta’ dan is-subtitlu huma magħmulin f’rombli ta’ tul indeterminat jew ikunu sempliċiment maqtugħin fi kwadri jew rettangoli. Oġġetti maqtugħin fi kwalunkwe forma oħra huma klassifikati f’subtitlu 6814 90 00

6814 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi folji jew frid ta’ mika maqtugħin f’forma għal użu speċifiku. Huma jvarjaw mill-folji u l-frid li jaqgħu f’titlu 2525 skond il-karatteristiċi varji imniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 2525.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll folji u frid ta’ mika, anki jekk mhux maqtugħin f’forma kif deskritta hawn fuq, iżda li għaddew minn proċess li jeskludihom minn titlu 2525, bħal polixjatura jew tgħaqqid ma’ support.

KAPITLU 69

PRODOTTI TA’ ĊERAMIKA

I. OĠĠETTI TA’ PASTI TA’ FOSSILI SILIĊIKI JEW FUĦĦAR SILIĊIKU SIMILI, U OĠĠETTI REFRATTARJI

6901 00 00

Briks, blokki, madum u oġġetti oħrajn taċ-ċeramika ta’ pasti ta’ fossili siliċiki (per eżempju, kieselguhr , tripolit jew dijatomit) jew ta’ fuħħar siliċiku simili

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali sa subkapitlu 1, paragrafu (A).

Dan is-subtitlu jinkludi briks għal iżolament miksubin permezz ta’ ffurmar u firing moler earth.

6902

Briks, blokki, madum refrattarji u oġġetti simili refrattarji ta’ ċeramika għal kostruzzjoni, ħlief dawk ta’ pasti ta’ fossili siliċiki jew ta’ fuħħar siliċiku simili

Iż-żewġ karatteristiċi prinċipali tal-prodotti refrattarji koperti minn dan it-titlu huma li għandhom ikollhom kon pirometru ekwivalenti għal għallinqas 1  500 °Ċ (determinat skond ir-Rakkomandazzjoni ISO R 528-1966 u R 1146-1969) u li huma attwalment disinjati għal użi li jeħtieġu għallinqas dak il-grad ta’ refrazzjoni.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali sa subkapitlu I, paragrafu (B).

6902 10 00

Li fihom, bil-piż, waħdiet jew flimkien, iktar minn 50 % ta’ l-elementi Mg, Ca jew Cr, murijin bħala MgO, CaO jew Cr2O3

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 6902 10.

6903

Oġġetti oħrajn refrattarji ta’ ċeramika (per eżempju, reċipjenti għat-tisħin, griġjoli, borom żgħar, żnienen, tappijiet, irfid, kuppetti, tubi, pajpijiet, għantijiet u vireg), ħlief dawk ta’ pasti ta’ fossili siliċiki jew ta’ fuħħar siliċiku simili

L-ewwel paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għal titlu 6902 japplikaw kompletament għal dan it-titlu. Għalhekk, dan it-titlu jeskludi gwidi mmarkati ta’ alumina kalkarja għal newl, għodda u mankijiet ta’ għodda bl-istess materjali refrattarji jew oħrajn, żibeġ ta’ alumino-silikat refrattarju bħala mezz ta’ support għal porzjon kimika bħala katalisti f’varji proċessi tal-manifattura, eċċ.

II. PRODOTTI OĦRAJN TA’ ĊERAMIKA

 

Ġenerali

Għad-definizzjonijiet tat-termini “porċellana” jew “kina”, fuħħar jew “xogħol tal-ġebel” kif użati fit-titli u s-subtitli ta’ dan is-subkapitlu, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, Ġenerali sa subkapitlu II.

6904

Briks taċ-ċeramika għal bini, blokki, irfid jew madum għall-mili għall-art u bħalhom

Il-kriterji għad-distinzjoni ta’ briks għal bini minn ċangaturi u madum għall-art jew għall-faċċati, huma stipulati fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6907.

6905

Madum għat-tisqif, irjus taċ-ċmieni, għotien taċ-ċmieni ( cowls ), tiżjin arkitettoniku u oġġetti oħrajn taċ-ċeramika għall-kostruzzjoni

6905 10 00

Madum għat-tisqif

Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 6905, tieni paragrafu, (1).

Madum għat-tisqif jista’ jintgħaraf minn madum għall-art jew għall-faċċati mill-fatt li dan ġeneralment ikollu lsien, brekits jew mezzi oħrajn li bihom dawn jistgħu jingħaqdu flimkien.

6905 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6905, tieni paragrafu, (2), (3) u (4).

6907

Ċangaturi u paviment, madum għal qigħan taċ-ċmieni jew għal ħitan ta’ ċeramika mhux igglejżjata; kubi tal-mużajk ta’ ċeramika mhux igglejżjata u bħalhom, fuq dahar ta’ rfid jew le

6907 90 20

Oġġetti magħmulin mill-ġebla

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 30.

6908

Ċangaturi u paviment, madum għal qigħan taċ-ċmieni jew għal ħitan ta’ ċeramika igglejżjata; kubi tal-mużajk ta’ ċeramika igglejżjata u bħalhom, fuq dahar ta’ rfid jew le

6908 90 11 u 6908 90 20

Ta’ fuħħar komuni

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 10.

6908 90 11

Madum doppju tat-tip “Spaltplatten

Għall-manifattura ta’ madum “Spaltplatten”, pressa ta’ l-estrużjoni tintuża biex tifforma l-parti tal-plastik preparata f’madum doppju, li jinqatgħu f’tulijiet stipulati, jitnixxfu u jitqiegħdu fin-nar.

Wara li jitqiegħdu fin-nar, il-madum doppju jinqasmu f’madum individwali. Il-partijiet imqabbżin fuq wara huma karatteristiċi ta’ madum tat-tip “Spaltplatten”.

Għal raġunijiet ta’ produzzjoni, madum doppju tat-tip “Spaltplatten” ikollu tarf qisu taraġ fuq iż-żewġ naħat it-twal. Matul il-manifattura, dan it-tarf jipproteġi l-parti ta’ quddiem tal-maduma minn ħsara. Id-distanza bejn it-tarf ta’ ġewwa u t-tarf protettiv ta’ barra f’forma ta’ taraġ hija massimu ta’ 2 mm.

Madum doppju tat-tip “Spaltplatten” huma prodotti f’kuluri, forom u qisien varji. Il-wiċċ tagħhom jista’ jkun ċatt, bi profil, immewweġ jew b’xi disinn mod ieħor.

Madum doppju tat-tip “spaltplatten” tipikament ikollu d-dehra li ġejja:

Image

6908 90 31

Madum doppju tat-tip “Spaltplatten

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6908 90 11.

6908 90 91

Oġġetti magħmulin mill-ġebla

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 30.

6908 90 93

Fuħħar jew fajjenza fina

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 50.

6909

Oġġetti taċ-ċeramika għal użi ta’ laboratorju, użi kimiċi jew tekniċi oħrajn; ħwat, banjijiet u reċipjenti simili taċ-ċeramika ta’ tip użati fl-agrikultura; kontenituri ( pots ), ġarar u oġġetti simili taċ-ċeramika ta’ tip użati għal ġarr jew ippakkjar ta’ merkanzija

6909 11 00 sa 6909 19 00

Oġġetti taċ-ċeramika għal użi ta’ laboratorju, użi kimiċi jew tekniċi oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6909, tieni paragrafu, (1) u (2).

6909 12 00

Oġġetti b’ebusija ta’ 9 jew aktar fuq l-iskala Mohs

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6909 12.

6909 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6909, tieni paragrafu, (3) u (4).

6912 00

Oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina, oġġetti oħrajn tad-dar u oġġetti tat-twaletta taċ-ċeramika, ħlief ta’ porċellana jew tal-kina

Għall-klassifikazzjoni fil-varji subtitli ta’ dan it-titlu, ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu u partikolarment in-Noti Ġenerali għal subkapitlu II “Prodotti oħrajn taċ-ċeramika”.

Għall-klassifikazzjoni ta’ oġġetti tal-mejda, oġġetti tal-kċina u oġġetti oħrajn tad-dar ta’ natura dekorattiva u partikolarment dawk li fihom disinni dekorattivi bħal imqabbżin jew simili, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 6913, (B).

1.

Maggijiet tal-birra jkunu ġeneralment klassifikati f’dan it-titlu; madanakollu, huma klassifikati f’dan it-titlu 6913 jekk:

it-truf tagħhom ikunu ffurmati jew maħdumin b’tali mod li ma tagħmilx sens li tixrob minnhom;

huma diffiċli biex jinżammu u biex jitpoġġew mal-ħalq minħabba l-forma tagħhom;

id-disinni mqabbżin tagħhom huma ta’ natura tali jew tant numerużi illi jagħmel it-tindif diffiċli;

huma ta’ forma mhux tas-soltu (pereżempju, il-forma ta’ kranju, bust ta’ mara);

huma dekorati b’kuluri li ma jdumux.

2.

Oġġetti li huma fil-forma ta’ maggijiet tal-birra, li għandhom disinni dekorattivi mqabbżin simili iżda b’kapaċita’ inqas minn 0,2 litri, ġeneralment jaqgħu f’titlu 6913.

6912 00 10

Ta’ fuħħar komuni

Dan is-subtitlu jkopri prodotti miksubin minn fuħħar ferruġinu u kalkarju (art briks) li, meta jinqasam, jippreżenta dehra ta’ l-art, matta u kkulurita (ġeneralment kannella, aħmar jew isfar).

Il-frak huwa eteroġenju; id-dijametru ta’ l-element mhux omoġenju (frak, dħul, porijiet) rapreżentattiv ta’ l-istruttura tal-massa ġenerali għandu jkun akbar minn 0,15 mm. Dawn l-elementi għalhekk huma viżibbli għall-għajn waħedha.

Bħala żieda l-porosita’ tagħhom (ko-effiċjent ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma) huwa ta’ mhux inqas minn 5 % mill-piż. Porosita’ għandha titkejjel permezz ta’ metodu li ġej:

Determinazzjoni tal-ko-effiċjent ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma

Skop u definizzjoni

L-iskop tat-test huwa li jkun determinat il-ko-effiċjent ta’ l-assorbiment ta’ l-ilma tal-materjal taċ-ċeramika. Dan il-ko-effiċjent jirrapreżenta perċentwal kalkulat f’relazzjoni mal-piż tal-bidu tal-materjal taċ-ċeramika.

Preparazzjoni ta’ biċċiet għall-ittestjar u t-twettiq ta’ testijiet

Għandu jkun hemm għallinqas tliet biċċiet għall-ittestjar għal kull oġġett li għandu jkun ittestjat. Huma ghandhom jittieħdu minn partijiet miksijin bl-enemel ta’ l-istess oġġett u m’għandhomx ikollhom aktar minn superfiċje waħda miksija bl-enemel.

L-erja tas-superfiċje tal-biċċa għall-ittestjar għandha tkun madwar 30 ċm2 u l-wisa’ massima tagħha ta’ madwar 8 mm, inkluż l-enemel.

Nixxef il-biċċiet għall-ittestjar f’kalkara ta’ 105 °Ċ għal 3 sigħat u, wara li tkessaħhom fmagna li tnixxef, ikkalkula l-piż tagħhom (Wd) sa l-eqreb 0,05 g. Imbagħad għarraq il-biċċiet għall-ittestjar immedjatament f’ilma distillat b’tali mod li huma ma jmissux mal-qiegħ tal-kontenitur.

Għalli fl-ilma għal sagħtejn, u imbagħad ħalli l-biċċiet għall-ittestjar fl-ilma għal 20 siegħa. Neħħihom u imsaħ l-ilma tas-superfiċje b’biċċa nadifa u daqsxejn umda. Nixxef kwalunkwe kavitajiet u toqob bi xkupilja irqiqa daqsxejn umda. Iċċekkja l-piż “imxarrab” Ww. Il-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment ta’ ilma tal-biċċiet għall-ittestjar jinkisbu billi timmultiplika iż-żieda fil-piż b’100 u tiddividih bil-piż niexef:

Image

Evalwazzjoni ta’ riżultati

Il-medja tal-koeffiċjenti ta’ l-assorbiment ta’ ilma tal-biċċiet għall-ittestjar differenti, espressa bħala perċentwal, hija l-koeffiċjent ta’ l-assorbiment ta’ ilma tal-materjal taċ-ċeramika.

6912 00 30

Oġġetti magħmulin mill-ġebla

Dan is-subtitlu jinkludi prodotti miksubin minn tafal is-soltu kkulurit f’ammonti kbar; huma karatterizzati minn framment kumpatt opak li huma kkalkarizzati f’temperatura għolja biżżejjed biex isseħħ vitrifikazzjoni. Trasluċenza għandha tkun determinata fuq framment li jkollu ħxuna ta’ għallinqas 3 mm permezz tat-test li ġej:

Test ta’ trasluċenza

Definizzjoni

Il-kontorn ta’ oġġett għandu jkun jidher minn ġo biċċa għall-ittestjar ħoxna bejn 2 u 4 mm mqiegħda f’kamra mudlama 50 ċm il-bogħod minn lampa ġdida magħluqa f’kaxxa li tagħti raġġ ta’ dawl ta’ madwar 1  350 u 1  500 lumens. Il-lampa għandha tinbidel wara 50 siegħa ta’ użu.

Apparat għall-ittestjar (ara l-iskeċċ t’hawn taħt)

L-apparat jikkonsisti f’kaxxa miżbugħa minn ġewwa b’irfinatura bajda matta. F’wieħed mit-truf titqiegħed lampa (A). Issir toqba fuq in-naħa l-oħra sabiex il-kontorn ta’ l-oġġett (B) jkun jista’ jidher minn ġol-biċċa għall-ittestjar (Ċ).

Id-dimensjonijiet tal-kaxxa huma kif ġejjin:

tul: tul tal-lampa, biż-żieda ta’ 50 ċm;

wisa’ u għoli: madwar 20 ċm;

Id-dijametru tat-toqba huwa ta’ madwar 10 ċm.

Image

Minbarra dan, il-porożita’ tagħhom (koeffiċjent ta’ l-assorbimnet ta’ ilma) huwa 3 % jew inqas mill-piż. Porożita’ għandha titkejjel permezz tal-metodu stipulat fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 10.

6912 00 50

Fuħħar jew fajjenza fina

Dan is-subtitlu jkopri prodotti magħmulin permezz ta’ firing ta’ taħlita ta’ tafal magħżul (“fuħħar fin”), ġieli mħallat ma’ felspar u b’ammonti li jvarjaw ta’ ġibs (fuħħar iebes, fuħħar imħallat, fuħħar artab).

Prodotti tal-fuħħar huma karatterizzati minn framment abjad jew ta’ kulur ċar (daqsxejn fil-griż, krema jew avorju) u prodotti ta’ fuħħar fin bi framment ikkulurit li jvarja minn isfar għal kannella għal kannella-ħamrani. Il-framment tagħhom, li għandu vina fina, huwa omoġenju; id-dijametru ta’ l-elementi mhux omoġenji (partiċelli, inklużjonijiet, pori) li jirrapreżentaw l-istruttura tal-massa ġenerali għandu jkun inqas minn 0,15 mm; dawn l-elementi għalhekk m’humiex viżibbli għall-għajn.

Minbarra dan, il-porożita’ tagħhom (koeffiċjenti ta’ l-assorbiment ta’ ilma) hija ta’ 5 % jew aktar mill-piż. Porożita’ għandha titkejjel permezz tal-metodu stipulat fin-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 10.

6912 00 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri prodotti li la jikkorrispondu mal-kriterji stipulati għall-prodotti li jaqgħu fis-subtitli l-oħrajn ta’ dan it-titlu u lanqas ma’ dawk li japplikaw għal porċellana (titlu 6911).

6913

Statwetti u oġġetti ornamentali oħrajn taċ-ċeramika

Dan it-titlu jinkludi platti ornamentali.

Platt jitqies bħala ornamentali meta, fl-istess ħin:

1.

ikollu fuq il-wiċċ ta’ barra tiegħu disinn dekorattiv (fjuri, pjanti, xeni, annimali, nies, figuri mitoloġiċi, simboli jew riproduzzjonijiet ta’ xogħlijiet ta’ l-arti jew xogħlijiet reliġjużi, eċċ.) li minħabba l-erja miksija jagħmluh ovvjament xieraq għal ornamentazzjoni; u

2.

m’huwiex parti minn sett tal-mejda; u

3.

jilħaq wieħed jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

huwa mtaqqab minn ġot-tarf ta’ barra permezz ta’ toqba waħda jew aktar disinjati biex jgħaddi mezz għal dendil;

(b)

ikun importat bi stand li huwa xieraq għall-wiri (display) tiegħu u ma jistax jintuża separatament;

(ċ)

huwa ta’ forma, dimensjoni jew piż li ovvjament ma jagħmluhx xieraq biex iservi għan utli;

(d)

il-materjal użat għall-manifattura jew dekorazzjoni (żebgħa, metall, partikolarment) ma jagħmluhx xieraq għal użu kulinarju jew alimentarju;

(e)

il-wiċċ utli tiegħu m’huwiex lixx (b’hekk jagħmlu diffiċli biex jitnaddaf).

6913 90 10

Ta’ fuħħar komuni

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 10.

6913 90 93

Fuħħar jew fajjenza fina

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 50.

6913 90 98

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 6912 00 30 u 6912 00 90.

KAPITLU 70

ĦĠIEĠ U OĠĠETTI TAL-ĦĠIEĠ

Ġenerali

It-terminu “ħġieġ ottiku” jkopri tipi varji ta’ ħġieġ speċjali użati fil-manifattura ta’ strumenti ottiċi, speċjalment għal użu, eż., f’fotografija, astronomija, mikroskopija, navigazzjoni, sistemi ta’ armi (vista teleskopika eċċ.), apparat tal-laboratorju u biex isiru ċertu tipi ta’ lentijiet oftalmiċi biex jissewwew diffetti tal-vista. Hemm varjeta’ kbira ta’ ħġieġ ottiku iżda l-karatteristika komuni tas-soltu tagħhom hija t-trasparenza u ċarezza estrema, għalkemm dawn ġieli jkunu sfumati biex jassorbu ċertu frekwenzi ta’ dawl għal grad żgħir. Huma perfettament omoġenji, jiġifieri, s-soltu mingħajr bżieżaq jew partijiet mhux uniformi, u għandhom indiċi ta’ refrazzjoni u proprjetajiet ta’ tixrid mhux tas-soltu f’tipi oħra ta’ ħġieġ.

Folji ta’ ħġieġ issettjati fi frejmijiet ta’ l-injam, metall, eċċ., jitqiesu li tilfu l-karattru essenzjali ta’ ħġieġ u jaqgħu f’diversi titli, eż.:

1.

għall-iffrejmjar ta’ stampi (titli 4414 00, 8306, eċċ.);

2.

għall-makkinarju jew vetturi (taqsima XVI jew XVII);

3.

għal bibien, twieqi ta’ bini, eċċ. (titli 4418, 7610, eċċ.)

7001 00

Tkissir u skart u fdal ieħor tal-ħġieġ; ħġieġ bil-gozz

7001 00 10

Tkissir u skart u fdal ieħor tal-ħġieġ

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7001, l-ewwel paragrafu, (A).

It-terminu “tkissir” jirreferi għal ħġieġ imkisser għal użu mill-ġdid biex isir il-ħġieġ.

7001 00 91 u 7001 00 99

Ħġieġ bil-gozz

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7001, l-ewwel paragrafu, (B), u t-tieni u t-tielet paragrafi.

7002

Ħġieġ f’boċċi (ħlief mikrosferi ta’ titlu 7018 ), vireg jew tubi, mhux maħdumin

Dan it-titlu jkopri biss semi-manifatturati fl-istat mhux maħdum, jiġifieri, mhux maħdumin wara l-iffurmar, ġbid jew nfiħ ħlief għal qtugħ fil-każ ta’ vireg u tubi jew tgħaqqid/iffurmar ta’ estremitajiet biex dawn isiru lixxi jew bejn wieħed u ieħor livell u biex l-oġġetti jkunu inqas perikolużi għal maniġġjar, kemm jekk il-prodotti ffurmati b’dan il-mod jistgħu jintużaw mingħajr aktar ħdim.

7002 10 00

Boċċi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7002, l-ewwel paragrafu, (1), u l-paragrafi ta’ qabel ta’ l-aħħar.

7002 32 00

Ta’ ħġieġ ieħor b’koeffiċjent lineari ta’ espansjoni mhux iktar minn 5 × 10–6 kull Kelvin f’medda ta’ temperatura minn 0 °Ċ sa 300 °Ċ

Il-karatteristiċi bażiċi ta’ dan il-ħġieġ huma n-nuqqas ta’ ċomb, ammont estremament żgħir ta’ potassju u ossidi ta’ l-art alkalini u ammont konsiderevoli ta’ ossidu boriku. Ħġieġ bħal dan ikollu konduttivita’ termali għolja u elastiċita’ notevoli, li jagħmluh resistenti għal kambjament f’daqqa fit-temperatura; bħala riżultat dan huwa partikolarment tajjeb għall-manifattura ta’ affarijiet tal-kċina, għal pużati tal-mejda, oġġetti tal-ħġieġ tal-laboratorju, ħġieġ għall-iffittjar ta’ dawl, eċċ.

7003

Ħġieġ magħmul bil-forma u ħġieġ mibrum, f’folji jew fi profili, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor

Dan it-titlu ma jinkludix ħġieġ float (titlu 7005).

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum” ara Nota 2 (a) għal dan il-kapitlu.

7003 12 10 sa 7003 19 90

Folji mingħajr wajer

Għad-definizzjoni tat-terminu “bil-wajer”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7003, il-paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar qabel l-esklużjonijiet.

7003 12 10 sa 7003 12 99

Miżbugħ fil-massa kollha ( body tinted ), opaċifikat, mifrux ( flashed ) jew b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti

Għad-definizzjoni tat-terminu “saff assorbenti jew riflettenti”, ara Nota 2 (ċ) għal dan il-kapitlu. Għad-definizzjoni tat-terminu “opaċifikat” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7003, tieni paragrafu, (B).

Ħġieġ mifrux (flashed) huwa ħġieġ trasluċenti normalment magħmul minn strat opalin abjad u strat sfumat; iż-żewġ strati jkunu pressati kontra xulxin meta jkunu għadhom rotob biex jingħaqdu.

7003 20 00

Folji bil-wajer

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7003 12 10 sa 7003 19 90.

7003 30 00

Profili

Profili tal-ħġieġ huma magħmulin permezz ta’ proċess kontinwu fejn il-ħġieġ ikun iffurmat immedjatament mat-tluq mill-forn u matul il-bqija tal-proċess kontinwu. Il-ħġieġ sussegwentement jinqata’ għall-qisien mixtieqa iżda ma jinħadimx aktar wara l-manifattura.

7004

Ħġieġ miġbud u ħġieġ minfuħ, f’folji, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum”, ara Nota 2 (a) għal dan il-kapitlu.

7004 20 10 sa 7004 20 99

Ħġieġ miżbugħ fil-massa kollha ( body tinted ), opaċifikat, mifrux ( flashed ) jew b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7003 12 10 sa 7003 12 99.

7005

Ħġieġ “float”, u ħġieġ bil-wiċċ immattjat jew illustrat, f’folji, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti jew mingħajru, iżda mhux maħdum mod ieħor

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum”, ara Nota 2 (a) għal dan il-kapitlu.

7005 10 05 sa 7005 10 80

Ħġieġ mhux bil-wajer, b’saff assorbenti, riflettenti jew mhux-riflettenti

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7003 12 10 sa 7003 19 90 u għal subtitli 7003 12 10 sa 7003 12 99, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza.

7005 21 25 sa 7005 21 80

Ħġieġ miżbugħ fil-massa kollha ( body tinted ), opaċifikat, mifrux ( flashed ) jew bil-wiċċ ftit immattjat

Għad-definizzjoni tat-terminu “opaċifikat”, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7003, tieni paragrafu, (B).

7010

Damiġġani, fliexken, karaffi, vażetti, borom, fjali, impulluzzi u kontenituri oħrajn, ta’ ħġieġ, ta’ tip użati għall-ġarr jew ippakkjar ta’ merkanzija; vażetti tal-ħġieġ għal ippreservar; tappijiet, għotien u għeluq ieħor, ta’ ħġieġ

7010 90 21

Magħmulin minn tubi tal-ħġieġ

Dawn il-kontenituri huma ta’ taqsima (cross-section) ċirkulari u għandhom ħajt bi ħxuna regolari, uniformi ġeneralment taħt 2 mm. Dawn m’għandhom l-ebda marki ta’ għafis, bħal numri, lowgos, linji jew raffjaturi. L-eżaminazzjoni bil-għajn ma turi kważi l-ebda distorzjoni ottika fil-ħġieġ.

Il-kapaċita’ volumetrika ta’ dawn il-kontenituri ġeneralment tvarja minn 1 sa 100 millilitru.

Huma jintużaw primarjament għall-ippakkjar ta’ prodotti farmaċewtiċi jew dijanjostiċi.

7013

Oġġetti tal-ħġieġ tat-tip użati għal mejda, kċina, twaletta, uffiċċju, tiżjin ta’ ġewwa jew għanijiet simili (ħlief dawk ta’ titlu 7010 jew 7018 )

7013 10 00

Ta' ċeramika tal-ħġieg

Għad-definizzjoni ta’ “ċeramiki-ħġieġ”, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, l-aħħar paragrafu, (2).

7013 22 10 u 7013 22 90

Ta’ kristall taċ-ċomb

Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall taċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu.

7013 33 11 sa 7013 33 99

Ta’ kristall taċ-ċomb

Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall taċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu.

7013 41 10 u 7013 41 90

Ta’ kristall taċ-ċomb

Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall taċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu.

7013 42 00

Ta’ ħġieġ b’koeffiċjent lineari ta’ espansjoni mhux iktar minn 5 × 10–6 kull Kelvin f’medda ta’ temperatura minn 0 °Ċ sa 300 °Ċ

Ara N-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7002 32 00.

7013 91 10 u 7013 91 90

Ta’ kristall taċ-ċomb

Għad-definizzjoni tat-terminu “kristall taċ-ċomb”, ara n-Nota tas-Subtitlu 1 għal dan il-kapitlu.

7015

Ħġieġ ta’ arloġġi jew ta’ arloġġi ta’ l-idejn u ħġieġ bħalhom, ħġieġ għan-nuċċalijiet mhux-korrettivi jew korrettivi, ikkurvati, mgħawġin, imħaffrin jew bħalhom, mhux maħdumin ottikament; sferi ta’ ħġieġ imħaffrin u segmenti tagħhom, għall-manifattura ta’ dal-ħġieġ

7015 10 00

Ħġieġ għal nuċċalijiet korrettivi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7015, (Ċ).

7015 90 00

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7015, (A) u (B).

7016

Blokki, ċangaturi, briks, kwadri, madum u oġġetti oħrajn għal pavimentar ta’ ħġieġ ippressat jew bil-forma, bil-wajer jew le, ta’ tip użati għal għanijiet ta’ bini jew kostruzzjoni; kubi tal-ħġieġ u oġġetti żgħar oħrajn ta’ ħġieġ, mirfudin b’dahar jew le, għal mużajki jew għanijiet dekorattivi simili; dwal biċ-ċomb jew bħalhom; ħġieġ multiċellulari jew fowm fi blokki, pannelli, pjanċi, qxur jew għamliet simili

Kwadri tal-ħġieġ imremblin (pereżempju, ħġieġ opâl jew ħġieġ li jixbaħ l-irħam) ma jaqgħux f’dan it-titlu iżda huma klassifikati f’titlu 7003 jew 7005 kif xieraq.

7017

Oġġetti ta’ ħġieġ għal laboratorju, iġjeniċi jew farmaċewtiċi, immarkati b’qisien jew kalibrati

7017 10 00

Ta’ kwarzu mgħaqqad bis-sħana jew ta’ silika oħra mgħaqqda bis-sħana

Il-prodotti koperti minn dan is-subtitlu għandhom kontenut ta’ silika ta’ mhux inqas minn 99 % mill-piż. Kristall mill-ġebla tar-ramel kwarzu pur ħafna jew komposti ta’ silikon volatili jintużaw bħala materjal mhux proċessat għal prodotti ta’ dan it-tip. Oġġetti tal-ħġieġ magħmulin minn ramel kwarzu huma opâki jew l-aktar forsi trasluċenti. Madanakollu, oġġetti tal-ħġieġ magħmulin minn kristall ġebla jew silikon volatilu huma perfettament ċari u trasparenti.

7017 20 00

Ta’ ħġieġ ieħor b’koeffiċjent lineari ta’ espansjoni mhux iktar minn 5 × 10–6 kull Kelvin f’medda ta’ temperatura minn 0 °Ċ sa 300 °Ċ

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7002 32 00.

7018

Żibeġ tal-ħġieġ, perli artifiċjali, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali u oġġetti żgħar tal-ħġieġ simili, u oġġetti tagħhom ħlief ġojjelli artifiċjali; għajnejn tal-ħġieġ ħlief oġġetti prostetiċi; statwetti u ornamenti oħrajn ta’ ħġieġ maħdum bil-lampa, ħlief ġojjelli artifiċjali; mikrosferi ta’ ħġieġ b’dijametru mhux ikbar minn 1 mm

7018 10 11 u 7018 10 19

Żibeġ tal-ħġieġ

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

l-oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (A);

2.

oġġetti simili magħrufin kummerċjalment bħala “żibeġ tal-ħġieġ”, li jikkonsistu f’żibeġ tal-ħġieġ ta’ qisien akbar (sa bejn wieħed u ieħor id-daqs ta’ ġewża). Dawn l-oġġetti, l-aktar intiżi għall-manifattura ta’ ġiżirajjen u brazzuletti, jsiru f’varji forom (pereżempju, sferi, emisferi, forma ta’ demgħa, dammi, ċilindri, tubi żgħar, koni, poliedroni) u huma mtaqqbin minn ġo nofshom.

Tubi żgħar jitqiesu bħala żibeġ tal-ħġieġ għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli jekk id-dijametru estern u t-tul ma jaqbiżx 4 mm u 24 mm rispettivament. Huma m’għandhomx ikunu mħawwdin mat-tubi speċjali standardizzati ta’ ħġieġ taċ-ċomb għat-tip użat għall-manifattura ta’ lampi li jarmu n-nar u lampi tat-tungstenu; tubi ta’ dan it-tip is-soltu jkunu mingħajr kulur u jaqgħu f’titlu 7002.

L-oġġetti li jaqgħu f’dawn is-subtitli jkunu normalment magħmulin f’massa, f’boroż, f’kaxex, eċċ.

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll żibeġ tal-ħġieġ ta’ daqs u kulur identiku mdendlin flimkien mingħajr għoqod li jifirdu u mingħajr mezzi ta’ ssikkar, għal konvenjenza ta’ trasport u għal għanijiet ta’ ppakkjar. Spag bħal dan is-soltu jkun marbut f’munzelli mit-truf ħielsa jew mill-ħajt tagħhom u għalhekk, ma jagħmlux muntaturi lesti għal użu.

Dawn li ġejjin huma esklużi minn dawn is-subtitli:

(a)

spag ta’ żibeġ (kemm jekk marbutin f’munzelli jew le) fejn iż-żibeġ ta’ qisien jew kuluri differenti huma rranġati b’mod regolari (pereżempju, billi jkunu alternati l-kuluri jew il-qisien b’mod regolari jew permezz ta’ l-ordnar taż-żibeġ fl-ispag skond id-daqs) jew fejn iż-żibeġ ikunu mifrudin b’għoqod (titlu 7117);

(b)

spag ta’ żibeġ (anki jekk dawn ikun fihom biss żibeġ ta’ l-istess daqs, kulur jew manifattura) li jinkudu mezzi ta’ ssikkar jew mekkaniżmi simili jew li huma tajbin għal ilbies bħala ġiżirajjen (titlu 7117) meta f’tulijiet qosra.

7018 10 11

Maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi

Żibeġ maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi li jaqgħu f’dan is-subtitlu jintgħarfu minn żibeġ illustrati bis-sħana ta’ subtitlu 7018 10 19 mill-uċuħ perfettament lixxi u t-truf jaqtgħu tagħhom. Barra dan, it-truf tat-toqob ikunu spiss b’ħafna uċuħ (ġieli wkoll illustrati) u għandhom truf maqtugħin li jaqtgħu li jikkorrispondu ma’ l-uċuħ ta’ maġenbhom, filwaqt li t-truf tat-toqob fiż-żibeġ ”illustrati bis-sħana” spiss ikunu ttundjati u ma jiltaqgħux ma’ l-uċuħ b’tarf jaqta’.

Huma prinċipalment l-oġġetti msemmijin fl-ewwel paragrafu, oġġett 2 għan-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7018 10 11 u 7018 10 19 li s-soltu jkunu l-aktar maqtugħin u llustrati b’mezzi mekkaniċi.

7018 10 30

Perli artifiċjali

Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (B).

Rigward spag ta’ perli artifiċjali, n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7018 10 11 u 7018 10 19 japplikaw, mutatis mutandis.

7018 10 51 u 7018 10 59

Ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali

Dawn is-subtitli jkopru l-oġġetti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (Ċ).

7018 10 51

Maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi

Il-ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali maqtugħin u illustrati b’mezzi mekkaniċi ta’ dan is-subtitlu jintgħarfu minn oġġetti simili “illustrati bis-sħana” ta’ subtitlu 7018 10 59 mill-faċċati perfettament lixxi u t-truf jaqtgħu tagħhom.

7018 10 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi korall, żibeġ u cabochons artifiċjali (ħlief perli artifiċjali jew ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż) għall-irjus ta’ labar għall-kpiepel, qtar għal klipep tal-widnejn u tubi żgħar tal-ħġieġ biex isiru frilli.

Rigward id-distinzjoni bejn it-tubi żgħar tal-ħġieġ li jaqgħu f’dan is-subtitlu u dawk meqjusin bħala żibeġ tal-ħġieġ għall-għanijiet ta’ subtitli 7018 10 11 u 7018 10 19, ara t-tieni paragrafu tan-Noti ta’ Spjega għal dawk is-subtitli.

7018 20 00

Mikrosferi ta’ ħġieġ b’dijametru mhux ikbar minn 1 mm

Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (H).

7018 90 10

Għajnejn tal-ħġieġ; oġġetti żgħar tal-ħġieġ

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (E) u (F).

7018 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7018, tieni paragrafu, (G).

7019

Fibri ta’ ħġieġ (inkluż suf minerali) u oġġetti tiegħu (per eżempju, ħjut, fibri minsuġin)

Il-fibri tal-ħġieġ li jaqgħu f’dan it-titlu huma magħmulin minn ħġieġ tat-tessut, jiġifieri, prodotti tal-ħġieġ fejn il-filamenti jkunu prinċipalment bi dritt xulxin. Hemm żewġ tipi ta’ tessuti tal-ħġieġ:

fibri tal-ħġieġ kontinwi jikkonsistu f’numru kbir ta’ filament bi dritt xulxin kontinwi b’dijametri s-soltu bejn 5 u 15 μm (microns). Dawn il-filamenti jinżammu flimkien f’ħajta (ħjut jew ftietel kontinwi) minn “aġent għad-daqs” (is-soltu materjal tal-plastik); l-apparenza ta’ dawn il-ħjut hija simili għal dik ta’ irbit tal-ħarir),

fibra ta’ kwalita’ tal-ħġieġ tikkonsisti f’numru ta’ filamenti ta’ qisien li jvarjaw u tagħti rabta li hija ratba u sufija fl-apparenza.

7019 11 00

Trofof imqattgħin, mhux itwal minn 50 mm

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 11.

7019 12 00

Ftietel

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 12.

7019 19 90

Ta’ fibri ta’ kwalita’

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 19.

Dan is-subtitlu jinkludi ħjut magħmulin minn fibri ta’ kwalita’.

7019 31 00

Twapet

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 31.

7019 32 00

Folji rqaq ( voiles )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7019 32.

7019 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi fibri bil-gozz huma massa ta' filamenti individwali ta' tulijiet differenti mħawwdin flimkien (wadding tal-ħġieġ u suf tal-ħġieġ) użati għal iżolament mis-sħana jew għal iżolament minn ħsejjes u s-soltu preżentati f’ balel jew xkejjer tal-karti.

7020 00

Oġġetti oħrajn ta’ ħġieġ

7020 00 07 u 7020 00 08

Ġewwieni tal-ħġieġ għal fliexken bil-vakwu jew għal reċipjenti oħrajn bil-vakwu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7020, tieni paragrafu, (4).

7020 00 08

Lesti

It-terminu “lesti” japplika biss għal ġewwieni ta’ ħġieġ lest għal kisi (cladding) jew biex ikun miksi mod ieħor.

TAQSIMA XIV

PERLI NATURALI JEW KULTIVATI, ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ, METALLI PREZZJUŻI, METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ, U OĠĠETTI TAGĦHOM, ĠOJJELLI ARTIFIĊJALI; MUNITA

KAPITLU 71

PERLI NATURALI JEW KULTIVATI, ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ, METALLI PREZZJUŻI, METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ, U OĠĠETTI TAGĦHOM, ĠOJJELLI ARTIFIĊJALI; MUNITA

I. PERLI NATURALI JEW KULTIVATI U ĦAĠAR PREZZJUŻ JEW SEMI-PREZZJUŻ

7101

Perli, naturali jew kultivati, maħdumin jew le jew iggradati iżda mhux midmumin, immuntati jew ingastati; perli, naturali jew kultivati, midmumin temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

7101 10 00

Perli naturali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7101, l-ewwel erba’ paragrafi.

7101 21 00 u 7101 22 00

Perli kultivati

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7101, ħames paragrafu.

7101 21 00

Mhux maħdumin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7101, sitt paragrafu.

7101 22 00

Maħdumin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7101, sitt paragrafu.

7102

Djamanti, maħdumin jew le, iżda mhux immuntati jew ingastati

7102 10 00

Mhux magħżulin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7102 10.

7102 21 00 u 7102 29 00

Industrijali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7102 21 u 7102 29.

7102 21 00

Mhux maħdumin jew sempliċiment issegati, xpakkati jew maqtugħin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7102 21 u 7102 29, tielet paragrafu.

Qtiegħ (bruting) huwa l-proċess ta’ tħin tal-blank kontra djamant ieħor biex dan jiċċekken għad-daqs meħtieġ.

7102 31 00 u 7102 39 00

Mhux industrijali

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7102 31 u 7102 39.

7102 31 00

Mhux maħdumin jew sempliċiment issegati, xpakkati jew maqtugħin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7102 31 u 7102 39, tieni paragrafu.

Qtiegħ (bruting) huwa l-proċess tat-tħin tal-blank kontra djamant ieħor biex dan jiċċekken għad-daqs meħtieġ.

7103

Ħaġar prezzjuż (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż, maħdum jew iggradat jew le iżda mhux midmum, immuntat jew ingastat; ħaġar prezzjuż (ħlief djamanti) u ħaġar semi-prezzjuż mhux iggradat, midmum temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

7103 10 00

Mhux maħdumin jew sempliċement issegati jew iffurmati ħorox

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7103 10.

Dan is-subtitlu ma jinkludix ġawhar preparati bħala doppjetti jew tripletti (subtitlu 7103 91 00 jew 7103 99 00).

7103 91 00 u 7103 99 00

Maħdumin mod ieħor

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7103 91 u 7103 99.

Ġawhar ippreparati bħala doppjetti jew tripletti għandhom jitqiesu li jfissru ġawhar miksubin permezz tat-tqegħid ta’ ġawhra waħda (parti ta’ fuq tad-doppjetta jew tripletta) u jew waħda jew żewġ ġawhar oħra (ġeneralment ta’ kwalita’ inferjuri) fuq sustanza oħra (ġawhar rikostitwiti jew ħġieġ, pereżempju).

Rigward il-ġawhar li ma jitqisux bħala maħdumin mod ieħor għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, kif ukoll ġawhar li, anki jekk mhux issettjati jew immuntati, jaqgħu f’kapitlu 90 jew 91, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7103, tielet u ħames paragrafi.

Ġawhar mhux raffinati (magħrufin komunement bħala “blanks”) jaqgħu f’subtitlu 7103 10 00.

7103 91 00

Rubini, żaffiri u żmeraldi

Rubini huma tip ta’ korundum li l-kulur aħmar tiegħu huwa minħabba traċċi ta’ melħ tal-kromju.

Iż-żaffir huwa wkoll tip ta’ kurundun li l-kulur blu skur tiegħu huwa minħabba l-preżenza ta’ traċċi ta’ melħ tal-kobalt.

L-iżmerald huwa tip ta’ beril. Huwa ġeneralment jinsab fil-forma ta’ priżma u l-kulur aħdar tiegħu ġej minn traċċi ta’ ossidu tal-kromju. Daqsxejn aktar iebes mill-kromju iżda inqas minn kurundun u djamant, l-iżmerald għandu valur għoli minħabba l-kulur u t-trasparenza tiegħu. Huwa frekwentement jinqata’ f’rettangoli jew kwadri.

7104

Ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali jew rikostrutt, maħdum jew iggradat jew le iżda mhux midmum, immuntat jew ingastat; ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż artifiċjali jew rikostrutt mhux iggradat, midmum temporanjament għal konvenjenza fil-ġarr

7104 10 00

Kwarzu pjeżoelettriku

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7104 10.

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

kristall pjeżoelettriċi manifatturati minn komposti kimiċi bħal melħ Seignette jew Rochelle (tartrat doppju ta’ potassju u tetraidrat tas-sodju), titanat tal-barju, ortomonofosfat ta’ l-ammonju, jew ortomonofosfat tar-rubidju (subtitlu 3824 90 96);

(b)

kristalli pjeżoelettriċi manifatturati minn ġawhar naturali (eż., kwarzu, tormalina) (titlu 7103);

(ċ)

kristalli pjeżoelettriċi manifatturati minn ġawhar sintetiċi ħlief kwarzu (subtitlu 7104 20 00 jew 7104 90 00);

(d)

kristalli pjeżoelettriċi mmuntati (subtitlu 8541 60 00).

7104 20 00

Oħrajn, mhux maħdumin jew sempliċiment issegati jew iffurmati ħorox

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7103 10 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7104 90 00

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7103 91 u 7103 99 japplikaw, mutatis mutandis.

7105

Għabra u trab ta’ ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż naturali jew artifiċjali

7105 10 00

Ta’ djamanti

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7105, tieni, tielet u raba’ paragrafi.

7105 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi għabra u trab miksubin minn ħaġar prezzjuż tat-tip granata.

II. METALLI PREZZJUŻI U METALLI MIKSIJIN B’METALL PREZZJUŻ

7106

Fidda (inkluża fidda miksija bid-deheb jew platinu), mhux maħduma jew f’għamliet semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab

7106 10 00

Trab

Għad-definizzjoni tat-terminu “trab”, ara Nota 1 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu.

Prodotti tat-trab li ma jikkorrispondux mad-daqs tal-grain stipulata fin-Nota 1 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu jitqiesu bħala ħbub ta’ subtitlu 7106 91 00.

Skart mill-ħidma ta’ fidda jew il-ligi tagħha, joqgħodu biss għall-irkuprar tal-metall jew għal użu fil-manifattura ta’ kimiċi, bħal bċejjeċ, kinsiet u trab, ma jitqiesx bħala frak. Dan l-iskart huwa klassifikat f’titlu 7112.

Madanakollu, bċejjeċ li kienu separati minn materjal barrani u magħmul omoġenju fid-daqs tal-grain (eż., permezz ta’ għarbil) jitqiesu bħala frak ta’ dan is-subtitlu, sakemm dawn jilħqu l-ħtiġijiet imsemmijin hawn fuq.

7106 91 00

Mhux maħdumin

Dan is-subtitlu jinkludi l-prodotti deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7106, raba’ paragrafu, (II).

Vireg li għall-għanijiet ta’ negozju għandhom wiċċ lixx u boll ta’ garanzija jibqgħu klassifikati f’dan is-subtitlu.

Grains ta’ fidda u l-ligi tagħha huma klassifikati f’dan is-subtitlu sakemm dawn ma jilħqux il-ħtiġijiet tan-Nota 1 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu.

Dan is-subtitlu jeskludi vireg miksubin permezz ta’ ġbid jew trembil (subtitlu 7106 92 00).

7108

Deheb (inkluż deheb miksi bi platinu), mhux maħdum jew f’għamla semi-manifatturata, jew f’għamla ta’ trab

7108 11 00

Trab

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7106 10 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7108 12 00

Għamliet oħrajn mhux maħdumin

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7106 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7108 20 00

Monetarju

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 7108 20.

7110

Platinu, f’għamliet mhux maħdumin jew semi-manifatturati, jew f’għamla ta’ trab

Għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni ta’ ligi fis-subtitli ta’ dan it-titlu ara Nota 3 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu.

7110 11 00 sa 7110 19 80

Platinu

Għad-definizzjoni tat-terminu “platinu” fil-kuntest ta’ dawn is-subtitli, ara Nota 2 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu.

7110 11 00

Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7106 10 00 u 7106 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7110 21 00

Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7106 10 00 u 7106 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7110 31 00

Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7106 10 00 u 7106 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7110 41 00

Mhux maħdum jew f’għamla ta’ trab

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7106 10 00 u 7106 91 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7112

Skart u fdal ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż; skart u fdal ieħor li fihom metall prezzjuż jew komposti ta’ metall prezzjuż, ta’ tip użat l-aktar għall-irkupru ta’ metall prezzjuż

Skart u residwi ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż li kienu mdewbin u magħmulin ingotti, blokki jew forom simili huma klassifikati bħala metall mhux maħdum u m’humiex ta’ dan it-titlu.

III. ĠOJJELLI, OĠĠETTI TA’ L-ARĠENTIERA U TA’ MIN JAĦDEM IL-FIDDA U OĠĠETTI OĦRAJN

7113

Oġġetti ta’ ġojjelli u partijiet tagħhom, ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż

Ara Noti 2 (A) u 9 għal dan il-kapitlu.

7114

Oġġetti ta’ arġentiera jew ta’ min jaħdem il-fidda u partijiet tagħhom, ta’ metall prezzjuż jew ta’ metall miksi b’metall prezzjuż

Ara Noti 2 (A) u 10 għal dan il-kapitlu.

7116

Oġġetti ta’ perli naturali jew kultivati, ħaġar prezzjuż jew semi-prezzjuż (naturali, artifiċjali jew rikostrutt)

Ara Nota 2 (B) għal dan il-kapitlu.

7117

Ġojjelli artifiċjali

Ara Nota 11 għal dan il-kapitlu.

7117 11 00 u 7117 19 00

Ta’ metall ta’ valur baxx, miksi jew le b’metall prezzjuż

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

katina ta’ metall ta’ valur baxx, maqtugħa f’tulijiet li kull waħda minnhom hija tajba għall-raffinar f’biċċa waħda ta’ ġojjellerija artifiċjali jew tal-ħwejjeġ permezz ta’, eż., twaħħil ta’ materjali għall-issikkar. Tulijiet bħal dawn normalment ma jaqbżux iż-żewġ metri;

2.

motifi ornamentali ta’ metall ta’ valur baxx, koperti min-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7117, tieni paragrafu, (b), eżempji minnhom huma mgħotijin hawn taħt:

Image

TAQSIMA XV

METALLI TA’ VALUR BAXX U OĠĠETTI TA’ METALLI TA’ VALUR BAXX

Ġenerali

Fdal u skart minn metalli li ma fihomx ħadid li kienu mdewwbin u ffurmati f’ingotti, pigs, blokki jew forom simili huma klassifikati bħala metall mhux maħdum u mhux bħala fdal jew skart. Huwa jkun ġeneralment klassifikat, pereżempju, f’titlu 7601 (aluminju), 7801 (ċomb), 7901 (żingu) jew f’subtitlu 8104 11 00 jew 8104 19 00 (manjesju).

L-espressjoni “metall” titqies li tinkludi wkoll metall li għandu struttura amorfa (mhux kristallina), bħal ħġieġ metalliku u prodotti minn trab metallurġiku.

KAPITLU 72

ĦADID U AZZAR

Ġenerali

A.

Hemm numru ta’ modi kif jintgħarfu prodotti mikwijin fil-forġa jew imremblin fejn din id-distinzjoni għandha ssir (titli 7207, 7214, 7216, 7218, 7224 u 7228).

Jekk il-biċċa sħiħa tista’ tinkiseb, din l-ewwel għandha tkun eżaminata għall-mod li biha tvarja l-qasma tagħha.

jekk il-varjazzjonijiet m’humiex repetuti regolarment, il-prodott ikun mikwi;

jekk, min-naħa l-oħra, hemm varjazzjonijiet repetuti regolarment, jew jekk il-qasma hija kostanti, il-prodott jista’ jkun mikwi jew imrembel. F’dan il-każ, il-kriterji li ġejjin kollha għandhom ikunu eżaminati:

1.

il-qisien tat-taqsima

Jekk dawn huma kbar (taqsima b’erja ta’ aktar minn 1 50  000 mm2) il-prodott kien probabbilment mikwi. Jekk dawn huma żgħar (l-inqas dimensjoni inqas minn 15 mm) il-prodott kien probabbilment imrembel:

2.

forma tat-taqsima

Jekk din hija sempliċi (pereżempju, kwadra, rettangolari, tonda, eżagonali, eċċ.) il-prodott jista’ jkun jew imrembel jew mikwi, filwaqt li prodotti ta’ forma aktar kumplessa huma kważi dejjem miksubin permezz ta’ trembil;

3.

tul

Jekk prodott huwa aktar minn 5 m twil, huwa kważi ċert li kien imrembel; jekk huwa iqsar, dan seta’ kien jew imrembel jew mikwi;

4.

tolleranzi tal-qisien

It-tolleranzi fil-qisien tat-taqsima huma aktar strinġenti fi prodotti mremblin milli fi prodotti mikwijiin;

5.

aspett metallografiku

Minħabba li normalment, il-proporzjoni ta’ riduzzjoni ta’ prodotti mremblin huwa notevolment ogħla milli għal prodotti mikwijin, huwa kważi dejjem possibbli li jintgħarfu permezz ta’ l-eżaminazzjoni taħt mikroskopju.

Il-fatturi prinċipali li għandhom ikunu eżaminati huma inklużjonijiet u struttura:

(a)

inklużjonijiet fi prodotti mremblin huma irqaq, imtawwlin ħafna u kważi perfettament paralleli għad-direzzjoni tat-trembil; fi prodotti mikwijin, min-naħa l-oħra, huma inqas imtawwlin (kważi ovali fil-forma) u mhux perfettament paralleli;

(b)

l-istruttura ta’ prodotti mremblin eżaminati wara l-ittemprar, jekk il-prodott kien imwebbes u ittemprat, għandu marki diviżorji kważi perfettament rettilinjari għad-direzzjoni tat-trembil. Fi prodotti mikwijin, min-naħa l-oħra, dan huwa ħafna inqas komuni u ġieli ma jeżistix.

6.

kwantita’

Prodotti mikwijin huma ġeneralment imqassmin fi kwantitajiet żgħar.

Trembil jista’ jsir jew jaħraq jew kiesaħ. Skond il-forma tal-biċċa li għandha titrembel u l-forma u l-pożizzjoni tar-rombli, l-proċess jista’ jintuża għal prodotti ċatti, bħal folji u platt jew ċirku u strixxa, jew staneg u vireg ta’ taqsima tonda jew poligonali, jew sezzjonijiet ta’ taqsimiet li jvarjaw, tubi, pajpijiet, eċċ.

B.

Għad-definizzjoni ta’ ċertu tipi ta’ deformazzjoni plastika (bħal trembil, kiwi, stampar), ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 72, parti (IV), (A) u (B).

Ċ.

Għad-differenza bejn prodotti mremblin-jaħarqu jew prodotti miġbudin-jaħarqu u prodotti miksubin jew raffinati fl-istat kiesaħ, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 72, parti (IV), (B), l-aħħar paragrafu.

X’uħud mid-differenzi t’hawn fuq bejn prodotti mremblin-jaħarqu u prodotti mremblin-kesħin jistgħu jitnaqqsu jew jitneħħew meta prodotti mremblin-kesħin ikunu ttemprati; b’mod ugwali, fil-każ ta’ prodotti mremblin-jaħarqu li għandhom daqsxejn irfinar-kiesaħ, id-differenzi huma limitati għal ebusija u apparenza tal-wiċċ.

Staneg, vireg, forom, angoli u taqsimiet imremblin-jaħarqu jew miġbudin-jaħarqu jistgħu jkunu raffinati-kesħin permezz ta’ ġbid u proċessi oħra — rettifikazzjoni jew kalibrazzjoni notevoli — li jagħtu lill-prodott irfinatura aħjar. Din l-operazzjoni tagħmilhom klassifikabbli bħala “iffurmati-kesħin jew irfinati-kesħin”.

Madanakollu, kisi kiesaħ u ffurmar ta’ qoxra raffa ma jitqisux bħala proċessi ta’ rettifikazzjoni jew kalibrazzjoni, u għalhekk ma jaffetwawx il-klassifikazzjoni ta’ staneg, vireg, angoli, forom u taqsimiet, mhux maħdumin aktar milli mremblin bis-sħana jew miġbudin. B’mod simili, staneg u vireg, meta mdawrin, ma jitqisux bħala raffinati-kesħin.

D.

Għad-definizzjoni ta’ kisi, ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, parti (IV), (Ċ), (2), (e).

Metalli ta’ valur baxx miksijin b’metalli prezzjużi, tkun xi tkun il-ħxuna tal-kisi, jaqgħu f’kapitlu 71 (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal kapitlu 71).

E.

Għal kummenti fuq trattament tal-wiċċ ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 72, parti (IV), (Ċ), (2), (d).

F.

Kiwjiet mhux raffinati li m’għandhomx aktar l-apparenza raffa ta’ biċċiet iffurmati b’mod raff permezz ta’ kiwi ta’ titlu 7207, 7218 jew 7224 għandhom ikunu klassifikati fit-titli xierqa għall-oġġetti raffinati, li jkunu ġeneralment f’kapitli 82, 84, 85 u 87. Għalhekk, kiwjiet tal-ħadid jew ta’ l-azzar għall-manifattura ta’ krankxafts huma tajbin għal titlu 8483.

I. MATERJALI PRIMARJI; PRODOTTI F’GĦAMLA TA’ QMUĦ JEW TA’ TRAB

7201

Ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara ( pig iron ) u spiegeleisen f’biċċiet tawwalin, blokok jew forom oħrajn primarji

Ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) u spiegeleisen huma definiti f’Noti 1 (a) u 1 (b) għal dan il-kapitlu. Ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) huwa definit f’Nota 1 (a) għal dan il-kapitlu li fih aktar minn 6 % iżda mhux aktar minn 30 % ta’ manganiż għandu jkun klassifikat bħala spiegeleisen (subtitlu 7201 50 90). Jekk liga li għandha dan il-perċentwal ta’ manganiż jkun fiha element ieħor fi proporzjoni ogħla minn dawk imniżżlin f’Nota 1

(a), eż., kontenut ta’ silikon ta’ aktar minn 8 %, huwa għandu jkun klassifikat ma’ ligi tal-ħadid; fil-każ mgħoti bħala eżempju, din tkun klassifikata f’subtitli 7202 21 00 sa 7202 29 90 (ferro-silikon). (Jekk din ikun fiha aktar minn 30 % manganiż u 8 % silikon, din għandha titqies bħala manjejsu-ferro-silikon li jaqa’ f’subtitlu 7202 30 00, u jekk din ikun fiha element addizzjonali ta’ liga fil-proporzjonijiet stipulati f’Nota 1 (ċ), din għandha tkun klassifikata f’subtitlu 7202 99 80).

Ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) huwa definit f’Nota 1 (a) għal dan il-kapitlu li m’huwiex spiegeleisen, u li għalhekk għandu jkun klassifikat f’subtitli 7201 10 11 sa 7201 50 90, huwa dak li fih 6 % jew inqas ta’ manganiż. F’dan it-tip ta’ ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) distinzjoni ssir bejn ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) mhux liga (subtitli 7201 10 11 sa 7201 20 00), u liga ta’ ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) (subtitlu 7201 50 10 jew 7201 50 90), skond il-kontenut ta’ l-element tal-liga.

Liga tal-ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) hija definita f’Nota ta’ Subtitlu 1 (a) għal dan il-kapitlu; ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) mhux liga ma jistax ikollu bil-piż, meħudin b’mod separat jew flimkien, aktar minn:

0,2 % ta’ kromju,

0,3 % ta’ ram,

0,3 % ta’ nikil,

0,1 % ta’ xi element minn dawn: aluminju, molibdenu, titanju, tungstenu (wolfram), vanadju.

7201 50 10

Liga ta’ ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara ( pig iron ) li fih bil-piż mhux inqas minn 0,3 % iżda mhux aktar minn 1 % ta’ titanju u mhux inqas minn 0,5 % iżda mhux aktar minn 1 % ta’ vanadju

Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu jintużaw prinċipalment għall-produzzjoni ta’ komponenti li jeħtieġ li jkunu partikolarment jifilħu għal użu kontwinwu, bħal krankxafts, drammijiet tal-brejkijiet, pistuni tal-pompi, ċilindri li jduru, forom li jiffurmaw bid-daqqa, piping elbows, forom tal-ingotti.

7201 50 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ħadid mhux maħdum ħiereġ mill-kalkara (pig iron) tat-tipi li ġejjin:

1.

dawk li fihom nikil (minn 0,5 sa 3,5 %) għall-manifattura ta’ oġġetti b’resistenza għolja għal stress;

2.

“Ni-Iebes” (li fih 3,3 sa 5 % ta’ nikil u 1,4 sa 2,6 % ta’ kromju) għall-manifattura ta’ oġġetti b’resistenza għolja għal użu ta’ spiss;

3.

dawk b’kontenut għoli ta’ nikil, kromju, silikon jew ram tal-manifattura ta’ oġġetti li għandhom jifilħu korrużjoni;

4.

dawk ukoll li fihom nikil jew kromju għall-manifattura ta’ oġġetti li jifilħu s-sħana;

5.

dawk li fihom ir-ram.

7202

Ligi tal-ħadid

Nota 1 (ċ) tagħti t-tifsira ta’ “ligi tal-ħadid”, fejn tispeċifika partikolarment il-limiti ta’ kontenuti ta’ elementi mhux tal-ħadid tal-liga u ta’ l-element ħadid.

Għall-klassifikazzjoni ta’ ligi tal-ħadid fis-subtitli ta’ titlu 7202, ara Nota 2 tas-Subtitlu għal dan il-kapitlu.

Għalhekk, pereżempju, liga tal-ħadid li fiha aktar minn 30 % ta’ manganiż u 8 % jew anqas ta’ silikon, hija klassifikata f’subtitli 7202 11 20 sa 7202 19 00; jekk madankollu, jkun fiha aktar minn 30 % manganiż u iktar minn 8 % silikon, hija klassifikata f’subtitlu 7202 30 00. B’mod simili, liga tal-ħadid aluminju-mangano-silika għandha jkollha mhux aktar minn 8 % silikon, aktar minn 30 % manganiż u aktar minn 10 % aluminju biex tkun klassifikata f’subtitlu 7202 99 80.

Jekk liga tal-ħadid b’żewġ elementi (binary), tliet elemeti (ternary) jew erba’ elementi (quaternary) m’hijiex imsemmija speċifikament, hija għandha tkun klassifikata f’subtitlu 7202 99 80.

Prodotti skart ta’ l-industrija tal-ħadid u ta’ l-azzar li jkunu mdewbin u ffurmati mill-ġdid b’mod raff fil-forom ta’ ingotti (skart miġbur) u li għandhom kompożizzjoni ta’ liga tal-ħadid u li jintużaw bħala prodotti addizzjonali fil-manifattura ta’ azzar speċjali, huma klassifikati fis-subtitli ta’ titlu 7202 skond il-materjal kostitwenti.

Dan it-titlu ma jkoprix fdal mill-fużjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid, li, minħabba l-preżenza ta’ kubrit u fosfru jew ftit impuritajiet oħra, ma jistgħux jintużaw bħala ligi tal-ħadid (ġeneralment titlu 2620).

7202 11 20 sa 7202 19 00

Ferro-manganiż

Ferro-manganiż jieħu l-forma ta’ bċejjeċ raffi b’qasma li tleqq bajdanija. Dan jitmermer malajr u iebes ħafna. Huwa jintuża għal de-ossiġinazzjoni, għat-tneħħija ta’ kubrit u għaż-żieda mill-ġdid ta’ karbonju fl-azzar u, biż-żieda ta’ manganiż, bħala element għall-iffurmar ta’ ligi.

7202 11 20 u 7202 11 80

Li fih bil-piż iktar minn 2 % ta’ karbonju

Dawn is-subtitli jinkludu dawk it-tipi ta’ ferro-manganiż magħrufin bħala karbonu għoli (ferro-manganiż b’karbonju għoli). L-aktar kwalitajiet komunement użati fihom 6 sa 7 % ta’ karbonju; il-kontenut ta’ manganiż għandu jkun aktar minn 30 % iżda ġeneralment ikun bejn 70 u 80 %.

7202 19 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri ferro-manganiż b’kontenut ta’ karbonju medju (1,25 sa 1,5 %) jew baxx (inqas minn 0,75 %); il-kontenut ta’ manganiż jista’ jvarja minn 80 sa 90 %.

Prodotti bħal dawn jintużaw fil-manifattura ta’ ligi ta’ l-azzar ta’ manganiż li jeħtieġu kontenut baxx ta’ karbonju.

7202 21 00 sa 7202 29 90

Ferro-silikon

Ferro-silikon għandu qasma griża tleqq u jitmermer faċilment. Fin-negozju hemm tipi li fihom minn 10 % sa kważi 96 % ta’ silikon, b’kontenut ta’ karbonju baxx (0,1 sa 0,2 %).

Dan jintuża għall-irfinar ta’ azzar jew għall-manifattura ta’ folji li fihom silikon (partikolarment “folja u platt elettriċi”), jew (minflok silikon, li jiswa’ aktar) bħala materjal li jnaqqas (proċess silikon-termali) fi proċessi oħrajn metallurġiċi, eż., f’metallurġija tal-manjesju.

7202 30 00

Manganiż-ferro-silikon

Manganiż-ferro-silikon, magħruf ukoll sempliċiment bħala siliko-manganiż, jintuża f’forom varji li fihom aktar minn 8 % u sa 35 % ta’ silikon, aktar minn 30 % u sa 75 % ta’ manjesju u sa 3 % ta’ karbonju.

L-użi tiegħu huma simili għal dawk ta’ ferro-silikon, iżda l-effett magħqud ta’ silikon u manganiż inaqqas l-inklużjoni ta’ sustanzi mhux metalliċi u finalment inaqqas il-kontenut ta’ ossiġnu.

7202 41 10 sa 7202 49 90

Ferro-kromju

Ferro-kromju jieħu l-forma ta’ gzuz ta’ kristallini iebsin ħafna, fejn il-kristalli ġieli jkunu żviluppati ħafna.

Dan ġeneralment ikun fih 60 % sa 75 % ta’ kromju; il-kontenut ta’ karbonju huwa 4 sa 10 % f’ferro-kromju komuni u jista’ jkun baxx daqs 0,01 % b’riduzzjoni li tikkorrispondi fit-tmermir. Dan jintuża għall-produzzjoni ta’ azzarijiet kromji.

7202 50 00

Kromju-ferro-siliko

Kromju-ferro-siliko ġeneralment ikun fih 30 % ta’ silikon u 50 % ta’ kromju u l-kontenut ta’ karbonju jista’ jkun għoli jew baxx ħafna bħal fil-każ ta’ ferro-kromju.

Dan jintuża għall-istess għan bħal ferro-kromju; il-preżenza ta’ silikon tiffaċilita d-deossidazzjoni ta’ l-azzar.

7202 60 00

Ferro-nikil

Ferro-nikil li jaqa’ f’dan is-subtitlu fih inqas minn 0,5 % ta’ kubrit u ġeneralment jintuża bħala element għal ligi fil-manifattura ta’ azzar- nikil.

Ferro-nikil b’kontenut ta’ kubrit ta’ 0,5 % jew aktar ma jistax jintuża f’dak l-istat għall-manifattura ta’ staneg tan-nikil; huwa jitqies bħala prodott intermedju ta’ metalluġija tan-nikil u huwa, għalhekk, klassifikat f’titlu 7501.

Madanakollu, ċertu ligi magħrufin fin-negozju bħala nikil iffurmat u użat għall-ikkastjar ta’ oġġetti partikolari biex jirreżistu korrużjoni jew temperaturi għoljin huma klassifikati f’dan is-subtitlu. Dan huwa l-każ meta, pereżempju, ċertu tipi ta’ ħadid iffurmat austenitic, kummerċjalment magħrufin taħt diversi ismijiet tan-negozju reġistrati, li fihom sa 36 % ta’ nikil, 6 % ta’ kromju, 6 % ta’ silikon, aktar minn 2 % ta’ karbonju u ġieli kwantitajiet żgħar ta’ elementi oħra (aluminju, manganiż, ram, eċċ.). Għall-għanijiet tan-Nomenklatura Magħquda, dawn il-prodotti m’għandhomx jitqiesu bħala ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron) minħabba l-kontenut ta’ nikil tagħhom, li huwa aktar minn 10 %, u lanqas bħala azzar, minħabba li l-kontenut ta’ karbonju tagħhom huwa aktar minn 2 %.

7202 99 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi kalċju-ferro-siliku, titanju-ferro-manganu, nikil-ferro-siliku, kalċju-ferro-siliko-aluminu, ferro-aluminju, ferro-siliko-aluminju u ferro-siliko-mangano-aluminju.

Ferro-aluminju ġeneralment ikun fih bejn 12 u 30 % ta’ aluminju.

Ċertu tipi ta’ ferro-aluminju ġieli jintużaw direttament għall-iffurmar ta’ partijiet speċjali minħabba r-reżistenza għolja tagħhom għal korrużjoni anki f’temperatura għolja u minħabba l-proprjetajiet manjetiċi u termali tagħhom.

Ferro-siliko-aluminju jintuża f’varji tipi ta’ ligi, pereżempju:

45 % ta’ silikon u 20 sa 25 % ta’ aluminju;

65 sa 75 % ta’ silikon, ‘il fuq minn 10 % u sa 15 % ta’ aluminju u 3 sa 4 % titanju;

20 sa 25 % silikon, 20 sa 25 % manganiż u ‘l fuq minn 10 sa 12 % aluminju.

Ferro-siliko-mangano-aluminju ġeneralment jkun fih 20 % silikon, 35 % manjesju u 10 sa 12 % aluminju.

7203

Prodotti ta’ ħadid magħmulin bit-tnaqqis dirett ta’ minerali tal-ħadid u prodotti oħrajn ta’ ħadid b’ħafna ħofor ( spongy ), f’għoqod, gerbub jew forom simili; ħadid b’purita’ minima bil-piż ta’ 99,94 %, f’għoqod, gerbub jew forom simili

7203 90 00

Oħrajn

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fit-tieni parti ta’ titlu 7203, li huma koperti mill-paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar tan-Noti ta’ Spjega SA għal dan it-titlu, dan is-subtitlu jinkludi prodotti tal-ħadid qishom sponża miksubin b’mezzi oħrajn għajr milli bir-riduzzjoni diretta ta’ ħadid mhux maħdum, jiġifieri, dawk miksubin minn ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara (pig iron) imdewweb bit-teknika ta’ l-atomizzazzjoni.

7204

Skart u fdal ta’ ħadid; tidwib mill-ġdid ta’ ingotti ta’ ħadid jew azzar

Bħala żieda ma’ l-iskart u l-laqx deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7204, (A), dan it-titlu jinkludi wkoll vireg użati maqtugħin inqas minn 1,5 m f’tul (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7302 10 90).

7204 41 10

Rbaba tat-torn, qxur, frak, skart tal-qtugħ, serratura u trab ta’ l-illimar

Dan is-subtitlu ma jinkludix skart tal-qtugħ u trab ta’ l-illimar mifrudin minn oġġetti barranin (pereżempju, permezz ta’ proċessi manjetiċi) u li huma magħmulin omoġenji fid-daqs tal-qamħa (pereżempju, permezz ta’ skrinjar). Skond id-daqs tal-qamħa tagħhom (ara Nota 8 (b) għal taqsima XV u Nota 1 (h) għal dan il-kapitlu) dawn il-prodotti jaqgħu f’subtitlu 7205 10 00, 7205 21 00 jew 7205 29 00.

7204 49 10

Frammentati (imqattgħin biċċiet)

Skart u laqx frammentati (imqattgħin biċċiet) ikopru prodotti li minnhom 95 % mill-piż m’għandhom l-ebda qies akbar minn 200 mm.

7204 49 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi skart u laqx fi gzuz li fihom, pereżempju, taħlita ta’ ħadid iffurmat, ħadid landa u tipi differenti ta’ azzar.

7204 50 00

Tidwib mill-ġdid ta’ ingotti ta’ skart

Tidwib mill-ġdid ta’ ingotti ta’ skart bil-kompożizzjoni kimika ta’ liga tal-ħadid użati bħala addizzjonijiet fil-produzzjoni ta’ azzar speċjali huma klassifikati fis-subtitli xierqa ta’ titlu 7202.

7205

Qmuħ u trabijiet, ta’ ħadid mhux maħdum għadu ħiereġ mill-kalkara ( pig iron ), ta’ spiegeleisen , ta’ ħadid jew ta’ azzar

7205 21 00 u 7205 29 00

Trabijiet

Il-prodotti ta’ dawn is-subtitli jistgħu jkunu mħalltin jew ma elementi għal ligi għal uħud mill-għanijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7205, (B), jew b’elementi protettivi (eż. żingu) biex jipprevenu r-riskju ta’ qbid spontanju tal-ħadid.

II. ĦADID U AZZAR MHUX-LIGA

7208

Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin 600 mm jew aktar, irrumblati bis-sħana, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin

It-terminu “rrumblati mill-ġdid” għall-għanijiet tas-subtitli ta’ dan it-titlu huwa limitat għal proċess li minnu l-ħadid jgħaddi bejn rombli li jduru bil-maqlub u għalhekk jiċkien fil-ħxuna. Dan il-proċess jista’ wkoll ikollu l-effett li jtejjeb is-superfiċje tal-metall jew il-proprjetajiet mekkaniċi tiegħu. It-terminu “rrumblati mill-ġdid” madanakollu ma jkoprix il-proċess “skin-pass” li jikkawża daqsxejn tnaqqis fil-ħxuna jew proċessi oħrajn li taħthom il-metall ikun iffurmat iżda ma titnaqqasx il-ħxuna tiegħu.

7208 90 20 and 7208 90 80

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru prodotti rrumblati bis-sħana ċatti li għaddew minn wieħed jew aktar mit-trattamenti tal-wiċċ imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7208, tieni paragrafu, (3) sa (5) u/jew maqtugħin f’forma ħlief kwadra jew rettangolari.

Dawn is-subtitli jkopru wkoll prodotti rrumblati bis-sħana ċatti, li wara li kienu rrumblati, għaddew minn xogħol bħal tmewwiġ, perforazzjoni, ċanfrinar jew ittundjar tat-truf.

Madanakollu, prodotti b’disinji mqabbżin li jirriżultaw direttament minn trembil, ma jitqisux li għaddew minn ħidma fis-sens ta’ dawn it-subtitli.

7209

Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin 600 mm jew aktar, irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), mhux miksijin, indurati jew mgħottijin

7209 90 20 and 7209 90 80

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7208 90 20 u 7208 90 80 japplikaw, mutatis mutandis.

7210

Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin 600 mm jew aktar, miksijin, indurati jew mgħottijin

Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, prodotti miksijin kif definit fin-Noti ta’ Spjega SA għal dan il-kapitlu, parti (IV), (Ċ), (2), (e), u prodotti indurati jew mgħottijin huma dawk li għaddew minn wieħed mit-trattamenti inklużi fil-parti msemmija hawn fuq tan-Noti ta’ Spjega Ġenerali, (d), (iv) u (v).

7210 12 20

Pjanċa tal-landa

Dan is-subtitlu ma jinkludix pjanċa tal-landa bil-verniċ (subtitlu 7210 70 10).

7210 20 00

Indurati jew mgħottijin biċ-ċomb, inkluż terne-plate (folja tal-ħadid miksija bl-istann u ċ-ċomb)

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, “terne-plate” għandha tinftiehem li tfisser prodotti rrumblati ċatti bi ħxuna ta’ inqas minn 0,5 mm li huma mgħottijin, permezz ta’ elettroliżi jew permezz ta’ tgħaddis f’banju ta’ metall imdewweb, bi strat magħmul minn liga ta’ landa-ċomb. L-ammont ta’ ċomb fuq iż-żewġ superfiċje ma jistax jaqbeż 120 g/m2 tal-prodott.

7210 30 00

Miksijin jew mgħottijin b’mod elettrolitiku biż-żingu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7210 30, 7210 41 u 7210 49.

7210 41 00

Immewwġin

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7208, sitt paragrafu.

7210 61 00

Miksijin jew mgħottijin b’ligi ta’ aluminju-żingu

Dan is-subtitlu jinkludi prodotti rrumblati ċatti indurati jew miksijin b’ligi fejn l-aluminju jippredomina mill-piż fuq iż-żingu. Elementi tal-ligi oħrajn huma permessi.

7210 90 80

Oħrajn

Bħala żieda ma’ folji jew platti żmaltati dan is-subtitlu jinkludi folji u platti miksijin bil-fidda, indurati jew miksijin bil-platinum, jiġifieri, miksijin b’metalli prezzjużi fuq naħa waħda jew it-tnejn, bi proċessi ħlief bil-kisi (cladding). Il-proċessi involuti huma prinċipalment depożitar, sprejjaturi u evaporazzjoni elettrolitiċi taħt vakwu (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, parti (IV), (Ċ), 2, (d), (iv)).

7211

Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin inqas minn 600 mm, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin

Dan it-titlu ma jkoprix prodotti rrumblati ċatti ta’ forma ħlief kwadri jew rettangolari, anki jekk il-ħxuna tagħhom hija inqas minn 600 mm (titlu 7208).

7212

Prodotti ta’ ħadid jew ta’ azzar mhux-liga rrumblati ċatt, wisgħin inqas minn 600 mm, miksijin, indurati jew mgħottijin

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7210 u s-subtitli tiegħu japplikaw, mutatis mutandis.

7212 10 10

Pjanċa tal-landa, mhux maħduma aktar ħlief bil-wiċċ ittrattat

Dan is-subtitlu ma jinkludix pjanċa tal-landa, mhux maħduma aktar minn verniċjata (subtitlu 7212 40 20).

7212 50 61

Miksijin jew mgħottijin b’ligi ta’ żingu-aluminju

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7210 61 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7214

Biċċiet ( bars ) u vireg oħrajn ta’ ħadid jew azzar mhux-liga, mhux maħdum aktar ħlief mikwi fil-forġa, irrumblati bis-sħana, miġbudin bis-sħana jew maħruġin bis-sħana, iżda inklużi dawk mibrumin wara l-irrumblar

7214 10 00

Mikwijin fil-forġa

Għad-differenza bejn prodotti mikwijin fil-forġa jew irrumblati ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan it-titlu, (A).

7215

Biċċiet ( bars) u  vireg oħrajn ta’ ħadid jew azzar mhux-liga

7215 50 11 to 7215 50 80

Oħrajn, mhux maħdumin aktar ħlief iffurmati fil-kiesaħ jew lesti fil-kiesaħ

Biċċiet (bars) irrumblati bis-sħana jistgħu jitlestew fil-kiesaħ bil-ġbid jew proċess ieħor – notevolment rettifikazzjoni jew kalibrar – sabiex il-prodott jitlesta b’mod aħjar. It-titjib fil-prodott lest jirriżulta mit-tnaqqis tat-tolleranzi fuq id-dijametru u fuq l-ovalizzazzjoni u l-eliminazzjoni mill-wiċċ ta' kull difett bħal mikro-xquq jew żoni dekarburizzati. Din l-operazzjoni tagħmilhom klassifikabbli bħala “iffurmati fil-kiesaħ jew lesti fil-kiesaħ”. Ġeneralment dawn ikollhom wiċċ lixx u kemmxejn omoġenju. Ikunu ħielsa minn brix u difetti superfiċjali oħra, għalkemm il-biċċiet imdaqqsa jista' jkollhom ħruxija minn baxxa sa medja, skond il-grad tar-rettifikazzjoni.

Trattamenti tal-wiċċ b’żieda ma’ dak imsemmi hawn fuq, bħalma hu l-ippolixjar, huma esklużi (Ara n-Noti ta’ Spjega għas-subtitlu 7215 90 00).

7215 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri staneg u vireg mikwijin fil-forġa, rrumblati jaħarqu jew miġbudin jaħarqu u dawk miksubin permezz ta’ ħidma kiesħa, li għaddew minn:

1.

trattament tal-wiċċ bħala żieda ma’ dik imsemmija fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7214, raba’ paragrafu, (1) sa (3), pereżempju, ippolixjar, illostrar, ossidazzjoni artifiċjali, fosfatizzar, ossalizzar, mgħottijin u miksijin; jew

2.

ħidma mekkanika bħal perforazzjoni jew kalibrazzjoni.

7216

Angoli, forom u qatgħat ta' ħadid jew azzar mhux-liga

Dan is-subtitlu ma jinkludix angoli mtaqqbin u angoli “Halfen”, forom u qatgħat li jaqgħu f'titlu 7308 u li huma deskritti fin-Noti ta' Spjega għal dak it-titlu.

7216 32 11

B'uċuħ ta’ flanġi paralleli

Dan is-subtitlu jkopri biss qatgħat fejn kemm il-flanġi ta’ ġewwa u ta’ barra huma paralleli.

It-taqsimiet għandhom il-forma li ġejja:

 

Image

7216 32 91

B'uċuħ ta’ flanġi paralleli

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7216 32 11.

7216 50 91

Pjanċi tal-bozza ( bulb flats )

Dan is-subtitlu jkopri prodotti li għandhom qatgħa uniformi tul it-tul tagħhom kollu kif muri hawn taħt, il-wisa’ tagħhom hija ġeneralment taħt 430 mm. It-tul “a” tal-bozza s-soltu jkun ta’ wieħed minn seba’ mill-wisa’ “b” tal-pjanċi tal-bozza.

 

Image

7216 69 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri angoli, forom u qatgħat li kienu maħdumin fil-kiesaħ jew raffinati fil-kiesaħ permezz ta’ ġbid bi tnaqqis fil-ħxuna.

7216 91 10 u 7216 91 80

Iffurmati fil-kiesaħ jew lesti fil-kiesaħ minn prodotti rrumblati ċatt

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7215 90 00 japplikaw, mutatis mutandis.

7216 91 10

Folji ddisinjati (irrigati)

Folji ddisinjati (irrigati) huma prinċipalment użati għal kisi ta’ faċċati.

Huma tipikament iffurmati kif muri hawn taħt:

Dan is-subtitlu ma jinkludix folji ddisinjati b’apparat ta’ mmuntar (subtitlu 7308 90 59).

 

Image

7216 99 00

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7215 90 00 japplikaw, mutatis mutandis.

III. STAINLESS STEEL

7219

Prodotti ta’ stainless steel  irrumblati ċatt, wesgħin 600 mm jew aktar

7219 90 20 and 7219 90 80

Oħrajn

Dawn is-subtitli jkopru prodotti ċatti rrumblati jaħarqu jew irrumblati fil-kiesaħ li għaddew minn wieħed jew aktar mit-trattamenti tal-wiċċ imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal dan il-kapitlu, parti (IV), (Ċ), (2), (d) u (e); jew maqtugħin għal kull forma għajr kwadra jew rettangolari.

Dawn is-subtitli jkopru wkoll prodotti ċatti rrumblati jaħarqu jew irrumblati fil-kiesaħ li għaddew, wara t-trembil, minn operazzjonijiet bħal perforazzjoni, tmewwiġ jew ttundjar tat-truf.

7220

Prodotti ta’ stainless steel  irrumblati ċatt, wesgħin inqas minn 600 mm

Dan it-titlu ma jkoprix prodotti rrumblati ċatti ta’ forma ħlief kwadra jew rettangolari, anki jekk il-ħxuna tagħhom hija inqas minn 600 mm (titlu 7219).

IV. AZZAR LIGA IEĦOR; BIĊĊIET (BARS) U VIREG TAT-TRAPAN VOJTA, TA’ AZZAR LIGA JEW MHUX-LIGA

7225

Prodotti rrumblati ċatt ta’ azzar liga ieħor, b’wisgħa ta’ 600 mm jew aktar

7225 11 00

B’vina parallela ( grain-oriented )

Prodotti rrumblati ċatti b’vina parallela huma dawk li l-proprjetajiet manjetiċi tagħhom huma aktar paralleli b’mod sinifikanti mad-direzzjoni tat-trembil milli perpendikolari għad-direzzjoni tat-trembil (“disinn Goss”). Prodotti bħal dawn ġeneralment ikunu miksijin bi strat ta’ iżolament li s-soltu jikkonsisti fi strat irqiq qisu ħġieġ (prinċipalment ta’ silikati tal-manjesju).

7226

Prodotti rrumblati ċatt ta’ azzar liga ieħor, b’wisgħa ta’ inqas minn 600 mm

7226 11 00

B’vina parallela ( grain-oriented )

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7225 11 00.

7226 99 10

Miksijin jew mgħottijin b’mod elettrolitiku biż-żingu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7210 30, 7210 41 u 7210 49.

7226 99 30

Miksijin jew mgħottijin mod ieħor biż-żingu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 7210 30, 7210 41 u 7210 49.

7227

Biċċiet ( bars) u vireg, irrumblati bis-sħana, f’koljaturi mkebbin bl-addoċċ, ta’ azzar liga ieħor

7227 90 95

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi wajer għall-issaldjar, ħlief dak ta’ titlu 8311.

7228

Biċċiet ( bars) u vireg oħrajn ta’ azzar liga ieħor; angoli, forom u qatgħat, ta’ azzar liga ieħor; biċċiet ( bars) u vireg tat-trapan vojta, ta’ azzar liga jew mhux-liga

7228 40 10 u 7228 40 90

Biċċiet ( bars) u vireg oħrajn, mhux maħdumin aktar ħlief mikwijin fil-forġa

Għad-distinzjoni bejn prodotti mikwijin fil-forġa u rrumblati ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali għal dan il-kapitlu, (A).

KAPITLU 73

OĠĠETTI TA’ ĦADID JEW AZZAR

7301

Gzuz ta’ pjanċi ( sheet piling ) ta’ ħadid jew azzar, imtaqqbin, imħaffrin jew magħmulin minn elementi mmuntati jew le; angoli, forom u qatgħat iwweldjati, ta’ ħadid jew azzar

Dan it-titlu jkopri gzuz ta’ pjanċi ta’ ħadid u angoli, forom u qatgħat issaldjati li għaddew minn ħidma bħal drilljar, tgħawwiġ, eċċ., sakemm ħidma bħal din ma tefgħetx fuqhom il-karattru ta’ prodotti msemmijin x’imkien ieħor.

7301 20 00

Angoli, forom u qatgħat

Dan is-subtitlu ma jkoprix angoli mtaqqbin u angoli, forom u qatgħat “Halfen” (7308).

7302

Materjal tal-ħadid jew ta’ l-azzar għall-kostruzzjoni ta’ linji tat-tren jew tat-tramm, dawn li ġejjin: linji, “check rails” u “rack rails”, “switch blades”, “crossing frogs”, “point rods” u bċejjeċ oħrajn tal-qsim, rfid tal-linji (sleepers/cross-ties),fish-plates”, siġġijiet, ifilsa għas-siġġijiet, pjanċi bażi (sole plates), klips tal-linji, pjanċi tal-qiegħ, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għall-għaqda jew armar ta’ linji

7302 10 10

Li jitrasmettu kurrent, bi bċejjeċ ta’ metall mhux ta’ ħadid

Dan is-subtitlu jkopri biss linji tal-ferrovija, ħlief running rails, li s-superfiċje li tagħmel kuntatt tagħhom hija ta’ metall mhux ta’ ħadid (aluminju, ram) jew li huma mgħammra bi bċejjeċ li jgħaqqdu magħmulin minn metalli mhux ta’ ħadid.

Linji li jitrasmettu kurrent li jaqgħu f’dan is-subtitlu magħrufin ukoll komunement bħala “tielet (jew raba’) linji tal-ferroviji”, li għandhom l-istess taqsima bħal running rail jew li għandhom taqsima T doppja jew rettangolari jew trapeżojdali eċċ. u li huma magħmulin minn azzar li jkun ġeneralment aktar artab minn dak ta’ running rails, minħabba li l-proprjetajiet mekkaniċi tagħhom jistgħu jkunu sagrifikati għall-kwalitajiet elettriċi: ir-resistivita’ elettrika, li fl-azzar tar-running rails hija ta’ madwar 0,19 × 10–6 ohm.m għal ħadid Armco (ħadid prattikament pur: 99,9 %).

Linji li jitrasmettu jista’ jkollhom kuntatt ta’ fuq, laterali jew ta’ taħt u spiss ikunu protetti permezz ta’ kisja ta’ reżina li tħalli mikxufa n-naħa li fuqha tiġri l-“iskid”.

7302 10 22 u 7302 10 28

Linji Vignole

Il-linja Vignole, imsemmija wara l-inventur tagħha, hija t-tip ta’ linja li tintuża komunement għal linji tal-ferroviji ġenerali u ta’ veloċita’ għolja jew linji tal-ferroviji f’muntanji jew netwerks reġjonali.

Huma jkollhom il-forma li ġejja:

 

Image

7302 10 40

Linji gruvjati

Linji gruvjati huma linji b’għan speċjali għal linji tat-tramms u għal użi industrijali bħal krejnijiet u transporters over-head.

Il-profil tal-linja huwa disinjat b’tali mod li l-flanġ tar-rota joqgħod fl-ispazju vojt tal-gruvjatura.

Huma jkollhom il-forma li ġejja:

 

Image

7302 10 90

Użati

Dan is-subtitlu ma jinkludix linji użati meqjusin bħala skart ta’ titlu 7204, pereżempju, linji mgħawwġin u linji maqtugħin inqas minn 1,5 m f’tul.

7303 00

Tubi, pajpijiet u profili vojta, ta’ ħadid fondut

7303 00 10

Tubi u pajpijiet ta’ tip użati f’sistemi ta’ pressjoni

Dan is-subtitlu jinkludi tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut komunement użati bħala linji ta’ forniment (spiss mirdumin) għal gass u ilma u li jifilħu pressa ta’ għallinqas 10,13 bar. Tubi u pajpijiet bħal dawn huma manifatturati kważi esklussivament minn ħadid fondut duttili ta’ saħħa partikolarment għolja (saħħa ta’ tensjoni minima: 420 MPa) u għandhom ikollhom proprjetajiet mekkaniċi partikolarment tajbin (partikolarment deformazzjoni plastika) jekk huma m’għandhomx jinqasmu bħala riżultat ta’ ċaqliq gradwali fil-ħamrija. Huma għalhekk għandhom punt ta’ ċediment ta’ għallinqas 300 MPa.

7304

Tubi, pajpijiet u profili vojta, biċċa waħda, ta’ ħadid (ħlief ħadid fondut) jew azzar

Oġġetti ta’ dan it-titlu ta’ tul li ma jaqbiżx id-doppju ta’ l-akbar qies estern tat-taqsima ma jitqiesux bħala tubi jew pajpijiet. Huma jitqiesu li huma partijiet għat-tqegħid ta’ tubi jew partijiet (titlu 7303) jew woxers (titlu 7318).

7304 31 20

Tubi ta’ preċiżjoni

Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu huma karatterizzati mis-superfiċje ta’ ġewwa u ta’ barra tagħhom lixxi, jleqqu jew illustrati u mill-fatt li t-tolleranzi tagħhom huma aktar stretti minn dawk għal tubi raffinati fil-jaħraq.

Tubi li jilħqu l-ħtiġijiet ta’ l-iStandard ISO 3304 u ta’ l-istandards nazzjonali relatati jintużaw għal applikazzjonijiet bħal ċirkuwiti idrawliċi jew pnewmatiċi, shock-absorbers, viti idrawliċi jew pnewmatiċi, u ġeneralment għall-fabrikazzjoni ta’ partijiet għal vetturi li jaħdmu b’mutur, muturi jew magni.

Madanakollu, tubi li jilħqu l-provvedimenti ta’ l-iStandards ISO 6759 u 9329 u l-istandards nazzjonali rilevanti jintużaw bħala katusi f’kontenituri ta’ pressa: kaldaruni, superhiters, heat-exchangers u feedwater heaters għal bini għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku (power stations), fejn it-tolleranzi imposti fuq tubi ta’ preċiżjoni huma meħtieġa.

7304 39 10

Mhux maħdumin, dritti u ta’ ħxuna ta’ ħitan uniformi, għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’uċuħ ta’ qatgħa u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi tubi ta’ l-azzar mingħajr tgħaqqid is-soltu miksubin permezz ta’ toqob u trembil bil-jaħraq jew permezz ta’ toqob u ġbid bil-jaħraq; huma s-soltu jissejħu “blanks”. Huma intiżi biex ikunu trasformati f’tubi ta’ forom u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn b’tolleranzi ta’ qisien imnaqsin iktar.

Huma preżentati bit-truf maqtugħin b’mod raff u b’xi partijiet imxewkin imneħħijin iżda li l-bqija m’humiex raffinati. Is-superfiċje ta’ barra u ta’ ġewwa tagħhom huma raffi u mhux inċanati. Huma ma jkollhomx żejt miżjud, ma jkunux miksijin biż-żingu jew miżbugħin.

7304 39 52 u 7304 39 58

Tubi (pajp tal-gass) bil-kamin jew li jista’ jingħaddilhom kamin

Dawn it-tubi huma miksubin permezz ta’ trembil fil-jaħraq u kalibrazzjoni. Huma għandhom dijametri ta’ barra ta’ 13,5 sa 165,1 mm, u huma jkunu manifatturati bit-truf lixxi jew bit-truf bil-kamin b’partijiet fejn jistgħu jiffitjaw vireg oħra. Huma għandhom jew superfiċje mhux raffinati jew superfiċje bi strat ta’ żingu jew prodott protettiv ieħor, eż., plastik jew bitum.

Raffinar bil-jaħraq jagħtihom il-proprjetajiet mekkaniċi li jippermettilhom li jinqatgħu għat-tul li bih għandhom jintużaw, mgħawwġin u fejn meħtieġ bil-kamin mgħoddi fil-post.

Huma jintużaw prinċipalment għad-distribuzzjoni ta’ fwar, ilma jew gass f’bini.

Huma jilħqu l-ħtiġijiet ta’ l-iStandard ISO 65 u ta’ l-istandards nazzjonali rilevanti.

7304 49 10

Mhux maħdumin, dritti u ta’ ħxuna ta’ ħitan uniformi, għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’uċuħ ta’ qatgħa u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7304 39 10.

7304 51 81

Tubi ta’ preċiżjoni

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7304 31 20.

7304 59 10

Mhux maħdumin, dritti u ta’ ħxuna ta’ ħitan uniformi, għal użu biss fil-manifattura ta’ tubi u pajpijiet b’uċuħ ta’ qatgħa u ħxuniet ta’ ħitan oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7304 39 10.

7305

Tubi u pajpijiet oħrajn (per eżempju, iwweldjati, irbattuti jew magħluqin hekk), b’uċuħ ta’ qatgħa tonda, bid-dijametru ta’ barra ikbar minn 404,4 mm, ta’ ħadid jew azzar

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis.

7306

Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (per eżempju, mhux magħluqin ( open seam ) jew iwweldjati, irbattuti jew hekk magħluqin), ta’ ħadid jew azzar

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis.

7306 30 11 u 7306 30 19

Tubi ta’ preċiżjoni, bi ħxuna ta’ ħitan

Dawn is-subtitli jkopru kemm tubi ta’ preċiżjoni mhux aktar maħdumin milli kalibrati u tubi ta’ preċiżjoni wweldjati u miġbudin fil-kiesaħ.

1.

Tubi mhux aktar maħdumin milli kalibrati

Dawn it-tubi ġeneralment jinkisbu permezz ta’ wweldjar kontinwu, mingħajr metall li jimla, b’resistenza elettrika jew iwweldjar ta’ induzzjoni minn prodotti rrumblati ċatti, irrumblati fil-jaħraq jew irrumblati fil-kiesaħ f’forma ta’ kolja, wara ffurmar fil-kiesaħ fid-direzzjoni ta’ matul it-tul tagħhom.

Għall-parti l-kbira tagħhom, l-uċuħ tagħhom huma ħielsa minn qxur u żjut, bħala riżultat ta’ lubrikazzjoni matul l-iffurmar, iwweldjar u kalibrar. M’hemm l-ebda tgħaqqid permezz ta’ weld fuq barra, minħabba li dan kien mitħun mill-ewwel wara l-iwweldjar. F’uħud mill-każi, t-tgħaqqida tal-weld titneħħa wkoll mill-wiċċ ta’ ġewwa tal-prodott.

Wara ħidma fil-kiesaħ u kalibrazzjoni, dawn il-prodotti jinħarġu fl-istat word-hardened, sakemm ma jkunx meħtieġ trattament bis-sħana għar-riġenerazzjoni ta’ l-istruttura.

Huma jintużaw prinċipalment għall-manifattura ta’ partijiet ta’ vetturi jew magni li jaħdmu b’mutur, għamara tal-metall, frejmijiet ta’ roti (bicycle frames), perambulators, xatbiet u ballavostri.

Huma jilħqu l-ħtiġijiet ta’ l-iStandard ISO 3306 u l-istandards nazzjonali rilevanti.

2.

Tubi wweldjati, miġbudin

Dawn it-tubi jistgħu jintgħarfu minn tubi ta’ preċiżjoni wweldjati mhux maħdumin aktar ħlief kalibrati, mill-fatt li l-ebda mixja ta’ tgħaqqida bil-weld ma teżisti la fuq il-wiċċ ta’ barra u lanqas fuq il-wiċċ ta’ ġewwa tat-tubu u li t-tolleranzi tal-qisien tagħhom huma aktar strinġenti.

L-użi tagħhom huma l-istess bħal dawk f’subtitli 7304 31 20 u 7304 51 81.

Huma għandhom jilħqu l-ħtiġijiet ta’ l-iStandard ISO 3305, jew dawk ta’ l-iStandards ISO 6758 u 9330 jekk se jintużaw għal kontenituri ta’ pressa.

7306 30 41 u 7306 30 49

Miksijin jew mgħottijin biż-żingu

Dawn it-tubi huma magħmulin mill-proċess ta’ kiwi bil-weld wara ħidma bil-jaħraq. Għall-karatteristiċi u l-użi oħra ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7304 39 52 u 7304 39 58.

7306 50 20

Tubi ta’ preċiżjoni

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7306 30 11 u 7306 30 19.

7307

Tagħmir ta’ tubi u pajpijiet (per eżempju, couplings , liwjiet minkeb, sleeves ), ta’ ħadid jew azzar

7307 11 10 u 7307 11 90

Ta’ ħadid fondut mhux-malleabbli

L-espressjoni “mhux malleabbli” tinkludi ħadid fondut tal-grafit lamellari.

Dawn is-subtitli jkopru fitjaturi tal-ħadid fondut, bħal liwjiet minkeb, liwjiet, sleeves, ties, collars u tees. Huma magħqudin ma’ tubi jew pajpijiet ta’ ħadid fondut jew azzar permezz ta’ kamin, kuntatt jew permezz ta’ mmuntar mekkaniku.

7307 19 10

Ta’ ħadid fondut malleabbli

Ħadid fondut malleabbli huwa prodott intermedju bejn ħadid tal-grafit lamellari (ħadid griż) u azzar fondut. Dan jista’ jkun fondut faċilment u jsir iebes u malleabbli wara trattament xieraq bis-sħana. Matul it-trattament bis-sħana, il-karbonju jisparixxi parzjalment jew jibdel il-kompożizzjoni tiegħu; huwa fl-aħħar jiddepożita fil-forom ta’ noduli li ma joħolqux koeżjoni metallika sa tali punt li l-grafit jitqaxxar fil-ħadid fondut griż.

Fejn il-kontenut ta’ karbonju ikun 2 % jew inqas mill-piż, il-prodotti jitqiesu li huma ta’ azzar fondut u jaqgħu f’subtitlu 7307 19 90 (ara Nota 1 għal dan il-kapitlu).

L-espressjoni malleabbli tinkludi grafit ta’ ħadid fondut sferojdali.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitli 7307 11 10 u 7307 11 90, tieni paragrafu.

7307 23 10

Liwjiet minkeb u liwjiet

Dan is-subtitlu jinkludi liwjiet minkeb u liwjiet ta’ ħxuna kostanti matul il-linji li jiġġeneraw tagħhom, kif deskritt fl-iStandard ISO 3419-1981 u fl-istandards nazzjonali rilevanti.

It-truf tagħhom huma maqtugħin kaxxa u, fi prodotti b’ħitan usa, huma ċċanfrinati biex jiffaċilitaw weldjar mat-tubi.

Il-fitjaturi huma magħmulin b’liwjiet ta’ 45° jew 90° (magħrufin bħala liwjiet minkeb) jew b’liwjiet ta’ 180° (magħrufin bħala liwjiet).

Dan is-subtitlu jkopri wkoll liwjiet minkeb u liwjiet li l-ħxuna tagħhom m’hijiex kostanti.

7307 23 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri prinċipalment tees u slaleb, sleeves, plaggijiet u reducers konċentriċi jew eċċentriċi deskritti fl-iStandard ISO 3419-1981 u fl-istandards nazzjonali rilevanti.

Rigward l-irfinar tat-truf ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 10.

7307 93 11

Liwjiet minkeb u liwjiet

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 10.

7307 93 19

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 90.

7307 93 91

Liwjiet minkeb u liwjiet

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 10.

7307 93 99

Oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7307 23 90.

7308

Strutturi (ħlief bini prefabbrikat ta’ titlu 9406 ) u bċejjeċ ta’ strutturi (per eżempju, pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, xtabi ta’ magħluq ( lock-gates ), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, qofsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-qofsa tagħhom u għetiebi għal bibien, xaters, balavostrar, pilastri u kolonni), ta’ ħadid jew azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, qatgħat, tubi u bħalhom, imħejjijin għal użu fi strutturi, ta’ ħadid jew azzar

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7308, dan it-titlu jinkludi:

1.

angoli mtaqqbin (“handy angles” jew “angoli bit-toqob Dexion”) preparati għal użu fl-immuntar ta’ strutturi tal-metall bħal xkafef, settijiet ta’ xkafef, għamara, turġien, scaffolding, strutturi tas-soqfa, preżentati separatament jew f’settijiet.

2.

angoli, forom u taqsimiet “Halfen” ta’ qasma bejn wieħed u ieħor omega b’qasmiet f’intervalli irregolari tul il-parti ta’ wara daqsxejn imqabbżin biex jippermettu d-dħul ta’ strixxa li tankra, intiżi li jiddaħħlu f’artijiet, soqfa jew ħitan tal-konkrit, bil-għan li jissikkaw permezz ta’ skorfini speċjali tipi varji ta’ tagħmir (magni, linji tal-ferrovija, trasportaturi, monorails, krejnijiet mobbli, pajpijiet, eċċ.).

7308 90 59

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi pannelli b’qalba li tiżola bejn ħajt ta’ folja b’disinn (ikkustiljata) kif klassifikati f’subtitlu 7216 91 10 u ħajt ta’ folja oħra ħlief b’disinn (ikkustiljata).

7310

Tankijiet, btieti, ċilindri, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili, għal kull materjal (ħlief gass kompressat jew imdewweb), ta’ ħadid jew azzar, li jesgħu mhux aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termali

7310 21 11

Bottijiet ta’ tip użati għal ippreservar ta’ ikel

Dan is-subtitlu jkopri laned li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

il-bodi tal-landa

jkun jew stampat bl-isem ta’ l-ikel, jew

joħroġ vojt u jingħata tikketta aktar tard;

il-parti ta’ fuq tal-landa tkun kważi dejjem kompletament miftuħa, u jista’ jkollha pereżempju ħolqa li tippermetti l-ftuħ tal-parti ta’ fuq.

Il-parti ta’ fuq, madanakollu, tista’ tkun fornuta separatament.

7310 21 19

Bottijiet ta’ tip użati għal ippreservar ta’ xorb

Dan is-subtitlu jkopri laned li għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

il-bodi tal-landa jkun dejjem stampat bl-isem tax-xarba,

il-parti ta’ fuq tkun dejjem miftuħa parzjalment, u jista’ jkollha pereżempju ħolqa timbotta jew tiġbed lukkett.

Il-parti ta’ fuq, madanakollu, tista’ tkun fornuta separatament.

7311 00

Kontenituri għal gass kompressat jew imdewweb, ta’ ħadid jew azzar

Dan it-titlu ma jkoprix inflators ta’ tajers li jinġarru li jinkludu, bħala żieda ma’ provvista ta’ arja kompressata, apparat biex tkejjel il-pressa, tubu għall-mili, żennuna li taddatta u valvli għad-dħul u għall-ħruġ, u li fih l-apparat li jkejjel il-pressa jintuża biex titkejjel il-pressa tat-tajer u mhux il-pressa ġewwa l-provvista (subtitlu 9026 20 40 jew 9026 20 80).

7312

Wajer bis-swiegli, ħbula, kejbils, ċineg immaljati, bragi u bħalhom, ta’ ħadid jew azzar, mhux iżolat għall-elettriku

7312 10 61 sa 7312 10 69

Wajer bis-swiegli

Wajer bis-swiegli jikkonsisti f’wajers ta’ qasma ċirkulari mdawwrin fi strat wieħed jew aktar madwar fosdqa. Wajer bis-swiegli jista’ jkollu swiegli tondi, swiegli ċatti jew swiegli triangolari, skond il-qasma tiegħu.

7312 10 81 sa 7312 10 98

Ħbula u kejbils (inklużi ħbula koljaturi maqfulin)

Ħbula ġeneralment jikkonsistu f’numru ta’ swiegli mdawrin f’wieħed jew aktar strati madwar fosdqa.

Ħbula ta’ kolji llokkjati għandhom strat ta’ barra wieħed jew aktar li jikkonsisti kompletament jew parzjalment f’wajers li jissikkaw lil xulxin, b’hekk jipprovdu superfiċje li ma jgħaddix ilma jew oġġetti barranin minnha. Huma dejjem ikollhom forma ta’ qasma ċirkulari.

7318

Viti, boltijiet, skorfini, coach screws (viti b’ras eżagonali biex jiddawwru bi spanner), ganċijiet bil-kamin, rivits, kavilji, ċavi, woxers (inklużi woxers molla) u oġġetti simili, ta’ ħadid jew azzar

7318 11 00

Coach screws

Il-coach screws huma tip speċjali ta' vit bla slott għall-injam li għandhom ras eżagonali jew kwadra u jista' jkollhom kappa fissa.

Hemm żewġ tipi ta' coach screws:

viti li jintużaw biex jorbtu l-linji ferrovjarji mas-serratizzi ta' l-injam li huma, fil-prinċipju, viti kbar ta' l-injam (ara eżempju A),

viti li jintużaw għall-immuntar tat-twavel u xogħol ta' l-injam goff simili li, minħabba lużu tagħhom, għandhom dijametru tal-parti d-dejqa (shank) ta' aktar minn 5 mm (ara eżempju B).

Image

Eżempju A

Image

Eżempju B

7318 14 91

Viti b’kamin spazjat

Dan is-subtitlu jkopri viti mwebbsin b’ras u kamin għal twaħħil (kamin-V) biex jitmexxa ġo folja tal-metall. Il-kamin, li m’huwiex metriku, jestendi mit-tarf tal-parti dritta sar-ras. It-tarf tal-parti dritta huwa ppuntat jew journal. Huma tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

Image

7318 15 10

Imdawwrin minn biċċiet ( bars) , vireg, profili, jew wajer, ta’ qatgħa solida, bil-parti dritta mhux eħxen minn 6 mm

Oġġetti “magħmulin permezz ta’ magna li tinvita” jitqiesu li huma dawk imdawrin fuq magna li tinvita minn vireg, taqsimiet jew wajer, bil-qasma kompluta tagħhom. Dawn l-oġġetti mhux neċessarjament għandhom ikunu mdawrin matul it-tul sħiħ tagħhom.

Bħala żieda ma’ li jkunu mdawrin huma jistgħu jkunu għaddew minn operazzjonijiet oħra għat-tneħħija tal-metall eż., tħin, drilljar, titqib, jew xkatlar. Huma jistgħu wkoll ikollhom qasmiet jew għafsiet. Ħidma tal-wiċċ li ma taffettwax il-forma tagħhom u li ssir wara tidwir tista’ wkoll tkun permessa sakemm l-oġġetti jkunu għadhom jintgħarfu li nkisbu permezz ta’ tidwir.

7318 15 20

Biex jitwaħħal materjal tal-kostruzzjoni ta’ linji tat-tren

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

boltijiet ġanċ, li ġeneralment ikollhom ras kwadra jew trapeżojdali b’għonq kwadru jew le, u li jintużaw għal sleepers tal-metall;

2.

fish bolts, li ġeneralment ikollhom ras kwadra jew tonda u għonq ovali, u li jintużaw biex jgħaqqdu linji tat-tren ma’ xulxin;

3.

boltijiet oħra għat-twaħħil ta’ materjal tal-kostruzzjoni ta’ linji tat-tren, li ġeneralment ikunu fornuti bi skorfini magħhom u li għandhom ħxuna tat-tul tagħhom ta’ mhux inqas minn 18 mm.

7318 15 30 sa 7318 15 49

Bla rjus

Dawn is-subtitli jinkludu oġġetti li tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

Image

7318 15 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi viti u boltijiet b’irjus sokit kwadri, kwadri ottagonali jew triangolari,

Image

viti b’irjus tondi u boltijiet ta’ tipi varji, eż.:

 

Image

7318 16 10

Imdawwrin minn biċċiet, vireg, profili, jew wajer, ta’ qatgħa solida, ta’ dijametru ta’ toqba mhux aktar minn 6 mm

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7318 15 10.

7318 16 91 u 7318 16 99

Oħrajn, b’dijametru ta’ ġewwa

Id-dijametru ta’ ġewwa għandu jkun imkejjel mill-għerq tal-kamin. Id-dijametru tal-boltijiet, min-naħa l-oħra, għandu jkun imkejjel mill-kresta (crest) tal-kamin.

7320

Molol u strixxi għal molol, ta’ ħadid jew azzar

7320 10 11

Molol laminati u strixxi għalihom

Molol laminati huma strixxi ta’ molol maħdumin bis-sħana b’taqsima imdejqa miċ-ċentru għal estremita’.

7320 20 81

Molol spirali ta’ kompressjoni

Molol spirali ta’ kompressjoni huma disinjati biex jirreaġixxu għal pressa u għalhekk huma għandhom spirali miftuħ.

7320 20 85

Molol spirali ta’ tensjoni

Molol spirali ta’ tensjoni huma disinjati biex jirreagixxu għal tensjoni u għalhekk huma għandhom spirali magħluq.

7320 20 89

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi molol spirali ta’ brim u molol ta’ voluta. Molol ta’ brim spirali tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja:

Image

Molol ta’ voluta tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja:

 

Image

7320 90 30

Molol diski

Molol diski tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja:

 

Image

7324

Oġġetti għall-kamra tal-banju u partijiet tagħhom, ta’ ħadid jew azzar

7324 10 00

Sinkijiet u friskaturi, ta’ l-i stainless steel

Stainless steel huwa definit f’Nota 1 (e) għal kapitlu 72. L-oġġetti ta’ dan is-subtitlu s-soltu jkunu magħmulin minn stainless steel tat-tip austentic li fih madwar 18 % kromju u 8 % nikil.

Huma magħmulin jew permezz tal-ġbid fil-fond ta’ folja ta’ l-istainless steel biex jagħtu sink f’biċċa waħda jew permezz tat-tgħaqqid ta’ wieħed jew aktar sinkijiet b’bord lixxa jew bil-kanali għal drenjar.

7326

Oġġetti oħrajn ta’ ħadid jew azzar

7326 20 00

Oġġetti ta’ wajer ta’ ħadid jew azzar

Dan is-subtitlu jinkludi prodotti li jikkonsistu f’wajer wieħed jew aktar ta’ l-azzar mgħaffġin bejn żewġ strixxi ta’ karta jew plastik, mhux maqtugħin għal tul. Dawn l-oġġetti ġeneralment ikunu fornuti fuq rukkell għal użu ma’ magni li jagħlqu boroż b’mod awtomatiku.

Meta maqtugħin f’tulijiet qosra (tajbin għall-issiġillar ta’ boroż, sachets, eċċ.) dawn il-prodotti jkunu klassifikati f;titlu 8309 (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8309, tieni paragrafu, (9)).

KAPITLU 74

RAM U OĠĠETTI TIEGĦU

7406

Trabijiet u qxur ta’ ram

7406 20 00

Trabijiet ta’ struttura lamellari; qxur

Trabijiet ta’ struttura lamellari jistgħu jintgħarfu taħt mikroskopju. Huma estremament ta’ qamħa fina, is-soltu jleqqu, daqsxejn żejtnin u ġeneralment jintużaw bħala kuluri għal żebgħat.

Qxur għandhom ikunu jintgħarfu bil-għajn waħidha jew minn ġo ħġieġa li tkabbar. Huma jidhru bħala qxur żgħar, fini, irregolari u ġeneralment jintużaw bħala materjal għal kisi.

7407

Biċċiet ( bars ), vireg u profili tar-ram

Dan it-titlu jinkludi profili b’kontorn magħluq (profili vojta) sakemm dawn ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ tubi u pajpijiet.

7411

Tubi u pajpijiet ta’ ram

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis.

KAPITLU 75

NIKIL U OĠĠETTI TIEGĦU

7507

Tubi, pajpijiet u tagħmir ta’ tubi jew pajpijiet (per eżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves ) ta’ nikil

7507 11 00 u 7507 12 00

Tubi u pajpijiet

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis.

KAPITLU 76

ALUMINJU U OĠĠETTI TIEGĦU

7602 00

Skart u fdal ta’ aluminju

Dan it-titlu ma jkoprix skart u fdal mhux maħdum li kien imdewweb mill-ġdid (titlu 7601).

7602 00 11

Irbaba tat-torn, ċana, laqx, skart taċ-ċana, trab tas-segar u l-illimar; skart ta’ folji u fojl ikkuluriti, miksijin jew inkullati, ta’ ħxuna (mingħajr kull rinforz) mhux aktar minn 0,2 mm

Dan is-subtitlu jkopri irbaba, ċana, laqx, skart tas-segar, skart taċ-ċana u skart ta’ l-illimar li jikkostitwixxu l-iskart minn prodotti li kienu maħdumin fuq it-torn, magna tat-tħin, ċana, magna li ttaqqab, sega, magna li ssin jew lima.

Dan is-subtitlu jkopri wkoll skart ta’ folji u fojl ikkuluriti, miksijin jew magħqudin, ta’ ħxuna (bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe kisi ta’ wara) li ma jaqbiżx 0,2 mm.

Dan l-iskart għandu jgħaddi minn trattament speċjali, qabel l-irkuprar tal-metall, għat-tneħħija ta’ sustanzi estranji (grass, żejt, kisi, karta, eċċ.).

7602 00 19

Oħrajn (inklużi twarrib tal-fabbrika)

Dan is-subtitlu jinkludi kull skart ta’ l-aluminju mhux kopert minn subtitlu 7602 00 11.

“Twarrib tal-fabbrika” għandu jitqies li jfisser oġġetti ġodda, raffinati jew mhux raffinati, li minħabba żball fil-manifattura (eż., difett fl-istruttura tal-metall jew difett li jirriżulta mill-ipproċessar) jistgħu jintużaw biss għal irkupru tal-metall.

7602 00 90

Fdal

Fdal ta’ l-aluminju għandu jitqies li jfisser oġġetti ta’ l-aluminju qodma li m’għadhomx tajbin għall-użu oriġinali tagħhom minħabba li nkisru, tqattgħu jew ittieklu biż-żmien, flimkien ma’ fdal minn dawn l-oġġetti.

7603

Trabijiet u qxur ta’ aluminju

7603 20 00

Trabijiet ta’ struttura lamellari; qxur

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 7406 20 00.

7608

Tubi u pajpijiet ta’ aluminju

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 7304 japplikaw, mutatis mutandis.

KAPITLU 78

ĊOMB U OĠĠETTI TIEGĦU

7801

Ċomb mhux maħdum

7801 91 00

Li fihom bil-piż antimonju bħala l-element l-ieħor prinċipali

Dan is-subtitlu jinkludi ligi ta’ ċomb-antimonju użati prinċipalment għall-manifattura ta’ platti akkumulaturi (Pb 92 sa 94 %, Sb 6 sa 8 %) u ligi magħmulin minn tliet metalli mħalltin (ċomb-antimonju-landa) fejn il-piż ta’ l-antimonju jaqbeż dak tal-landa, tip użat għall-istampar (Pb 55 sa 88 %, Sb 10 sa 30 %, Sn 2 sa 25 %).

Antimonju jagħmel iċ-ċomb aktar iebes u aktar fraġli.

7801 99 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

ligi ta’ ċomb-landa-antimonju b’sa 20 % ta’ landa u 10 % ta’ antimonju użati bħala ligi kontra l-frizzjoni.

2.

ligi ta’ ċomb-landa użati għall-issaldjar;

3.

ligi ta’ ċomb-arseniku (arseniku jwebbes iċ-ċomb u jagħmilha aktar faċli li jinkiseb titjir ta’ ċomb sferiku).

7806 00

Oġġetti oħrajn ta’ ċomb

7806 00 10

Kontenituri b’kisja ċomb kontra r-radjazzjoni, għall-ġarr jew ħażna ta’ materjali radjuattivi ( Euratom )

Bl-eċċezzjoni ta’ kontenituri msemmijin f’subtitlu 8609 00 10 dan is-subtitlu jkopri kull tip ta’ reċipjenti magħmulin minn jew armati b’ċomb, għall-ġarr jew ħażna ta’ materjali radjuattivi, biex ir-radjazzjoni li toħroġ ma tagħmilx ħsara lil oġġetti jew persuni fil-viċinanza immedjata. Dawn ir-reċipjenti jvarjaw minn drammijiet ta’ forma ċilindrika sempliċi b’kappa jew kaxex żgħar sempliċi b’għatu, kompletament taċ-ċomb, għal kontenituri kbar, kemm jekk miksijin minn ġewwa bi stainless steel u miksijin jew rinfurzati fuq barra minn strixxi ta’ l-azzar u mgħammrin bi granpuni, supportijiet, ħitan doppji, flanġijiet, valvli speċjali, ċirkulaturi ta’ ilma għal tkessiħ, xkafef, kemm jekk impernjati jew le, eċċ.

F’ċertu każi huma jistgħu jkunu magħmulin minn żewġ kisjiet konċentriċi jew aktar jew numru ta’ komponenti li jistgħu jkunu separati. Huma disinjati biex ikunu jifilħu s-sħana, jifilħu l-iskossi u jifilħu l-ilma, li jirresistu korrużjoni mill-kontenuti tagħhom u, aktar minn dan, li jkunu faċilment dekontaminati ġewwa u barra.

Dan is-subtitlu ma jinkludix kontenituri ċilindriċi żgħar taċ-ċomb intiżi bħala pulse counters għal materjali radjuattivi (subtitlu 7806 00 80).

7806 00 80

Oħrajn

Bħala żieda ma’ l-oġġetti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 7806, tieni u tielet paragrafi, dan is-subtitlu jinkludi:

1.

briks u platti taċ-ċomb (li m’humiex oġġetti ta’ titlu 7804), maħdumin b’tali mod li jippermettilhom li jkunu magħqudin flimkien biex jiffurmaw ħitan jew soqfa li jipprovdu protezzjoni kontra radjazzjoni;

2.

kontenituri ċilindriċi żgħar taċ-ċomb, kemm jekk dawn jistgħu jkunu separati f’diversi partijiet komponenti, li jaġixxu bħala pulse counters għal materjali radjuattivi jew le. Huma fihom ftuħ għall-Geiger-Müller counter u għal scintillation counter biex jiddaħħlu u spiss ikunu mgħammrin bi twieqi għall-inserzjoni ta’ kampjuni;

3.

frejmijiet taċ-ċomb intiżi li jżommu pannelli speċjali ta’ ħġieġ oħxon, li jikkostitwixxu t-twieqi ta’ ċelluli sħan, jiġifieri, żoni fejn sustanzi ta’ radjuattivita’ għolja jkunu trattati;

4.

apparat għal kollimazzjoni ta’ radjazzjoni;

5.

tubi u pajpijiet taċ-ċomb huma fil-biċċa l-kbira magħmula permezz ta' l-estrużjoni. Tubi, pajpijiet u tagħmir ieħor taċ-ċomb, (fosthom pajpijiet forma ta' S għas-serpentini tad-drenaġġ) jintużaw l-aktar għall-kondjuwits ta' l-ilma, tal-gass jew ta' l-aċtu (eż, aċtu sulfuriku jew kloridu ta' l-idroġenu) bħall-għata tal-kejbils ta' l-elettriku, eċċ.

KAPITLU 81

METALLI OĦRAJN TA’ VALUR BAXX; ĊERMITI; OĠĠETTI TAGĦHOM

8101

Tungstenu ( wolfram ) u oġġetti tiegħu, inklużi skart u fdal

8101 10 00

Trabijiet

Dan is-subtitlu jkopri trabijiet ta’ tungstenu kif miksubin mir-riduzzjoni bl-idroġenu ta’ triossidu tat-tungstenu (jew anidride tat-tungstenu).

8101 94 00

Tungstenu mhux maħdum, inklużi biċċiet ( bars) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

ingotti, biċċiet (bars) u vireg, is-soltu forma ta’ priżma, miksubin permezz ta’ trab li jgħaqqad, li għadhom ma kinux imsammrin, imremblin jew miġbudin.

2.

trab tat-tungstenu, ikkompressat f’pilloli, eċċ., għal raġunijiet ta’ dożaġġ jew trasport biss.

8102

Molibdenu u oġġetti tiegħu, inklużi skart u fdal

8102 10 00

Trabijiet

Dan is-subtitlu jkopri trab tal-molibdenu miksub permezz tar-riduzzjoni ta’ ossidu tal-molibdenu pur jew molibdat ta’ l-ammonju.

8102 94 00

Molibdenu mhux maħdum, inklużi biċċiet ( bars) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8101 94 00 japplikaw, mutatis mutandis.

8103

Tantalu u oġġetti tiegħu, inklużi skart u fdal

8103 20 00

Tantalu mhux maħdum, inklużi biċċiet ( bars) u vireg magħmulin sempliċiment minn tgħaqqid bis-sħana; trabijiet

Rigward tantalu mhux maħdum, in-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8101 94 00 japplikaw, mutatis mutandis.

Trab tat-tantalu jinkiseb mir-riduzzjoni ta’ ossidu tat-tantalu jew permez ta’ elettroliżi ta’ flworidu ta’ tantalu-potassju mgħaqqad bis-sħana.

KAPITLU 82

GĦODOD, TAGĦMIR, POŻATI, MGĦAREF U FRIEKET, TA’ METALL TA’ VALUR BAXX; PARTIJIET TAGĦHOM TA’ METALL TA’ VALUR BAXX

8202

Srieraq ta’ l-idejn; xfafar għal srieraq ta’ kull tip (inklużi xfafar ta’ srieraq għat-tiċrit, għat-tixqiq jew bla snien)

8202 20 00

Xfafar tal-magna tas-serrar

Dan is-subtitlu jkopri xfafar lesti għal użu (srieraq mingħajr truf) u xfafar magħmulin għal magna tas-serrar ta’ tul indeterminat (sakemm huma jkunu intiżi b’mod ċar għal użu bħala xfafar tal-magna tas-serrar).

Xfafar tal-magna tas-serrar għal ħidma ta’ metall huma xfafar tas-serrar bi snien fini bi snien issettjati b’mod regolari.

Xfafar tal-magna tas-serrar għal ħidma ta’ materjali oħra għajr metall huma xfafar tas-serrar bi snien raffi bis-snien off-set (jiġifieri, s-snien individwali jkunu daqsxejn inklinati, f’sekwenza alternata, mil-lemin għax-xellug ta’ l-assi lonġitudinali tax-xafra).

Dan is-subtitlu ma jinkludix xfafar bla snien li l-azzjoni ta’ qtugħ tagħhom tinkiseb permezz tal-preżenza ta’ abrasivi (eż., trab tad-djamant, kurundun artifiċjali) fuq ix-xafra (titlu 6804).

8202 31 00

Bil-parti tax-xogħol ta’ l-azzar

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

xfafar tas-serrar bla snien li jduru (subtitlu 8202 99 20);

(b)

diski bla snien għal tqattiegħ li l-azzjoni ta’ qtugħ tagħhom tinkiseb permezz tal-preżenza ta’ abrasivi (eż., trab tad-djamant, kurundun artifiċjali) fuq is-superfiċje (titlu 6804).

8207

Għodod li jistgħu jinbidlu bejniethom għal għodod ta’ l-idejn, li jaħdmu permezz ta’ muturi jew le, jew għal għodod ta’ magni (per eżempju, ta’ l-ippressar, ta’ l-istampar ( stamping ), jagħmlu toqob, jaqtgħu kamini minn ġewwa u minn barra, għal titqib, tħaffir, tisfid, irfinar ta’ uċuħ ( milling ), inturnar jew invitar), inklużi dadi għal ġbid jew ħruġ ta’ metalli, u għodod għal tħaffir ta’ blat jew toqob fl-art

8207 13 00 sa 8207 19 90

Għodod għal tħaffir ta’ blat jew toqob fl-art

Ġeneralment, għodod koperti minn dawn is-subtitli jkollhom platti, ponot, eċċ. li jaqgħu f’titlu 8209 00, bħala l-parti li taħdem tagħhom.

Madanakollu, għodod, li jkollhom bħala l-parti li taħdem tagħhom, platti, vireg, ponot, eċċ., mhux immuntati, li jikkonsistu fi strat ta’ djamant sintetiku fuq support ta’ ċermiti, huma klassifikati f’subtitlu 8207 19 10.

8207 40 10

Għodod li jaqtgħu kamini fuq ġewwa

Għodod li jaqtgħu kamini fuq ġewwa jintuzaw biex jiffurmaw kamini interni.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll għodod għall-iffurmar ta’ kamini mingħajr it-tneħħija ta’ materjal.

8207 40 30

Għodod li jaqtgħu kamini fuq barra

Għodod li jaqtgħu kamini fuq barra jintużaw biex jiffurmaw kamini esterni.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll għodod għal iffurmar ta’ kamini mingħajr it-tneħħija ta’ materjal.

8207 70 31

Tip ta’ marloċċ ( shank type )

Għodod tip ta’ marloċċ għandhom marloċċ forma ta’ ċilindru jew kon li jippermettilhom li jaqbdu fil ħowlder tal-għodda

Huma tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

Image

8212

Għodod għat-tqaxxir tal-leħja u xfafar tal-leħja (inklużi xfafar tal-leħja vojta ( blanks ) fi strixxi)

8212 20 00

Xfafar tal-leħja, inklużi xfafar tal-leħja vojta ( blanks ) fi strixxi

Bħala żieda ma’ vojta fi strixxi, dan is-subtitlu jinkludi:

1.

xfafar mhux raffinati, jiġifieri, xfafar mhux imsennin, kemm jekk imtaqqbin jew le;

2.

xfafar fi strixxi imsennin fuq naħa waħda biss, mhux imtaqqbin, li jiddaħħlu f’kolji fix-xafra tal-leħja.

8215

Mgħaref, frieket, kuċċaruni, xkumaturi, cake servers , skieken tal-ħut, skieken tal-butir, pinzetti taz-zokkor u oġġetti simili tal-kċina jew tal-mejda

8215 10 20

Li fihom biss oġġetti miksijin b’metall prezzjuż

Dan is-subtitlu ma jinkludix oġġetti b’ornamentazzjoni minuri ta’ metalli prezzjużi (eż., mottif ta’ petali riprodott fuq manku ta’ biċċa pożata).

8215 10 30

Ta’ stainless steel

Stainless steel huwa definit f’Nota 1 (e) għal kapitlu 72.

8215 10 80

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8215 10 20 japplikaw, mutatis mutandis.

8215 20 10

Ta’ stainless steel

Stainless steel huwa definit f’Nota 1 (e) għal kapitlu 72.

8215 91 00

Miksijin b’metall prezzjuż

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8215 10 20 japplikaw, mutatis mutandis.

8215 99 10

Ta’ stainless steel

Stainless steel huwa definit f’nota 1 (e) għal kapitlu 72.

KAPITLU 83

TAĦLITA TA’ OĠĠETTI TA’ METALL TA’ VALUR BAXX

8302

Fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta' metall ta' valur baxx tajbin għal għamara, bibien, turġien, twieqi, persjani, qofsa ta' vetturi, sruġ, bagolli, sniedaq, kaxxetti jew bħalhom; dniedel tal-kpiepel, witet tal-kpiepel, brazzi u apparat ta' metall ta' valur baxx; castors bl-immuntar ta' metall ta' valur baxx; għeluq awtomatiċi ta' metall ta' valur baxx għal bibien

8302 20 00

Castors

Għall-finijiet ta' din is-subtitlu, “castors” huma roti b'muntaturi ta' metall ta' valur baxx. Il-muntaturi jservu biex tiġi ffissata r-rota mal-prodott relatat mingħajr aktar ipproċessar u mingħajr iż-żieda ta' komponenti oħra.

Partijiet tal-metall ta' valur baxx li huma partijiet tar-rota nnifisha (pereżempju, ir-rimm jew il-bolberings) mhumiex meqjusa “muntaturi ta' metall ta' valur baxx” tal-titlu 8302.

Il-castors ta' din is-subtitlu jistgħu jduru jew ikunu fissi. Dawn ikollhom tipikament id-dehra li ġejja:

Image

Castors li ma jkollhomx muntaturi ta' metall ta' valur baxx jew li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tan-Nota 2 tal-Kapitlu 83 jistgħu jiġu kklassifikati bħala partijiet jew aċċes sorji jew skont il-materjal kostitwenti tagħhom.

TAQSIMA XVI

MAKKINARJU U GĦODOD MEKKANIĊI; APPARAT ELETTRIKU; PARTIJIET TAGĦHOM; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U STRUMENTI LI JIRRIPRODUĊU L-ĦOSS; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U STRUMENTI LI JIRRIPRODUĊU STAMPA U ĦOSS TELEVIŻIVI U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA’ DAWN L-OĠĠETTI

Nota 4

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, trasmissjoni tista’ ssir permezz ta’ mezzi (kemm jekk mibnijin f’komponenti individwali jew le) li jużaw raġġi infra-ħomor, radio waves jew raġġi minn lejżer eċċ. għal distanzi qosra.

Nota addizzjonali 1

A.

Għodod meħtieġa għall-immuntar jew manutenzjoni ta’ magni

Biex ikunu klassifikati mal-magni xierqa, għodod għall-immuntar jew manutenzjoni għandhom jissodisfaw it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin rigward in-natura tagħhom, l-użu intiż u l-preżentazzjoni tagħhom:

1.

huma għandhom ikunu għodod, jiġifieri, għodod ta’ l-idejn ta’ titlu 4417 00 00 jew 8205 jew, pereżempju, għodod li jaqgħu f’subtitlu 8203 20 00, 8203 40 00, 8204 11 00, 8204 12 00, 9603 29 80, 9603 30 90, 9603 40 10, 9603 40 90, 9603 90 91 jew 9603 90 99.

Strumenti ta’ kejl u għal iċċekkjar ta’ kapitlu 90 huma esklużi fil-każi kollha;

2.

huma għandhom ikunu intiżi għall-immuntar jew manutenzjoni tal-magna xierqa. Fejn l-għodod ikunu identiċi, dawk li għandhom jintużaw fl-istess ħin biss għandhom ikunu klassifikati mal-magni tagħhom. Fejn dawn ikunu differenti, waħda biss minn kull tip ta’ għodda hija permessa;

3.

huma għandhom ikunu dikjarati għall-ikklerjar mid-dwana fl-istess ħin bħall-magni rilevanti.

B.

Għodod li jistgħu jitpartu

Biex ikunu klassifikati mal-magni xierqa, għodod li jistgħu jitpartu għandhom jissodisfaw tliet kundizzjonijiet:

1.

huma għandhom ikunu għodod, jiġifieri. għodod li jaqgħu f’titlu 8207 jew, pereżempju, għodod jaqgħu f’titli 4016, 5911 u 6909 jew f’subtitlu 4205 00 11, 4205 00 19, 6804 10 00, 6804 21 00, 6804 22 12, 6804 22 18, 6804 22 30, 6804 22 50, 6804 22 90, 6804 23 00 jew 9603 50 00.

Forom (titlu 8480) u aċċessorji, inkluż apparat aċċessorju (ta’, pereżempju, titlu 8466) ma jitqisux bħala għodda u għalhekk ma jikkwalifikawx f’din in-nota addizzjonali;

2.

huma għandhom jiffurmaw parti mill-apparat normali tal-magni rilevanti.

Dawn li ġejjin jitqiesu bħala parti mill-apparat normali ta’ magna:

(a)

kwalunkwe numru ta’ għodod identiċi li jistgħu jkunu akkomodati fuq il-magna fl-istess ħin;

(b)

waħda min kull tip ta’ għodda jekk l-għodod huma differenti;

3.

huma normalment għandhom jinbiegħu mal-magna rilevanti u jkunu preżentati għall-ikklerjar tad-dwana magħha.

Nota addizzjonali 3

Magna fi stat żmuntat jew mhux immuntata tista’ tkun importata f’diversi kunsinni fuq tul ta’ żmien jekk dan huwa meħtieġ għall-konvenjenza tan-negozju jew trasport.

Sabiex ikun possibbli li jkunu dikjarati l-partijiet kostitwenti differenti fl-istess titlu jew subtitlu tat-tariffa bħal magna mmuntata, id-dikjarant għandu jagħmel talba bil-kitba lill-posta tad-dwana mhux aktar tard mill-ewwel kunsinna u magħha jkun hemm:

(a)

dijagramma jew, jekk meħtieġ diversi dijagrammi, tal-magna li juru n-numri ta’ serje tal-partijiet kostitwenti l-aktar importanti;

(b)

inventarju ġenerali li fih indikazzjoni tal-karatteristiċi u piżijiet approssimattivi tal-partijiet differenti u tan-numri ta’ serje tal-partijiet prinċipali msemmijin hawn fuq.

L-applikazzjoni tista’ tkun aċċettata biss bi twettiq ta’ kuntratt għall-forniment jew għal magna li tista’ titqies bħala kompluta għall-għanijiet tan-Nomenklatura Magħquda.

Il-partijiet kostitwenti kollha għandhom ikunu impurtati minn ġo l-istess post ta’ dħul tul iż-żmien permess. Madanakollu, f’każijiet speċjali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni minn ġo diversi postijiet ta’ dħul. Dan il-limitu ta’ żmien ma jistax jinqabeż sakemm ma ssirx talba raġonevoli u ġustifikata lill-awtoritajiet kompetenti għal estensjoni.

Ma’ kull importazzjoni parzjali, lista tal-partijiet li jagħmlu l-kunsinna b’referenzi għall-inventarju ġenerali msemmi hawn fuq għandha tkun provduta. Id-dikjarazzjoni tad-dwana għal kull kunsinna għandu jkollha deskrizzjonijiet tal-parti jew partijiet li jagħmlu l-kunsinna kif ukoll tal-magna kompluta.

KAPITLU 84

REATTURI NUKLEARI, KALDARUNI (BOILERS), MAKKINARJU U GĦODOD MEKKANIĊI; PARTIJIET TAGĦHOM

Ġenerali

Għall-għanijiet ta’ subtitli 8407 34 10, 8407 90 50 u 8408 20 10“għal immuntar industrijali” japplikaw biss għall-immuntar b’serje ta’ vetturi ġodda f’fabbriki li jimmanifatturaw jew jimmuntaw vetturi li jaħdmu b’mutur (inklużi subkuntratturi).

Is-subtitli jista’ jkun applikat biss għal magni attwalment użati fil-produzzjoni ta’ vetturi ġodda tat-tipi msemmijin fis-subtitli. Konsegwentement, dan ma jkoprix magni simili użati bħala partijiet żejda.

8402

Kaldaruni li jiġġeneraw stim jew fwar ieħor (ħlief kaldaruni ta’ misħun ta’ tisħin ċentrali li jistgħu jipproduċu ukoll stim ta’ pressjoni baxxa); kaldaruni ta’ ilma sopra-msaħħnin

8402 19 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri kaldaruni b’tubi ta’ l-ilma firetube ibridi kif ukoll varjanti ta’ kaldaruni-tankijiet speċjali, bħal kaldaruni ta’ l-istim imsaħħnin bl-elettriku mgħammrin b’kartriġis li jisħnu bl-elettriku minflok b’impjant tas-sħana.

8405

Ġeneraturi ta’ gass produttur ( producer gas) jew gass ta’ l-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le; ġeneraturi ta’ gass ta’ aċitilena u ġeneraturi simili ta’ gass bi proċess ta’ ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le

8405 10 00

Ġeneraturi ta’ gass produttur ( producer gas) jew gass ta’ l-ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le; ġeneraturi ta’ gass ta’ aċitilena u ġeneraturi simili ta’ gass bi proċess ta’ ilma, bil-purifikaturi tagħhom jew le

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

ġeneraturi ta’ gass għall-bliet (fran coking), kif użati għal xogħlijiet tal-gass (titlu 8417);

(b)

ġeneraturi ta’ gass elettrolitiċi (eż., għall-ġenerazzjoni ta’ nitroġenu dijossidu, sulfid ta’ l-idroġenu jew aċtu prussiku, skond l-elettrolit użat) għandhom ikunu klassifikati f’titlu 8543.

8407

Magni li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b’kombustjoni interna

8407 21 10 sa 8407 29 00

Magni tal-baħar bi propulsjoni

Dawn is-subtitli ma jkoprux magni użati fuq vetturi board water għal għanijiet oħra ħlief propulsjoni.

8408

Magni li jaqbdu b’kompressjoni bil-pistuni b’kombustjoni interna (magni diżil jew semi-diżil)

8408 10 11 sa 8408 10 99

Magni tal-baħar bi propulsjoni

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8407 21 10 sa 8407 29 00.

8409

Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta’ titlu 8407 jew 8408

Bħala żieda ma’ l-esklużjonijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8409, dawn li ġejjin huma esklużi minn dan it-titlu:

(a)

pajpijiet u tubi, ta’ gomma mhux imwebbsa vulkanizzata (titlu 4009);

(b)

tubi u pajpijiet flessibbli, ta’ metall bażi (titlu 8307);

(ċ)

gaskits u joints simili (ġeneralment klassifikati skond il-materjal kostitwenti jew f’titlu 8484).

8409 99 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu ma jinkludix turbochargers tal-gassijiet ta’ l-egżost użati biex jikkompressaw l-arja atmosferika meħtieġa għall-kombustjoni sabiex titqawwa s-saħħa ta’ magni bil-pistuni b’kombustjoni interna. Bħala kumpressuri ta’ l-arja li jaħdmu b’turbina mħaddmin b’turbina tal-gassijiet ta’ l-egżost huma jaqgħu f’titlu 8414.

8411

Turbo ġettijiet, turbo skrejjen u turbini oħrajn ta’ gass

8411 11 00 sa 8411 12 80

Turbo-ġettijiet

Dawn is-subtitli ma jkoprux hekk imsejjaħ apparat awżiljarju ta’ wara l-ħruq, preżentati b’mod separat (subtitlu 8411 91 00).

8411 99 00

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu xfafar rotor (fann) għal turbini tal-gass kemm jekk it-turbini tal-gass jiffunzjonaw bħala prime mover flimkien ma’ ġeneratur ta’ l-elettriku jew le.

8412

Magni u muturi oħrajn

8412 21 20 sa 8412 29 89

Magni u muturi ta’ qawwa idrawlika

Dawn is-subtitli jinkludu muturi għal trasmissjoni idrawlika.

8412 21 20 u 8412 21 80

Jaħdmu lineari (ċilindri)

Dawn is-subtitli jkopru actuators idrawliċi għall-ippożizzjonar u għall-illokkjar użati biex ikunu rranġati l-pożizzjonijiet ta’ sits għall-membri ta’ l-ekwipaġġ tal-vettura ta’ l-ajru.

8413

Pompi għal likwidi, mgħammrin b’apparat għal kejl jew le; magni ta’ rfigħ għal likwidi

8413 50 20

Unitajiet idrawliċi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8412, (B), (6).

8413 60 20

Unitajiet idrawliċi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8412, (B), (6).

8413 70 51 sa 8413 70 75

Pompi bi fluss miċ-ċentru

F’pompi bi fluss miċ-ċentru l-likwidu jkun imbuttat f’angli kwadri għall-assi jew għad-disk tal-pali (impeller).

8413 70 81 u 8413 70 89

Pompi oħrajn ċentrifugi

Dawn is-subtitli jinkludu, partikolarment, pompi ċentrifugi bi fluss lejn l-assi, fejn il-likwidu jkun imbuttat tul l-assi tad-disk tal-pali. Huma jinkludu wkoll tipi ibridi ta’ pompi bi fluss miċ-ċentru u fluss tul l-assi (eż., dħul miċ-ċentru u ħruġ tul l-assi jew dħul tul l-assi u ħruġ miċ-ċentru).

8413 81 00 u 8413 82 00

Pompi oħrajn; magni ta’ rfigħ għal likwidi

Dawn is-subtitli ma jinkludux:

(a)

hekk imsejħin pompi għal ġbid mediċi biex jiġbdu ħruġ ta’ likwidi, li, maż-żieda tal-pompa, jikkonsistu wkoll f’apparat għall-ġbid u jintużaw fi swali ta’ l-operazzjonijiet jew f’ambulanzi għal inċidenti ta’ l-emerġenza (swali ta’ l-operazzjonijiet mobbli) (titlu 9018);

(b)

pompi mediċi li għandhom jintlibsu, jinġarru jew jiddaħħlu fil-ġisem, mgħammrin b’riserva ta’ forniment u li jaġixxu bħala dispensers ta’ mediċina li jinkorporaw sors ta’ enerġija biex iħaddmu l-pompa, f’housing komuni (titlu 9021).

8414

Pompi bl-arja jew bil-vakwu, kompressuri u fannijiet ta’ arja jew gass ieħor; għata għal ventilazzjoni jew għal riċiklaġġ li fihom fann, mgħammar bil-filtri jew le

Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, pompi u kompressuri jinkludu wkoll pompi li jaħdmu b’mutur, pompi turbo, kompressuri li jaħdmu b’mutur u kompressuri turbo.

8414 10 89

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi pompi b’vakwu b’ċirku likwidu u pompi vakwu b’membrana.

8414 20 20 u 8414 20 80

Pompi ta’ l-arja mħaddmin bl-idejn jew bis-saqajn

Dawk il-pompi li huma mħaddmin bl-idejn jew bis-saqajn biss, jiġifieri, mħaddmin biss permezz ta’ sforz ta’ bniedem, kif deskritt fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8414, (A), jaqgħu f’dawn is-subtitli. Huma għandhom ikunu disinjati, partikolarment, għall-infiħ ta’ tajers pnewmatiċi (eż. għal roti, vetturi li jaħdmu b’mutur, eċċ.) u oġġetti simili, pereżempju, saqqijiet ta’ l-arja, kuxxini ta’ l-arja u dgħajjes li jintefħu.

8414 51 00 sa 8414 59 80

Fannijiet

Dawk l-oġġetti li juru l-karatteristiċi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8414, (B), u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin biss jitqiesu bħala fannijiet għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli:

1.

il-pressa ta’ l-arja jew gass m’għandhiex taqbeż 2 bar;

2.

huma għandhom jinkorporaw superfiċje wiċċ li ddur waħda biss (stadju wieħed).

Kompressuri ta’ l-arja li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq huma klassifikati f’subtitli 8414 80 11 sa 8414 80 80.

8414 59 40

Fannijiet ċentrifugi

Fannijiet ċentrifugi huma dawk fejn l-arja jew gass ieħor li għandhom jitmexxew, jiddaħħlu ġewwa tul l-assi u jintremew miċ-ċentru.

8414 80 11 u 8414 80 19

Turbo-kompressuri

F’turbo-kompressuri x-xaft tar-rota tal-qala’ jitmexxa minn mutur estern u l-arja jew il-gass l-ieħor li għandu jkun ippumpjat jibda jitmexxa permezz tar-rota tal-qala’. Turbo-kompressuri jistgħu jkunu bi stadju wieħed jew b’multi-stadju, tul l-assi jew miċ-ċentru. Kompressuri sempliċi b’żewġ stadji jintużaw, pereżempju, f’vacuum cleaners.

8414 80 11

Stadju wieħed

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll turbochargers tal-gassijiet ta’ l-egżost għal magni tal-pistuni b’kombustjoni interna, fejn huma jintużaw biex jikkompressaw l-arja atmosferika meħtieġa għall-kombustjoni sabiex jiżdied il-ħruġ ta’ saħħa. Huma jkunu turbo-kompressuri ta’ l-arja bi stadju wieħed (blowers) użati biex jiġġeneraw pressa żejda ta’ aktar minn 2 bar u jitħaddmu permezz ta’ turbini tal-gass ta’ l-egżost installati maġenb il-casing tal-kompressur. It-turbina tal-gass ta’ l-egżost hija fornuta b’gassijiet ta’ l-egżost mill-magna tal-pistuni b’kombustjoni interna fuq liema din tkun immuntata.

8414 90 00

Partijiet

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll partijiet ta’ turbochargers ta’ gass ta’ l-egżost għal magni b’kombustjoni interna. Madanakollu, partijiet tat-turbina tal-gass ta’ l-egżost użati ma’ turbochargers ta’ gass ta’ l-egżost huma klassifikati f’titlu 8411 bħala partijiet ta’ turbina tal-gass mingħajr kompartiment għal kombustjoni.

8418

Refriġerejters, friżers u tagħmir ieħor għat-tkessiħ jew iffriżar, ta’ l-elettriku jew oħrajn; pompi tas-sħana ħlief magni ta’ l-arja kundizzjonata ta’ titlu 8415

8418 69 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi “chill dryers”, li huma apparati użati għat-tnixxif ta’ l-arja f’bini fejn ikun hemm pixxini jew postijiet umdi oħra. Bażikament dawn jikkonsistu f’parti refriġeranti u fann imħaddem permezz ta’ mutur. Il-fann jiġbed l-arja umda, li imbagħad titmexxa għall-evaporatur tal-parti refriġeranti, fejn din tikkondensa fuq il-ħitan kesħin. L-ilma kondensat li jirriżulta jinqabad f’parti baxxa. L-arja mnixxfa titmexxa għal tisħin mill-ġdid tul il-parti refriġeranti msaħħna u tintbagħat lura fil-kamra.

Fil-każ taċ-chill dryers użati biex inixxfu l-arja kompressata fis-sistemi ta’ l-arja kompressata koperti wkoll minn dan is-subtitlu, l-arja kompressata mnixxfa tkun normalment imsaħħna mill-ġdid permezz ta’ exchanger tas-sħana mill-arja għall-arja installat żejjed. Dan l-exchanger tas-sħana jmexxi s-sħana mill-arja kompressata umda li tidħol min-naħa tad-dħul taċ-chill dryer minn ġo ħitan lejn l-arja niexfa kompressata.

Dan l-apparat ma jkunx provdut ma’ mezzi għat-tibdil tat-temperatura ta’ l-arja.

Madanakollu, dan is-subtitlu ma jkoprix mezzi li jipproduċu silġ niexef (slab ice) permezz tar-riduzzjoni ta’ malajr tal-pressa ta’ dijossidu tal-karbonju bi pressa għolja b’supercooling li jirriżulta (titlu 8479).

8419

Makkinarju, apparat għal impjant jew laboratorju, jissaħħan bl-elettriku jew le (ħlief fran, fuklari tal-bajla u apparat ieħor ta’ titlu 8514 ), għat-trattament ta’ materjali bi proċess li jinvolvi bidla ta’ temperatura bħal tisħin, tisjir, xiwi, iddistillar, rettifikar, sterelizzar, pastorizzar, tifwir, tnixxif, evaporar, vaporizzar, ikkondensar jew tibrid, ħlief makkinarju jew impjant ta’ tip użat għal għanijiet domestiċi; hiters ta’ l-ilma istantanji jew ta’ ħażna, mhux ta’ l-elettriku

8419 20 00

Sterelizzaturi mediċi, kirurġiċi jew ta’ laboratorju

L-apparat kopert minn dan is-subtitlu, intiż bħala apparat għal kliniċi, swali ta’ l-operazzjonijiet, ċentri mediċi, eċċ., jikkonsisti f’reċipjenti fejn strumenti mediċi jew kirurġiċi kif ukoll tajjar, garża assorbenti u kisjiet oħra jkunu suġġetti għal temperatura ta’ 100 °Ċ jew aktar sabiex jinqerdu l-mikro-organiżmi li dawn jistgħu jkunu qed iġorru.

Huma s-soltu jkunu fil-forma ta’ paralleliped jew ċilindru wieqaf fuq pedestall u jkun fihom xbieki li jitneħħew. Ġeneralment, il-kontenitur jkun ta’ l-azzar jew aluminju u miksi b’materjal li jiżola. Il-bieb jista’ jkun igglejżjat biex jippermetti li l-istrumenti mqiegħdin fuq ġewwa jidhru. X’uħud mill-apparati huma fil-forma ta’ kabinetti jew għamara oħra. F’dan il-każ, sterelizzatur proprju jista’ jinkludi xtilliera għall-ħażna ta’ l-istrumenti jew l-oġġetti oħra li għandhom ikunu sterilizzati; dan m’għandux jaffettwa l-klassifikazzjoni f’dan is-subtitlu.

Dan l-apparat jissaħħan bi spirtu, pitrolju, gass jew elettriku u sterilizzazzjoni ssir permezz ta’ ilma jagħli (vats), fwar taħt pressa (awtoklavi) jew arja sħuna niexfa (fran), skond id-disinn ta’ l-apparat.

8419 50 00

Unitajiet ta’ trasferiment ta’ sħana

Unitajiet ta’ trasferiment ta’ sħana jintużaw:

1.

biex iġibu bidla ta’ temperatura fi fluwidi jew gassijiet mingħajr ma jbiddlu l-istat tagħhom, din il-bidla f’temperatura f’xi każi tkun biżżejjed biex tikkawża sterilizzazzjoni jew pasturizzazzjoni.

2.

biex tevapora jew tikkondensa l-fluwidi.

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

kondensaturi għal nitroġenu u gassijiet oħra;

2.

apparati msejħin “friżers” għat-tkessiħ u l-ikkondensar ta’ solventi użati prinċipalment biex jagħtu l-kulur (dyeing) u għal tindif fin-niexef;

3.

apparati għat-tkessiħ ta’ likwidi, fwarijiet jew gassijiet, użati f’diversi industriji (eż., tal-ħalib, tal-birra);

4.

apparati għal pasturizzazzjoni kontinwa, li jintużaw b’mod notevoli għal affarijiet tal-ħalib (plate pasteurisers).

Dawn is-subtitli ma jkoprux:

(a)

ħiters ta’ l-ilma instantanji jew għal ħażna ta’ subtitlu 8419 11 00 jew 8419 19 00;

(b)

apparat fejn:

il-bidla fis-sħana tintuża biex tittrasforma sustanza likwida jew gass fi stat solidu (pereżempju, tnixxif permezz ta’ sprej);

il-bidla fis-sħana bejn iż-żewġ fluwidi ma ssirx minn ġo ħajt (pereżempju, torri li jippermetti li l-arja tgħaddi b’mod liberu).

Apparat bħal dan ġeneralment ikun klassifikat f’subtitlu 8419 89 10 jew 8419 89 98.

8419 89 10

Torrijiet għat-tkessiħ u impjant simili għat-tkessiħ dirett (mingħajr ħajt jifred) permezz ta’ ilma riċiklat

Dan is-subtitlu jkopri torrijiet għat-tkessiħ fejn l-ilma li għandu jitkessaħ jerħi s-sħana tiegħu direttament fl-arja permezz ta’ evaporazzjoni. L-ilma msaħħan ikun ippumpjat, imbagħad iqattar l-isfel bla tfixkil ġot-torri għat-tkessiħ u waqt li jagħmel hekk jitkessaħ permezz ta’ l-arja tiela’ (effett taċ-ċumnija).

8419 89 98

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri apparat għall-affumikar ta’ zalzetti nejjin, anki meta z-zalzett jgħaddi minn trattament tas-sħana matul l-affumikar, li jirriżulta fit-tisjir parzjali jew totali taz-zalzett. Huma jikkonsistu f’kamra kbira msaħħna permezz ta’ kojlijiet ta’ l-istim; duħħan jaħraq jew kiesaħ jintefa’ fil-kamra minn barra permezz ta’ fann. Huma mgħammrin b’installazzjonijiet li jumidifikaw u kojlijiet li jkun fihom ilma kiesaħ għat-tkessiħ. Il-zalzetti nejjin jitmexxew fil-kamra imdendlin fuq frejmijiet li jiċċaqalqu.

Oġġetti ta’ tagħmir magħrufin bħala “dispensaturi ta’ l-affarijiet tal-mejda” għaż-żamm u r-rimi ta’ affarijiet tal-mejda għal nies li jieklu f’kantini jew ristoranti self-service huma esklużi minn dan is-subtitlu, anki fejn huma mgħammrin b’apparat li jsaħħan bl-elettriku jew li jsaħħan permezz ta’ banju ta’ l-ilma għat-tisħin ta’ l-affarijiet tal-mejda (titlu 9403).

8421

Magni ċentrifugi, inklużi magni ċentrifugi li jnixxfu; makkinarju u tagħmir li jiffiltraw jew isaffu, likwidi jew gassijiet

8421 39 60

Bi proċess katalitiku

Dan is-subtitlu jinkludi purifikanti ta’ gassijiet ta’ l-egżost katalitiċi għat-tqegħid fis-sistema ta’ l-egżost ta’ vetturi li jaħdmu b’mutur jew f’linji tal-gass li jintrema ta’ impjant industrijali, biex jitneħħa l-ossidu nitroġenu u, possibilment, sustanzi li jniġġsu oħrajn (eż., monossidu tal-karbonju u idrokarbonji) mill-egżost jew gassijiet żejda permezz ta’ reazzjoni kimika sabiex jitnaqqas it-tniġġis ta’ l-arja. Konvertituri katalitiċi mqiegħdin f’vetturi li jaħdmu b’mutur jikkonsistu f’kisja li fiha honeycomb taċ-ċeramika (support monolitiku) magħmul minn kanali miksijin minn materjal katalitiku attivat. F’impjant industrijali, purifikanti ta’ gassijiet żejda jikkonsistu fi frejm ta’ support li fih numru kbir ta’ komponenti katalitiċi. Supporti monolitiċi u komponenti katalitiċi preżentati separatament, madanakollu, huma klassifikati bħala katalisti f’titlu 3815.

8421 39 80

Oħrajn

Bħala żieda ma’ l-apparat imħaddem permezz ta’ proċess elettrostatiku jew termiku, dan is-subtitlu jinkludi apparat li jippurifika l-gass li jifred t-taħlita tal-gass fil-komponenti individwali permezz ta’ proċess ta’ żamm

8422

Magni għal ħasil tal-platti; makkinarju għal tindif jew tnixxif ta’ fliexken jew kontenituri oħrajn; makkinarju għal mili, għeluq, issiġillar jew twaħħil ta’ tikketti ma’ fliexken, bottijiet, kaxex, boroż jew kontenituri oħrajn; makkinarju għal tqegħid ta’ għotien ta’ fliexken, vażetti, tubi u kontenituri simili; makkinarju ieħor għal ippakkjar jew tgeżwir (inkluż makkinarju ta’ tgeżwir li jiqsar u jintrass bis-sħana ( heat-shrink )); makkinarju li jissupplixxi l-arja fix-xorb

8422 90 10

Ta’ magni għal ħasil tal-platti

Swiċċijiet programmati tal-ħin ta’ magni għal ħasil tal-platti preżentati separatament huma klassifikati skond il-karatteristiċi tagħhom (eż., titlu 9107 00 00).

8423

Makkinarju għal użin (ħlief imwieżen b’sensittivita’ ta’ 5 ċg jew aħjar), inklużi magni li jgħoddu jew jivverifikaw regolati bl-użin; wżien ta’ kull tip għal magni ta’ użin

8423 20 00

Mwieżen għal użin kontinwu ta’ oġġetti fuq trasportaturi

Dan is-subtitlu jinkludi mwieżen elettromekkaniċi għal trasportaturi. Id-disinn u l-metodu ta’ operazzjoni ta’ mwieżen bħal dawn jikkorrispondu għal dawk ta’ mwieżen elettromekkaniċi deskritti fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8423 81 10 sa 8423 89 00.

8423 30 00

Mwieżen għal piż kostanti u mwieżen biex joħorġu piż predeterminat ta’ materjal f’borża jew f’kontenitur, inklużi mwieżen tad-delu

Dan is-subtitlu jinkludi mwieżen elettromekkaniċi tat-tip deskritt hawn fuq. Id-disinn u l-metodu ta’ operazzjoni ta’ dawn l-imwieżen jikkorrispondu għal dawk ta’ l-imwieżen elettromekkaniċi deskritti fin-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8423 81 10 sa 8423 89 00.

8423 81 10 sa 8423 89 00

Makkinarju ieħor ta’ użin

Dawn is-subtitli jinkludu mwieżen elettromekkaniċi fejn il-piż ta’ l-oġġetti jkun konvertit f’sinjal elettriku (kurrent) permezz ta’ transducer imqiegħed fl-imwieżen, fejn il-kurrent imbagħad jitkejjel permezz ta’ apparat li jkejjel inkorporat fl-imwieżen. Bħala regola it-transducers li jkejlu fi mwieżen bħal dawn jikkonsistu f’ċelluli tal-piż jew vireg bi strain gauges (resistenzi elettriċi) imwaħħlin biex jiffurmaw bridge elettriku. Il-forza eżerċitata mill-massa li għandha titkejjel tgħawweġ iċ-ċelluli tal-piż, tikkawża bidla fit-tul ta’ l-istrain gauge (kontrazzjoni jew elongazzjoni) u għalhekk bidla fir-resistenza li hija proporzjonali għall-massa li għandha titkejjel u li tgħaddi fil-forma ta’ bidla ta’ kurrent lill-apparat li jkejjel fuq l-iskala mill-bridge li jkejjel ir-resistenza.

Bħala żieda ma’ l-istrument li jkejjel, magħruf bħala unita’ li tkejjel il-piż, apparat li juri l-użin jew indikatur tal-piż, li normalment ikun ġo kisja waħda, mwieżen elettromekkaniċi jistgħu wkoll ikollhom unitajiet oħra li jkunu wwajerjati flimkien (eż., tastiera, unita tal-memorja, printer, VDU, kontrollur uqarrej tal-kards biex jikkontrolla l-aċċess għall-imwieżen). F’sistemi ta’ mwieżen ta’ dan it-tip diversi mwieżen jistgħu jkunu magħqudin ma’ strument komuni ta’ kejl (magħruf ukoll bħala “terminali remoti għal użin”).

L-imwieżen t’hawn fuq jistgħu wkoll ikunu mgħammrin b’interface li minn ġo fih l-imwieżen jistgħu jkunu konnessi ma’ unita’ ta’ proċessar ta’ data awtomatika.

Imwieżen elettromekkaniċi jitqiesu bħala “imwieżen elettroniċi” jekk mikroproċessuri jkunu mibnijin fl-istrument ta’ kejl fl-imwieżen, pereżempju, sabiex ikun kalkulat il-prezz ta’ l-ammont li jkun qed jintiżen bl-użu tal-prezz bil-waħda (eż., prezz għal kull kilogramma) imdaħħal fil-miżien.

8424

Tagħmir mekkaniku (ta’ l-idejn jew le) għal xħit, tixrid jew traxxix ta’ likwidi jew trabijiet; apparat għat-tifi tan-nar, ikkargat jew le; apparat għat-traxxix u tagħmir simili; magni ta’ stim jew tindif bit-tfigħ tar-ramel ( sandblasting ) u magni li jixħtu ġettijiet simili

8424 30 10

Mħaddmin b’arja kompressata

Dan is-subtitlu jinkludi magni li jitfgħu r-ramel (sandblasting) li jkun fihom kompressur ta’ l-arja użat għat-tindif ta’ plaggijiet li jisparkjaw (spark plugs) jew għall-ittrimjar ta’ kondensaturi elettriċi monolitiċi.

Trimmjar ifisser it-tneħħija tal-materjal kondensaturi li jikkonduċi permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ ġett ta’ ramel sabiex tinkiseb il-capacitance mixtieqa fil-kondensatur.

8424 89 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi “magni tal-ħasil” għat-tindif ta’ karozzi, partijiet tal-metall jew oġġetti oħrajn permezz tat-traxxix ta’ ilma, petrol jew fluwidi oħra; huma jkunu ffitjati b’pompa, pajpijiet b’żennuni kif ukoll, fejn xieraq, apparat li jmexxi, apparat li jsaħħan, eċċ., biex jiffurmaw unita’ kompluta.

Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix apparat li jnaddaf bi pressa għolja ta’ l-ilma (subtitli 8424 30 01 sa 8424 30 08).

8426

Deriks ta’ vapuri; krejnijiet, inklużi krejnijiet bil-kejbil; qofsa ta’ rfigħ mobbli, straddle carriers u trakkijiet tax-xogħol mgħammrin bi krejn

8426 41 00 u 8426 49 00

Makkinarju ieħor, jaħdem awtomatikament minnu nnifsu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8426, “magni li jaħdmu minnhom infushom u magni oħra mobbli“, (b), (2).

Sabiex ikun hemm distinzjoni bejn il-makkinarju li jaħdem minnu nnifsu ta’ dawn is-subtitli, fuq in-naħa waħda, u vetturi li għandhom bżonn forniment ta’ enerġija għall-għanijiet speċjali ta’ titlu 8705, fuq in-naħa l-oħra, l-magni li jaħdmu minnhom infushom li jaqgħu f’ dawn is-subtitli ġeneralment ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

1.

huma jkunu mħaddmin permezz ta’ magna li tifforma parti mill-apparat ta’ rfigħ;

2.

huma jkollhom velocita’ massima ta’ 20 km fis-siegħa;

3.

huma jkollhom kabina waħda li tifforma parti mill-apparat għall-irfigħ;

4.

huma s-soltu ma jiċċaqilqux meta jkunu mgħobbijin jew, jekk jagħmlu dan, meta l-moviment ikun limitat u aċċidentali għall-funzjoni ta’ rfigħ tagħhom biss

8428

Makkinarju ieħor għal irfigħ, immaniġġar, tagħbija u ħatt (per eżempju, liftijiet, skalaturi, trasportaturi, teleferiki)

Dan is-subtitlu ma jinkludix liftijiet caterpillar b’sistemi ta’ trekkjar caterpillar li jintużaw biex imexxu siġġijiet bir-roti bl-okkupanti tagħhom il-fuq jew l-isfel it-taraġ, dawn jaqgħu f’titlu 8714 bħala aċċessorji għal siġġijiet bir-roti.

8428 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

1.

imwejjed bir-rombli jew trasportaturi bir-rombli, kemm jekk fornuti b’enerġija jew le, intiżi għall-provvediment ta’ l-istokk fl-istand ta’ l-irremblar u t-tneħħija tiegħu minn hemm jew għat-trasportar ta’ l-istokk minn stand għal ieħor;

2.

pinch rolls b’funzjoni analoga għall-magni t’hawn fuq, li jikkonsistu f’żewġ serje ta’ rombli li bejnhom jgħaddi l-istokk;

3.

uċuħ ta’ rombli li jkessħu li jinsabu fit-tmiem tal-linji tal-magni bir-rombli li fuqhom l-istokk (pereżempju, vireg u wajer) jitmexxew bil-mod waqt li jitħallew jibirdu fl-arja ta’ madwar.

4.

imwejjed li jerfgħu jew li jaqilbu għal magni tar-rombli b’diversi settijiet ta’ rombli fuq xulxin (stands għoljin tlieta u għoljin tnejn doppji). Apparat bħal dan jikkostitwixxi mejda li taqleb fuq assi li tinsab fl-estremita’ l-aktar il-bogħod mill-magna tar-rombli. L-imwejjed ikunu ffitjati b’rombli mmexxijin permezz ta’ saħħa (power-driven). Wara li jgħaddu minn sett wieħed ta’ rombli, l-istokk jasal fuq il-mejda li mbagħad taqilbu u tallinjaħ mas-sett li jmiss ta’ rombli li bejnhom l-istokk jkun imbuttat permezz ta’ rombli mmexxijin permezz ta’ saħħa.

5.

trasferimenti użati f’magni tar-rombli bi stands paralleli għat-tmexxija, ta’ pereżempju, vireg mill-mejda tar-rombli ta’ l-ewwel stand sa dik tat-tieni stand;

6.

apparat li jdawwar u jaqleb bil-kontra;

7.

magni disinjati għall-immaniġġjar remot ta’ sustanzi radjuattivi immens.

Dan is-subtitlu ma jinkludix manipulaturi ta’ ingotti awtomatiċi u makkinarju (pereżempju, krejnijiet u krejnijiet li jivvjaġġaw imdendlin), li, għalkemm jintużaw biex jipprovdu magni tar-rombli, ma jipparteċipawx direttament fix-xogħol ta’ dawn ta’ l-aħħar (subtitlu 8426 12 00, 8426 41 00, 8426 49 00 jew 8426 99 00).

8429

Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim ( tamping machines ) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom

8429 30 00

Barraxi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8429, tieni paragrafu, (Ċ).

Dan is-subtitlu ma jkoprix kombinazzjoni ta’ barraxi, li jikkonsistu fi trakter (anki b’assi waħda biss) u barrax proprju. Kull element għandu, b’applikazzjoni ta’ Nota 2 għal kapitlu 87, ikun klassifikat fit-titlu xieraq tiegħu (titlu 8701 għat-trakter u subtitlu 8430 69 00 għall-barrax).

8432

Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew ta’ l-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran ta’ l-isports

8432 30 11

Magni taż-żrigħ misjuqin ċentralment bi spazjar eżatt

Dan is-subtitlu jkopri magni li jqiegħdu ż-żerriegħa jew iż-żrieragħ individwali fil-ħamrija f’ringieli bi spazjar uniformi kkontrollat. Dawn il-magni jistgħu wkoll iqiegħdu żrieragħ fl-istess ħin f’diversi ringieli.

8433

Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad ( mowers ) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju ta’ titlu 8437

8433 11 10 sa 8433 19 90

Magni tal-ħsad għal-lonijiet, ġonna pubbliċi jew grawnds ta’ l-isports

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8433, parti (A), paragrafu ta’ qabel ta’ l-aħħar, b’referenza għal magni tal-ħsad li jintrikbu għal lonijiet.

8438

Makkinarju, mhux speċifikat jew inkluż band’oħra f’dan il-kapitlu, għall-preparazzjoni jew manifattura industrijali ta’ ikel jew xorb, ħlief makkinarju għall-estrazzjoni jew preparazzjoni ta’ xaħmijiet jew żjut ta’ annimali jew veġetali fissi

8438 80 10

Għall-preparazzjoni ta’ te’ jew kafe’

Dan is-subtitlu jinkludi magni għat-taħlit ta’ diversi tejiet u magni li jitħnu l-kafe’.

Dan is-subtitlu ma jinkludix magni għall-preparazzjonijiet industrijali ta’ te’ jew kafe lest (subtitlu 8419 81 20), magni li jinkaljaw il-kafe (subtitlu 8419 89 98), magni għall-manifattura ta’ trab tal-kafe (kafe istanti) (subtitlu 8419 39 00).

8439

Makkinarju biex jagħmel polpa minn materjal ċellulożiku fibruż jew makkinarju li jagħmel jew jorqom karta jew kartun

8439 30 00

Makkinarju li jorqom karta jew kartun

Bħala żieda mal-makkinarju msemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8439, parti III, dan is-subtitlu jkopri wkoll magni li jagħtu raffinatura ta’ parċmina.

Dan is-subtitlu ma jkoprix:

(a)

magni li minħabba l-funzjonijiet li għandhom analogi għal dawk imsemmijin hawn fuq, jaħdmu mhux fuq folji tal-karta jew kartun, iżda fuq prodotti ta’ dawn il-materjali. Pereżempju, magni għall-kisi bix-xama’ ta’ tazzi u kontenituri tal-karti, eċċ., permezz ta’ immersjoni (subtitlu 8479 89 97). Magni li jagħmlu prodotti tal-karta jew kartun bħal tazzi, kaxxi, kontenituri, eċċ., tal-karti jaqgħu f’titlu 8441;

(b)

magni li, filwaqt li joperaw fuq karta jew kartun f’folji, jagħmlu prodotti li ma jkunux għadhom karta jew kartun għall-għanijiet tan-Nomenklatura Magħquda. Dan huwa l-każ, pereżempju, għal magni għall-kisi ta’ karti b’sustanza li tobrox jew biex ikunu applikati emulsjonijiet foto-sensittivi (subtitlu 8479 89 97).

8441

Makkinarju ieħor biex issir il-polpa tal-karta, karta jew kartun, inklużi magni ta’ qtugħ ta’ kull għamla

8441 10 20

Magni oħrajn biex iċartu u jaqtgħu travers

Dan is-subtitlu jkopri magni li jipproduċu folji ta’ format speċifiku minn għanqbut kontinwu ta’ karta jew permezz ta’ qtugħ travers biss jew permezz ta’ tixqiq u qtugħ travers flimkien.

8441 10 30

Giljottini

Dan is-subtitlu jkopri magni li jaqtgħu mazzi ta’ karti b’xafra waħda, waqt li travu mqiegħed fuq il-mejda għall-qtugħ iżomm il-karta soda f’postha tul il-qatgħa.

Dan is-subtitlu jkopri wkoll magni b’xafra waħda u mejda li taqta’ li ddur għall-ittrimmjar ta’ blokki ta’ kotba, fejn il-blokki tal-kotba jkunu mdawrin 90° wara l-ewwel u t-tieni qatgħa.

8441 10 70

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi magni bi tlitt ixfafar imqiegħdin 90° lejn xulxin li jintużaw għall-ittrimmjar ta’ blokki ta’ kotba. Żewġt ixfafar jittrimmjaw it-truf ta’ fuq u t’isfel tal-blokki tal-kotba fl-istess ħin u imbagħad it-tielet xafra tittrimmja t-tarf ta’ quddiem jew viċeversa

Dan is-subtitlu jinkludi magni li jitħaddmu bl-idejn jew b’pedala.

8442

Makkinarju, apparat u tagħmir ( ħlief l-għodod tal-magni ta’ titli 8456 sa 8465 ) għat-tħejjija jew il-manifattura ta’ pjanċi, ċilindri jew komponenti oħra ta’ stampar; pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta’ stampar; pjanċi, ċilindri u ġebel litografiku, imħejjija għal għanijiet ta’ stampar (per eżempju, illixxjati, ivvinati jew illustrati)

8442 30 10

Magni għal issettjar għall-istampa u kompożitriċi

Dan is-subtitlu jkopri magni għall-issettjar għall-istampa u kompożitriċi, li jikkomponu billi jieħdu ritratt wara l-ieħor ta' tipi mmuntati fuq diski li jduru jew tal-wiċċ ta' matriċi speċjali jew ta' tipi maħluqa fuq tubu katodiku b'matriċi ta' tikek żgħar ħafna mrikkba fuq xulxin.. Dan is-subtitlu jinkludi wkoll magni kompożitriċi li jużaw raġġ ta' lejżer ipproġettat fuq film fotografiku.

Dan is-subtitlu, madanakollu, ma jkoprix:

(a)

magni għall-ipproċessar ta’ data awtomatiċi għal użu ġenerali li jintużaw għal fotokompożizzjoni barra li jkollhom funzjonijiet ta’bukkiping u ta’ kontijiet tal-paga, pereżempju, u għal dan il-għan ikunu konnessi permezz ta’ kejbil (on-line) ma’ magna għal issettjar għall-istampa u kompożitriċi sabiex tikkontrollaha u tforniha bid-data rigward l-issettjar (titlu 8471 — ara Nota 5 (A) għal dan il-kapitlu);

(b)

apparat telegrafiku waħdu (stand-alone) ta’ trasmissjoni u riċessjoni (titlu 8517).

8442 30 91

Għall-funderija u l-kompożizzjoni/issettjar tat-tipi għall-istampar (per eżempju, linotipi, monotipi, intertipi), bi jew mingħajr mezzi tal-funderija

It-twaħħil tat-tipa jista' jsir bl-idejn, jew jista’ jsir b'mod mekkaniku b'magni xi ftit jew wisq kumplessi. L-apparat u l-magni koperti jinkludu:

1.

matriċi, plattini żgħar, ħafna drabi tar-ram jew tan-nikil ibbollati permezz ta' puntell. Dawn huma użati sabiex ikunu fonduti tipi separati;

2.

imwejjed għal-livellar, permezz ta' nċanar bl-idejn, ta' wiċċ it-tipa ta' l-istampar. Dawn essenzjalment jikkonsistu f'mejda perfettament lixxa b'xaqq fin-nofs għal tulha li tkun armata b'morsa li żżomm it-tipa f'postha;

3.

funderiji awtomatiċi. F'dawn, it-tipa ta' l-istampar tkun magħmula ittra ittra, iżda ma tkunx issettjata. Ġeneralment, dawn jikkonsistu fi griġjol imsaħħan bl-elettriku li fih ikollu l-metall maħlul, ta' apparat li jkessaħ il-forma biex tagħqad aktar malajr, u ta' mekkaniżmi għall-inċanar u l-livellar tat-tipa;

4.

magni għall-ikkastjar tat-tipa għal rigi u skwerri, materjal li joħloq spazju (għamara), eċċ. li jaħdem bl-estrużjoni;

5.

kompożituri (jew settjaturi) użati biex jibdew il-kompożizzjoni, u li fuqhom linja jew aktar ta' tipa jkunu ssettjati bl-idejn. Dawn jikkonsistu l-aktar f'wiċċ ta' l-injam jew tal-metall inċanat sew, bil-flanġis fuq iż-żewġ naħat ta' ħdejn xulxin u ħafna drabi b'morsa li tiċċaqlaq. It-titlu jinkludi wkoll vantaġġi (galleys), simili iżda akbar, li jżommu t-tipa għal paġna sħiħa;

6.

ċejsijiet, frejms tal-ħadid fondut jew ta' l-azzar li jesgħu aktar minn paġna waħda għall-istampar. Paġna, jew tnejn jew erba' jinżammu fiċ-ċejs permezz ta' ifilsa speċjali tal-metall (quoins) jew permezz ta' apparat mekkaniku għall-ifilsa (tat-tip vit jew skorfina eċċ.) li jaqgħu wkoll f’dan it-titlu.

Minbarra l-apparat u l-magni ta' l-ikkastjar u ta' l-issettjar imsemmija hawn fuq, hemm grupp sħiħ ieħor ta' magni li mekkanikament jikkastjaw u jissettjaw it-tipa. Dan isir jew permezz ta' żewġ operazzjonijiet distinti fuq żewġ magni differenti iżda kumplimentari (l-ewwel magna tipproduċi strixxa ta' karta mtaqqba li tikkontrolla t-tieni magna li l-funzjoni tagħha hi li tikkastja t-tipa separatament jew f'linja ta' blokki), jew bħala operazzjoni waħda fuq l-istess magna. Dawn il-magni, li ħafna drabi huma kumplessi ferm, jinkludu:

1.

magni ta' l-ikkastjar u ta' l-issettjar għal-tipi separati (monotipi) li, joperaw minn strixxa mtaqqba minn qabel fuq magna ta' prekompożizzjoni, jagħżlu, permezz ta' rilejs li jaħdmu bl-arja, matriċi speċjali li jkunu fil-magna u li jipproduċu l-karattri individwali tat-tipa u jissettjawhom fi spazju (li hu innifsu huwa inkorporat fil-magna).

Dawn il-magni jintużaw flimkien ma' magna ta' prekompożizzjoni li jkollha tastiera li ttaqqab li tipproduċi il-prekompożizzjonit fuq tejp tal-karta. Dawn il-magni ta' prekompożizzjoni huma wkoll klassifikati hawn;

2.

magni bit-tastiera għall-ikkastjar u l-issettjar ta' tipi separati, operazzjonijiet li jsiru kollha fuq l-istess magna (Rototype, eċċ);

3.

funderiji għal tipi ssettjati f'linja. Il-matriċi, wara li jkunu ssettjati f'linji bl-idejn, ikunu nkorporati fil-magna li tikkastja t-tipa li toħroġha fil-forma ta' vers ta' tipa (slug);

4.

magni li jissettjaw u jfondu versi ta' tipa. Dawn huma magni kumplessi bit-tastiera ta' diversi tipi (Intertype, Linograph, etc.) li jissettjaw kif ukoll jikkastjaw it-tipa f'forma ta' linji fuq l-istess magna. Xi wħud minn dawn il-magni għandhom strument li permezz tiegħu joperaw minn strixxi tal-karta li jkunu mtaqqba minn qabel fuq magna separata li hija koperta wkoll minn dan is-subtitlu.

8442 30 99

Makkinarju, apparat u tagħmir ieħor

Dan is-subtitlu jkopri makkinarju, apparat u tagħmir sabiex jipprepara jew jagħmel plattini, ċilindri jew komponenti għall-istampar kif deskritti fin-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8442, (A), (1) sa (3).

8442 50 20 u 8442 50 80

Pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta’ stampar; blokki, pjanċi, ċilindri u ġebel litografiku, imħejjija għal għanijiet ta’ stampar (per eżempju, illixxjati, ivvinati jew illustrati)

Ġebla litografika naturali tikkonsisti f’tip ta’ ġebla tal-ġir b’vini omoġenji fini. Ġebla litografika artifiċjali s-soltu tkun magħmula minn siment u karbonat tal-kalċju li kien mitħun u kompressat.

Ġebel litografiku ta’ dawn is-subtitli huma:

miksijin b’illustrazzjonijiet, kemm jekk impenġijin bl-idejn jew trasferiti b’mod fotografiku; jew

illixxati jew ivvinati biex b’hekk ikunu xierqa, mingħajr aktar trattament, għal tpinġija jew kitba.

Ġebla tal-ġir (magħrufa wkoll bħala “ġebla litografika”) hija l-istat mhux raffinat eskluż minn dawn is-subtitli u li jaqgħu f’subtitlu 2530 90 00.

8443

Makkinarju għal stampar użat biex jistampa permezz ta’ pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta’ stampar ta’ titlu 8442 ; printers, fotokopjaturi u magni tal-faksimile oħra, kemm jekk magħqudin u kemm jekk mhumiex; partijiet u aċċessorji tagħhom

8443 32 30

Magni tal-faksimile

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8443, parti (II), (C).

8443 39 31

Li fih sistema ottika

Magni ta' dan is-subtitlu jinkorporaw sistemi ottiċi (li jikkonsistu l-aktar f'kondensatur, lentijiet, mirja, priżmi jew skjerament ta' fibri ottiċi jew strumenti simili) għall-iskennjar ta' l-oriġinali.

8443 39 39

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi blueprinters u djażokopijers li jintużaw għall-ikkuppjar ta' oriġinali trasluċenti fuq karta fotosensittiva. Minħabba li d-dawl jgħaddi mill-oriġinal trasluċidi, il-kompost djażo jew l-imluħ tal-ħadid fotosensittiv fil-karta ta' l-ikkupjar jinkisru fiż-żoni mdawlin. Iż-żoni mhux imdawlin jsiru viżibbli permezz taż-żviluppar. Dan l-apparat is-soltu jipprovdi kopji li jagħtu fil-blu li fihom il-linji individwali ma jkunux ċari daqs l-oriġinal.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll magni tat-tip li jwaħħlu u apparat ta' termokkuppjar.

8443 39 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi printers bla impatt sakemm dawn mhumiex kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika li tipproċessa d-data jew ma' netwerk, bħal:

1.

printers termiċi, fejn ras tal-print termika msaħħna elettrikament tipproduċi l-karattri mixtieqa permezz ta' matriċi bit-tikek fuq karta sensittiva għas-sħana;

2.

printers elettrostatiċi, li fihom il-ponot metalliċi ċċarġjati statikament li jiċċaqalqu tar-ras li tikteb jipproduċu fuq karta elettrografika karattri inviżibbli magħmulin minn tikek żgħar iċċarġjati elettrostatikament. Fluwidu tat-toner jintuża biex jiksi t-tikek iċċarġjati bil-linka u jipproduċi karattri viżibbli.

Il-printers elenkati hawn fuq huma kkontrollati b'data media (per eżempju, CD ROM, diskettes, tejps manjetiċi jew semiconductor media) jew b'magni għajr magni awtomatiċi li jipproċessaw id-data (per eżempju, kameras diġitali, vidjowkameras jew telefowns għal netwerks ċellulari).

8443 91 10 sa 8443 99 90

Partijiet u aċċessorji

Minbarra l-partijiet u l-aċċessorji msemmija fin-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8443, dawn is-subtitli jinkludu:

1.

feeders awtomatiċi biex imexxu magni għall-istampar tinplate

2.

sistemi għal ġbid, is-soltu pnewmatiċi, għall-manteniment tat-tensjoni tal-karta miġbuda minn ġol-howlders tar-rombli:

3.

mezzi kontra l-offsettjar ħlief dawk tat-tip sprej.

4.

ktajjen ta' l-istampar, irjus tal-pinnijiet, irjus tat-tipi u daisy wheels

8443 99 10

Immuntar elettroniku

Immuntar elettroniku li jikkonsisti f'ċirkuwit stampat jew aktar mgħammar b'ċirkuwiti elettroniċi integrati tat-titlu 8542. Dawn jistgħu jkollhom ukoll elementi diskreti attivi, elementi diskreti passivi, oġġetti ta' titlu 8536 jew apparat ieħor elettroniku jew elettromekkaniku, sakemm dawn ma jitilfux il-karatteristika tagħhom bħala immuntar elettroniku.

Dawn is-subtitli ma jinkludux:

(a)

mekkaniżmi (mingħajr komponenti elettroniċi);

(b)

moduli (komposti minn mekkaniżmi u mmuntar elettroniku), bħal drajvs għal kasetts, compact disc jew DVD għal riproduzzjoni ta' data, vidjow jew awdjo li jikkonsistu f'mekkaniżmi u kontroll elettroniku u immuntar għal proċessar ta' sinjali.

8445

Magni biex jippreparaw fibri ta’ tessuti; magni ta’ l-għażil, magni li jirduppjaw jew magni li jobormu u makkinarju ieħor għal produzzjoni ta’ ħjut ta’ tessuti; magni għal irrumblar jew tkebbib (inkluż tkebbib fuq it-tagħma) u magni biex jippreparaw ħjut tessili għal użu fuq il-magni ta’ titlu 8446 jew 8447

8445 90 00

Oħrajn

Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8445, (E), dan is-subtitlu jinkludi wkoll magni għall-immuntar ta’ ħjut tal-medd fuq it-travu minn drammijiet għall-medd, magni għall-insiġ u li jfornu il-ħajta matul l-insiġ u magni għall-ħjata għall-irrakmar.

Hand knotters”, min-naħa l-oħra, li huma għodod żgħar li jinżammu fl-id għat-tgħaqqid ta’ ħajt maqsum, jaqgħu f’titlu 8205.

8446

Magni ta’ l-insiġ (nwiel)

Dan it-titlu jkopri l-magni ta’ l-insiġ imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8446, inkluż newl għal tapit Axminster, newl tax-xinilja, newl għal tessut gozz, newl għal tessut terri, newl għal tessut kripp, newl għall-għażel, newl għal qlugħ, newl għal ċinturin ta’ trasmissjoni u newl strixxa.

8447

Magni tas-suf ċatti, magni li jgħaqqdu l-ponti u magni biex jagħmlu ħjut mibrumin ( gimped ), tull, bizzilla, rakkmu, tirqim, malji jew xibka u magni tat-trapuntar

8447 20 20 u 8447 20 80

Magni tas-suf ċatti; magni li jgħaqqdu l-ponti

Dawn is-subtitli jkopru magni tal-kroxe’ li huma, fil-fatt, magni li jħitu l-ktajjen użati biex jagħmlu trimmjaturi ornamentali, frilli, purtieri, xibka, bizzilla, eċċ. (bħal newl għall-immaljar ta’ żigarella, frejmijiet tal-bizzilla, magni għal purtieri u newl għal ċfuf).

8447 90 00

Oħrajn

Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8447, (Ċ), dan is-subtitlu jinkludi:

1.

magni għall-irrakmar bl-idejn (magni għall-irrakmar b’mekkuk pantografu), magni għall-irrakmar b’mekkuk awtomatiku, mgħammrin b’jacquard jew mekkaniżmi simili, magni għall-irrakmar b’numru ta’ labar, u magni għall-irrakmar b’multi-rjus awtomatiċi (b’diversi rjus tal-magni fuq mejda waħda u mgħammrin b’jacquard jew mekkaniżmu simili);

2.

magni għal bizzilla taċ-ċombin, li jipproduċu bizzilla magħmula minn ħajta waħda jew diversi ħjut (bizzilla taċ-ċombin) bl-użu ta’ċombini;

3.

magni għall-immaljar u li jagħżlu, li, permezz ta’ ħjut minsuġ permezz ta’ feeders (magħżel) mgħammrin b’ċombini ta’ ħjata u li jagħmlu trajjetorji ċirkulari u sinusojdali, jipproduċu oġġetti fil-biċċa (eż., malji ċatti jew tondi) jew f’forom (ippajpjar, malji, silla qoton, malji tubulari, ippajpjar għal ilbies), jew buttuni għal kisi, oġġetti ta’ l-injam, tnaqqix, eċċ., b’ħajt (eż., newl għal malji tondi, malji tubulari, newl għal malji għal ippakjar).

Madanakollu, magni għal immaljar speċjali intiżi għal kisi ta’ wajer ta’ kejbil jew conductors oħrajn elettriċi jew conductors ta’ wajer flessibbli li jimmaljaw jew iduru, jaqgħu f’titlu 8479;

4.

magni li jagħmlu trimmjaturi (ħlief il-magni li jagħmlu l-malji msemmijin fi 3 hawn fuq), inklużi:

(a)

magni biex jagħmlu ġummien u xinilja;

(b)

magni biex jagħmlu xinilja tonda u fancy u magni biex jagħmlu girlandi tax-xinilja għal siġar tal-Milied;

(ċ)

magni li jdawru u jaqtgħu l-frilli.

Madanakollu, magni li jibbilanċjaw, jiġifieri, magni li jinsġu biex jagħmlu ċfuf jew trimmjaturi, jaqgħu f’titlu 8446 u magni tal-kroxe’ biex jagħmlu trimmjaturi jaqgħu f’subtitli 8447 20 20 jew 8447 20 80.

8448

Makkinarju awżiljarju għal użu ma’ magni ta’ titlu 8444 , 8445 , 8446 jew 8447 (per eżempju, apparat għan-newl dobbies u jacquards , twaqqif ta’ moviment awtomatiku, mekkaniżmi biex jibdlu l-mekkuk); partijiet u aċċessorji tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta’ dan it-titlu jew ta’ titlu 8444 , 8445 , 8446 jew 8447 (per eżempju, mgħażel u flajers ta’ l-imgħażel, strixxi bil-wajer ippuntat għal magni tat-tqardix ( card clothing ), imxat, bżieżel tal-ħruġ, imkiekek, nirien tan-newl u gwarniċi ta’ nirien, labar tal-kalzetti)

8448 11 00 u 8448 19 00

Makkinarju awżiljarju għal magni ta’ titlu 8444 , 8445 , 8446 jew 8447

Dawn is-subtitli ma jinkludux:

(a)

magni għat-tneħħija tal-ħajt li jifdal mill-quills tal-magni li jinsġu u magni li jnaddfu x-xfafar (subtitlu 8479 89 97);

(b)

apparat għall-iċċekkjar tar-regolarita’ ta’ ħjut permezz tat-trembil fuq dramm jew bord (subtitlu 9017 80 90);

(ċ)

magni li jnaddfu l-ħajta użati fi proċessi elettroniċi — ċelluli fotoelettriċi, pereżempju (subtitlu 9031 80 34 jew 9031 80 38).

8450

Magni tal-ħasil għad-dar jew tip tal-londri, inklużi magni li jaħslu kif ukoll inixxfu

8450 11 11 sa 8450 19 00

Magni, kull waħda tesa’ mhux aktar minn 10 kg ħwejjeġ xotti

Dawn is-subtitli jinkludu: magni tal-ħasil tip-banju b’imqadef, aġitaturi, pulsaturi, eċċ., jew b’sistema ta’ sprejjar; magni tal-ħasil tip-dramm, inklużi dawk li fihom id-dramm tal-ħasil jaġixxi wkoll bħala spin-drier; magni tal-ħasil li jikkombinaw fejn id-dramm jew apparat tal-ħasil tip-banju jkunu magħqudin f’housing wieħed bi spin-drier ta’ titlu 8421.

Dawn il-magni tal-ħasil jitqiesu li għandhom kapaċita’ ta’ ħwejjeġ xotti ta’ mhux aktar minn 10kg jekk il-volum ta’ tgħobija tad-dramm jew banju huwa:

1.

120 litru (120 dm3) jew inqas fil-każ ta’ magni tip-dramm;

2.

150 litru (120 dm3) jew inqas fil-każ ta’ magni tip-banju b’aġitaturi jew pedali;

3.

200 litru (200 dm3) jew inqas fil-każ ta’ magni tip-banju b’pulsaturi;

4.

250 litru (250 dm3) jew inqas fil-każ ta’ magni tip-banju b’sistema ta’ sprejjar.

Fid-determinar tal-volum, għandu jkun innutat li:

1.

fil-każ ta’ magni tip-dramm il-qasmiet fuq id-dramm u kwalunkwe deformazzjonijiet speċjali preżenti m’għandhomx jitqiesu;

2.

fil-każ ta’ magni tip-banju, m’huwiex il-fond totali tal-banju (mkejjel mit-tarf ta’ fuq) li għandu jitqies bħala l-bażi iżda l-għoli sal-marka tal-livell ta’ l-ilma, 10 ċm inqas mill-fond totali tal-banju.

8451

Makkinarju (ħlief magni ta’ titlu 8450 ) għal ħasil, tindif, għasir, tnixxif, mgħodija, ippressar (inklużi preses li jġonġu), ibbliċjar, żbigħ, tiżjin, irfinar, kisi jew mili b’sustanza oħra ta’ ħjut ta’ tessuti, drappijiet jew oġġetti tessili magħmulin u magni biex tiġi applikata il-pasta lid-drapp bażi jew lil irfid ieħor użati fil-manifattura ta’ kisi ta’ l-art bħal linoleum; magni għal tkebbib, ħall, tini, qtugħ jew kemm kemm titqib ta’ drappijiet ta’ tessuti

8451 90 00

Partijiet

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

koni speċjali u ċombini għal makkinarju għall-isfumar u apparat (klassifikat skond il-materjal kostitwenti, ara Nota 1 (ċ) għal taqsima XVI);

(b)

xfafar u cutters għall-ikkropjar ta’ magni (titlu 8208);

(ċ)

mezzi elettrostatiċi għal magni għall-mili (titlu 8543).

8452

Magni tal-ħjata, ħlief magni tal-ħjata għall-kotba ta’ titlu 8440 ; għamara, bażijiet u għata magħmulin apposta għal magni tal-ħjata; labar tal-magni tal-ħjata

8452 10 11 u 8452 10 19

Magni tal-ħjata ( lock-stitch biss), bir-ras tal-magna mhux itqal minn 16-il kg mingħajr mutur jew 17-il kg bil-mutur; irjus tal-magni tal-ħjata ( lock-stitch biss), li ma jiżnux iktar minn 16-il kg mingħajr mutur jew 17-il kg bil-mutur

1.

Dawn is-subtitli jkopru magni tal-ħjata u rjus ta’ magni tal-ħjata li t-tnejn għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

huma għandhom ikunu lock-stitch biss (pont jiġri (running-stitch), pont żig-żag, pont dekorattiv), jiġifieri, joperaw b’żewġ ħajtiet, waħda imdaħħla fil-labra u waħda mgħoddija minn taħt permezz ta’ mekkuk;

(b)

ir-ras m’għandhiex taqbeż 16 kg fil-piż mingħajr mutur jew 17 kg, inkluż il-mutur (fil-każ ta’ ras mhux kompluta li għandha tkun klassifikata bħala kompluta skond ir-Regola Interpretattiva Ġenerali 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, huwa l-piż fl-istat komplut li jgħodd).

2.

Ir-ras tal-magna tal-ħjata tinkludi l-parti li taħdem tal-magna (inkluż, fejn xieraq, il-mutur inkorporat jew immuntat fuq ir-ras) u tikkonsisti essenzjalment minn driegħ li fih l-mekkaniżmu li jmexxi l-labra u bażi li fiha l-mekkaniżmu tal-mekkuk u possibilment apparat biex tintrefa’ il-presser foot. Il-frejm, mejda, kisja u għamara oħra (inkluż il-bord tal-pedala) ma jiffurmawx parti mir-ras.

3.

Għandu jkun innutat, madanakollu, li fuq xi magni tal-ħjata li jistgħu jinġarru, il-bażi hija disinjata biex isservi wkoll bħala stand. F’dan il-każ, din titqies bħala magna tal-ħjata u mhux bħala ras ta’ magna tal-ħjata.

8456

Għodod tal-magni għax-xogol fuq kull materjal bit-tneħħija ta' materjal, billejżer jew raġġ ieħor ta' dawl jew foton, raġġ ultrasoniku, ta' skarg elettriku, elettrokimiku, ta' elettron, raġġ joniku jew proċessi ta' ark ta' plażma; magni tal-qtugħ b'ġettijiet ta' ilma

8456 10 00

Imħaddmin bil-lejżer jew bi proċessi oħrajn ta’ raġġ ta’ dawl jew foton

Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8456, (A), dan is-subtitlu jinkludi wkoll magni għall-ittrimmjar ta’ resistenzi elettriċi fuq ċirkuwiti stampati permezz ta’ raġġ ta’ lejżer. Il-materjal li jikkonduċi li jikkostitwixxi r-resistenzi fuq is-sottostrat li jiżola taċ-ċirkuwti stampati jitneħħa permezz ta’ raġġ ta’ lejżer sakemm tinkiseb ir-resistenza mixtieqa.

8456 30 11

Qtugħ ta’ wajer

Dawn il-magni huma mgħammrin b’elettrodu li jikkonsisti f’wajer ta’ dijametru żgħir li jkun imdawwar bejn żewġ settijiet ta’ nwiel fuq naħat opposti tal-mejda tax-xogħol.

8457

Ċentri ta’ xogħol bil-magni, magni għal kostruzzjoni unita’ waħda (stazzjon wieħed) u magni ta’ trasferiment b’numru ta’ stazzjonijiet, għal xogħol tal-metall

8457 10 10

Orizzontali

Dan is-subtitlu jkopri ċentri ta’ xogħol bil-magni fejn l-għodda huma esklussivament issettjati fuq magħżel orizzontali u jaqtgħu l-biċċa tax-xogħol mill-ġenb.

8457 10 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ċentri ta’ xogħol bil-magni fejn l-għodda tkun applikata mal-biċċa tax-xogħol minn fuq (ċentri ta’ xogħol b’magħżel vertikali), dawk li jużaw kemm magħżel vertikali u orizzontali (ċentri ta’ xogħol bil-magni magħqudin) jew dawk li jaħdmu bl-użu ta’ ras li tibbilanċja (ċentri ta’ xogħol bil-magni universali).

8458

Tornijiet (inklużi ċentri ta’ inturnar) għat-tneħħija ta’ metall

Dan it-titlu jkopri tornijiet disinjati speċjalment għal ħidma ta’ metalli u li joperaw billi jneħħu l-materjal bl-għajnuna ta’ għodda li jduru. Ġeneralment, l-artiklu li għandu jkun iffurmat jitmexxa b’moviment rotarju madwar l-assi tiegħu stess. Madanakollu, tornijiet fejn l-għodda nnifisha jew l-għodda u l-oġġett jkunu mdawrin huma koperti minn dan it-titlu wkoll.

Bħala żieda mat-tornijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8458, tielet paragrafu, dan it-titlu jinkludu tornijiet relieving speċjali għal assi, tornijiet bark-stripping u magni li jduru madwar magħżel jew assi, kif ukoll tornijiet universali. Dawn it-tornijiet universali jixbħu tornijiet żurzieqa iżda huma differenzjati permezz ta’ mekkaniżmu partikolari li jippermettilhom li jagħmlu funzjonijiet oħra bħal drilljar, tħin u qtugħ f’tulijiet, bħala żieda ma’ tidwir.

8459

Għodod tal-magni (inklużi magni way-type b’ras waħda) għal titqib, tħaffir, qtugħ, qtugħ ta’ kamini fuq barra jew fuq ġewwa bi tneħħija ta’ metall, ħlief tornijiet (inklużi ċentri ta’ inturnar) ta’ titlu 8458

8459 10 00

Magni way-type b’ras waħda

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8459, tielet paragrafu, (1).

8459 31 00 u 8459 39 00

Magni oħrajn għal qtugħ-tħaffir

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8459, tielet paragrafu, (3), tielet subparagrafu.

8460

Għodod tal-magni biex ineħħu x-xfar, iraqqu, iħokku, isinnu, jirbattu, jillustraw jew jirfinaw mod ieħor metall jew ċermiti permezz ta’ ħaġar tal-mola, sustanzi li joborxu jew prodotti tal-lostru, ħlief magni li jaqtgħu gerijiet, iħokku gerijiet jew jirfinaw gerijiet ta’ titlu 8461

8460 11 00 u 8460 19 00

Magni tal-ħakk, fejn il-pożizzjoni f’xi assi minnhom tista’ titqiegħed għal preċiżjoni ta’ mill-inqas 0,01 mm

Dawn is-subtitli jinkludu magni tal-ħakk imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8460, tielet paragrafu, (3).

Dawn il-magni huma mgħammrin b’apparat ta’ kejl jew issettjar. Dan l-apparat jinkludi:

1.

strumenti linjari għal qari dirett, pereżempju, rigi u vernieri li jimxu, li fuqhom l-ispazju bejn żewġ gradwazzjonijiet suċċessivi jikkorrispondi għal moviment ta’ element tal-magna li ma jaqbiżx 1/100 mm (0,01 mm).

2.

proġekters tal-profil għal iċċekjar ta’ xogħol fil-progress. Dawn il-proġekters jikkonsistu fi skrin ta’ ħġieġ mitħun li fuqu stampa mkabbra ħafna ta’ l-oġġett u l-għodda tkun proġettata biex kwalunkwe ċaqliq ta’ l-oġġett jew ta’ l-għodda, kif ukoll il-progress tax-xogħol fil-proċess,ikun jista’ jkun ikkontrollat permezz ta’ referenza għall-gradwazzjonijiet fuq l-iskrin. Ix-xogħol jista’ wkoll ikun iċċekkjat permezz tat-tqegħid ta’ tpinġija ta’ l-oġġett li għandu jinkiseb ikkupjata fuq folja trasparenti fuq skala li tikkorrispondi għall-fattur ta’ manjifikazzjoni tal-proġekters tal-profil fuq l-iskrin; f’dan il-każ, ix-xogħol ta’ l-operatur tal-magna huwa li jagħmel l-immaġini ta’ l-oġġett taqbel mat-tpinġija li tidher fuq l-iskrin.

3.

apparat li jillimita l-mixi ta’ l-apparat li jżomm l-għodda jew l-apparat li jżomm il-biċċa tax-xogħol permezz ta’ apparat li jista’ jkun irranġat li l-pożizzjoni tiegħu hija kkontrollata permezz ta’ slip gauge;

4.

apparat elettroniku ta’ ċċekkjar u kontoll għal magni li jsinnu u għall-imbornar li huma rregolati permezz ta’ skala bi gradwazzjonijiet fuq id-dimensjonijiet finali attwali ta’ l-oġġett u li jippermettu l-għodda li titmexxa aktar bil-mod meta d-dimensjonijiet ta’ l-oġġett joqorbu u jiksbu d-dimensjonijiet determinati minn qabel.

8460 21 11 sa 8460 29 90

Magni oħrajn tal-ħakk, fejn il-pożizzjoni f’xi assi minnhom tista’ titqiegħed għal preċiżjoni ta’ mill-inqas 0,01 mm

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8460 11 00 u 8460 19 00.

8460 21 11

Magni tal-ħakk ċilindriċi minn ġewwa

Magni tal-ħakk ċilindriċi minn ġewwa jintużaw għal ħakk ta’ dijametri interni ta’ biċċiet tax-xogħol vojta (eż., it-toqba). Il-biċċa tax-xogħol tinżamm f’biċċa waħda u tinħadem b’rota għat-tħin żgħira biżżejjed biex tidħol fit-toqba vojta tal-biċċa tax-xogħol.

8460 21 15

Magni tal-ħakk bla ċentru

Magni tal-ħakk bla ċentru jintużaw għat-tħin tad-dijametri esterni ta’ biċċiet tax-xogħol. Fil-proċess bla ċentru, l-biċċa tax-xogħol ma tkunx fissa iżda sserraħ bejn id-diska li tħokk li ddur u diska gwida (mmexxija wkoll). Id-dijametru meħtieġ jkun determinat mid-distanza bejn id-diska li tħokk u d-diska gwida.

8460 21 19

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi magni tal-ħakk universali. Dawn huma taħlita ta’ magni tal-ħakk esterni u interni u għalhekk jistgħu jaħdmu kemm fuq id-dijametri ta’ barra kif ukoll ta’ ġewwa ta’ biċċa tax-xogħol fl-istess ħin.

8460 29 10

Għal uċuħ ċilindriċi

Magni tal-ħakk ċilindriċi minn ġewwa, in-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8460 21 11 japplikaw, mutatis mutandis.

Magni tal-ħakk bla ċentru u magni tal-ħakk universali, In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8460 21 15 u 8460 21 19 japplikaw, mutatis mutandis.

8461

Għodod tal-magni għal inċanar, iffurmar, qtugħ ta’ xquq, tifsid, qtugħ ta’ gerijiet, ħakk ta’ gerijiet jew irfinar ta’ gerijiet, isserrar, qtugħ barra u għodod ta’ magni oħrajn li jaħdmu billi jneħħu metall jew ċermiti, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’ oħra

8461 30 10 u 8461 30 90

Magni li jofsdu

Dawn is-subtitli jkopru magni li jofsdu (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8461, tielet paragrafu, (4)); dawn huma magni-għodod li jikkonsistu f’għodda li taqta’ b’diversi snien, imsejħa skalpell, li tintuża għall-ħidma ta’ l-uċuħ interjuri jew esterjuri ta’ oġġett. F’dawn il-magni, l-oġġetti jkunu fissi u l-iskalpell, imwaħħal ma’ żurżieqa, jinġibed jew ikun imbuttat tul il-biċċa tax-xogħol b’moviment ta’ qtugħ uniformi linjari.

L-iskalpell intern jaħdem u jikkalibra l-uċuħ interni ta’ oġġett raff jew maħdum minn qabel traversat mill-għodda. L-iskalpell estern jipproduċi uċuħ tal-pjan jew tal-profil.

8461 40 11 u 8461 40 19

Biex jaqtgħu gerijiet ċilindriċi

Gerijiet li jinkisbu minn blanks ċilindriċi u li jżommu dik il-forma wara l-qtugħ jitqiesu bħala gerijiet ċilindriċi għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli.

Dawn is-subtitli jinkludu magni biex jagħmlu roti ta’gerijiet bi snien dritti, roti ta’ worm gears, worm gears, roti ratchet u roti sprokit.

8461 40 31 u 8461 40 39

Biex jaqtgħu gerijiet oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu magni biex jagħmlu ingranaġġi, gerijiet spirali u worm gears ħlief gerijiet ċilindriċi.

8461 40 71 u 8461 40 79

Mgħammrin b’sistema ta’ aġġustar mikrometrika, li fiha l-pożizzjoni f’xi assi minnhom tista’ titqiegħed għal preċiżjoni ta’ mill-inqas 0,01 mm

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8460 11 00 u 8460 19 00 għal kejl u ssettjar ta’ apparat.

8470

Magni li jikkalkulaw u magni qies tal-but b’funzjonijiet li jikkalkulaw biex jirrekordjaw, jirriproduċu u juru data; magni għal kontabilita’, magni ta’ l-iffrankar ta’ l-ittri, magni li jagħtu l-biljetti u magni simili, li fihom mezz li jikkalkula; cash registers

8470 10 00

Magni li jikkalkulaw elettroniċi li jistgħu jaħdmu mingħajr sors ta’ enerġija elettrika estern u magni qies tal-but b’funzjonijiet li jikkalkulaw biex jirrekordjaw, jirriproduċu u juru data

Dan is-subtitlu jinkludi, pereżempju:

1.

Kalkulattriċi elettroniċi li jinkorporaw skrin (display) ta’ ħin u data u żveljarin jew, pereżempju, barra dawn apparat ta’ stopwatch, timer jew musical keys;

2.

magni elettroniċi daqs tal-but li jaħdmu b’batteriji li, barra li jagħmlu operazzjonijiet aritmetiċi, għandhom memorja li tista’ żżomm data għal direttorju tat-telefown, aġenda, mazz tal-memorandum, kalendarju, eċċ. (ġieli magħrufin bħala “djarji diġitali”);

3.

apparat żgħir elettroniku daqs tal-but (imsejħin ukoll “minikompjuters”), li jistgħu jintużaw biex jiffurmaw kliem u sentenzi li jinqalbu f’lingwa barranija magħżula skond il-moduli tal-memorja użati f’dan l-apparat; huma jistgħu jagħmlu kalkulazzjonijiet sempliċi. Huma għandhom tastiera alfanumerika u skrin (display) rettangolari.

Dan is-subtitlu ma jkoprix:

(a)

arloġġi ta’ l-idejn jew arloġġi tal-but li jinkorporaw kalkulattriċi elettronika żgħira (titlu 9101 jew 9102);

(b)

lajters tas-sigaretti li jinkorporaw kalkulattriċi elettronika żgħira kif ukoll possibilment parti elettronika li żżomm il-ħin (titlu 9613).

(ċ)

apparat simili mingħajr funzjonijiet ta’ kalkolar (titlu 8543).

8470 30 00

Magni oħrajn li jikkalkulaw

Dan is-subtitlu jinkludi magni li jikkalkulaw mhux elettroniċi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8470, parti (A), li għall-għanijiet ta’ kalkulazzjoni jużaw mezzi mekkaniċi, ġeneralment gerijiet għal ingranaġġi, irrispettivament minn jekk huma jkunux jaħdmu bl-idejn, b’mutur jew elettromanjetikament.

8470 90 00

Oħrajn

Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8470, parti (B) u (D), dan is-subtitlu jinkludi magni għall-ħruġ ta’ tikketti li juru l-prezz ta’ bejgħ kalkulat mill-piż u l-prezz bil-wieħed, u magni użati biex joħorġu biljetti ta’ motorway toll li fl-istess ħin juru l-ammonti totali involuti.

Dan is-subtitlu ma jinkludix printers preżentati b’mod separat (titlu 8443).

8471

Magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-data u unitajiet tagħhom; apparat li jaqra b’sistema manjetika jew ottika, magni biex jittraskrivu data fuq mezzi ta’ data f’għamla kkowdjata u magni biex jipproċessaw din id-data, li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra

8471 70 30

Ottiċi, inklużi manjetoottiċi

Ara Nota Addizzjonali 2 għal dan il-kapitlu.

8472

Magni oħrajn ta’ l-uffiċċju (per eżempju, duplikaturi bl-ettograf jew stensil, magni ta’ l-indirizzi, distributuri awtomatiċi tal-karti tal-flus, magni li jagħżlu l-muniti, magni li jgħoddu jew igeżwru l-muniti, magni li jittempraw lapsijiet, magni li jtaqqbu jew li jistejpiljaw)

Dan is-subtitlu ma jinkludix tajprajters mgħammrin b'apparat speċjali għall-ittajpjar ta' pjanċi ta' l-indirizzi fuq stensil (titlu 8469).

8472 90 70

Oħrajn

Bħala żieda mal-magni deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8472, ħames paragrafu, (2) (3), (5), (7) sa (11) u (16) sa (22), dan is-subtitlu jinkludi:

1.

magni għall-kisja fuq żewġ naħat (uċuħ) ta’ kuntratti, karti b’data, pjanijiet, karti ta’ l-identita’ jew dokumenti oħra b’film trasparenti, sabiex tipproteġi dawn id-dokumenti miż-żmien, falsifikazzjoni, tmermir jew tgħaffiġ;

Madanakollu, magni simili li ma jintużawx f’uffiċċji (hekk imsejħin preses li jissiġillaw bis-sħana), li jużaw sħana u pressa bil-għan li japplikaw film trasparenti termoplastiku magħmul minn materjal sintetiku mal-wiċċ jew fuq in-naħa ta’ wara ta’ stampi, ritratti, stampi ta’ l-arti jew prodotti stampati oħrajn, huma esklużi minn dan is-subtitlu u jaqgħu f’titlu 8477;

2.

magni li jinċidu elettriċi li jintużaw, pereżempju, f’uffiċċji ta’ tpinġija.

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

printers ta’ titlu 8443;

(b)

magni elettroniċi daqs tal-but li jaħdmu b’batteriji li, barra li jagħmlu operazzjonijiet aritmetiċi, għandhom memorja li tista’ żżomm data għal direttorju tat-telefown, aġenda, mazz tal-memorandum, kalendarju, eċċ. (ġieli magħrufin bħala “djarji diġitali”) (subtitlu 8470 10 00).

8473

Partijiet u aċċessorji (ħlief għata, bagalji biex jinġarru fihom u bħal dawn) tajbin biss u prinċipalment għal użu ma’ magni ta’ titli 8469 sa 8472

Bħala żieda mal-partijiet, mmuntar u aċċessorji msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8473, dan it-titlu jinkludi:

1.

rjus manjetiċi b’teknoloġija ta’ Winchester jew ta’ film irqiq għal unitajiet ta’ żamm ta’ diski manjetiċi, kemm jekk inkorporati fuq dirgħajn għal support jew f’housings;

2.

muntaġġi għaż-żamm ta’ data (hekk imsejħin Head/Disk/Assemblies (HDAs)) disinjati għal installazzjoni permanenti f’unitajiet ta’ żamma ta’ diski u li jikkonsistu f’diversi diski manjetiċi mmuntati b’mod riġidu fuq rukkell ta’ support, ta’ dirgħajn ta’ rjus ta’ data bi rjus għal qari/kitba, ta’ mekkaniżmi ta’ kontroll, aċċess u pożizzjonar, inkorporati fuq housing wieħed issiġillat b’mod ermetiku;

3.

kassetti għal stampar u kitba, magħmulin fil-forma ta’ aċċessorji li jistgħu jitbiddlu b’mod ċar u li fihom, f’housing speċjali, kemm strixxi kif ukoll tejps ta’ korrezzjoni.

8473 10 11 u 8473 10 19

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8473 21 10

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8473 29 10

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8473 30 20 u 8473 30 80

Partijiet u aċċessorji tal-magni ta’ titlu 8471

Dawn is-subtitli ma jkoprux tastieri għal magni ta’ proċessar ta’ data awtomatiċi, fil-housing tagħhom stess (subtitlu 8471 60 60).

8473 30 20

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8473 40 11 u 8473 40 18

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8473 40 80

Oħrajn

It-tipi ta’ pjanċi ta’ l-indirizzi koperti minn dan is-subtitlu huma dawk li jintużaw f’magni ta’ l-indirizzar u li fihom l-indirizzi li għandhom ikunu duplikati, prinċipalment permezz ta’ intaljar, tajpjar jew stampar. Għalhekk, il-pjanċi msemmijin jistgħu jkunu tal-metall jew ta’ materjal sintetiku jew jistgħu jieħdu l-forma ta’ pjanċi żgħar immuntati (karti, stensils) magħmulin minn kartun, eċċ.

Dan is-subtitlu jkopri pjanċi ta’ l-indirizzi li għadhom ma kinux intaljati, ittajpjati jew stampati, sakemm dawn jintgħarfu bħala pjanċi ta’ l-indirizzi għal magni ta’ l-indirizzar. Madanakollu, oġġetti ta’ dan it-tip magħmulin minn karta jew kartun, jiġifieri, stensils żgħar li jkunu mmuntati fuq frejmijiet tal-kartun u li għalhekk jistgħu jiddaħħlu fil-magni ta’ l-indirizzar, huma koperti minn titlu 4816.

8473 50 20

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8477

Makkinarju għal xogħol tal-lastku jew plastiks jew għall-manifattura ta’ prodotti minn dawn il-materjali, mhux speċifikat jew inkluż band’oħra f’dan il-kapitlu

Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8477, dan it-titlu jinkludi:

1.

magni għat-tneħħija ta’ qigħan tal-gomma u għarqub tal-gomma, li, għalkemm jintużaw fl-industrija taż-żraben, m’humiex intiżi għal ħidma ta’ ġilda (leather, skins jew hides);

2.

magni għal qtugħ ta’ blokki ta’ plastik ragħwa, gomma ragħwa, lattiċe ragħwa u materjali simili, bl-użu ta’ band knife jew lupa.

8479

Magni u apparat mekkaniku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu

8479 40 00

Magni li jagħmlu ħbula jew kejbil

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

magni u apparat biex jagħmlu ħajt, kordi, ħbula jew kejbils minn fibra tas-tessuti, bħal:

(a)

magni biex jagħmlu kurduni, li jagħmlu kurduni bil-liwi ta' żewġ ħajtiet waħedhom jew aktar (ħajt tal-kejbil);

(b)

magni li jilwu ħabel jew kejbil, li jilwu żewġ kurduni jew aktar biex jagħmlu ħabel jew kejbil b'dijametru kbir;

(ċ)

magni għal stranding magħqud u li jilwu ħabel jew kejbil, prinċipalment biex jagħmlu kurduni itqal u ħabel jew kejbil eħfef.

2.

magni u apparat biex jagħmlu ħbula u kejbils tal- wajer, ħlief kejbils ta' l-elettriku, li jaħdmu fuq l-istess prinċipju bħall-magni u l-apparat imsemmijin f'oġġett 1 hawn fuq;

3.

magni u apparat għall-ikkejbiljar jew immaljar ta' wajers ta' l-elettriku u magni biex jagħmlu kejbils koassjali.

Dan is-subtitlu ma jinkludix magni li jagħmlu operazzjonijiet żgħar qabel isiru kurduni, eż.,, timxit, tifrix, irduppjar, ġbid jew tidwir suċċessiv, jew liwi ta' frejmijiet ta' tip użat f'magni li jitħnu li jduru; uħud mill-magni ta' dan it-tip jistgħu jintużaw ukoll biex isiru kurduni fini bil-liwi ta' ħajt tal-ħabel (titlu 8445).

8479 89 97

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

sistemi ta' ftuħ għal bibien ta' garaxxijiet, li huma apparati mekkaniċi għal ftuħ u għeluq awtomatiku 'l fuq u 'l ġewwa (up-and-over) permezz ta' kontroll mill-bogħod bir-radju. Huma jitwaħħlu mas-saqaf tal-garaxx u jikkonsistu prinċipalment f'servomutur elettriku bi drivespindle, linja li tgħaqqad b'apparat għat-trasmissjoni ta' l-enerġija u bi driegħ mekkaniku mwaħħla mal-bieb tal-garaxx. Is-servomutur huwa mwaħħal b'kejbil mar-riċevitur radju RC, li jixgħel il-provvista ta' l-elettriku lis-servomutur meta dan jirċievi s-sinjali ta' kontroll mit-trasmettitur radju RC tal-vettura. It-trasmettituri u r-riċevituri radju meħtieġa għall-kontroll mill-bogħod ta' dawn is-sistemi huma, madankollu, esklużi minn dan is-subtitlu u huma klassifikati f'titlu 8526 skond il-karatteristiċi tagħhom stess;

2.

ċertu magni u apparat għall-manifattura ta’ bords ta’ ċirkuwiti stampati jew ċirkuwiti ibridi integrati (permezz tal-ħidma u qtugħ ta’ folji ikbar ta’ laminat ibbażat fuq karta, tessut ta’ fibra tal-ħġieġ, ċeramika jew materjal ieħor li jiżola), bħal:

(a)

magni biex jogħorku u magni tal-ħasil ultrasoniċi għat-tindif ta’ folji ta’ materjal li jiżola;

(b)

magni li jremblu jew li jferrgħu għall-applikazzjoni ta’ aġenti fotoresistenti li jgħaqqad jew adeżiv mal-folji ta’ materjal li jiżola;

3.

magni għall-immuntar ta’ tavli ta’ ċirkuwiti stampati għal immuntar jew ta’ komponenti attivi, passivi jew li jgħaqqdu fuq ċirkuwiti stampati (magni li jaqbdu u jqiegħdu). Dawn il-komponenti jingħataw b’mod awtomatiku lill-magna fuq tejps (ċinturini). Il-magni jqiegħdu l-komponenti b’mod eżatt fil-postijiet intiżi u jimmuntawhom fuq iċ-ċirkuwitu stampat. Wara li l-komponenti jkunu mmuntati, huma jitwaħħlu fuq iċ-ċirkuwitu stampat permezz ta’ eż. solderjar, ibbondjar b’kuntatt. Minbarra l-immuntar ta’ mezzi ta’ semikondutturi, dawn l-magni huma wkoll kapaċi jaqbdu u jqiegħdu komponenti oħra fuq sottostrati.

Dan is-subtitlu ma jinkludix magni u apparat li jaħdem bl-elettriku tat-tip użat biss jew l-aktar għall-manifattura ta' ingotti jew wejfers ta' semikondutturi, strumenti semikondutturi, ċirkuwiti integrati elettroniċi jew strumenti għal viżwalizzazzjoni fuq skrin ċatt (titlu 8486).

8481

Viti, cocks , valvi u tagħmir simili għal pajpijiet, qxur ta’ kaldaruni, tankijiet, btieti jew bħalhom, inklużi valvi biex inaqqsu l-pressa u valvi kkontrollati b’mod termostatiku

8481 10 05

Kombinati ma’ filtri jew lubrikaturi

Dan is-subtitlu jkopri oġġetti li jikkonsistu f’diversi komponenti li jagħmlu l-funzjonijiet meħtieġa biex jirregolaw sistemi ta’ l-arja kompressata; filtrazzjoni ta’ l-arja (biex ineħħu impuritajiet, eż., ilma, sadid, ħmieġ, eċċ.), regolazzjoni għall-pressa għal ħidma tajba, lubrikazzjoni (biex tiżgura operazzjoni lixxa tal-komponenti pnewmatiċi).

Dawn tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja:

 

Image

8486

Magni u tagħmir tat-tip użat biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ boules jew wejfers semikondutturi, mezzi semikondutturi, ċirkuwiti integrati elettroniċi jew displays pannelli ċatti; magni u tagħmir speċifikati f’Nota 9 (Ċ) għal dan il-Kapitlu; partijiet u aċċessorji

Dan it-titlu jeskludi, inter alia:

(a)

magni u apparat li jaħdem bl-elettriku għall-manifattura ta' bords ta’ċirkuwiti stampati kif definiti f'nota 5 ta' kapitlu 85;

(b)

magni elettriċi u strumenti għall-ittestjar ta' wejfers jew ċirkuwiti integrati permezz ta' qies bl-elettriku u għall-iskoperta u l-lokalizzazzjoni tad-difetti, fosthom dawk mgħammra b'apparat għall-immarkar tad-difetti jew b'apparat li jagħżel sabiex jassenja l-prodotti ttestjati f'kaxxi speċifiċi għall-irfigħ (kapitlu 90).

8486 20 10

Għodod tal-magni imħaddmin bi proċessi ultrasoniċi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8456, tieni paragrafu.

8486 20 90

Other

Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8486, parti (B), dan is-subtitlu jinkludi:

1.

għodda tal-magni għall-iskrib jew grif fuq wejfers semikondutturi;

2.

apparat għal tisħin veloċi ta' wejfers semikondutturi;

3.

għodda tal-magni għall-ħdim ta' kull materjal billi jitneħħa l-materjal mħaddma b'lejżer jew permezz ta' proċessi ta' raġġ ta' dawl jew fotoniku;

4.

apparat li jnixxef sottostrat li jiżola stampat jew maħsul u nixxiefa kontinwi tal-wejfers.

8486 40 00

Magni u tagħmir speċifikat f’Nota 9 (Ċ) ta’ dan il-Kapitlu

Bħala żieda mal-magni msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8486, parti (B), dan is-subtitlu jinkludi:

1.

apparat li jeħel mal-forma (die attach) u tape automated bonders għal immuntar ta’ strumenti semikondutturi jew ta' ċirkuwiti elettroniċi integrati;

2.

kameras fotografiċi li jiġġeneraw disinn tat-tip użat biex isiru maskri jew retikoli minn sottostrati miksijin fotoreżistenti;

3.

strumenti ta’ immarkar ta’ linji li jiġġeneraw disinn ta’ tip użat biex isiru maskri jew retikoli minn sottostrati miksijin fotoreżistenti;

4.

xi magni u apparat li jaħdem bl-elettriku għall-manifattura ta' bords ta’ ċirkuwit stampat ibridi( bil-ħdim u l-qtugħ ta' folji kbar ta' ċeramika jew materjal li jiżola ieħor), bħal:

(a)

magni tal-knis u magni tal-ħasil ultrasoniċi għat-tindif tal-folji ta' materjal li jiżola;

(b)

magni ta' l-irrumblar u tat-tferrigħ għall-applikazzjoni ta' aġent fotoreżistenti u li jgħaqqad jew kolla fuq il-folji ta' materjal li jiżola.

KAPITLU 85

MAKKINARJU U TAGĦMIR ELETTRIKU U PARTIJIET TAGĦHOM; STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U JIRRIPRODUĊU L-ĦOSS, STRUMENTI LI JIRREKORDJAW U JIRRIPRODUĊU STAMPA U ĦOSS TAT-TELEVIŻJONI, U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA’ DAWN L-OĠĠETTI

8501

Muturi u ġeneraturi elettriċi (ħlief settijiet ta’ ġenerazzjoni)

Dan it-titlu jinkludi muturi rotarji ta’ l-elettriku ta’ wajpers tal-windskrin, mingħajr dirgħajn jew xfafar li jimsħu iżda b’mekkaniżmi ta’ trasmissjoni xierqa (rota ta’ l-ingranaġġ bi snien radjali u virga li tgħaqqad li toxxilla) li jaqilbu l-moviment rotarju f’wieħed li joxxilla.

8502

Settijiet ta’ ġenerazzjoni u trasformaturi ( converters ) rotarji ta’ l-elettriku

Bħala żieda mal-makkinarju elettriku msemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8502, partijiet (I) u (II), dan it-titlu jinkludi konvertituri magħqudin wara xulxin, settijiet Ward-Leonard u dephasers rotarji.

8502 39 20

Turbo-ġeneraturi

Turbo-ġeneraturi jitmexxew direttament permezz ta’ turbini ta’ gass jew stim. Huma għandhom rotor ċilindriku solidu bi xquq lonġitudinali fejn ikunu mmuntati kojlijiet ta’ induzzjoni. Ir-rotor jista’ jkun f’biċċa waħda jew jikkonsisti f’numru ta’ sezzjonijiet solidi.

Turbo-ġeneraturi jkunu ġeneralment imkessħin bl-arja, iżda tipi ta’ kapaċita’ għolja jkunu mkessħin b’idroġenu.

8503 00

Partijiet tajbin biss jew prinċipalment għal użu mal-magni ta’ titlu 8501 jew 8502

Dan it-titlu ma jinkludix platti għal ċirkuwiti friegħi għal muturi elettriċi (titlu 8536).

8504

Transformers ta’ l-elettriku, converters statiċi (per eżempju, rectifiers ) u inductors

Bħala żieda mal-prodotti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8504, dan it-titlu jinkludi:

1.

transformers li jistgħu jkunu aġġustati (pereżempju, transformers kerser) u transformers bi proporzjon varjabbli;

2.

transformers għal dispersjoni ta’ field għal tubi flworexxenti;

3.

transformers speċjali għal komunikazzjoni;

4.

kojlijiet li jikkumpensaw;

5.

kojlijiet għal output;

6.

indutturi għal illixxar;

7.

kojlijiet tal-qalba li jiċċaqilqu għal modifikar ta’ induzzjoni;

8.

ballasts (ċowks) għal lampi u tubi ta’ disċarġ ta’ l-elettriku;

9.

kojlijiet Pupin;

10.

kojlijiet Godefroy;

11.

pakki ta’ l-enerġija stabilizzati (rettifikatur b’regolatur).

Dan it-titlu jinkludi wkoll elementi rettifikanti ta’ selenju, kemm jekk waħedhom (platti tas-selenju, partikolarment) jew multipli.

Madanakollu, dan it-titlu ma jinkludix rettifikaturi ta’ kristall wieħed tas-silikon jew tal-ġermanju li jikkostitwixxu komponenti diskreti (pereżempju, dajowds rettifikanti) jew rettifikanti li jikkostitwixxu ċirkuwiti integrati, speċjalment mikroċirkuwiti, kemm jekk mgħammrin b’apparat għal tkessiħ jew iżolament eċċ. jew le. Nota 5 għal dan il-kapitlu tagħti dawn il-komponenti lil titlu 8541 jew lil titlu 8542 (ara wkoll Nota 2 għal dan il-kapitlu).

Barra dan, dan it-titlu ma jinkludix:

(a)

kommutaturi għal transformers b’punt multiplu (titlu 8536);

(b)

lampi, tubi u valvli li jirrettifikaw bħal fanotroni, tiratroni, injitroni u tubi ta’ vultaġġ għoli li jirrettifkaw għal apparat ta’ raġġi-X (subtitlu 8540 89 00);

(ċ)

regolaturi ta’ vultaġġ għal titlu 9032.

8504 40 30

Ta’ tip użat ma’ apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom

Dan is-subtitlu jinkludi konvertituri statiċi għal apparat ta’ telekomunikazzjoni jew għal magni għal proċessar ta’ data awtomatiċi u unitajiet tagħhom, li:

ġeneralment ikollhom ċirkuwiti li jistabilizzaw;

ikollhom vultaġġ output tipiku ta’, pereżempju, 3,3, 5, 12, 24, 48 jew 60 V.

Konvertituri statiċi jintużaw ma' apparat tat-telekomunikazzjoni jew ma' magni awtomatiċi li jipproċessaw id-dejta u ma' unitajiet tagħhom sabiex jikkonvertu, pereżempju, l-kurrent alternanti (alternating current – AC) li jittieħed mill-provvista tad-elettriku (mains supply) għall- kurrent dirett (direct current – DC) mixtieq.

Użat ma’ magni ta’ proċessar ta’ data awtomatiċi, hekk imsejjaħ Uninterruptible Power Supply (UPS) jiżgura “back-up” ta’ enerġija (b’sinjal ta’ “saħħa tajba”) fil-każ ta’ qtugħ ta’ enerġija, b’hekk jippreveni telf ta’ data.

8504 90 05

Immuntar elettroniku ta’ magni ta’ subtitlu 8504 50 20

Għad-definizzjoni ta’ l-espressjoni “immuntar elettroniku” ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8504 90 91

Immuntar elettroniku ta’ magni ta’ subtitlu 8504 40 30

Għad-definizzjoni ta’ l-espressjoni “immuntar elettroniku” ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8505

Elettrokalamiti; kalamiti permanenti u oġġetti maħsubin li jsiru kalamiti permanenti wara manjetizzazzjoni; ċokks, klampijiet u mezzi oħrajn li jaqbdu elettromanjetiċi jew kalamiti permanenti; igganċjar, klaċċijiet u brejkijiet elettromanjetiċi; irjus ta’ magni ta’ rfigħ elettromanjetiċi

8505 90 20

Elettrokalamiti; ċokks, klampijiet u mezzi oħrajn li jaqbdu elettromanjetiċi jew kalamiti permanenti

Dan is-subtitlu jinkludi kalamiti elettriċi li joperaw imwaħħlin mal-bibien ta’ karozzi privati u li jiffurmaw parti minn sistema ċentrali ta’ llokkjar ta’ bibien. Sistemi bħal dawn ikunu konnessi mal-forniment ta’ l-enerġija tal-vettura u jkunu attwati permezz ta’ sinjali ta’ kontroll minn mezz ta’ kontroll elettriku li jagħmel parti mis-sistema. Jekk wieħed mill-bibien jinfetaħ jew jingħalaq manwalment, il-bibien l-oħra tal-vettura jissakkru jew jinfetħu elettromanjetikament fl-istess ħin.

Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix valvli ta’ injezzjoni mħaddmin permezz ta’ solenojd għal magni li jaħdmu b’pistuni b’kombustjoni interna mqabbdin bi xrara jew mqabbdin b’kompressjoni, fejn il-bodis tal-valvli u l-labar tal-valvli tagħhom ikunu mgħammrin b’kojl kalamita u b’keeper tal-kalamita rispettivament (subtitlu 8409 91 00 jew 8409 99 00).

8506

Ċelluli primarji u batteriji primarji

8506 10 11

Ċelluli ċilindriċi

Ċelluli ċilindriċi ikollhom taqsima ċirkulari. Polijiet pożittivi u negattivi jkunu fuq truf opposti. It-tul taċ-ċelluli ċilindriċi jkun ikbar mid-dijametru tagħhom.

 

Image

8506 10 91

Ċelluli ċilindriċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 11.

8506 50 10

Ċelluli ċilindriċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8506 10 11.

8506 50 30

Ċelluli buttuna

It-tul taċ-ċelluli buttuna huwa inqas jew ugwali għad-dijametru.

 

Image

8507

Akkumulaturi elettriċi, inklużi separaturi għalihom, rettangulari (inklużi kwadri) jew le

8507 20 20 u 8507 20 80

Akkumulaturi oħrajn ta’ aċtu taċ-ċomb

Bl-eċċezzjoni ta’ akkumulaturi ta’ tip użat biex iqabbdu magni b’pistuni (ara subtitli 8507 10 20 u 8507 10 80), dawn is-subtitli jkopru l-akkumulaturi elettriċi ta’ aċtu taċ-ċomb imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8507, tielet paragrafu, (1).

Dawn l-akkumulaturi jintużaw, pereżempju, biex jitmexxew vetturi elettriċi u għal forniment ta’ enerġija għal installazzjonijiet ta’ telekomunikazzjoni.

8507 30 20 u 8507 30 80

Kadmju-nikil

L-akkumulaturi ta’ dawn is-subtitli jintużaw partikolarment f’lampi ta’ sigurta’ għal nies li jaħdmu f’minjieri u spiss bħala sostituti għal batteriji nexfin f’apparat bħal radjijiet, settijiet tat-televixin, xfafar tal-leħja u apparat elettriku ieħor li jistgħu jinġarru.

8507 80 00

Akkumulaturi oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi akkumulaturi ta’ fidda-żingu u fidda-kadmju.

8507 90 30 u 8507 90 80

Partijiet

Dawn is-subtitli ma jinkludux partijiet li jgħaqqdu ta’ elementi ta’ akkumulaturi (subtitlu 8536 90 85).

8509

Tagħmir elettromekkaniku għad-dar, li għandu inkorporat fih mutur elettriku, minbarra vacuum cleaners ta’ titlu 8508

8509 80 00

Għodod oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi settijiet għall-kura ta’ l-idejn u tas-saqajn b’mutur elettriku fihom infushom, konness vija kejbil ma’ l-unita’ tal-forniment ta’ l-enerġija (unita’ prinċipali) li tagħmel parti mill-għodda.

8510

Magni li jqaxxru l-leħja/s-suf, magni li jaqtgħu x-xagħar u għodod li jneħħu x-xagħar, b’mutur ta’ l-elettriku fihom infushom

8510 10 00

Magni li jqaxxru l-leħja/s-suf

Magni li jqaxxru l-leħja/s-suf li jinkorporaw magni li jaqtgħu x-xagħar jaqgħu f’dan is-subtitlu.

8511

Tagħmir ta’ l-elettriku biex iqabbad jew jistartja ta’ tip użat għal magni b’kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni (pereżempju, manjeti għat-tqabbid, dinamos bil-manjete, koljaturi tat-tqabbid, sparking plugs u xemgħat inkandexxenti, muturi għall-istartjar); ġeneraturi (per eżempju, dinamos, alternaturi) u cut-outs ta’ tip użat flimkien ma’ dawn il-magni

8511 40 00

Muturi għall-istartjar u ġeneraturi għall-istartjar b’għan doppju ( dual purpose )

It-tagħmir ta' dan is-subtitlu ġeneralment jopera b'6, 12 jew 24 V u għandu strumenti speċjali għat-twaħħil ma' muturi.

Dan is-subtitlu jikludi:

1.

muturi għall-istartjar b’armatura li tiżżerżaq, muturi li jistartjaw b’feeder li jiżżerżaq b’moviment elikojdali, u muturi għall-istartjar b’pinion li jiżżerżaq u b’moviment elikojdali;

2.

apparat li huwa r-riżultat tat-tgħaqqid ta’ mutur għall-istartjar u ġeneratur f’unita’ waħda.

8512

Tagħmir tad-dawl jew tas-sinjalar ta’ l-elettriku (ħlief oġġetti ta’ titlu 8539 ), wajpers tal-windskrins, defrostaturi u demisters , ta’ tip użati għal roti jew għal vetturi bil-muturi

8512 30 10

Allarmi tas-serq ta’ tip użat għal vetturi bil-mutur

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8512, it-tieni paragrafu, (11).

8512 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi frejmijiet u rifletturi għall-bozoz ta’ quddiem , dirgħajn tal-wajpers, bix-xfafar tal-wajpers jew mingħajrhom, għal wajpers tal-windskrins ta’ l-elettriku.

Madanakollu, is-subtitlu ma jinkludix ħowlders tal-bozoz (subtitlu 8536 61 10 jew 8536 61 90).

8514

Fuklari u fran ta’ l-elettriku industrijali jew tal-laboratorju (inklużi dawk li jaħdmu b’induzzjoni jew telf dielettriku); tagħmir ieħor industrijali jew tal-laboratorju għat-trattament bis-sħana ta’ materjali b’induzzjoni jew telf dielettriku

8514 20 80

Fuklari u fran dielettriċi

Fran bil-majkrowejv ta’ tip disinjat biex jintużaw f’ristoranti, kantini, eċċ., ivarjaw minn apparat domestiku ta’ titlu 8516 mis-saħħa output u mill-kapaċita’ tal-forn tagħhom. Fran bħal dawn li jkollhom saħħa output ta’ aktar minn 1  000 W jew kapaċita’ tal-forn ta’ aktar minn 34 litri jitqiesu li huma għal użu industrijali. Għal fran bil-majkrowejv magħmulin ġo kisja waħda flimkien ma’ grill jew tip ieħor ta’ forn, is-saħħa output imsemmi hawn fuq japplika biss għal forn bil-majkrowejv. Il-klassifikazzjoni ta’ taħlit bħal dan m’huwiex influwenzat mill-kriterju tal-kapaċita’ tal-forn.

Fran bil-majkrowejv li għandhom saħħa output ta’ mhux aktar minn 1  000 W u b’kapaċita’ ta’ forn ta’ mhux aktar minn 34 litri jitqiesu li huma għal użu domestiku (titlu 8516).

8516

Ħiters ta’ l-ilma ta’ l-elettriku istantanji jew b’ħażna u ħiters li jingħaddsu; apparat ta’ l-elettriku għat-tisħin ta’ spazji u apparat għat-tisħin tal-ħamrija; apparat elettrotermiku għall-irranġar tax-xagħar (per eżempju, nixxiefa tax-xagħar, apparat li jobrom ix-xagħar, ħdejjed ħiter għall-brim tax-xagħar) u nixxiefa ta’ l-idejn; ħdejjed tal-mogħdija ta’ l-elettriku; tagħmir ieħor elettrotermiku ta’ tip użat għal għanijiet tad-dar; resistors elettriċi għat-tisħin, ħlief dawk ta’ titlu 8545

8516 10 11 u 8516 10 80

Ħiters ta’ l-ilma ta’ l-elettriku istantanji jew b’ħażna u ħiters li jingħaddsu

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

ħiters ta’ l-ilma li jaħdmu kemm bħala ħiters ta’ l-ilma u bħala ħiters ta’ l-ilma b’ħażna;

2.

bojlers ta’ l-elettriku li jipproduċu biss ilma sħun, jew ilma sħun u stim bi pressa baxxa fl-istess ħin.

Dawn is-subtitli ma jinkludux bojlers ta’ l-istim imsaħħnin bl-elettriku u bojlers ta’ “ilma superimsaħħna” (titlu 8402) u bojlers ta’ l-elettriku msaħħnin bl-elettriku għat-tisħin ċentrali (titlu 8403).

8516 21 00 sa 8516 29 99

Apparat ta’ l-elettriku għat-tisħin ta’ spazji u apparat ta’ l-elettriku għat-tisħin tal-ħamrija

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

apparat ta’ l-elettriku għat-tisħin għal sawni;

2.

apparat ta’ l-elettriku li jaħdem b’batteriji għat-tisħin u għad-defrostjar ta’ serraturi ta’ bibien li jkunu ffriżaw fuq vetturi li jaħdmu b’mutur bil-preżenza ta’ element li jsaħħan fis-serratura. Dan l-apparat żgħir li jinġarr jista’ jinkorpora lampa tat-tip li taqa’ f’titlu 8513 biex jillumina ż-żona fejn isir ix-xogħol.

8516 50 00

Fran bil-majkrowejv

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8514 20 80.

8516 60 10

Kukers (li fihom għallinqas forn u hob )

Kukers jikkonsistu f’għallinqas hob u forn (li jista’ jinkludi wkoll sett tal-majkrowejv jew grill).

8516 79 70

Oħrajn

Bħala żieda ma’ l-apparat imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8516, parti (E), (5) sa (20), dan is-subtitlu jinkludi:

1.

sawni b’radjaturi ta’ l-infra-ħomor (kmamar żgħar individwali);

2.

platti għat-tisħin tas-saqajn;

3.

shoe trees imsaħħnin bl-elettriku;

4.

apparat għat-tindif ta’ lentijiet tal-kuntatt, li jikkonsistu f’żewġ kompartamenti żgħar imsaħħnin bl-elettriku b’għotjin li jingħalqu b’kamin biex iżommu l-lentijiet tal-kuntatt u biex isaħħnu l-likwidu li jnaddaf.

8516 80 20 u 8516 80 80

Resistors għat-tisħin bl-elettriku

Dawn is-subtitli jinkludu wajer, kejbils, tejpijiet u affarijiet simili, li jkunu iżolati u li jipprovdu sħana għat-tisħin ta’ soqfa, ħitan, pajpijiet, kontenituri, eċċ.

Madanakollu, dawn is-subtitli ma jinkludux resistenza li jsaħħnu mqabbdin ma’ partijiet ta’ apparat, pereżempju, platti bażi għal ħadid li jillixxa u platti għal kukers ta’ l-elettriku (subtitlu 8516 90 00).

8517

Settijiet tat-telefown, inklużi telefowns għan-netwerks ċellulari jew għal netwerks oħra bla wajers; tagħmir ieħor għat-trasmissjoni jew riċezzjoni ta’ vuċi, immaġni jew data oħra, inkluż tagħmir għal komunikazzjoni f'netwerk ikkollegat bil-wajer jew bla wajers (bħal netwerk ta' żona lokali jew ta' żona wiesgħa), minbarra tagħmir ta’ trasmissjoni jew ta’ riċezzjoni ta’ titlu 8443 , 8525 , 8527 jew 8528

8517 12 00

Telefowns għal netwerks ċellulari jew netwerks oħra bla wajer

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8517, parti (I), (B).

Dan is-subtitolu jinkludi telefons għal netwerks ċellulari, l-hekk imsejħa “telefons ċellulari”.

It-“telefons ċellulari” għandhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:

huma ta' daqs żgħir li joqgħodu ġol-but, jiġifieri huma ta' dimensjonijiet li ma jeċċedux 170 mm × 100 mm × 45 mm, meta mkejla fl-aktar mod kompatt tagħhom,

jistgħu joperaw mingħajr sors estern ta’ enerġija elettrika,

għandhom kemm mikrofonu,tista’ tinqala’ kif ukoll kuffja tal-widna u/jew lawdspiker, jew fl-istess unità jew f'forma ta' kuffja tal-widna li jista′ jinqala′ ppreżentat flimkien mat“-telefon ċellulari”, għax-xandir u riċezzjoni tal-vuċi biex tagħmel possibbli komunikazzjoni vokali,

jinkorporaw komponenti oħra eżempju amplifikatur u antenna għat-telefonija, li jippermettu trażmissjoni ta' vuċi f'żewġ direzzjonijiet f'firxa żgħira fi ħdan netwerk li jikkonsisti fi stazzjonijiet bażi b'subtitolu 8517 61 u li jużaw firxa ta' frekwenza tat-telefon ċellulari,

jistgħu jagħmlu possibbli komunikazzjoni b'mod telefoniku/telefonika billi jużaw netwerks ċellulari meta mgħammra b'SIM (Modulu li Jidentifika l-Abbonat) ta' tipi varji (fiżiku jew softwer) li ġiet attivata. Jistgħu jippermettu li sejħiet ta' emerġenza jsiru mingħajr is-SIM.

“Telefons Ċellulari” jistgħu jkollhom karatterisitċi oħra eżempju li tibgħat u tirċievi messaġġi SMS (is-Servizz ta' Messaġġi Qosra) u MMS (Servizz għall-Messaġġi Multimidja), posta elettronika; bdil talpakkett għall-aċċess għall-Internet; li tibgħat u tirċievi sinjali ta' pożizzjoni; navigazzjoni, trażmissjoni, mapep, messaġġi immedjati, VOIP (Protokoll tal-Vuċi fuq l-Internet); PDA (Assistent Personali Diġitali), logħob; li tirċievi sinjali tar-radju u tat-televiżjoni; li tieħu, tirrekordja u tirriproduċi ħsejjes u immaġni.

Irrispettivament minn karatteristiċi addizzjonali bħal dawn, il-funzjoni tat-telefonija mobbli ġeneralment hija l-funzjoni prinċipali tat-telefons ċellulari li jkollhom il-karatteristiċi kollha msemmijja hawn fuq. Dan huwa l-każ, eżempju, meta l-funzjoni tat-telefonija tieħu preċedenza fuq il-funzjonijiet l-oħra kollha inkluż meta sejħiet li jkunu deħlin huma normalment notifikati lill-persuna li qed tuża t-telefon irrispettivament mill-funzjonijiet sekondarji użati.

8517 18 00

Oħrajn

Bħala żieda mas-settijiet tat-telefown imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8517, parti (I), (A), dan is-subtitlu jinkludi buttuna li tingħafas, settijiet tat-telefown li jinkorporaw qarrej ta’ karti manjetiċi, display ta’ data, bord taċ-ċirkuwiti elettronika b’mikroproċessur, diversi ħażniet ta’ data, arloġġ u modulatur-demodulatur (mowdem). Dan l-apparat jista’ jintuża mhux biss bħala settijiet tat-telefown iżda wkoll (pereżempju, f’supermarkit) bħala terminali ta’ data, eż., għall-verifikar ta’ karti ta’ kreditu manjetiċi jew ċekkijiet jew għat-trasmissjoni ta’ data dwar bejgħ fuq linji tat-telefown għal magni ta’ proċessar ta’ data awtomatiċi.

8517 62 00

Magni għar-riċezzjoni, konverżjoni u trasmissjoni jew riġenerazzjoni ta’ vuċi, immaġini jew data oħra, inkluż tagħmir għall-qlib tal-linji u routing

Dan is-subtitlu jkopri żewg gruppi ta' magni:

1.

magni li jirċievu, jikkonvertu u jittrasmettu l-vuċi, ix-xbihat jew data oħra;

2.

magni li jirriġeneraw il-vuċi, x-xbihat jew data oħra.

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

network interface cards;

2.

mowdems;

3.

repeaters;

4.

hubs;

5.

bridges (fosthom swiċċjiet);

6.

routers.

Dawn is-subtitli jinkludu apparat li jikkonsisti fl-elementi kollha meħtieġa għal trasmissjoni u riċezzjoni, f'kabinett jew struttura waħda. Hekk huwa l-każ, pereżempju, għal walkie-talkies, li fihom il-batteriji jew l-akkumulaturi meħtieġa għat-tħaddim tagħhom, jew għal apparat trasmettitur-riċevitur, l-unità tal-provvista ta' l-elettriku tagħha tkun separata u konnessa ma' l-apparat permezz ta' kejbil biss.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll unitajiet li fihom l-elementi li jittrasmettu u li jirċievu jkunu jinsabu f'unitajiet ta' l-għamara jew strutturi differenti, sakemm huma jikkostitwixxu unità funzjonali. Sabiex jitqiesu li jikkostitwixxu unità li taħdem, apparati trasmettituri-riċevituri għandhom ikunu nstallati ħdejn xulxin (pereżempju, fl-istess bini jew fuq l-istess vettura) u jkollhom ċerti elementi komuni, bħall-antenna.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll l-hekk imsejħa “wireless headsets” iddisinjati sabiex jintużaw biss u prinċipalment ma' telefowns għal netwerks ċellulari (mowbajls), maħsuba li jiddendlu mal-widna sabiex jipprovdu għażla li ma jintużawx l-idejn. Jippermettu lill-utent jikkontrolla l-funzjonijiet tat-telefown, bħal, jirrispondi, jaqta' u jċempel in-numru (pereżempju, jerġa' jċempel l-aħħar numru), f'distanza ta' bejn wieħed u ieħor 10 m mill-mobajl u li jkollhom mezz biex jaġġustaw il-volum tal-ħoss ta' l-apparat tal-widna. Dawn il-headsets jinkorporaw trasmettitur/riċevitur tar-radju biex jikkomunikaw ma' mowbajl permezz tat-teknoloġija bla wajers, pereżempju, “Bluetooth”.

8517 69 10

Vidjofoni

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8517, parti (II), (Ċ).

Dan is subtitlu jinkludi wkoll sistemi ta’ televiżjoni b’ċirkuwitu magħluq li jikkonsistu f’kamera waħda, pannell b’diversi buttuni għal sejħien, u moniter wieħed jew aktar konnessi ma’ post ta’ komunikazzjoni u kejbils koassjali għat-tgħaqqid ta’ l-elementi differenti, preżentati fil-forma ta’ sett imtella’ għal bejgħ.

Prodotti ta’ dan is-subtitlu jistgħu wkoll ikunu magħqudin ma’ opener ta’ bibien ta’ l-elettriku, apparat għal sinjalar jew sors ta’ dawl.

8517 69 39

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

apparat fiss li jirċievi (fosthom dawk l-aktar użati fi stallazzjonijiet kbar), u strumenti speċjali bħal strumenti ta' segretezza (eż. spectrum inverters); ċertu riċevituri, imsejħa “diversity receivers”, iħaddmu teknika ta' riċevituri multipli sabiex jegħlbu l-problema ta' telf mis-saħħa tas-sinjal;

2.

riċevituri tar-radjutelefonija għal vetturi bil-mutur, vapuri, ajruplani, ferroviji, eċċ.;

3.

riċevituri għal sistemi ta' lokalizzazzjoni radjutelegrafika ta' l-impjegati;

4.

riċevituri tar-radju għall-interpretazzjoni simultanja waqt konferenzi multilingwi;

5.

riċevituri speċjali għal sinjali ta' periklu, minn vapuri, ajruplani, ferroviji, eċċ.;

6.

riċevituri ta' sinjali telemetriċi;

7.

apparat radjutelegrafiku “Faks” biex jirċievi, fuq karta sensitizzata, kopji ta' dokumenti, gazzetti, pjanti, messaġġi.eċċ.

8517 69 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

transmitters fissi. Ċertu tipi, użati l-aktar fi stallazzjonijiet kbar, jinkludu strumenti speċjali bħal strumenti ta' segretezza (eż. spektrum inverters) strumenti multiplex (użati biex jibagħtu aktar minn żewġ sinjali f'daqqa);

2.

transmitters tar-radjutelefonija għal vetturi bil-mutur, vapuri, ajruplani, ferroviji, eċċ.;

3.

transmitters użati f'sistemi radjutelegrafiċi ta' lokalizzazzjoni ta' l-impjegati;

4.

transmitters tar-radju għall-interpretazzjoni simultanja waqt konferenzi multilingwi;

5.

transmitters awtomatiċi għal sinjali ta' periklu/allarm, minn vapuri, ajruplani, ferroviji, eċċ.;

6.

apparat radjutelegrafiku “Faks” biex jittrasmetti, kopji ta' dokumenti, gazzetti, pjanti, messaġġi.eċċ.;

7.

transmitters ta' sinjali telemetriċi.

8518

Mikrofoni u stands għalihom; lawdspikers, immuntati fil-kaxex tagħhom jew le; headphones u earphones , kombinati ma’ mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u lawdspiker wieħed jew aktar; amplifikaturi ta’ awdjofrekwenza ta’ l-elettriku; settijiet ta’ amplifikaturi ta’ ħoss-elettriku

Dan it-titlu jinkludi mikrofoni, kuffji (headphones), earphones u lawdspikers bla wajers ippreżentati b'mod separat, kemm jekk kumbinati jew le.

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

1.

handsets bla wajer ippreżentati separatament biex jintużaw ma' settijiet tat-telefown ta' linja fissa (ara n-Noti ta' Spjega SA għal subtitlu 8517 26);

2.

headsets bla wajers preżentati separatament (kombinazzjoni ta' headphone u mikrofonu) b'kapaċita' li wieħed jista' jċempel minn fuqhom (ara n-Noti ta' Spjega għal subtitlu 8517 62 00).

8519

Tagħmir ta' rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss

8519 81 15

Plejers tal-kasetts qies tal-but

Għad-determinazzjoni tal-qisien ta’ apparat bħal dan, Nota ta’ Subtitlu 1 għal kapitlu 85 tapplika u l-qisien tal-kabinett għandhom jitqiesu; protuberanzi bħal buttuni ta’ kontroll, mezzi li jagħlqu u klipep li jsakkru għandhom ikunu injorati.

8519 81 35

Oħrajn

Dan is-subtitlu ma jinkludix apparat li jirriproduċi l-ħoss, hekk imsejħa “plejers ta’ l-MP3”, li jużaw midja ottika u jinkorporaw strumenti li jistgħu sussegwentement ikunu attivati għar riċezzjoni ta' sinjali ta' xandir bir-radju permezz ta' xi softwer (titlu 8527).

8519 81 45

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8519 81 35 japplikaw, mutatis mutandis.

8519 81 65

Rikorders qies tal-but

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8519 81 15 japplikaw, mutatis mutandis.

8519 81 95

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8519 81 35 japplikaw, mutatis mutandis.

8522

Partijiet u aċċessorji tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ l-apparat ta’ titli 8519 sa 8521

8522 90 41 u 8522 90 49

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8523

Diski, tejps, strumenti li jaħżnu l-memorja li mhumiex volatili u li huma fi stat solidu, “kards ‘smart’” u mezzi oħra għall-irrekordjar tal-ħoss jew ta’ fenomeni oħra, kemm jekk irrekordjati u kemm jekk mhumiex, inklużi matriċi u oriġinali għall-produzzjoni tad-diski, iżda esklużi l-prodotti ta’ Kapitlu 37

Jekk midja ta' dan it-titlu jkunu ppreżentati flimkien ma' oġġetti oħra, il-prinċipji ta' klassifikazzjoni li ġejjin għandhom japplikaw:

1.

jekk il-midja u oġġetti oħra jagħmlu sett għall-bejgħ bl-imnut taħt ir-Regolament Ġenerali Interpretattiv 3b), is-sett għandu jkun ikklassifikat bl-applikazzjoni ta' dak ir-regolament, jew

2.

jekk il-midja u oġġetti oħra ma jagħmlux sett għall-bejgħ bl-imnut taħt ir-Regolament Ġenerali Interpretattiv 3b), il-midja ghandha tkun ikklassifikata skond is-subtitlu proprju tagħha.

8523 21 00

Kards li fihom strixxa manjetika

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll materjal stampat, bħal biljetti ta' l-ivjaġġar u karti ta' l-imbark, li jinkorporaw strixxa manjetika jew aktar.

8523 29 15

Mhux irrekordjati

Dan is-subtitlu jkopri wkoll tejps li għandhom jinqatgħu għad-daqs qabel jintużaw.

8523 41 10

Diski għal sistemi ta' qari bil-lejżer b'kapaċità ta' rekordjar li ma taqbiżx 900  megabytes , ħlief dawk li jitħassru

Dan is-subtitlu jkopri compact discs li jistgħu jkunu rrekordjati (CD-Rs).

Normalment, is-CD-Rs huma magħmulin minn polikarbonat trasparenti mingħajr kulur bi ħxuna ta' 1.2 mm. In-naħa ta' fuq hija miksija b'saff riflettenti lewn id-deheb jew il-fidda u jista' jkun stampat. In-naħa ta' isfel hija miksija b'saff ta' żebgħa u saff protettiv. Għandhom dijametru ta' 8 jew 12 ċm u jista' jkollhom il-forma ta' kard.

Il-kapaċità ta' rekordjar tista' tkun ivverifikata b'magni tal-qari/kitba u softwer korrispondenti għar-rekordjar.

Minkejja li r-rekordjar fuq dawn id-diski jista' jsir f'fażi waħda jew ħafna, l-informazzjoni rrekodjata ma tistax titħassar.

8523 41 30

Diski għal sistemi ta' qari bil-lejżer b'kapaċità ta' rekordjar li ma taqbiżx 900  megabytes , iżda ma taqbiżx 18  gigabytes , ħlief dawk li jitħassru

Dan is-subtitlu jkopri diski versatili diġitali li jistgħu jkunu rrekordjati (DVD-/+Rs).

B’kuntrast għas-CD-Rs ta’ subtitlu 8523 41 10, DVD-/+Rs jikkonsistu f'żewġ saffi polikarbonat oħxon ta' 0,6 mm mwaħħlin flimkien bil-kolla. Din id-differenza fiżika tista' tkun identifikata billi t-tarf estern tad-diska jkun eżaminat. Huma jkollhom dijametru ta' 8 jew 12 ċm.

Il-kapaċità ta' rekordjar tista' tkun ivverifikata b'magni tal-qari/kitba u softwer għal rekordjar korrispondenti.

Minkejja li r-rekordjar fuq dawn id-diski jista' jsir f'fażi waħda jew ħafna, l-informazzjoni rrekodjata ma tistax titħassar.

8523 41 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

diski ottiċi li fuqhom tista' titħassar l-informazzjoni rrekordjata u data ġdida tista' tkun irrekordjata (“rewritable compact discs” (CD-RWs) u diski versatili diġitali rewritable (DVD-/+RWs)). Dawn jistgħu jkunu identifikati permezz tas-softwer għar-rekordjar tad-diski ta' magna awtomatika għall-ipproċessar tad-data;

2.

DVD-RAMs rewritable u “MiniDiscs”, it-tnejn imdaħħla f'kartriġis.

8523 52 10 u 8523 52 90

“Kards ‘smart’”

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8523, (C), (2).

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll proximity cards/tags elettroniċi li ġeneralment jikkonsistu f'kojl li jattiva ruħu b'sinjal mill-apparat li jaqrah u jipproduċi vultaġġ li jenerġizza mikroċirkuwit, ġeneratur ta' kodiċi li kif jirċievi s-sinjal mill-kojl jiġġenera d-data, u antenna li tittrasmetti s-sinjali.

8525

Tagħmir ta’ trasmissjoni għax-xandir bir-radju jew bit-televiżjoni, kemm jekk fih u kemm jekk ma fihx tagħmir ta’ riċezzjoni jew tagħmir ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni; kameras tat-televiżjoni, kameras diġitali u vidjowkameras li jirrekordjaw

Dan it-titlu jinkludi kameras għal imaging termali b’imagers infra-ħomor li jaqbdu radjazzjoni ta’ sħana u jibdluha f’immagini li jirrapreżentaw it-temperaturi ta’ superfiċji jew oġġetti individwali f’intensitajiet differenti ta’ griż jew f’kuluri differenti iżda li ma jistgħux ikejlu temperaturi jew jirrapreżentaw il-valuri mkejlin f’figuri.

8525 60 00

Tagħmir ta’ trasmissjoni li fih tagħmir ta’ riċezzjoni

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll unitajiet fejn l-elementi li jittrasmettu u li jirċievu jkunu jinsabu f’unitajiet ta’ l-għamara jew housing differenti, sakemm huma jikkostitwixxu unita’ li taħdem. Sabiex jitqiesu li jikkostitwixxu unita’ li taħdem, apparat trasmettitur-riċevitur għandhom ikunu installati ħdejn xulxin (pereżempju, fl-istess bini jew fuq l-istess vettura) u jkollhom ċertu elementi komuni, bħal antenna.

8525 80 11 sa 8525 80 99

Kameras tat-televiżjoni, kameras diġitali u vidjowkameras li jirrekordjaw

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8525, (B).

Dawn is-subtitli ma jkoprux mezzi għal qari elettroniku għal nies viżivament diżabilitati (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8543 70 90).

8525 80 30

Kameras diġitali

Kameras diġitali ta' dan is-subtitlu huma dejjem kapaċi li jirrekordjaw immaġni fissa, kemm jekk fuq memorja interna kif ukoll fuq midja li tinqala' u tinbidel.

Ħafna mill-kameras ta' dan is-subtitlu għandhom ix-xeħta ta' kamera fotografika tradizzjonali u m'għandhomx viewfinder li jintewa.

Dawn il-kameras jistgħu wkoll ikunu kapaċi jieħdu vidjow biex jirrekordjaw sekwenzi ta' vidjow.

Kameras jibqgħu kklassifikati f'dan is-subtitlu għajr meta, meta tintuża l-kapaċita' ta' ħażna massima, huma kapaċi jirrekordjaw bi kwalita' ta' 800 × 600 pixels (jew ogħla) bi 23 frejm kull sekonda (jew ogħla), għallinqas 30 minuta f'sekwenza waħda ta' vidjow.

Imqabbla mal-vidjowkameras li jirrekordjaw ta' subtitli 8525 80 91 u 8525 80 99, ħafna kameras diġitali (meta jintużaw bħala vidjowkameras) m'għandhomx il-funzjoni ta' żum ottiku waqt li jkunu qed jirrekordjaw il-vidjow. Il-kapaċità ta' ħażna ma taffettwax hekk kif xi kameras, wara ċertu perijodu ta' ħin, iwaqqfu l-irrekordjar tal-vidjow awtomatikament.

8525 80 91 u 8525 80 99

Vidjowkameras li jirrekordjaw

Il-vidjowkameras li jirrekordjaw ta' dawn is-subtitli huma dejjem kapaċi li jirrekordjaw sekwenzi ta' vidjow, kemm fuq memorja interna kif ukoll fuq midja li tinqala' u tinbidel.

Ġeneralment, il-vidjowkameras li jirrekordjaw ta' dawn is-subtitli għandhom id-disinn li jvarja mill-kameras diġitali ta' subtitlu 8525 80 30. Ġeneralment ikollhom viewfinder li jintewa u ta' spiss ikunu ppreżentati flimkien ma' apparat għall-kontroll mill-bogħod. Dejjem joffru l-funzjoni ta' żum ottiku matul l-irrekordjar tal-vidjow.

Dawn il-vidjowkameras diġitali jistgħu wkoll jirrekordjaw immaġni fissa.

Kameras diġitali huma esklużi minn dawn is-subtitli jekk mhumiex kapaċi, meta tintuża lkapaċita' ta' ħażna massima, jirrekordjaw bi kwalita' ta' 800 × 600 pixels (jew ogħla) bi 23 frejm kull sekonda (jew ogħla), għallinqas 30 minuta f'sekwenza waħda ta' vidjow.

8525 80 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri vidjowkameras (imsejħa “camcorders”) għall-irrekordjar mhux biss tal-ħoss u xbihat meħuda mill-kamera iżda wkoll ta' sinjali minn sorsi esterni, per eżempjuplejers tad-DVD, magni awtomatiċi li jipproċessaw id-data, jew riċevituri tat-televixin. Immaġni rrekordjati hekk, jistgħu jkunu riprodotti permezz ta' riċevitur tat-televixin estern jew moniter.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll “camcorders” fejn l-input vidjow ikun imfixkel permezz ta’ platt, jew b’xi mod ieħor, jew li fih l-interface vidjow jista’ jkun sussegwentement attivat bħala input vidjow permezz ta’ softwer. L-apparat madanakollu jkun disinjat biex jirrekordja programmi televiżivi jew sinjali vidjow oħrajn li jkunu ġejjin mill-estern.

Madankollu, “camcorders” li bihom tista' tirrekordja biss l-immaġni meħuda bil-kamera u jistgħu jkunu riprodotti permezz ta' riċevitur tat-televixin estern jew moniter jaqgħu f’subtitlu 8525 80 91.

8527

Tagħmir ta’ riċezzjoni għax-xandir bir-radju, kemm jekk huwa kkumbinat u kemm jekk mhuwiex, fl-istess kaxxa ( housing ), ma’ tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni jew arloġġ

Għal apparat ta’ trasmissjoni li jinkorpora apparat li jirċievi, ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8525 60 00.

8527 12 10 u 8527 12 90

Plejers tal-kasettsbir-radju qies tal-but

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8519 81 15.

8527 13 10

B’sistema ta’ qari bil-lejżer

Dan is-subtitlu jkopri r-riċevituri tax-xandir tar-radju, magħqudin ma’ apparat ieħor li jirrekordja u jirriproduċi l-ħoss b’sistema ta’ qari ottiku permezz tal-lejżer, kemm jekk magħqud kif ukoll jekk m’huwiex ma apparat ieħor li jirrekordja u jirriproduċi l-ħoss (pereżempju, ta’ tip tal-kasett), jew ma arloġġ.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll apparat li jirriproduċi l-ħoss, hekk imsejħa “plejers ta’ l-MP3”, li jużaw midja ottika u jinkorporaw strumenti li jistgħu sussegwentement ikunu attivati għar-riċezzjoni ta' sinjali ta' xandir bir-radju permezz ta' softwer.

8527 13 99

Oħrajn

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8527 21 20

B’sistema ta’ qari bil-lejżer

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8527 21 70

B’sistema ta’ qari bil-lejżer

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8527 91 11 sa 8527 91 99

Ikkumbinati ma’ tagħmir li jirrekordja jew jirriproduċi l-ħoss

Sistemi sterjo (sistemi hi-fi) li fihom riċevitur tar-radju, mtellgħin f’settijiet għal bejgħ, jikkonsistu f’unitajiet modulari fil-kaxex (housings) separati tagħhom, eż., flimkien ma plejer tas-CDs, rikorder ta’ kasetts, amplifikatur b’ekwilizzatur, dejjem jaqgħu f’dawn is-subtitli għax ir-riċevitur tar-radju jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom.

8527 91 11 u 8527 91 19

B’lawdspiker wieħed jew aktar fl-istess kaxxa ( housing )

Dawn is-subtitli jkopru apparat fejn il-lawdspikers ma jistgħux jinfirdu.

Madanakollu, dawn is-subtitli ma jkoprux apparat b’lawdspikers li jinqalgħu, anki jekk il-lawdspikers jistgħu jkunu mqabbdin b’mezzi li jorbtu (subtitlu 8527 91 35, 8527 91 91 jew 8527 91 99).

8527 91 35 sa 8527 91 99

Oħrajn

Jekk lawdspikers għal sistemi ta’ radju (sistemi hi-fi) ikunu disinjati speċjalment għal u ppakkjati flimkien mal-komponenti l-oħra tas-settijiet, dawn ikunu inklużi f’dawn is-subtitli.

8527 91 35

B’sistema ta’ qari bil-lejżer

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8527 13 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8528

Moniters u proġekters, li ma jinkorporawx apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni; tagħmir ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni, kemm jekk jinkorpora u kemm jekk ma jinkorporax fih tagħmir ta’ riċezzjoni tax-xandir bir-radju jew tagħmir għar-rekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss jew tal-vidjow

Skond ir-regola ġenerali 3 (ċ) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, is-sistemi ta' vidjowsorveljanza, li jikkonsistu f'għadd limitat ta' kameras tat-televiżjoni u moniter, jaqgħu f’dan it-titlu meta ppreżentati f'sett għall-bejgħ bl-imnut.

Il-partijiet ta' dawn is-sistemi tal-vidjowsorveljanza għandhom ikunu kklassifikati separatament meta sistema tat-tip ma titqigħedx f'sett għall-bejgħ bl-imnut (ara n-Noti Ġenerali ta' Spjega SA għal Sezzjoni XVI (VII)).

Dan it-titlu ma jkoprix apparat għal qari elettroniku għal nies viżwalment diżabbli (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8543 70 90).

8528 61 00 sa 8528 69 99

Proġekters

Dawn is-subtitli ma jinkludux prodotti li jikkonsistu fiproġekter u skrin bħala oġġett wieħed (subtitli 8528 51 00 sa 8528 59 70 jew meta jinkorporaw apparat ta' riċezzjoni għat-televiżjoni ta' subtitlu 8528 72 10).

8528 69 10

Jaħdmu permezz ta’ display pannella ċatta (per eżempju, mezz kristall likwidu), li turi informazzjoni diġitali ġġenerata minn magna ta’ ipproċessar ta’ data awtomatika

Minbarra apparat li jaħdem permezz ta' tagħmir ta' kristalli likwidi (LCD), dan is-subtitlu jinkludi wkoll apparat li jaħdem permezz ta' teknoloġija diġitali għall-ipproċessar ta' dawl. Dan jaħdem permezz ta' tagħmir ta' mikro-mera mekkanika kkontrollata minn semikonduttur.

8528 71 11 sa 8528 71 19

Tuners tal-vidjow

Dawn is-subtitli jkopru apparat li jinkorpora tuner tal-vidjow li jikkonverti s-sinjali tat-televiżjoni ta' frekwenza għolja f'sinjali li jistgħu jintużaw minn apparat li jirreġistra jew li jirriproduċi l- vidjows jew minn moniters.

Dan l-apparat jinkorpora ċirkwiti seletturi, li bihom jista' jinqabad kanal jew frekwenza ta' trażmissjoni speċjali, u ċirkwiti ta' demodulazzjoni. L-apparat jista' jkun mgħammar ukoll b'tagħmir dekodifikanti (kulur) jew sistema ta' ċirkwiti għas-separazzjoni, għal raġunijiet ta' sinkronizzazzjoni. Huma ġeneralment iddisinjati sabiex joperaw b'antenna individwali jew antenna kondiviża (distribuzzjoni bil-kejbil ta' frekwenza għolja).

Is-sinjal tal-eżitu jista' jintuża bħala sinjal ta' dħul għal moniters jew għal apparat ta' rreġistrar jew ta' riproduzzjoni. Jikkonsisti mis-sinjal oriġinali tal-kamera (jiġifieri mhux immodulat għal skop ta' trażmissjoni).

Tuners tal-vidjow analogi fi ħdan it-tifsira ta' dawn is-subtitli jistgħu jkollhom sura ta' moduli magħmulin, minn tal-inqas, iċ-ċirkwiti tal-frekwenza tar-radju (blokka FR), minn ċirkwiti tal-frekwenza intermedjarja (blokka IF) u minn ċirkwiti ta' demodulazzjoni (blokka DEM) fejn l-eżitu huwa sinjal base-band separat awdjo u vidjow (CVBS).

Tuners tal-vidjow diġitali fi ħdan it-tifsira ta' dawn is-subintestaturi jistgħu jkollhom sura ta' moduli magħmulin, minn tal-inqas, il-blokka FR, il-blokka FI, il-blokka DEM u dekoder MPEG għat-televiżjoni diġitali fejn l-eżitu huwa sinjal tal-vidjow awdjo u diġitali separat.

Moduli li fihom kemm komponent b'tuner tal-vidjow diġitali kif ukoll tal-vidjow analogu jaqgħu taħt dawn is-subtitli meta wieħed mill-komponenti għandu jiġi kklasifikat bħala tuner tal-vidjow komplet jew lest bl-applikazzjoni tar-regola ġenerali 2 (a) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda.

Modulu li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet hawn fuq għandu jiġi kklassifikat bħala oġġett li jaqa' taħt it-titlu 8529.

8528 71 11

Immuntar elettroniku biex ikun inkorporat f’magni ta’ ipproċessar ta’ data awtomatiċi

Għad-definizzjoni ta’ l-espressjoni “immuntar elettroniku” ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8528 72 10

Tagħmir għal projezzjoni ta’ televiżjoni

Dan is-subtitlu jinkludi apparat ta’ projezzjoni li jinkorpora apparat ta' riċezzjoni għat-televiżjoni. Dan l-apparat jipprojetta x-xbiha minn sistema ottika għal fuq skrin. Jista' jkun ibbażat fuq teknoloġija tat-tubu katodiku jew ta' skrin ċatt (per eżempju, DMD, LCD, plażma).

L-iskrin ta’ projezzjoni jista’ jkun inkorporat jew fl-istess kaxxa (housing) bħar-riċevitur tat-televixin jew jista’ jkun separat.

8528 72 30

B’tubu integrali

Dan is-subtitlu jinkludi apparat li jgħaqqad funzjonijiet ta’ tuner u ta’ moniter fl-istess kaxxa (housing), possibilment bl-użu simultanju ta’ ċertu elementi ta’ kull wieħed. Riċevituri ta’ televixin domestiku ġeneralment jagħmel parti minn din il-kategorija.

Il-qies dijagonali ta’ l-iskrin ifisser il-parti attiva tat-tubu għall-istampa mkejjel f’linja dritta.

8529

Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ l-apparat ta’ titli 8525 sa 8528

Dan it-titlu ma jinkludix trepiedi għall-użu ma' kameras ta' titlu 8525 jew Kapitlu 90 (klassifikazzjoni skond il-materjal kostitwenti).

8529 90 20 sa 8529 90 97

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

dials;

2.

blokki għal tidwir;

3.

dijaframmi għal kameras tat-televiżjoni;

4.

hekk imsejħin adapters PAL-Secam. Dawn huma bordijiet għal dekowdjar (bordijiet ta’ ċirkuwiti stampati mmuntati b’komponenti elettroniċi) għall-inkorporazzjoni sussegwenti f’riċevituri tat-televixin disinjati għar-riċeviment ta’ sinjali PAL, sabiex dawn is-settijiet ikunu tajbin għal riċezzjoni doppja ta’ sinjali PAL/Secam.

Dawn is-subtitli ma jinkludux waveguides (klassifikazzjoni tat-tubi skond il-materjal kostitwenti).

8529 90 41 u 8529 90 49

Armarji u kaxex

It-termini “armarji” u “kaxex” jinkludu postijiet li mhumiex mgħammra b'komponenti elettriċi jew elettroniċi (pereżempju, pannelli taċ-ċirkwiti stampati, lawdspikers, kejbils, eċċ.).

“Armarji u kaxex” mgħammra b'komponenti elettriċi jew elettroniċi huma esklużi (pere żempju s-subtitlu 8529 90 92 jew 8529 90 97).

Partijiet ta' “amarji u kaxex” huma esklużi minn dawn is-subtitli.

8529 90 65

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8529 90 92

Għal kameras tat-televiżjoni ta' subtitli 8525 80 11 u 8525 80 19 u apparat ta' titli 8527 u 8528

Dan is-subtitlu jinkludi hekk imsejħa “moduli LCD” li jikkonsistu minn saff magħmul minn pellikola rqiqa (thin film transistor-TFT) ta' kristalli likwidi bejn żewġ folji jew pjanċi tal-ħġieġ jew plastik, mhux ikkumbinat ma' faċilitajiet ta' skrin bil-funzjoni tal- mess (touch screen), użati fil-manifattura ta' monitors u jew tagħmir ta' reċezzjoni għat- televiżjoni tat-titolu 8528.

Il-moduli huma mgħammra b'unità waħda jew aktar ta' ċirkwiti stampati, b'elementi elettroniċi ta' kontroll użati biss għall-indirizzar tal-pixels. Mhumiex mgħammra b'unitajiet elettroniċi (bħal konvertituri tal-vidjow jew scaler) għall-ipproċessar tal- vidjow.

Il-moduli jistgħu jkunu magħmmra b'unità tad-dawl minn wara l-iskrin (backlight) u/jew inverters.

Dan is-subtitlu ma jinkludix apparat tal-kristalli likwidi li jikkonsistu minn saff ta' kristalli likwidi bejn żewġ folji jew pjanċi tal-ħġieġ jew plastik, kemm jekk mgħammar b'konnessjonijiet elettriċi (għall-provvista tal-elettriku), ppreżentati bil-biċċa jew maqtugħin f'disinni speċjali (subtitlu 9013 80 20).

8531

Apparat tas-sinjalar ta’ l-elettriku ta’ ħoss jew viżwali (per eżempju, qniepen, sireni, pannelli indikaturi, allarmi tas-serq jew tan-nar), ħlief dawk ta’ titlu 8512 jew 8530

8531 10 30 u 8531 10 95

Allarmi tas-serq jew tan-nar u apparat simili

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8512, it-tieni paragrafu, (E).

Dawn is-subtitli ma jinkludux allarmi tas-serq użati fuq vetturi b'mutur (subtitlu 8512 30 10).

8531 20 20 sa 8531 20 95

Pannelli indikaturi li fihom mezzi kristall likwidu (LCD) jew dajowds li jarmu d-dawl (LED)

Dawn is-subtitli jinkludu readouts minn dajowds elettroluminexxenti li jvarjaw li jintużaw prinċipalment bħala sinjali numeriċi u/jew alfanumeriċi jew pannell għal display, pereżempju, magħmul minn ċelluli jew diversi dajowds li jarmu d-dawl. Kull sinjal fih ċertu numru ta’ dajowds li jarmu d-dawl fil-forma ta’ komponenti li jkunu jew diskreti jew mwaħħlin ma’ mikroċipp waħda. Dan it-tagħmir ikun immuntat fuq ċirkuwitu stampat bi driver/dekowder. Kull numru jew immuntar ta’ numri jkun mgħotti b’materjal trasluċenti li jamplifika l-intensita’ tal-punti tad-dawl prodotti mid-dajowds sabiex jipproduċu figuri jew ittri bħala funzjoni tal-polz applikat maċ-ċirkuwitu minn sinjal input.

8531 90 85

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi tikketti kontra s-serq (bħal dawk li jikkonsistu minn dijode u antenna, li jissejħu “tikketti microwave”, jew dawk li jikkonsistu minn ċirkuwit microchip-resonant, li jissejjħu tikketti “għat-tqassim tal-frekwenzi”) mehmużin ma' prodotti li, meta jkun fi ħdan il-medda ta' sinjal ta' sistema ta' allarm kontra s-serq li ġiet installata f'ħanut, tat-tip li jaqa' taħt l-titlu 8531 10, jinfluwenza l-elettronika li tirċievi tas-sistema u jibda jdoqq l-allarm.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll tikketti li jikkumbinaw żewġ teknoloġiji differenti, bħal magnetiku-akustiku ma' mikrowave jew magnetiku-akustiku ma' frekwenzi tar-radju.

Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix:

tikketti li jikkonsistu minn wajer, strixxa jew taħlita ta' żewġ strixxi, hekk imsejħa “tikketti magnetiċi” jew “tikketti magnetiċi-akustiċi”, magħmulin minn materjali magnetiċi li jintużaw fi ħdan iżżona ta' kontroll ta' sistema għas-Sorveljanza Elettronika tal-Prodotti (SEP) (titlu 8505);

tikketti li għandhom fihom ċirkuwit integrat elettroniku uniku jew iżjed minn wieħed fil-forma ta' ċippep u b'antenna, iżda mingħajr ebda element ta' ċirkuwit passiv ieħor (“kards ‘smart’”), hekk imsejħa tikketti “għall-Identifikazzjoni tal-Frekwenzi tar-Radju” (IFR) (subtitlu 8523 52);

tikketti li għandhom fihom ċirkuwit elettroniku uniku jew iżjed minn wieħed fil-forma ta' ċipep u b'antenna inkluża fihom u batterija unika jew iżjed minn waħda iżda mingħajr ebda element ta' ċirkuwit passiv ieħor (subtitlu 8523 59);

tikketti fil-forma ta' ċirkuwit stampat (ara n-Nota 5 tal-Kapitolu 85), hekk imsejħa tikketti “għallidentifikazzjoni tal-frekwenzi tar-radju” (titlu 8534 00).

8534 00

Ċirkuwiti stampati

Dan it-titlu jinkludi:

1.

lametti tal-karti fil-forma ta' ċirkwit stampat għall-prevenzjoni tas-serq, pereżempju, tal-kotba tal- librerija;

2.

kondutturi flessibbli tal-elettriku fil-forma ta' ċirkwiti stampati

8536

Apparat elettriku biex jixgħel ( switching ) jew jipproteġi ċirkuwiti elettriċi, jew sabiex jagħmlu konnessjonijiet ma’ jew ġewwa ċirkuwiti elettriċi (pereżempju, swiċċijiet, rilejs, fjusijiet, apparat li jrażżan it-tlugħ f’daqqa tal-kurrent, plaggs, sokits, ħowlders tal-bozoz u konnekters oħrajn, kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils), għal vultaġġ mhux ogħla minn 1  000 V; konnekters użati għal fibra ottika, mazzi jew kejbils ta’ fibra ottika

Bħala żieda ma’ l-apparat imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8536, dan it-titlu jinkludi:

1.

frejmijiet għal distribuzzjoni għal bini ċentrali (exchange) tat-telefown;

2.

platti ta’ intersezzjoni jew li jgħaqqdu għal kejbils tat-trammijiet imdendlin (overhead);

3.

platti li jgħaqqdu għal muturi ta’ l-elettriku;

4.

kommutaturi għal transformers b’punt multiplu;

5.

partijiet li jgħaqqdu għal elementi ta’ akkumulaturi;

6.

hekk imsejħin swiċċijiet ta’ induzzjoni għal viċinanza, jiġifieri, swiċċijiet elettroniċi li jinkorporaw kojl għal induzzjoni li jirradja b’liberta’ għall-attwazzjoni mingħajr kuntatt (għeluq) meta oġġett tal-metall jiġi fiż-żona stray tal-kojl għal induzzjoni. Swiċċijiet bħal dawn jintużaw, pereżempju, f’għodda għal magni, makkinarju li jmexxi u mwieżen minflok swiċċijiet terminali ta’ l-elettriku li joperaw mekkanikament.

7.

swiċċijiet on-off poġġuti matul apparat għal modulazzjoni ta’ intensita’ (dimmer) f’kaxxa waħda. Permezz ta’ dan l-apparat, huwa possibbli mhux biss li tixgħel u titfi lampi mħaddmin mill-mains iżda wkoll li tvarja l-internsita’ tagħhom il-ħin kollu.

8.

hekk imsejħin pads għal kuntatt għal konnessjoni ta’ ċirkuwiti elettriċi. Dawn jikkonsistu f’żewġ films tal-plastik elastiċi fuq xulxin li fihom ikun hemm, f’intervalli regolari, numru kbir ta’ punti ta’ kuntatt elettrikament konduttivi ta’ gomma tas-silikon. Dawn il-pads ta’ kuntatt huma inkorporati, pereżempju, taħt il-buttuni ta’ sett tat-telefown. Kull darba li tintgħafas buttuna, il-punti ta’ kuntatt xierqa fuq iż-żewġ films jintmess, u kuntatt elettriku ikun stabbilit;

9.

swiċċijiet elettroniċi li joperaw permezz ta’ mezzi mingħajr kuntatt, bl-użu ta’ komponenti semikondutturi (pereżempju, transisters, thyristors, ċirkuwiti integrati).

Madanakollu, dan it-titlu ma jinkludix:

(a)

iżolazzjoni u kisi protettiv għal linji ta’ l-elettriku (ġeneralment titlu 7326);

(b)

apparat għal kontroll ta’ linji tal-ferrovija u rotot ta’ komunikazzjoni oħra (titlu 8530).

8536 50 11

Swiċċijiet push-button

Dan is-subtitlu ma jkoprix swiċċijiet sensittivi għall-mess (subtitlu 8536 50 19).

8536 69 10 sa 8536 69 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu plaggijiet elettromekkaniċi u sokits li jippermettu konnessjoni b'diversi direzzjonijiet ta' komunikazzjoni, pereżempju bejn it-tagħmir, il-kejbils, u l-bords ta' konnessjoni, sempliċiment billi jkunu pplaggjati l-plaggijiet l-imwaħħla fis-sokits l-imwaħħla mingħajr l-ebda xogħol ta' muntaġġ.

Il-konnetturi jista' jkollhom plagg jew sokit fuq kwalunkwe naħa jew plagg jew sokit fuq naħa waħda u tagħmir ta' kuntatt ieħor fin-naħa l-oħra (eż, pressa (crimp), klamp, issaldjat jew tip ta' skrun).

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll igganċjar plug-in li jinkludu plagg u par sokits (żewġ biċċiet). Il-partijiet tal-plagg u tas-sokit għandhom kull wieħed sokit wieħed u tagħmir ta' kuntatt ieħor.

Dawn is-subtitli ma jinkludux l-elementi ta' konnessjoni jew kuntatt li magħhom konnessjoni elettrika tkun stabbilita b'mezzi oħrajn (eż. pressa (crimp), tip ta' skrun, issaldjati jew terminals bil-pressa). Dawn huma koperti minn subtitlu 8536 90.

8536 69 10

Għal kejbils koassjali

Dan is-subtitlu jkopri biss plaggijiet u sokits użati għal konnessjonijiet koassjali fejn il-kejbils koassjali jistgħu jingħaqdu b'mod permanenti mal-kuntatti fin-naħa l-oħra (ara l-eżempji tal-grafika 1 sa 4).

 

Image

8536 69 30

Għal ċirkuwiti stampati

Dan is-subtitlu jkopri l-konnekters kollha tal-plagg u s-sokit li magħhom jistgħu jkunu konnessi direttament fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat ċirkuwiti stampati (konnekters diretti; ara l-eżempji tal-grafika 5 sa 9).

1. Konnekters tal-plagg u sokit għall-immuntar vertikali dirett ta' ċirkuwiti stampati:

 

Image

 

2. Konnekters tal-plagg u sokit b'naħa waħda jew doppja għall-immuntar orizzontali ta' ċirkuwiti stampati:

 

Image

 

Dan is-subtitlu ma jinkludix komponenti maskili jew femminili ta' konnessjoni tal-plagg u sokit (eż. strixxi tat-terminal tal-plagg jew tas-sokit) li huma mehmuża b'mod permanenti mal-bord taċ-ċirkuwitu jew jistgħu jkunu pplaggjati fi jew ma' konnekter (subtitlu 8536 69 90).

8536 69 90

Oħrajn

Dan it-titlu jkopri wkoll kull konnekter tal-plagg u sokit ieħor u l-konnessjonijiet murija hawn taħt:

 

Image

8536 70 00

Konnekters użati għal fibra ottika, mazzi jew kejbils ta’ fibra ottika

Ara n-Nota 6 ta' dan il-kapitlu.

Ara n-Noti ta' Spjega SA għal titlu 8536, (IV).

8536 90 01

Elementi prefabbrikati għal ċirkuwiti elettriċi

Dan is-subtitlu jinkludi elementi lesti biex ikunu mmuntati għat-trasmissjoni ta’ l-elettriku. Elementi bħal dawn jipprovdu grad ta’ flessibilita’ fil-forniment ta’ enerġija għal lampi u magni u apparat imħaddmin bl-elettriku. Il-punti ta’ kuntatt li matulhom jitmexxa l-kurrent huma tal-varjeta’ li tikklampja jew li titmexxa.

Applikazzjonijiet tipiċi huma murijin fid-dijagramma t’hawn taħt:

 

Image

 

Image

8536 90 10

Konnessjonijiet u elementi kuntatt għal wajer u kejbils

Dan is-subtitlu jkopri l-apparat kollu mgħammar ma' truf il-wajers jew il-kejbils biex ikun hemm konnessjoni elettrika permezz ta' modi li mhumiex l-ipplaggjar (eż. pressa (crimp), tip ta' skrun, issaldati jew terminals bil-pressa).

8537

Bords, pannelli, pannelli għall-kontroll ( consoles ), skrivaniji, armarji u bażijiet oħrajn, armati b’biċċtejn apparat jew aktar ta’ titlu 8535 jew 8536 , għal kontroll elettriku jew għad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku, inklużi dawk li fihom strumenti jew apparat ta’ Kapitlu 90, u apparat ta’ kontroll numeriku, ħlief apparat ta’ swiċċjar ta’ titlu 8517

Dan it-titlu jinkludi mmuntar fuq support (eż., pannell, kaxxa) ta’ oġġetti identiċi ta’ apparat għal dawk ta’ titlu 8536 (pereżempju, swiċċijiet tad-dawl).

8537 10 91

Kontrolluri tal-memorja li jistgħu jkunu pprogrammati

Dan is-subtitlu jinkludi kabinetti pannelli li jinkorporaw memorja ta’ applikazzjoni għall-kontroll elettriku ta’ magni. Huma jkunu mgħammrin mhux biss b’apparat ta’ titlu 8535 jew 8536 (eż. rilejs) iżda wkoll, pereżempju, bi transisters jew triacs ta’ titlu 8541 bħala mezzi li jiswiċċjaw u li, bħala żieda ma’ dawn l-elementi li jiswiċċjaw, jinkludu wkoll mikroproċessuri (eż., għall-proċessar ta’ loġika u għall-immaniġġar ta’ inputs u outputs), interfaces u unita’ ta’ forniment ta’ enerġija (pakkett ta’ enerġija).

8537 10 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

unitajiet ta’ kontroll ta’ kejbil remot għal rikorders tal-vidjow. Dawn huma pads ta’ kontroll elettriċi (bi swiċċijiet li jaħdmu billi tintgħafas buttuna u b’komponenti elettriċi oħrajn immuntati fuq bord) li jintużaw biex jesegwixxu, minn ġo kejbil li jgħaqqad, il-funzjonijiet kollha tar-rikorder tal-vidjow mgħaqqad magħhom;

2.

mezzi ta’ kontroll elettriku għal magni awtomatiċi għal bejgħ ta’ oġġetti. Dawn jikkonsistu f’pannel ta’ kontroll li jinkorpora, bħala żieda ma’ rilejs u swiċċijiet elettriċi, triacs u ċirkuwiti integrati.

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

mezzi ta’ kontroll elettriċi magħrufin bħala “joysticks” skond it-tifsira ta’ Nota 5 (Ċ) għal Kapitlu 84 (titlu 8471);

(b)

mezzi li jaħdmu bl-infra-aħmar mingħajr wajers għall-kontroll remot ta’ riċevituri tat-televixin, rikorders tal-vidjow jew apparat elettriku ieħor (titlu 8543).

8538

Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ l-apparat ta’ titlu 8535 , 8536 jew 8537

8538 90 11

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8538 90 91

Immuntar elettroniku

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8443 99 10.

8539

Bozoz ta’ l-elettriku ta’ filament jew disċarġ, inklużi unitajiet ta’ bozoz raġġ-issiġillat u lampi ultravjola u infra-ħomor; bozoz b’arka

Bl-eċċezzjoni ta’ ċertu bozoz b’arka (ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8539 41 00 u 8539 49 00) li huma mgħammrin jew immuntati b’mod speċjali, lampi u tubi biss u partijiet tagħhom li jistgħu jintgħarfu skond Nota 2 (b) ta’ taqsima XVI, jaqgħu f’dan it-titlu.

Apparat mgħammar b’lampi bħal dawn (li jikkonsistu, pereżempju, f’riflettur sempliċi b’appoġġ jew bażi) huwa klassifikat fit-titlu xieraq, bħala apparat għal dawl (titlu 9405), apparat għal tisħin (titlu 7321, pereżempju) jew apparat mediku (titlu 9018), eċċ.

8539 21 30 sa 8539 29 98

Bozoz oħrajn ta’ filament, ħlief lampi ultravjola jew infra-ħomor

Dawn is-subtitli ma jinkludux:

(a)

lampi b’ resistenza b’filament tal-karbonju u lampi b’resistenza li tvarja b’filamenti tal-ħadid fl-idroġenu (titlu 8533);

(b)

settijiet ta’ lampi ta’ l-elettriku ta’ tul speċifiku li fihom numru fiss ta’ dwal biex iżejnu, prinċipalment użati għad-dekorazzjoni ta’ siġar tal-Milied (titlu 9405).

8539 31 10 sa 8539 39 00

Bozoz ta’ disċarġ, ħlief lampi ultravjola

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

tubi tal-kseno;

2.

lampi ta’ disċarġ spettrali;

3.

lampi ta’ disċarġ li jixgħel;

4.

tubi alfanumeriċi.

8539 41 00 u 8539 49 00

Lampi ultravjola jew infra-ħomor; bozoz b’arka

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

tubi u bozoz ultravjola. Bħala żieda ma’ l-użi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8539, parti (D), l-ewwel paragrafu, dawn li ġejjin jistgħu jissemmew:

(a)

stampar aktino-kimiku;

(b)

vitaminizzazzjoni;

(ċ)

sterilizzazzjoni;

(d)

foto-kimika;

(e)

produzzjoni ta’ ożonu.

2.

tubi u bozoz infra-ħomor. Bħala żieda ma’ l-użi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8539, parti (D), tieni paragrafu, dawn li ġejjin jistgħu jissemmew:

(a)

tisħin ta’ spazju;

(b)

apparat għal emissjoni infra-ħamra (pereżempju, f’apparat kontra serq);

(ċ)

riċerka xjentifika (pereżempju, analiżi spettrali).

3.

bozoz bl-arka msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8530, parti (E).

Bozoz bl-arka b’elettrodu tal-karbonju huma installati, pereżempju, f’apparat ta’ projezzjoni ċinematografika ta’ titlu 9007 jew użati f’apparat li jirriproduċi dokumenti.

Subtitlu 8539 41 00 jinkludi lampi bl-arka elettriċi mgħammrin b’appoġġ speċjali kif ukoll bħala apparat tad-dawl li jiggwida li jikkonsisti f’bozza bl-arka waħda jew aktar immuntati fuq appoġġ li jitmexxa, intiżi għal użu partikolarment fi studji fotografiċi jew ċinematografiċi.

Dawn is-subtitli ma jinkludux:

(a)

dajowds luminexxenti (titlu 8541);

(b)

apparat elettro-luminexxenti, ġeneralment fi strixxi, platti jew pannelli, u bbażati fuq sustanzi elettro-luminexxenti (eż. sulfid taż-żingu) mqiegħed bejn żewġ strixxi ta’ materjal li jikkonduċi (titlu 8543).

8539 90 10 u 8539 90 90

Partijiet

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

bażijiet għal lampi u bozoz elettriċi inkandexxenti u għal disċarġ;

2.

filamenti tat-tungstenu, spirali, maqtugħin għal tul u lesti għal immuntar;

3.

elettrodi tal-metall għal lampi jew tubi għal disċarġ;

4.

partijiet tal-ħġieġ (ħlief il-partijiet li jiżolaw ta’ subtitlu 8547 90 00) intiżi għal immuntar ġewwa lampi jew tubi;

5.

brazz ta’ appoġġ għal filamenti.

8540

Valvi u tubi termjoniċi, katodu kiesaħ jew fotokatodu (per eżempju, valvi u tubi vakwi jew mimlijin fwar jew gass, valvi u tubi tal-merkurju li jirrettifikaw l-arka, tubi vakwu ( cathode ray tubes ), tubi tat-telekamera)

8540 11 00

Kulur

Dan is-subtitlu jinkludi t-tubi vakwu msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8540, raba’ paragrafu, (2), u li huma konformi mal-kundizzjonijiet stipulati hawn taħt:

1.

maskra maqsuma:

2.

xaqq bejn iż-żewġ linji ta’ l-istess kulur fiċ-ċentru ta’ l-iskrin mhux inqas minn 0,4 mm.

Għall-qies djagonali ta’ l-iskrin, ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8528 72 30.

8540 60 00

Tubi vakwu ( cathode ray tubes ) oħrajn

Dan is-subtitlu jkopri t-tubi vakwu msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8540, raba’ paragrafu, (2), (d), ħlief dawk koperti minn subtitli 8540 11 u 8540 12.

8540 71 00 u 8540 79 00

Tubi majkrowejv (per eżempju, magnetrons , klystrons , tubi b’mewġa mobbli, carcinotrons ), ħlief tubi bi grilja għall-kontroll

Dawn is-subtitli jkopru t-tubi msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8540, raba’ paragrafu, (4).

Dawn is-subtitli ma jinkludux tubi li jgħoddu Geiger-Müller (subtitlu 9030 90 85).

8540 81 00 u 8540 89 00

Valvi u tubi oħrajn

Bħala żieda mal-lampi, tubi u valvi għar-rettifikar ta’ kurrent elettriku msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8540, raba’ paragrafu, (1), dawn is-subtitli jinkludu fanotroni, tiratroni, injitroni u tubi li jirrettifikaw vultaġġ għoli għal apparat ta’ raġġi-X.

8541

Dajowds, transistersu mezzi simili semikondutturi; mezzi semikondutturi fotosensittivi, inklużi ċelluli fotovoltajki mmuntati f’moduli jew magħmulin f’pannelli jew le; dajowds jarmu d-dawl; kristalli pjeżoelettriċi ingastati:

8541 40 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ċelloli fotovoltajċi mmuntati f'moduli jew magħmulin f'pannelli li jinkorporaw dajowds tal-bajpas (iżda mhux dajowds li jimblukkaw). Id-dajowds tal-bajpas mhumiex elementi li jfornu l-enerġija direttament, lil, pereżempju, mutur (ara n-Noti ta' Spjega SA għal titli 8501 u 8541).

8541 90 00

Partijiet

Bħala żieda mal-partijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8541, dan is-subtitlu jinkludi:

1.

appoġġi u kaxex għal kristalli pjeżo-elettriċi;

2.

kaxex ta’ metall, steatite, eċċ., għal semikondutturi mmuntati

Dan is-subtitli ma jinkludix:

(a)

konnekters elettriċi għal kurrent li jikkonduċi bejn pinnijiet (jew kuntatti) u elettrodi (titlu 8536);

(b)

partijiet tal-grafit (subtitlu 8545 90 90).

8542

Ċirkuwiti elettroniċi integrati

Dan it-titlu jinkludi moduli ta’ memorja pre-programmati fil-forma ta’ ċirkuwiti integrati monolitiċi għal apparat ta’ traduzzjoni elettroniċi li jaqgħu f’titli 8470 10 00 u 8543 70 10.

Dan it-titlu ma jinkludix diski (ġieli msejħin wejfers) li, għall-iskopijiet ta' l-applikazzjonijiet tagħhom fil-qasam ta' l-elettronika, jikkonsistu f'elementi kimiċi żviluppati (doped), anki jekk illustrati u anki jekk miksija b'saff epitessjali sakemm dawn ma kinux żviluppati (doped) b'mod selettiv jew diffużi biex joħolqu reġjuni diskreti (titlu 3818 00)

8542 31 10 u 8542 31 90

Proċessuri u kontrolluri, kemm jekk ikkumbinati ma’ memorji, konvertituri, ċirkuwiti loġiċi, amplifikaturi, ċirkuwiti bl-arloġġ jew bil-ħin, jew ċirukwiti oħrajn, u kemm jekk mhumiex

Dawn it-titli jinkludu:

1.

Mikroproċessuri, imsejħin ukoll unitajiet ta' mikroproċessar (MPUs), huma ċirkuwiti integrati li jistgħu jkunu definiti bħala apparat li jwettaq il-funzjonijiet primarji ta' l-għoti ta' l-istruzzjonijiet, l-eżekuzzjoni u l-kontroll tas-sistema. Hija tikkonsisti mill-kategoriji li ġejjin:

unità aritmetika u loġika (ALU);

dekodifikatur ta' istruzzjonijiet u kontatur ta' programmi;

l-unità ta' kontroll;

unità ta'input/output (I/O) għall-komunikazzjoni ma' apparat ieħor.

Mikroproċessur jista' jopera biss jekk, minbarra l-memorja interna, tkun qed tintuża memorja esterna jew apparat ieħor.

Huma jista' jkollhom memorji ta' mikroprogramm (RAM ta' ROM) waħda jew aktar għad-dħul u l-ħażna ta' mikrostruzzjonijiet, b'hekk jiżdied in-numru ta' struzzjonijiet primarji fl-unità ta' kontroll.

Ir-ROM mikroprogrammat li jista' jkollu mikroproċessur huwa dedikat biex iżomm struzzjonijiet bażiċi binarji u ma jitqiesx bħala memorja ta' programm reali li żżomm l-istruzzjonijiet li għandhom ikunu esegwiti.

Dawn il-prodotti jista' jkollhom memorja cache ta' struzzjonijiet jew funzjonijiet mikroperiferiċi.

Mikroproċessuri kompletament ipproċessati għal applikazzjoni speċifika, bbażati fuq disinji “full custom”, “gate array” jew “ċelloli standard”, huma inklużi.

Il-kapaċità ta' pproċessar ta' mikroproċessuri tfisser it-tul ta' kull kelma (eż., 8, 16 jew 32 bit) li l-akkumulatur ta' l-unità aritmetika u loġika tista' tipproċessa f'ċiklu ta' mikrostruzzjoni wieħed.

2.

mikrokontrolluri u mikrokompjuters li huma ċirkuwiti integrati, li jikkonsistu f'għallinqas waħda minn dawn il-partijiet:

mikroproċessur, imsejjaħ ukoll unità ta' mikroproċessar (MPU);

memorja għal programm (eż., RAM, ROM, PROM, EPROM, E2ROM, flash E2PROM) magħquda mad-dekodifikatur ta' l-istruzzjonijiet u li fiha programm li jiddefinixxi sekwenza ta' struzzjonijiet;

memorja għal data (eż., RAM jew E2PROM), mhux aċċessibbli minn barra ċ-ċippa għal kuntrarju ta' mikroproċessuri;

linja (bus) esterna (għal data, indirizzi jew struzzjonijiet).

Il-mikrokontrolluri huma programmati jew jistgħu jkunu programmati aktar biex jagħmlu funzjonijiet speċifiċi u għal użu partikolari biss (eż., għal riċevituri ta' televixin, apparat għar-rekordjar jew riproduzzjoni tal-vidjow jew fornijiet majkrowejv).

Il-mikrokompjuters huma kapaċi joperaw waħedhom (stand alone) u għal użu ġenerali (eż., mainframes, minikompjuters u kompjuters personali). Il-mikrokompjuters huma liberament programmabbli skond il-ħtiġijiet ta' min jużahom.

Il-mikroproċessuri, kompletament ipproċessati għal applikazzjoni speċifika, bbażati fuq disinji “full custom”, “gate array” jew “ċelloli standard”, huma inklużi.

Il-kapaċità ta' pproċessar ta' mikrokontrolluri jew mikrokompjuters tfisser it-tul ta' kull kelma li l-akkumulatur ta' l-unità aritmetika u loġika tista' tipproċessa f'ċiklu ta' mikrostruzzjoni wieħed.

3.

ċirkuwiti ta' kontroll li huma ċirkuwiti integrati użati biex jinfluwenzaw proċess jew il-prestazzjoni ta' magna (eż., ta' magna għall-ipproċessar awtomatiku ta' data). Ċirkuwiti ta' kontroll (eż., għal unitajiet ta' ħażna ta' diski, memorji, muturi elettriċi jew tubi katodiċi) huma ġeneralment kapaċi li jinterpretaw sinjali u, skond l-interpretazzjoni, jiddeterminaw il-ħin u s-sekwenza ta' ċerti funzjonijiet (eż., input, proċessar, ħażna u output f'sistema ta' pproċessar awtomatiku ta' data).

8542 31 10

Oġġetti speċifikati fin-nota 8 (b) (3) għal dan il-kapitlu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8542, (III).

8542 32 10

Oġġetti speċifikati fin-nota 8 (b) (3) għal dan il-kapitlu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8542, (III).

8542 32 45

Memorji statiċi ta’ aċċess bl-addoċċ ( random ) (S-RAMs), inklużi memorji cache ta’ aċċess bl-addoċċ ( random ) ( cache -RAMs)

Memorji cache ta’ aċċess bl-addoċċ (cache-RAMs) huma memorji statiċi ta’ aċċess bl-addoċċ b’ħin ta’ aċċess itwal minn dak tal-memorja prinċipali. Cache-RAMs ġeneralment jintużaw bħala memorji buffer temporanji biex jakkomodaw id-differenza fil-veloċita bejn unita’ ta’ proċessar ċentrali u l-memorja prinċipali.

8542 32 61 sa 8542 32 75

Memorji li jitħassru bl-elettriku, jkunu pprogrammati, jinqraw biss (E2PROMs), inklużi flash  E2PROMs

E2PROMs ġeneralment ikunu memorji li jistgħu jitħassru minn bytes (byte erasable).

Flash E2PROMs huma memorji magħrufin ukoll bħala “memorji FLASH”, “flash EPROMs” jew “flash EEPROMs”.

Memorji flash jistgħu jkunu bbażati fuq teknoloġija EPROM jew E2PROM u jistgħu jitħassru bl-elettriku, jew totalment (bulk wise) jew skond is-settur (paġna jew blokka sħiħa).

Programmar, qari u tħassir ta’ dawn il-memorji jistgħu jsiru b’forniment ta’ enerġija doppja jew b’forniment ta’ enerġija waħda.

Memorji flash ibbażati fuq teknoloġija EPROM għandhom struttura ta’ xibka magħmula minn ċellula ta’ transister waħda.

Memorji flash ibbażati fuq teknoloġija E2PROM għandhom struttura ta’ xibka magħmula minn żewġ ċelluli tat-transister jew aktar jew minn ċellula tat-transister waħda magħquda flimkien ma’ transister ieħor għal kull settur (paġna jew blokka). It-tip ta’ l-aħħar għandu aktar differenzi bejn memorji bbażati fuq teknoloġija EPROM minħabba li dawn fihom numru ta’ elementi E2PROM karatteristiċi (eż., sett ta’ kmandi E2PROM).

8542 32 90

Memorji oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi memorji li jistgħu jkunu indirizzati skond il-kontenut (CAMs) u memorji ferroelettriċi.

Memorji li jistgħu jkunu indirizzati skond il-kontenut (CAMs) huma mezzi ta’ ħażna għal kontenut assoċjattiv. Postijiet ta’ ħażna ta’ dawn il-mezzi jistgħu jkunu identifikati mill-kontenuti tagħhom jew minn parti mill-kontenuti tagħhom, aktar milli mill-ismijiet jew pożizzjonijiet (indirizzi) tagħhom.

Memorji ferroelettriċi huma memorji li ma jistgħux jitħassru miksubin permezz tat-tgħaqqid ta’ materjali ferroelettriċi u semikondutturi. Il-materjal ferroelettriku jista’ jżomm polarizzazzjoni elettrika fin-nuqqas ta’ field elettrika applikata.

Dawn il-mezzi huma kemm programmabbli u jistgħu jitħassru bl-elettriku.

8542 39 10 u 8542 39 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

ċirkuwiti loġiċi kompletament personalizzati li huma definiti permezz u magħmulin għal persuna waħda li tuża s-sistema. Il-proċess ta’ manifattura jinvolvi li tingħata rotta u t-tqegħid ta’ ċelluli (logic gates), li jużaw maskri ta’ diffużjoni kompletament personalizzati. Ċirkuwiti loġiċi kompletament personalizzati huma disinjati biex jagħmlu funzjonijiet speċifiċi għal applikazzjonijiet. Huma magħrufin ukoll bħala ċirkuwiti integrati għal applikazzjoni speċifika, hekk imsejħin ASICs;

2.

gate arrays li huma ċirkuwiti loġiċi integrati, li jikkonsistu f’arranġament fiss u regolari ta’ elementi loġiċi mhux dedikati (ċelluli tat-transister ta’, pereżempju, AND-, NAND-, OR- u NOR- gates). Gate arrays huma programmati bl-interkonnessjoni ta’ dawn l-elementi loġiċi permezz ta’ disinn ta’ metallizzazzjoni wieħed jew aktar skond il-persuna speċifika li tuża s-sistema;

3.

ċelluli standard li huma ċirkuwiti integrati, li jikkonsistu f’arranġament skond il-persuna speċifika li tuża s-sistema ta’ subċirkuwiti definiti minn qabel u ta’ subċirkuwiti fissi. Dawn is-subċirkuwiti jista’ jkollhom kwalunkwe funzjoni integrata (eż., funzjoni loġika jew funzjoni ta’ memorja);

4.

ċirkuwiti loġiċi programmabbli huma ċirkuwiti integrati, li jikkonsistu f’elementi loġiċi fissi. Il-funzjoni eventwali ta’ dawn iċ-ċirkuwiti tkun determinata mill-persuna li tuża s-sistema billi jinqatgħu l-mezzi ta’kuntatt magħqudin jew billi jkunu pprogrammati bl-elettriku l-interkonnessjonijiet bejn l-elementi loġiċi;

5.

ċirkuwiti loġiċi standard li huma ċirkuwiti loġiċi integrati li jikkonsistu f’inqas minn 150 logic gates (eż., AND, NAND, OR, NOR). Dawn il-mezzi jistgħu jintegraw diversi funzjonijiet jew settijiet ta’ funzjonijiet identiċi u indipendenti;

6.

ċirkuwiti għal interface li huma ċirkuwiti integrati li jagħmlu funzjoni li tgħaqqad (eż., permezz ta’ konverżjoni ta’ kodiċi, permezz ta’ konverżjoni bejn bit-serial u bit-parallel jew permezz ta’ sinkronizzazzjoni) biex jgħaqqdu programmi, ċirkuwiti integrati, periferali jew sistemi b’karatteristiċi differenti;

7.

mikroperiferiċi li huma ċirkuwiti integrati li jwettqu funzjonijiet speċifiċi biex jikkomplimentaw il-mikroproċessuri, mikrokontrolluri jew mikrokompjuters u jtejbu l-karatteristiċi ta' komunikazzjoni esterna, kontroll u interface tagħhom.

Speċifikazzjonijiet tekniċi ta' mikroperiferiċi jesprimu b'mod ċar ir-relazzjoni ma' u d-dedikazzjoni lejn mikroproċessur, mikrokontrollur jew mikrokompjuter.

Karatteristiċi ta' komunikazzjonijiet, kontroll u interface jistgħu jikkonsistu f'kontrolluri ta' linji (bus), kontrolluri ta' memorja (kontrolluri DRAM, unitajiet ta' ġestjoni tal-memorja (MMUs), kontrolluri għal aċċess dirett ta' memorja) jew kontrolluri għal interface periferiku (kontrolluri grafiċi, kontrolluri għal netwerk ta' żona lokali, kontrolluri universali għal riċevituri/transmitter asinkroni, kontrolluri għal tastieri, kontrolluri għal ħażna bil-massa);

8.

ċirkuwiti smartpower li huma ċirkuwiti analoġiċi integrati li jgħaqqdu ċirkuwiti diġitali u analoġiċi (power transistors) biex jikkontrollaw sinjali loġiċi ta' output u sinjali ta' power output. Dan l-apparat jista' jipprovdi, eż., protezzjoni interna għal dissipazzjoni ta' enerġija, ġestjoni ta' ħsarat jew kapaċitajiet dijanjostiċi.

Dan is-subtitlu ma jinkludix memorji programmabbli li jistgħu jinqraw biss (PROMs) (subtitlu 8542 32 90).

8542 39 10

Oġġetti speċifikati fin-nota 8 (b) (3) għal dan il-kapitlu

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8542, (III).

8543

Magni u apparat elettriċi, b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu

8543 70 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

apparat elettrostatiku (pereżempju, għal magni li jgħaqqdu);

2.

apparat elettroluminexxenti, ġeneralment fil-forma ta’ strixxi, platti jew pannelli;

3.

ġeneraturi termo-elettriċi li jikkonsistu f’termopila li fiha numru varjabbli ta’ termokoppji u sors ta’ sħana (eż., gass butan), li tipproduċi kurrent dirett permezz ta’ l-effett Seebeck;

4.

apparat li jelimina elettriku statiku;

5.

apparat għal demanjetizzazzjoni;

6.

ġeneraturi ta’ shock-wave;

7.

rikorders diġitali ta’ data ta’ titjir (rikorders ta’ titjir) fil-forma ta’ apparat elettroniku li jiflaħ in-nar u li jiflaħ ħabta (crash) għal rikordjar kontinwu matul it-titjira ta’ data speċifika tat-titjira.

8.

apparat infra-aħmar mingħajr kordi għall-kontroll remot ta’ riċevituri tat-televixin, rikorders tal-vidjow jew tagħmir elettriku ieħor;

9.

apparat għal effetti ta’ ħoss elettroniċi użati bħala periferali għal kitarri elettriċi għall-produzzjoni ta’ diversi effetti (eż., duplikazzjoni ta’ ħsejjes, tgħawwiġ ta’ ħsejjes, eku). Dawn il-mezzi ma jkunux magħluqin fil-kitarra iżda jkunu wwajerjati bejn il-kitarra u l-amplifikatur ta’ l-enerġija;

10.

apparat għal qari elettroniku għal viżwalment diżabilitati. Dawn il-mezzi fihom, f’kaxxa waħda, kamera, li taqra l-kitba oriġinali (eż., gazzetta jew ktieb) u moniter li jirriproduċi l-kitba f’forma mkabbra.

Dan is-subtitlu jkopri wkoll apparat elettroniku żgħir mhux immuntat fuq platt-bażi (li jinkludi hekk imsejħin “mikrokompjuters”), li jistgħu jintużaw biex jiffurmaw kliem u sentenzi li jkunu tradotti f’lingwa barranija magħżula skond il-moduli tal-memorja użati f’dawn il-mezzi. Huma jkollhom tastiera alfanumerika u display rettangolari. Madanakollu, dawn is-subtitli ma jkoprux apparat simili b’funzjonijiet ta’ kalkoli (titlu 8470).

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

filters elettrostatiċi u purifikaturi elettromanjetiċi ta’ l-ilma(titlu 8421);

(b)

tagħmir għal irradjazzjoni ultravjola għat-trattament ta’ ħalib (titlu 8434);

(ċ)

tagħmir għat-tindif ultrasoniku ta’ diversi oġġetti (partijiet tal-metall, partikolarment) u ġeneraturi ultrasoniċi (titlu 8479);

(d)

tagħmir għal iwweldjar ultrasoniku (titlu 8515);

(e)

tagħmir għal irradjazzjoni ultravjola għal għanijiet mediċi, anki jekk mhux meħtieġ tabib biex jintużaw (titlu 9018);

(f)

regolaturi elettriċi għar-regolar ta’ kwantitajiet varjabbli elettriċi jew mhux elettriċi, li jaqgħu f’titlu 9032.

8544

Wajer iżolat (inkluż żmaltat jew anodizzat), kejbil (inkluż kejbil koassjali) u kondutturi elettriċi iżolati oħrajn, mgħammrin b’konnekters jew le; kejbils ta’ fibra ottika, magħmulin minn fibri miksijin individwalment, immuntati b’kondutturi elettriċi jew mgħammrin b’konnekters jew le

Dan it-titlu ma jinkludix:

(a)

kondutturi elettriċi flessibbli fil-forma ta' ċirkwiti stampati (titlu 8534 00);

(b)

konnetturi ppreżentati separatament u adapters għal kejbils jew kondutturi elettriċi oħrajn (titlu 8535 jew 8536);

(ċ)

konnetturi għal kejbils tal-fibra ottika (subtitlu 8536 70 00).

8544 42 10

Ta' tip użat għal telekomunikazzjonijiet

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8544.

Għall-finijiet ta' din is-subtitlu, l-espressjoni “tat-tip użat għat-telekomunikazzjoni” tinkludi wkoll kondutturi elettriċi mgħammra b'konnetturi użati f'networks tat-telekomunikazzjoni, pereżempju, sabiex tiġi konnessa magna awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta (ADP) ma' modem.

Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

kondutturi elettriċi mgħammra b'konnetturi biex jintużaw għall-konnessjoni ta' apparat differenti (pereżempju, DVD plejer ma' monitor jew magna ADP ma' monitor, printer, tastiera, projettur, eċċ.);

(b)

kondutturi elettriċi maħsuba biex jiddaħħlu f'magni, pereżempju, magna ADP jew unità tagħha, għall-konnessjoni ta' partijiet interni differenti tal-magna.

(ċ)

kondutturi elettriċi li jservu biss sabiex jipprovdu l-enerġija, pereżempju, kejbils tal-elettriku.

8544 49 20

Ta' tip użat għal telekomunikazzjonijiet, għal vultaġġ li ma jaqbiżx it- 80 V

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8544 42 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8544 70 00

Kejbils ta' fibri ottiċi

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll il-kejbils ta' fibri ottiċi, iddisinjati per eżempju, għall-użu fit-telekomunikazzjoni, u magħmulin minn fibri ottiċi miksija individwalment permezz ta' saff dupliċi ta' polimeru ta' l-akrilat imqiegħed f'kejsing protettiv. Il-kisi huwa magħmul minn għant ta' akrilat artab fuq ġewwa u għant ieħor ta' akrilat iebes fuq barra, b'dan ta' l-aħħar miksi b'saff ta' diversi kuluri.

Il-kisi tal-fibri ottiċi individwali jipprovdi protezzjoni u integrità strutturali, per eżempju, billi jipproteġi l-fibri individwali milli jinqasmu.

Image

1.

Parti ċentrali (core) tal-fibra ottika (parti ċentrali (core) tal-fibra tal-ħġieġ)

2.

Kisi minn barra (cladding) tal-fibra ottika (ħġieġ)

3.

Għant ta' ġewwa ta' kisja ta' akrilat artab

4.

Identifikazzjoni ta' l-ikkowdjar tal-kulur (ColourLock)

5.

Għant ta' barra ta' kisja ta' akrilat iebes

8545

Elettrodi tal-karbonju, brushes tal-karbonju, karbonji tal-bozoz, karbonji tal-batteriji u oġġetti oħrajn ta’ grafita jew karbonju ieħor, b’metall jew mingħajru, ta’ tip użat għal għanijiet elettriċi

8545 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

karbonju għal arresters ta’ sajjetti;

2.

kuntatti għal apparat elettriku ta’ kontroll jew għal reostati.

Dan is-subtitlu ma jinkludix kompożizzjonijiet ta’ pasta għal elettrodi b’bażi ta’ materjal karbonizzat (titlu 3824).

8547

Tagħmir li jiżola għal magni, għodod jew tagħmir elettriku, li huwa tagħmir kompletament ta’ materjal iżolatur ħlief xi komponenti minuri ta’ metall (per eżempju, sokits bil-kamin) imdaħħlin waqt id-dħul fil-forma sempliċiment għal għanijiet ta’ immuntar, ħlief iżolaturi ta’ titlu 8546 ; tubi u ġonot ta’ kondjuwit ta’ l-elettriku għalihom, ta’ metall ta’ valur baxx miksi b’materjal iżolatur

8547 20 00

Tagħmir iżolatur ta’ plastiks

Dan is-subtitlu jinkludi partijiet li jiżolaw miksubin permezz tal-kompressar ta’ fibri tal-ħġieġ mgħaddsin f’reżina jew permezz tat-tqiegħid fuq xulxin jew l-ikkompressar ta’ karti jew materjali meħjutin li qabel kienu mgħaddsin f’reżini artifiċjali, sakemm il-prodotti msemmijin huma iebsin u riġidi (ara n-Noti ta’ Spjega Ġenerali SA għal kapitlu 39, “kombinazzjonijiet ta’ plastiks u materjali oħrajn ħlief tessut”, (d)).

8547 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi tagħmir li jiżola ta’ karti jew kartun, siment ta’ l-asbestos u mika kif ukoll it-tubi u l-ġonot tal-kondjuwit tagħhom imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8547, (B).

8548

Skart u fdal ta’ celluli primarji, batteriji primarji u akkumulaturi elettriċi; ċelluli primarji maħruqin, batteriji primarji maħruqin u akkumulaturi ta’ l-elettriku maħruqin; partijiet ta’ elettriku ta’ magni jew apparat, mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitlu

8548 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

kojlijiet ta’ l-elettriku mingħajr qalba manjetika li huma tajbin xorta waħda għal użu f’magni jew apparat li jaqa’ f’titli differenti, pereżempju, għal transformers ta’ titlu 8504 u għal elettrokalamiti ta’ titlu 8505 (applikazzjoni ta’ Nota 2 (ċ) għal taqsima XVI);

2.

użi ta’ linji għal dewmien, eż., f’magni awtomatiċi għal proċessar ta’ data jew riċevituri tat-televiżjoni;

3.

filtri elettroniċi użati għat-trasmissjoni selettiva ta’ frekwenzi differenti ta’ vibrazzjonijiet elettromanjetiċi, elettromekkaniċi jew elettro-akustiċi.

4.

elementi ta’ ferrite jew ċeramika oħrajn (pereżempju, dawk li jintużaw f’ċirkolaturi għal apparat ta’ trasmissjoni ta’ frekwenza ultra għolja jew bħala filtri għal frekwenzi għoljin f’kejbils ta’ l-elettriku), li huma partijiet elettriċi, daqstant xierqa għal użu f’magni jew apparat li jaqa’ fit-titli differenti ta’ dan il-kapitlu.

TAQSIMA XVII

VETTURI, BIĊĊIET TA’ L-AJRU, BASTIMENTI U TAGĦMIR TAT-TRASPORT ASSOĊJAT

Nota addizzjonali 2

In-noti ta’ spjega għal nota addizzjonali 3 għal taqsima XVI japplikaw, mutatis mutandis

KAPITLU 86

LOKOMOTTIVI, MAGNI U VAGUNI (ROLLING STOCK) U PARTIJIET TAGĦHOM TA’ FERROVIJI JEW TA’ TRAMM; TAGĦMIR U ARMAR U PARTIJIET TAGĦHOM GĦAL-LINJI TA’ FERROVIJI JEW TA’ TRAMM; TAGĦMIR TA’ SINJALAR TAT-TRAFFIKU MEKKANIKU (INKLUŻ ELETTRO-MEKKANIKU) TA’ KULL TIP

8602

Lokomottivi oħrajn ta’ ferroviji; trakkijiet imqabbdin ma’ ( tenders ) lokomottivi

8602 10 00

Lokomottivi dijżil-elettriċi

Ħafna magni dijżil li jintużaw għal ġbid huma magni dijżil-elettriċi.

8603

Kowċijiet, vannijiet u trakkijiet li jitħarrku minnhom infushom ( self-propelled ) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm, ħlief dawk ta’ titlu 8604

8603 10 00

B’enerġija minn sors estern ta’ elettriku

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8603, tielet paragrafu, (A).

8606

Vannijiet u vaguni tal-merkanzija tal-ferrovija jew tal-linja tat-tramm, ma jitħarrkux minnhom infushom ( not self-propelled )

8606 91 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi fi grad għoli ( Euratom )

Biex ikunu klassifikati f’dan is-subtitlu l-vannijiet li jġorru oġġetti tal-ferroviji u linji tat-tramm, vaguni u trakkijiet ta’ l-oġġetti għandhom ikollhom, bħala parti integrali, kisi protettiv li jiżgura l-protezzjoni effettiva kontra r-radjazzjoni.

8606 91 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi vannijiet u vaguni iżolati jew imkessħa minbarra dawk ta’ subtitlu 8606 10 00.

Vannijiet u vaguni iżolati huma vetturi li jkollhom sors għal tkessiħ (silġ, silġ niexef, platti ewtettiċi, gass likwifikat, eċċ.) ħlief apparat għat-tkessiħ.

Vannijiet u vaguni mkessħin huma vetturi iżolati b’apparat għal tkessiħ (li jaħdmu b’kompressjoni, b’assorbiment jew b’xi mezzi oħrajn).

8607

Partijiet ta’ lokomottivi jew magni u vaguni ( rolling stock ) ta’ ferroviji jew linji tat-tramm

8607 11 00 sa 8607 19 90

Bogies u bissel-bogies , fusijiet u roti, u partijiet tagħhom

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

bogies u bissel-bogies għal lokomottivi;

2.

bissel-bogies li huma tagħqida ta’ bogie u bissel u li jintużaw ukoll għal lokomottivi;

3.

bogies muturi (bogies b’mutur elettriku mibni fihom) għal karozzi tal-linji tal-ferrovija, kowċijiet, vannijiet, trakkijiet u lokomottivi għal linji tal-ferrovija;

4.

bogies għal kowċijiet u vannijiet li jġorru oġġetti.

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll partijiet ta’ bogies u bissel-bogies bħal shock absorbers idrawliċi għal bogies.

Madanakollu, molol huma esklużi minn dawn is-subtitli (titlu 7320).

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll fusijiet, mgħammrin jew le, u r-roti u partijiet tagħhom imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8607, tieni paragrafu, (2) u (3).

Tajers tal-gomma u cases ta’ tajers m’humiex klassifikati bħala partijiet ta’ roti f’dawn is-subtitli (titlu 4011 jew 4012, kif xieraq).

8607 21 10 sa 8607 29 00

Brejkijiet ta’ l-arja u partijiet tagħhom

Dawn is-subtitli ma jinkludux apparat imsejjaħ “brejkijiet tal-linji tal-ferrovija” (titlu 8608 00 00).

Ċertu partijiet ta’ brejkijiet huma esklużi wkoll minn dawn is-subtitli, eż., tappijiet, cocks u valvi, bħall-valv ta’ kontroll tal-brejk ta’ l-arja kompressat tas-sewwieq tal-magna (subtitlu 8481 20 90).

8607 91 10 sa 8607 99 80

Oħrajn

Bħala żieda mal-partijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8607, tieni paragrafu, (4) u (8) sa (11), dawn is-subtitli jinkludu wkoll vireg tas-sewqan u ta’ l-igganċjar għal lokomottivi.

KAPITLU 87

VETTURI ĦLIEF MAGNI U VAGUNI (ROLLING STOCK) TA’ FERROVIJI JEW LINJI TAT-TRAMM; U PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM

Ġenerali

1.

Kullimkien fin-Nomenklatura Magħquda, “vetturi ġodda” tfisser vetturi li qatt ma kienu reġistrati.

2.

Kullimkien fin-Nomenklatura Magħquda, “vetturi użati” tfisser vetturi li kienu reġistrati għallinqas darba.

8701

Trakters (ħlief trakters ta’ titlu 8709 ):

8701 10 00

Trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi ( pedestrian-controlled )

Dan is-subtitlu jkopri l-oġġetti ta’ tagħmir imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8701, sitt u seba’ paragrafi, inklużi trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi trekkjati. Trakters ta’ dan it-tip jintużaw prinċipalment fl-ortikultura.

Implimenti li jistgħu jinbidlu li huma intiżi għal użu ma’ trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi (xtabi, mħaret, eċċ) huma xorta waħda klassifikati b’mod separat, anki jekk huma mmuntati fuq trakter ikkontrollat minn xi ħadd bil-mixi.

Madanakollu, jekk l-implimenti jew l-għodda huma mgħammrin b’mod permanenti ma’ xáżi ma’ magna u, flimkien ma’ din ta’ l-aħħar, jiffurmaw unita’ mekkanika waħda, dik l-unita’ tkun klassifikata fit-titlu li jkopri l-unita’ li taħdem. Dan japplika għal mħaret motorizzati u kultivaturi motorizzati (titlu 8432).

8701 30 00

Trakters għat-tqegħid tal-linji

Dan is-subtitlu jinkludi vetturi tip-trakters bi tracks wiesgħa ħafna għal livellar u llixjar ta’ silġ fuq telgħat għall-iski eċċ.

Magni u għodda li jaħdmu disinjati għal fittjar fuq din it-tip ta’ vettura, bħala tagħmir li jista’ jinbidel (xfafar li jimbuttaw, imħaret tas-silġ li jduru, eċċ.) jibqgħu klassifikati fit-titli rispettivi tagħhom (titli 8430, 8479, eċċ.) anki jekk preżentati mal-vettura, u kemm jekk immuntati fuqha jew le.

8701 90 11 sa 8701 90 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu l-hekk imsejħa “vetturi all-terrain”, maħsuba għall-użu bħala trakters bil- karatteristiċi li ġejjin:

manubriju b'żewġ imqabad li jinkorpora l-kontrolli għas-sewqan tal-vettura; id-direzzjoni tiġi kontrollata billi ż-żewġ roti ta' quddiem iduru lejn naħa jew oħra u s-sistema hija bbażata fuq dik li tintuża fil-karozzi (il-prinċipju Ackerman);

brejkijiet fuq kull rota;

klaċċ awtomatiku u ger għar-rivers;

magna ddisinjata speċifikament għall-użu fuq l-imħarbat u b'kapaċità li f'gerijiet baxxi twassal biżżejjed qawwa biex jiġi rmunkat tagħmir ieħor;

il-qawwa titwassal fir-roti permezz ta' xaftijiet u mhux b'katina;

it-tajers ikollhom diżinn adatt għal art imħarbta;

kapaċità ta' rmunkar, per eżempju permezz ta' tow-bar, iddiżinjat biex il-vettura tkun tista' tiġbed jew timbotta għall-anqas darbtejn it-toqol tagħha;

kapaċità ta' rmonk ta' trejler mingħajr brejkijiet ta' darbtejn tal-piż niexef tagħha jew aktar. Din tista' tiġi ppruvata b'dokumentazzjoni teknika, manwal tal-utent, ċertifikat mill-fabbrikant jew minn awtorità nazzjonali, li jispeċifika eżattament f'kilogrammi il-kapaċità ta' rmonk tal-‘vettura all- terrain’ u l-piż niexef tagħha (il-piż tal-vettura mingħajr likwidi, passiġġieri jew tagħbija).

Jekk jissodisfaw il-karatteristiċi kollha ta' hawn fuq u huma skont in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-subtitli 8701 90 11 sa 8701 90 50, il-vetturi għandhom jiġu kklassifikati bħala trakters agrikoli jew tal-foresterija. Inkella jaqgħu taħt is-subtitlu 8701 90 90.

Jekk ma jissodisfawx il-karatteristiċi t'hawn fuq, l-hekk imsejħa “vetturi all-terrain” għandhom jiġu kklassifikati f'titlu 8703.

Dawn is-subtitli jeskludu wkoll il-“Quads” (titlu 8703 jew subtitlu 9503 00 10 (ara n-Noti ta' Spjegazzjoni għal dan is-subtitlu)).

8701 90 11 sa 8701 90 50

Trakters agrikoli (ħlief trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi) u trakters għal xogħol fil-foresti, fuq ir-roti

Dawn is-subintestaturi jkopru trakters agrikulturali u tal-foresta li għandhom mill-anqas tliet roti u huma ovvjament maħsuba, meta jitqiesu l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, għall-agrikultura, l-ortikultura u xogħol fil-foresta.

Vetturi ta' dan it-tip normalment ikollhom veloċità massima ta' mhux aktar minn 45 km/h.

Il-magni tagħhom ikunu kapaċi li jwasslu forza massima tal-ġbid billi per eżempju jiġi applikat il-locking differential.

It-tajers tagħhom ikollhom diżinn adatt għall-agrikoltura, l-ortikultura u xogħol fil-foresta.

Trakters agrikulturali li huma ġeneralment mgħammra b'tagħmir idrawliku li jippermetti l-makkinarju agrikolu (xtiebi għat-tixtib tar-raba', moħriet, eċċ.) li jogħlew u jinżlu, unitajiet tal-forniment tal-enerġija li jippermettu li l-magna tat-trakter tkun tista' tintuża biex tħaddem makkinarju jew bċejjeċ oħra u makkinarju għall-irmunkar. Dawn jistgħu jkunu mgħammra wkoll b'tagħmir idrawliku intenzjonat biex jopera tagħmir għat-tagħbija (biex titgħabba s-silla, id-demel eċċ.) meta dawn jistgħu jitqiesu li huma aċċessorji.

Dawn is-subintestaturi jkopru wkoll trakters agrikoli mibnija speċifikament b'xażi għoli użati fl-għelieqi tad-dwieli u fis-serer, trakters għall-għoljiet u li jġorru l-għodda.

Anke jekk jiġu armati fuq it-trakter meta jiġu preżentati, il-bċejjeċ agrikoli li jinbidlu jibqgħu klassifikati taħt l-intestatura speċifika tagħhoma (titli 8432, 8433, eċċ.).

Distinzjoni partikolari tat-trakters tal-foresta hija l-preżenza ta' winċ imwaħħal b'mod permanenti li jippermetti l-ġarr tal-injam.

F'konformità man-nota 2 f'dan il-kapitlu, trakters li jaqgħu taħt dawn is-subtitli jistgħu wkoll jinkorporaw ċerti karatteristiċi li jippermettulhom, f'konformità mal-għan ewlieni tagħhom, li jġorru makkinarju agrikolu jew tal-foresta, għodod, fertilizzanti, żrieragħ, eċċ.

Dawn is-subintestaturi ma jinkludux magni għall-ħsad tal-ħaxix fil-ġonna (imsejħa lawnmowers jew trakters tal-ġnien li jirkeb xi ħadd fuqhom), mgħammra b'apparat permanenti għall-ħsad u jiġġeneraw enerġija għalihom biss għall-għan li jitħaddem it-tagħmir tal-qtugħ (ara n-Noti ta' Spjegazzjoni tassubtitli 8433 11 10 sa 8433 19 90).

8701 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

trakters għal xogħlijiet pubbliċi;

2.

trakters b’fus wieħed għal vetturi artikolati li jaħdmu b’mutur.

8703

Karozzi bil-mutur u vetturi oħrajn bil-mutur prinċipalment maħsubin għat-trasport ta’ persuni (ħlief dawk ta’ titlu 8702 ), inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq

Dan it-titlu jinkludi “vetturi għal ħafna użi”, bħal vetturi bil-mutur li jistgħu jittrasportaw kemm persuni kif ukoll oġġetti:

1.

Tat-tip “pick-up”:

Dan it-tip ta’ vettura ġeneralment ikollu iżjed minn ringiela waħda ta' sits u hija ffurmata minn żewġ partijiet separati fosthom kabina magħluqa għat-trasport tal-persuni u parti miftuħa jew mgħottija għat-trasport ta’ l-oġġetti.

Madankollu, vetturi bħal dawn għandhom ikunu kklassifikati f’titlu 8704 jekk it-tul massimu intern ta' l-art tal-parti maħsuba għat-trasport ta' oġġetti huwa iktar minn 50 % tat-tul tal-wheelbase (id-distanza bejn il-fus ta’ quddiem u dak ta’ wara) tal-vettura jew għandhom iktar minn żewġ fusijiet.

2.

Tat-tip “vann”:

Il-vettura tat-tip “vann” b’iktar minn ringiela waħda ta’ sits għandha tissodisfa l-indikazzjonijiet mogħtija fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8703.

Madankollu, il-vettura tat-tip “vann” b’ringiela waħda ta' sits, u mingħajr punti u aċċessorji permanenti ta' ankraġġ (anchor points and fittings) għall-installazzjoni tas-sits u tagħmir ta’ sigurta’ fil-parti ta’ wara tal-vettura, kemm jekk għandhom u m’għandhomx pannelli jew barrieri permanenti bejn il-parti għall-persuni u l-parti għat-tagħbija jew twieqi fil-pannelli tal-ġnub, għandhom ikunu kklassifikati f’titlu 8704.

8703 21 10 sa 8703 24 90

Vetturi oħrajn, b’magna li titqabbad bi xrara b’pistuni b’kombustjoni interna bil-moviment alternat

Għad-definizzjoni ta’ kapaċita’ ta’ ċilindrata, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 8407 31, 8407 32, 8407 33 u 8407 34.

Dawn is-subtitli jinkludu “station wagons” u“vetturi għal ħafna użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8703, ħames u sitt paragrafi.

Dawn is-subtitli jinkludu wkoll karozzi tat-tlielaq żgħar (imsejħin “skelters” jew “go-cars”) mingħajr bodi, ffittjati b’magna ta’ kombustjoni interna li titqabbad bi xrara b’pistuni li jirreċiprokaw u li kapaċi jilħqu veloċitajiet relattivament għoljin.

8703 31 10 sa 8703 33 90

Vetturi oħrajn, b’magna li titqabbad b’kompressjoni b’pistuni b’kombustjoni interna (dijżil jew semi-dijżil)

Dawn is-subtitli jinkludu “station wagons” u “vetturi għal ħafna użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8703, ħames u sitt paragrafi.

8704

Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ oġġetti

In-Noti ta’ Spjega għal titlu 8703 japplikaw, mutatis mutandis.

Għad-definizzjoni ta’ kapaċita’ ta’ ċilindrata, ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitli 8407 31, 8407 32, 8407 33 u 8407 34.

Dawn is-subtitli jinkludu four-wheel drive, xáżi artikolat, vetturi għal kull art fejn it-taqsima ta’ quddiem ikollha magna dijżil u kabina mgħammra b’kontrolli. It-taqsima ta’ wara tikkonsisti f’xáżi b’żewġ roti, mingħajr tagħmir, iżda disinjata biex tintrama’ b’varjeta’ ta’ apparat.

Dan it-titlu madanakollu ma jinkludix vetturi bħal dawn meta dawn ikunu mgħammrin b’apparat agrikolu jew apparat ieħor għal għanijiet speċjali (titlu 8705).

8704 10 10 u 8704 10 90

Vetturi li jferrgħu l-materjal ta’ ġo fihom ( dumpers ) biex jintużaw ‘il hinn mit-triq prinċipali (ġo l-imħarbat)

1.

Dawn is-subtitli jkopru prinċipalment vetturi mgħammrin b’bodi ġej għall-ponta fuq quddiem jew fuq wara jew b’bodi li jinfetaħ mill-qiegħ li kien speċjalment disinjat għat-trasport ta’ ramel, grevil, ħamrija, ġebel, eċċ., u li huma intiżi għal użu f’barrieri, mini, jew f’siti fejn qed jittella’ bini, fejn qed isiru xogħlijiet tat-toroq, ajruporti u portijiet. Eżempji li juru tipi varji ta’ vetturi li jferrgħu l-materjal ta’ ġo fihom huma mgħotijin fl-aħħar ta’ dawn in-noti.

2.

Dawn is-subtitli jkopru wkoll vetturi żgħar simili tat-tip li jintużaw f’siti ta’ kostruzzjoni għal ġarr ta’ ħamrija, ġebel, siment frisk u konkrit, eċċ. Dawn ikollhom xáżi artikolat jew fiss u jkunu two- jew four-wheel drive, fejn id-dumper hopping jinsab fuq fus wieħed u s-sit tax-xufier fuq l-oħra. Is-sit tax-xufier is-soltu ma jkunx ġo kabina.

 

Image

 

Image

 

Image

8704 21 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna ( Euratom )

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8704 21 31 sa 8704 21 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu “vetturi għal ħafna użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8704, tieni paragrafu.

8704 22 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna ( Euratom )

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8704 23 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna ( Euratom )

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8704 31 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna ( Euratom )

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8704 31 31 sa 8704 31 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu “vetturi għal ħafna użi”, li hemm riferenza għalihom fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8704, tieni paragrafu.

8704 32 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjoattivi ħafna ( Euratom )

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis

8707

Bodis (inklużi kabini), għall-vetturi bil-mutur ta’ titli 8701 sa 8705

8707 10 10

Għal għanijiet ta’ immuntar industrijali

Għall-għanijiet ta’ dan is-subtitlu, l-espressjoni “għal immuntar industrijali” japplika biss għal bodis użati fil-post ta’ immuntar jew manifattura ta’ vetturi li jaħdmu b’mutur (jew bodis li jintużaw minn subkuntratturi f’dismuntar) għall-produzzjoni ta’ vetturi ġodda.

Dan is-subtitlu jista’ jkun applikat biss għal bodis attwalment użati fil-produzzjoni ta’ vetturi ġodda koperti mis-subtitlu nnifsu. Konsegwentement, dan ma japplikax għal bodis simili għal użu bħala partijiet żejda.

8707 90 10

Għal immuntar industrijali ta’: Trakters ikkontrollati minn xi ħadd bil-mixi ( pedestrian-controlled ) ta’ subtitlu 8701 10 ; Vetturi ta’ titlu 8704 b’magna li titqabbad b’kompressjoni b’pistuni b’kombustjoni interna (dijżil jew semi-dijżil) ta’ ċilindrata mhux akbar minn 2  500 ċm3 jew b’magna li titqabbad bi xrara b’pistuni b’kombustjoni interna ta’ ċilindrata mhux akbar minn 2  800 ċm3 ; Vetturi bil-mutur b’għanijiet speċjali ta’ titlu 8705

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8707 10 10.

Għad-definizzjoni ta’ “kapaċita’ ta’ ċilindrata” ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8407 31,8407 32, 8407 33 u 8407 34.

8708

Partijiet u aċċessorji tal-vetturi bil-mutur ta’ titli 8701 sa 8705

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8707 10 10 japplikaw, mutatis mutandis, għal partijiet u aċċessorji intiżi għal immuntar industrijali.

8708 70 91

Ċentri ta’ roti f’forma ta’ stilla, iffurmati biċċa waħda, ta’ ħadid jew azzar

Iċ-ċentri tar-roti ta’ dan is-subtitlu ġeneralment jintużaw fuq karozzi tal-linja jew fuq vetturi għat-trasport ta’ oġġetti. Huma jkunu forma ta’ stilla, s-soltu b’ħames jew sitt fergħat, u huma disinjati għal użu b’rimmijiet li jistgħu jinqalgħu.

8708 70 99

Oħrajn

Bħala żieda mal-partijiet u aċċessorji msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8708, tieni paragrafu, (K), dan is-subtitlu jinkludi piżijiet għall-bilanċ ta’ roti.

8708 80 55

Vireg kontra l-irrolljar; torsion bars oħrajn

Vireg kontra l-irrolljar huma molol għal vetturi għat-trasmissjoni ta’ forzi ta’ sospensjoni minn naħa waħda għall-oħra tal-vettura.

Huma s-soltu jkunu jikkonsistu f’vireg ta’ l-istil b’taqsima ċirkulari, ġeneralment mgħawwġin biex jiffurmaw forma ta’ U bejn wieħed u ieħor.

Huma tipikament ikollhom id-dehra li ġejja:

 

Image

Torsion bars huma bars ta’ l-istil li ġeneralment ikunu tondi iżda li ġieli jistgħu jkunu kwadri jew munzelli ta’ numru ta’ bars rettangolari.

Torsion bars huma linjari, jiġifieri, t-torque applikata f’tarf wieħed tal-bar tkun proporzjonali għall-anglu ta’ torsjoni li din tipproduċi.

Dawn is-soltu jkollhom id-dehra li ġejja:

Image

8708 99 10 sa 8708 99 97

Oħrajn

Dawn is-subtitli ma jinkludux:

(a)

xáżis ta’ vetturi li jaħdmu b’mutur ta’ titli 8702 sa 8704, mhux mgħammrin b’magna, iżda mgħammrin b’kabina (titlu 8702, 8703 jew 8704);

(b)

riffidiet tar-ras għal sits ta’ karozzi (titlu 9401 jew 9404).

8709

Trakkijiet tax-xogħol, li jimxu minnhom infushom ( self-propelled ), mhux armati b’tagħmir ta’ rfigħ jew maniġġar, tat-tip użat f’fabbriki, mħażen, madwar baċiri jew ajruporti għal trasport fil-qosor ta’ oġġetti; trakters tat-tip użat fuq pjattaformi ta’ stazzjonijiet tal-ferrovija; partijiet minn dawn il-vetturi t’hawn fuq

8709 11 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Euratom )

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8709 19 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Euratom )

In-Noti ta’ Spjega għal subtitli 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis.

8712 00

Bajsikils u roti oħrajn (inklużi triċikletti għat-tqassim), mhux immotorizzati

Dan it-titlu jinkludi bajsikils mhux lesti li għandhom il-karatteristiċi essenzjali ta’ bajsikils sħaħ (Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda).

Rota mhux sħiħa, kemm jekk immontata jew le, għandha tkun ikklassifikata taħt f'titlu 8712 00 jekk tikkonsisti mill-qafas, il-furketta u mill-inqas tnejn minn dawn il-komponenti:

par roti;

mekkaniżmu tal-pedali (ara n-Noti ta' Spjega għal subtitlu 8714 96 30);

unità ta’ stering (inkluż il-manubriji u l-ħadida ta’ taħt il-manubriju);

sistema ta’ brejk

8713

Vetturi għall-ġarr ta’ persuni b’diżabilita’, immotorizzati jew le jew immexxijin b’mod ieħor mekkaniku

8713 90 00

Oħrajn

Vetturi motorizzati ddisinjati għal persuni b’diżabbilita’ jintgħarfu minn vetturi ta’ titlu 8703 prinċipalment minħabba li huma għandhom:

veloċita’ massima ta’ 10 km fis-siegħa, jiġifieri pass tal-mixi mgħaġġel;

wisa’ massima ta’ 80 ċm;

2 settijiet ta’ roti li jmissu l-art;

fatturi speċjali biex itaffu d-diżabbilita’ (pereżempju, support għas-sieq biex jistabilizzaw is-saqajn).

Vetturi bħal dawn jistgħu jkollhom:

sett addizzjonali ta’ roti (anti-tips);

stering u kontrolli oħrajn (pereżempju, joystick) li huma faċli biex timmanipulahom; kontrolli bħal dawn is-soltu jkunu mwaħħlin ma’ waħda mis-supporti ta’ l-idejn; huma qatt ma jkunu fil-forma ta’ kolonna ta’ l-istering aġġustabbli, separata

Dan is-subtitlu jinkludi vetturi misjuqin b’mod elettriku simili għal siġġijiet bir-roti (wheelchairs) li huma biss għat-trasport ta’ persuni b’diżabbilita’. Dawn jistgħu jkollhom id-dehra li ġejja:

Image

Madanakollu, skuters misjuqin b’mutur (skuters għal mobilita’) mgħammrin b’kolonna ta’ l-istering aġġustabbli huma esklużi minn dan is-subtitlu. Huma jistgħu jkollhom id-dehra li ġejja u huma klassifikati f’titlu 8703.

 

Image

8714

Partijiet u aċċessorji ta’ vetturi ta’ titli 8711 sa 8713

8714 91 10 sa 8714 99 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi partijiet u aċċessorji intiżi għall-manifattura, immuntar jew tiswija ta’:

1.

side-cars għal muturi u bajsikils:

2.

roti (cycles) mgħammrin b’mutur awżiljarju, jiġifieri, roti li jistgħu jitmexxew permezz ta’ pedali li jkunu ffittjati b’mutur awżiljarju (li jkollu kapaċita’ ta’ ċilindrata ta’ mhux aktar minn 50 ċm3);

3.

roti oħrajn (inklużi trajsikils għal kunsinni) mhux mgħammrin b’mutur.

8714 94 20

Brejkijiet

Dan is-subtitli jinkludu btieten coaster-braking u brejkijiet ta' btieten.

Btieten għall-ibbrejkjar huma tat-tip pedala fuq wara.

Madanakollu, fi brejkijiet ta’ btieten dramm l-azzjoni ta’ brejkjar issir manwalment vija kejbil jew virga.

Huma tipikament ikollhom l-apparenza li ġejja:

 

Image

8714 94 90

Partijiet

Dan is-subtitli jinkludu lievi għal brejkijiet.

Madanakollu, dan is-subtitlu ma jinkludix blokok għal brejkijiet tal-gomma (subtitlu 4016 99 97) jew gwidi għal brejkijiet (ġenerlament subtitlu 8307 10 00 jew 8307 90 00).

8714 96 30

Mekkaniżmu tal-pedali

Mekkaniżmu tal-pedali normalment jikkonsisti fi:

fus ċentrali (ara l-istampa 1);

sett wieħed jew aktar ta' gerijiet (magħrufa wkoll bħala sprockets, chain-rings jew chain-wheels (roti bis-snin li jduru b'katina mqiegħda mal-ġnieb tagħhom)) normalment imwaħħla mal-krank/is-sieq tal-pedala tal-lemin (ara l-istampa 2); u

krank/sieq tal-pedala tax-xellug (ara l-istampa 3).

Bl-applikazzjoni tar- Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, oġġett jibqa’ kklassifikat bħala oġġett mhux komplut, kemm jekk ikun immuntant kif ukoll jekk le, taħt din is-subtitlu, pereżempju, meta jikkonsisti f':

sett wieħed jew aktar ta' gerijiet normalment mwaħħla mal-krank/sieq tal-pedala tal-lemin;

sett wieħed jew aktar ta' gerijiet normalment mwaħħla mal-krank/sieq tal-pedal tal-lemin u mal- krank/sieq tal-pedal tax-xellug; jew

sett wieħed jew aktar ta' gerijiet normalment imwaħħla mal-krank/sieq tal-pedala tal-lemin u l-fus ċentrali.

Stampa 1

Image

 

Stampa 2

Image

 

Stampa 3

Image

8714 99 50

Gerijiet derailleur

Gerijiet derailleur ta' din is-subtitlu huma mekkaniżmi li jippermettu lil katina ta' rota sabiex tiġi mċaqalqa fuq l-isprokits ta' quddiem jew fuq l-isprokits ta' wara. Sett komplut tal-gerijiet derailleur normalment jikkonsisti f'mill-inqas derailleur wieħed (ta' quddiem jew ta' wara, ara l-istampi) u lieva għall-bdil ikkollegata mad-derailleur b'kejbil. Meta rikkieb jopera l-lieva filwaqt li jaqdef, il-bidla fit- tensjoni tal-kejbil iċċaqlaq id-derailleur minn naħa għall-oħra, u tqiegħed il-katina fi sprokits differenti.

Dan is-subtitlu tkopri wkoll derailleurs ta' quddiem jew ta' wara ippreżentati separatament kif ukoll settijiet magħmulin minn dawn id-derailleurs b'kejbils jew lievi għat-tibdil mhux immuntati. Madankollu, ippreżentati separatament, il-lievi tat-tibdil u l-kejbils għandhom jiġu kklassifikati fis-subtitlu 8714 99 90 bħala partijiet.

Image

Derailleur ta' quddiem

Image

Derailleur ta' wara

8716

Trejlers u semi-trejlers; vetturi oħrajn, mhux immexxijin b’mod mekkaniku; partijiet tagħhom

8716 10 92 u 8716 10 98

Trejlers u semi-trejlers ta’ tip karavana, għal akkomodazzjoni jew ikkampjar

“Piż” għandu jitqies li jfisser il-piż tal-vettura bit-twaħħil u l-iffittjar permanenti kollu.

8716 39 10

Maħsubin apposta għat-trasport ta’ materjali radjuattivi ħafna ( Euratom )

In-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8606 91 10 japplikaw, mutatis mutandis.

KAPITLU 88

INĠENJI TA’ L-AJRU, INĠENJI TA’ L-ISPAZJU, U PARTIJIET TAGĦHOM

Nota għal subtitlu 1

Partijiet ta’ tagħmir imqegħdin b’mod permanenti ma jinkludux, pereżempju, tagħmir ta’ emerġenza (eż., xaluppi ta’ salvataġġ, paraxuts jew paraxuts għal ħarba) u tagħmir li jista’ jinbidel għal sistemi ta’armi.

Fejn magna mhiex kompluta jew mhiex mitmuma tkun klassifikata bħala oġġett komplut taħt ir-Regola Interpretattiva Ġenerali 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, il-piż normali li bih topera għandu jintuża biex ikun deċiż is-subtitlu xieraq.

 

8802

Inġenji ta’ l-ajru oħrajn (per eżempju, ħelikopters, ajruplani); inġenji ta’ l-ispazju (inklużi satelliti) u vetturi suborbitali u biex jillanċjaw inġenji ta’ l-ispazju.

8802 11 00 sa 8802 12 00

Ħelikopters

Dawn is-subtitli jkopru biss magni fejn it-tlugħ u l-propulsjoni jinkisbu permezz ta’ rotor wieħed jew aktar immexxijin permezz ta’ magna.

KAPITLU 89

BASTIMENTI, DGĦAJJES U STRUTTURI OĦRA LI JŻOMMU F’WIĊĊ L-ILMA

Nota Addizzjonali 1

L-espressjoni “vetturi, iddisinjati bħala għall-baħar” tfisser vetturi li, minħabba l-kostruzzjoni u t-tagħmir tagħhom, huma kapaċi jaħdmu fil-baħar anki f’temp ħażin (irjieħat ta’ madwar qawwa 7 fuq l-iskala Beaufort). Vetturi bħal dawn ġeneralment ikunu mgħammrin bi gverti li jifilħu l-ilma u superstrutturi għal kull tip ta’ temp.

L-espressjoni “buq ta’ tul totali” tfisser it-tul tal-buq imkejla mill-punt l-aktar ta’ quddiem tal-pruva u l-punt l-aktar lejn l-aħħar tal-poppa, iżda ma tinkludix partijiet sporġuti ‘il barra kemm jekk parti waħda mal-buq jew le (eż., tmien, pupressi, pjattaformi għal sajd jew tavli minn fejn jaqbżu biex jgħoddsu).

L-espressjoni “vetturi għall-baħar” tfisser vapuri jew hovercraft li jżommu mal-kundizzjonijiet t’hawn fuq, kemm jekk dawn jintużaw prinċipalment f’ilmijiet tal-kosta, f’estwarji jew f’għadajjar, eċċ.

Għandu jitqies ukoll li:

1.

vetturi inqas minn 12 m f’tul li huma ddisinjati bħala għall-baħar jaqgħu taħt it-terminu “dgħajjes tas-sajd” biss meta huma ddisinjati u mgħammrin speċifikament għal sajd professjonali, għalkemm dawn jistgħu kultant jintużaw għall-raġunijiet ta’ passatemp.

2.

it-termini “xaluppi ta’ salvataġġ” tkopri vetturi mqiegħdin fuq bastimenti għall-ibħra biex jieħdu l-ekwipaġġ u l-passiġġieri jekk il-bastimenti jkunu f’periklu; din tkopri wkoll xaluppi ta’ salvataġġ imqegħdin f’postijiet xierqa matul il-kosta li huma maħsubin biex imorru jgħinu bastimenti li jinsabu f’diffikultajiet.

 

8901

Bastimenti tal-kruċiera, dgħajjes għal eskursjonijiet, laneċ, bastimenti tat-tagħbija, braken u bastimenti simili għat-trasport ta’ persuni jew oġġetti

Nofs buqijiet u terz ta’ buqijiet ma jaqgħux f’dan it-titlu iżda huma klassifikati b’referenza għall-materjal li jkunu magħmulin minnu (eż. titlu 7308).

8901 90 10

Li jaqsmu l-ibħra

Vetturi ddisinjati għall-ġarr ta’ barġis jew puntuni jaqgħu wkoll f’dan is-subtitlu. It-tip tradizzjonali ta’ kontenituri jinbidlu, f’dawn il-vapuri b’barġis jew puntuni li jiġu mill-ilma għall-ġarr dirett fuq il-bastiment omm, li huwa nnifsu jkun maqsum f’kompartamenti fejn jistgħu jkunu miżmumin tlieta jew erba’ puntuni jew barġis. Bastimenti bħal dawn ikunu mgħammrin bi krejnijiet gantry li jiċċaqalqu, pjattaformi għal rfigħ sommersibli jew mezzi oħra ta’ ġarr, maniġġar u ħatt ta’ barġis.

Il-bastiment omm biss jista’ jitqies bħala klassifikabbli f’dan is-subtitlu, il-barġis jintużaw suċċessivament bħala dgħajjes għal navigazzjoni fl-intern ta’ pajjiż, bħala “kontenituri” għall-vjaġġi ta’ fuq il-baħar u għal darb’oħra bħala dgħajjes għal navigazzjoni fl-intern ta’ pajjiżi, u għandhom ikunu klassifikati f’subtitlu 8901 90 90.

8904 00

Laneċ tar-rmonk jew mezzi li jimbuttaw

Għall-klassifikazzjoni ta’ nofs-buqijiet u terz ta’ buqijiet, ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 8901.

8904 00 91 u 8904 00 99

Mezzi li jimbuttaw

Mezzi ddisinjati biex jintużaw kemm bħala mezzi li jimbuttaw kif ukoll bħala laneċ tar-rmonk, kif deskritti fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 8904, tieni paragrafu, huma klassifikabbli f’dawn is-subtitli fil-każi kollha.

8905

Bastimenti ħfief, fire-floats ,dreġers, krejnijiet li jżommu f’wiċċ l-ilma u bastimenti oħrajn li l-kundizzjoni ta’ tbaħħir tagħhom hija sussidjarja għall-funzjoni prinċipali tagħhom; baċiri li jżommu f’wiċċ l-ilma; pjattaformi għat-tħaffir jew għall-produzzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma jew li jinżlu taħt l-ilma

Għall-klassifikazzjoni ta’ nofs-buqijiet u terz ta’ buqijiet, ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 8901.

8906

Bastimenti oħrajn, inklużi bastimenti tal-gwerra u dgħajjes tas-salvataġġ ħlief dgħajjes tal-qdif

Għall-klassifikazzjoni ta’ nofs-buqijiet u terz ta’ buqijiet, ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 8901.

TAQSIMA XVIII

STRUMENTI U APPARAT OTTIKU, FOTOGRAFIKU, ĊINEMATOGRAFIKU, GĦAL KEJL, GĦAL IĊĊEKKJAR, GĦAL PREĊIŻJONI, MEDIKU JEW KIRURĠIKU; ARLOĠĠI U ARLOĠĠI TA’ L-IDEJN, STRUMENTI MUŻIKALI; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM

KAPITLU 90

STRUMENTI U APPARAT OTTIKU, FOTOGRAFIKU, ĊINEMATOGRAFIKU, GĦAL KEJL, GĦAL IĊĊEKKJAR, TA’ PREĊIŻJONI, MEDIKU JEW KIRURĠIKU; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM

9001

Fibri ottiċi u mazzi ta’ fibri ottiċi; kejbils ta’ fibri ottiċi ħlief dawk ta’ titlu 8544 , folji u pjanċi ta’ materjal li jippolarizza; lentijiet (inklużi lentijiet tal-kuntatt), priżmi, mirja u elementi ottiċi oħrajn, ta’ kull materjal, mhux immuntati, ħlief dawk l-elementi tal-ħġieġ mhux maħdumin ottikament

Dan it-titlu jinkludi oġġetti li jintużaw ma’ dawl viżibbli u oġġetti li jintużaw mal-parti inviżibbli ta’ l-ispettru (infra-aħmar u ultravjola).

It-titlu ma jinkludix, madanakollu, elementi “ottiċi” elettroniċi, pereżempju, lentijiet elettrostatiċi, lentijiet elettromanjetiċi u hekk imsejħin field lenses (ġeneralment kapitlu 85).

9001 10 10 sa 9001 10 90

Fibri ottiċi, mazzi u kejbils ta’ fibri ottiċi

Dawn is-subtitli ma jinkludux konnekters u adapters għall-ikkonnettjar ta’ fibri ottiċi, mazzi ta’ fibri ottiċi u kejbils ta’ fibri ottiċi.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitlu 8536 70 00.

9001 20 00

Folji u pjanċi ta’ materjal polarizzanti

Dan is-subtitlu jinkludi folji ta' materjal polarizzanti f'rombli, pereżempju għall-użu fil-manufattura ta' moduli ta' LCD.

Image

9001 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

Rubini u elementi ottiċi oħra għal lejżers;

2.

Lentijiet Fresnel ta’ plastiks, intiżi għal użu, eż., wara li jitwaħħlu b’sustenn, bħala skrinijiet ta’ manjifikazzjoni għal riċevituri tat-televixin.

9004

Nuċċalijiet, gogils u bħalhom, korrettivi, protettivi jew oħrajn

Spag, ktajjen u oġġetti simili (pereżempju, ‘spag tan-nuċċalijiet’ jew ‘ktajjen tan-nuċċalijiet’) għal prodotti f'din it-titlu, anki b'ingassa fit-tarf, għandhom jiġu kkunsidrati la bħala partijiet u lanqas bħala aċċessorji, għaliex la huma komponenti integrali u lanqas ma jżidu jew itejbu l-funzjonalità ta' dawn il-prodotti. Għalhekk, dawn għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal kostituttiv (pereżempju, it-titlu 5609, 6307, 7117, 7315 jew 7616).

9005

Binokkji, monokuli, teleskopji ottiċi oħrajn, u immuntar għalihom; strumenti astronomiċi oħrajn u immuntar għalihom, iżda ma jinkludux strumenti għal radjo-astronomija

Dan it-titlu jinkludi apparat li juża intensifikaturi ta’ l-istampa għal viżjoni ta’ bil-lejl.

9006

Kameras fotografiċi (ħlief ċinematografiċi); apparat tad-dawl flaxx u bozoz tal-flaxx fotografiċi ħlief bozoz ta’ disċarġ ta’ titlu 8539

9006 10 00

Kameras ta’ tip użat għat-tħejjija ta’ pjanċi jew ċilindri ta’ l-istampar

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9006, parti (I), tielet paragrafu, (17).

9010

Apparat u tagħmir għal laboratorji fotografiċi (inklużi ċinematografiċi), mhux speċifikati jew inklużi band’ oħra f’dan il-kapitlu; negatoscopes ; skrins għall-projezzjoni

9010 50 00

Apparat u tagħmir ieħor għal laboratorji fotografiċi (inklużi ċinematografiċi); negatoscopes

Dan is-subtitlu jinkludi apparat għall-espożizzjoni ta’ bords ta’ ċirkuwiti stampati li jikkopja n-negattivi tad-disinji taċ-ċirkuwiti ta’ ċirkuwiti stampati permezz ta’ l-espożizzjoni fuq bords ta’ materjal li jiżola li minnu jsiru l-bords ta’ ċirkuwiti stampati. L-apparat bażikament jikkonsisti f’kamra għall-espożizzjoni mgħammra b’lampi ultravjola, li fiha n-negattiva fotografika u l-bord tal-materjal li jiżola jitqiegħdu u li fiha l-bord tkun esposta għal kuntatt man-negattiva f’vakwu.

9013

Mezzi ta’ kristalli likwidi li ma fihomx oġġetti msemmijin b’mod iktar speċifiku f’titli oħrajn; lejżers, ħlief dajowds tal-lejżer; apparat u strumenti ottiċi oħrajn, mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra f’ dan il-kapitlu.

9013 80 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi skrins għal manjifikazzjoni għal settijiet tat-televixin li jikkonsistu f’element ottiku (lenti Fresnel) ta’ plastiks, frejm u sistema ta’ vireg tal-metall speċjalment iddisinjati biex jitwaħħal l-iskrin mal-faċċata tas-sett tat-televixin.

9017

Strumenti għat-tpinġija, għall-immarkar ta’ linji jew li jagħmlu kalkulazzjonijiet matematiċi (pereżempju magni għall-abbozzar, pantografi, kwadranti, settijiet ta’ l-iddisinjar, rigi li jislajdjaw ( slide rules ), kalkolaturi tad-diska); strumenti għat-tkejjil ta’ tul, għal użu fl-idejn (pereżempju vireg u rutelli għat-tkejjil, mikrometri, kalipers), mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu

9017 10 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi mwejjed għal draftjar mgħammrin b’pantografi jew simili.

9017 20 05 sa 9017 20 90

Strumenti oħrajn għat-tpinġija, għall-immarkar ta’ linji jew li jagħmlu kalkulazzjonijiet matematiċi

Dawn is-subtitli jinkludu:

1.

koordinatografi mhux disinjati għal fotogrammetrija;

2.

stensils bl-ittri li jintgħarfu b’mod ċar li huma speċjalizzati bħala strumenti għal tpinġija jew immarkar ‘il barra.

9018

Strumenti u apparat użati fi xjenzi mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji, inkluż apparat xintigrafiku, apparat elettromediku ieħor u strumenti għal eżamijiet tal-vista

9018 50 10

Mhux ottiċi

Minbarra t-tagħmir dijanjostiku ultrasoniku għal użu ġenerali, dan is-subtitlu jinkludi apparat speċjali għall-eżaminazzjoni ultrasonika ta’ l-għajnejn (bħal dawk għad-determinar tal-ħxuna tal-korneja u lenti ta’ l-għajn jew tat-tul tal-boċċa ta’ l-għajn).

9018 90 84

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

defibrillaturi elettriċi biex jingħaddu skossi ta’ kurrent biex terġa’ tinġieb il-funzjoni naturali tal-qalb. Permezz ta’ dawn l-istrumenti li huma mgħammrin b’ġeneratur ta’ pulsi u żewġ elettrodi għal defibrillazzjoni, s-sinjal ta’ l-elettrokardjogramma (ECG) tal-pazjent li jkun ġej mill-elettrodi jintwera fuq skrin jew ikun stampat permezz ta’ printer mibni fuq ġewwa;

2.

apparat mediku biex jintnefħu gassijiet fil-kavita’ abdominali tal-bniedem sabiex tkun possibbli l-eżaminazzjoni ta’ diversi organi permezz ta’ endoskopija. Flimkien ma’ dan l-apparat, li huma pprovduti bi strumenti ta’ tkejjil u displays, hemm żewġ pajpijiet magħqudin mit-truf permezz ta’ stop cock u labra twila;

3.

pompi mediċi għal ġbid għall-ippumpjar ta’ tnixxijiet (secretions), li jinkludu l-pompa u mezz ta’ ġbid u jintużaw fi swali ta’ l-operazzjonijiet jew f’ambulanzi;

4.

apparat kontraċettiv magħruf bħala “mezzi intra-uterinarji (IUDs)”, magħmulin minn plastiks flimkien ma’ wajer tar-ram, ram f’forma kollojdali jew dħul ormonali.

9021

Apparat ortopediku, inklużi krozzi, ċinturini u ċinturini tar-rfid kirurġiċi, qassab u apparat ieħor għal ksur; partijiet artifiċjali tal-ġisem; apparat akustiku ( hearing aids ) u tagħmir ieħor li jintlibes jew jinġarr, jew jiddaħħal fil-ġisem biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabilita’

Għall-għanijiet ta’ dan it-titlu, l-espressjoni “biex jagħmel tajjeb għal difett jew diżabilita’” tfisser biss apparat li attwalment jagħmel jew jissostitwixxi l-funzjoni tal-parti difettuża jew diżabbli tal-ġisem.

Dan it-titlu ma jinkludix apparat, li sempliċiment itaffi l-effetti tad-difett jew diżabilita’.

Dan it-titlu ma jinkludix apparat jaħdem bl-elettriku identifikat għall-użu ta' l-osteotomija (titlu 3006 91 00).

9021 39 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

pjanċi li jibqgħu permanentament fil-ġisem, pereżempju, biex joqgħodu flok parti minn għadma jew għadma sħiħa);

2.

strixxi meħjutin minn fibri magħmulin mill-bniedem, li jiddaħħlu fil-ġog ta’ l-irkoppa minflok il-ligamenti fil-każ ta’ instabilitajiet kroniċi fil-ligament tal-ġog ta’ l-irkoppa.

9021 40 00

Apparat akustiku ( hearing aids ), ħlief partijiet u aċċessorji

Dan is-subtitlu jinkludi apparat kopert min-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9021, parti (IV), anki jekk fil-forma ta’ nuċċalijiet.

9021 50 00

Pacemakers biex jistimulaw il-muskoli tal-qalb, ħlief partijiet u aċċessorji

Dan is-subtitlu jinkludi biss pacemakers tal-qalb proprja. Skond Noti 1 u 2 għal dan il-kapitlu, partijiet u aċċessorji għal pacemakers bħal dawn, bħal kaxex, nofs kaxex, kisi għal kaxex u elettrodi jaqgħu f’ subtitlu 9021 90 90.

Batteriji primarji u akkumulaturi elettriċi għal pacemakers preżentati separatament huma klassifikati f’titlu 8506 jew 8507. Ċarġijiet bi primarju ta’ transformer għall-iċċarġjar ta’ l-akkumulatur fil-pacemaker imdaħħal permezz ta’ l-induzzjoni ta’ kurrent fis-sekondarju fil-pacemaker jaqgħu f’titlu 8504.

9021 90 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi l-apparat li ġej li jikkumpensa għal difett jew diżabilita’;

1.

apparat imqiegħed fil-ġisem uman bħala dispensers mediċi u li għandu f’kisja komuni “pompa mediċinali”, is-sors ta’ enerġija għall-pompa u għar-riserva għall-medikament;

2.

“prostesi annulari”, jiġifieri, ċrieki ta’ l-istainless steel miksijin b’żewġ strati ta’ plastiks u tessut tal-fibra magħmula mill-bniedem. Dawn jitqabbdu mal-valv tal-qalb permezz ta’ operazzjoni biex tkun restawrata l-abilita’ tal-valv tal-qalb li jagħlaq, pereżempju fil-każ ta’ insuffiċjenza mitrali;

3.

filtri “umbrelel” għat-tqieghid fil-vina kardijaka (vena cava inferior) sabiex jipprevenu trombożi u emboliżmi milli jimxu lejn il-qalb. Dawn jikkonsistu fi frejmijiet żgħar ħafna, forma ta’ umbrella magħmulin minn liga ta’ l-istainless steel, li tkun miksija bi strat irqiq ta’ materjal elastiku sintetiku u tinfetaħ qisha umbrella fil-vina;

4.

twessigħ (dilators) permanenti ta’ l-ureteru ta’ plastiks. Dan l-apparat imxewwek, forma ta’ virga jitqiegħed fl-ureteru biex jippermetti li l-urina timxi.

9022

Apparat ibbażat fuq l-użu ta’ raġġi-X jew fuq radjazzjonijiet alfa, beta jew gamma, kemm jekk għal użi mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji jew le, inkluż apparat għal radjografija jew radjoterapija, tubi għal raġġi-X u ġeneraturi oħrajn għal raġġi-X, ġeneraturi ta’ tensjoni għolja, pannelli u deskijiet ta’ kontroll, skrins, imwejjed, siġġijiet u affarijiet simili għal eżami jew trattament

9022 12 00

Apparat għal tomografija komputata

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 9022 12.

Madanakollu, sistemi għal irrekordjar tal-vidjow, li m’humiex inkorporati f’apparat ta’ raġġi-X u li jiddiġitizza, jeditja u jżomm sinjali vidjow analogi fornuti minn vidjowkamera esterna jaqgħu f’titlu 8543. Dawn essenzjalment jinvolvu konvertitur minn analog għal diġitali, kompjuter għal proċessar, moniters u tejp manjetiku jew memorja f’diska.

9022 90 00

Oħrajn, inklużi partijiet u aċċessorji

Dan is-subtitlu jinkludi twieqi tal-berillju għal tubi ta’ raġġi-X

9025

Idrometri u strumenti simili li jżommu f’wiċċ l-ilma, termometri, pirometri, barometri, igrometri u psikrometri, li jirrekordjaw jew le, u kwalunkwe taħlita ta’ dawn l-istrumenti

9025 11 20 u 9025 11 80

Mimlijin b’likwidu, għal qari dirett

Termometri “għal qari dirett” huma ta’ tip fejn it-temperatura tkun indikata fuq skala permezz tal-livell ta’ fluwidu fit-termometru.

9026

Strumenti u apparat għal kejl jew iċċekkjar ta’ ħruġ, livell, pressjoni jew kwantitajiet varjabbli oħra ta’ likwidi jew gassijiet (pereżempju, miters għall-ħruġ ( flow meters ), gejġisgħal-livell, manometri, miters għas-sħana), ħlief strumenti u apparat ta’ titlu 9014 , 9015 , 9028 jew 9032

9026 20 20 sa 9026 20 80

Għall-kejl jew iċċekkjar ta’ pressjoni

Dawn is-subtitli jinkludi pompi ta’ tajers li jinkorporaw gejġ għall-pressjoni u jitqiesu bħala gejġ għall-pressjoni anki jekk huma ddisinjati biex jitqabbdu ma sors estern ta’ forniment iżda jinkorporaw ir-riserva tagħhom stess ta’ arja kompressata.

9027

Strumenti u apparat għal analiżi fiżika jew kimika (pereżempju, polarimetri, rifrattometri, spettrometri, apparat għall-analiżi ta’ gass jew duħħan); strumenti u apparat għall-kejl jew iċċekkjar ta’ viskożita’, porożita’, espansjoni, tensjoni tal-wiċċ jew bħalhom; strumenti u apparat għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet ta’ sħana, ħoss jew dawl (inklużi miters ta’ espożizzjoni ( exposure meters )); mikrotomi

9027 10 10

Elettroniċi

Dan is-subtitlu jinkludi counters ta’ partiċelli ta’ l-arja bil-lejżer. Dawn huma mezzi elettroniċi li jiddeterminaw jew jimmonitorjaw il-kontenut ta’ trab ta’ arja ffiltrata, pereżempju, f’impjanti industrijali jew fil-qasam mediku. Il-partiċelli ta’ trab li jkun hemm f’kampjun ta’ l-arja jikkawżaw raġġ ta’ lejżer biex joħloq dawl imferrex fil-kamra ta’ kejl ta’ l-apparat li, wara li jkun konċentrat f’raġġ permezz ta’ sistema ta’ lentijiet, jinqabad minn fotodajowd u jinqaleb f’sinjal elettriku. Bl-għajnuna ta’ data ta’ referenza programmata minn qabel il-proporzjon ta’ partiċelli ta’ trab ikun determinat u r-riżultat tal-kalkolu jintwera fuq id-display diġitali ta’ l-istrument jew ikun stampat fuq printer bit-tejp estern. Permezz ta’ interface, ir-riżultat tal-kalkolu fil-forma ta’ sinjal elettriku jista’ wkoll jintbagħat permezz ta’ kejbil f’magna ta’ proċessar ta’ data awtomatika.

9027 30 00

Spettrometri, spettrofotometri u spettrografi li jużaw radjazzjonijiet ottiċi (UV, viżibbli, IR)

Dan is-subtitlu jinkludi apparat elettroniku kkontrollat minn mikroproċessuri (analizzaturi ottiċi multikanal) għall-kejl u l-analiżi tat-tulijiet tar-raġġi ta’ sinjali ottiċi għal analiżi spettrali. It-tulijiet tar-raġġ tas-sinjali ottiċi mkejlin mid-ditekters, jinqalbu f’sinjali elettriċi diġitali u jkunu mqabblin ma’ valuri ta’ referenza (analizzati). Ir-riżultat tat-tqabbil ikun evalwat mill-kompjuter u jintwera fuq moniters esterni li jistgħu jitqabbdu mat-tagħmir.

9027 50 00

Strumenti u apparat ieħor li jużaw radjazzjonijiet ottiċi (UV, viżibbli, IR)

Dan is-subtitlu jinkludi mezzi elettroniċi li jintużaw f’laboratorji kimiċi fi sptarijiet għall-analiżi kompletament awtomatika tas-sera tad-demm. Dawn essenzjalment jikkonsistu fl-analizzatur proprju (b’mezz biex jkunu preparati kampjuni, mekkaniżmu għal tkejjil ta’ reaġent u sistema ta’ kejl fotometriku bl-użu ta’ bozza aloġena bħala s-sors ta’ dawl u fotodajowds bħala ditekters), mezz ta’ kontroll u evalwazzjoni (b’mikroproċessuri u skrin biex jintwerew ir-riżultati tat-tkejjil) u printer għall-irrekordjar tar-riżultati. Dawn it-tliet biċċiet ta’ apparat ikunu mqabbdin ma’ xulxin permezz ta’ kejbils ta’ l-elettriku.

9027 80 99

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi armarji għall-ittestjar tal-klima mgħammrin b’kamra ta’ pressjoni, ħiter ta’ l-elettriku, umdatur ta’ l-arja u unita’ elettrika, fejn il-komponenti elettroniċi jkunu esposti għal kundizzjonijiet speċifiċi ta’ pressjoni, temperatura u umdita’, li jissimulaw l-influwenzi u l-kundizzjonijiet ambjentali li jinqalgħu mill-użu sussegwenti tagħhom, sabiex jkun ittestjat iż-żmien ta’ użu tagħhom, l-iżolament, eċċ.

9030

Oxxilloskopi, analizzaturi ta’ l-ispettru u strumenti u apparat ieħor għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet elettriċi, ħlief miters ta’ titlu 9028 ; strumenti u apparat għal kejl jew qbid ta’ radjazzjonijiet ta’ raġġi alfa, beta, gamma, raġġi-X, kosmiċi jew oħrajn li jonizzaw

Skond ir-Regola Ġenerali Interpretattiva 3 (b) tan-Nomenklatura Magħquda, strumenti u apparat li jistgħu jintużaw għall-kejl u ċċekkjar kemm ta’ kwantitajiet elettriċi kif ukoll mhux elettriċi xorta jaqgħu f’titlu 9030 jekk in-natura tagħhom tiddetermina li dawn jintużaw prinċipalment għall-kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet elettriċi. Dan huwa l-każ pereżmpju, għal oxxilloskopji u oxxillografi b’raġġ mill-katodu u oxxillografi bir-raġġ tad-dawl u bir-raġġ UV (subtitli 9030 20 10 sa 9030 20 99).

Madanakollu, strumenti u apparat li l-karattru essenzjali tagħhom ma jistax ikun deċiż minħabba li jintużaw għall-kejl u ċċekkjar kemm ta’ kwantitajiet elettriċi kif ukoll mhux elettriċi bl-istess ammont ma jaqgħux f’dan it-titlu. Bl-istess mod, skond ir-Regola Interpretattiva Ġenerali 3 (ċ) tan-Nomenklatura Magħquda, strumenti għall-ittestjar ta’ magni ta’ vetturi b’mutur u sistemi ta’ tqabbid li jkejlu l-kwantitajiet elettriċi bħal vultaġġ u resistenza u kwantitajiet mhux elettriċi bħal veloċita’ ta’ rotazzjoni, angolu ta’ kuntatt u l-istat ta’ punti tal-qtugħ tal-kuntatt (contact breaker points) jaqgħu f’titlu 9031.

9030 20 30

Oħrajn, b’mezz ta’ rrekordjar

Dan is-subtitlu jinkludi oxxillografi b’raġġ tad-dawl u b’raġġ UV għat-tkejjil u l-irrekordjar ta’ varjazzjonijiet rapidi ta’ kwantitajiet elettriċi. Dawn l-istrumenti magħrufin ukoll bħala reġistraturi ta’ raġġi ta’dawl, reġistraturi UV jew oxxillografi loop, li jirrekordjaw is-sinjali li jirriżultaw mill-fenomena perijodiċi taħt studju permezz ta’ raġġ tad-dawl jew tal-UV jew karta fotosensittiva;

9030 39 00

Oħrajn, b’mezz ta’ rrekordjar

Dan is-subtitlu jinkludi apparat jew sistemi għall-ittestjar ta’ l-elettriku li jiddeterminaw is-servizzabilita’ ta’ ċirkuwiti stampati jew komponenti elettroniċi oħra u juru kwalunkwe difetti bħal xortijiet jew qsim permezz tat-tkejjil jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet elettriċi bħal capacitance, inductance, impedance, reżistenza u vultaġġ.

Dawn il-mezzi jew sistemi s-soltu jinvolvu unita’ għal kejl jew iċċekkjar (b’tastiera għall-input, memorja għall-programm u terminal CRT), li tagħmel il-kejl u tikkumpara r-riżultati ma’ valuri ta’ referenza u turihom, unita’ ta’ kontroll (b’magna ta’ proċessar ta’ data awtomatika jew mikroproċessuri), printer output għall-istampar tar-riżultati tat-testijiet u mezz għat-tqassim ta’ komponenti ttestjati skond il-valuri attwali speċifiċi u li jissepara l-waħdiet difettużi.

Is-subtitlu ma jinkludix, madanakollu, apparat elettriku għall-iċċekkjar ta’ jekk il-pakketti ta’ ċirkuwiti integrati jew komponenti elettroniċi oħrajn humiex ermetikament issiġillati (titlu 9031).

9030 82 00

Għall-kejl jew iċċekkjar ta’ wejfers jew mezzi semikondutturi

Dan is-subtitlu jkopri mezzi ta’ l-elettriku għall-ittestjar jew sistemi li jkejlu jew jiċċekkjaw kwantitajiet elettriċi bħal vultaġġ, frekwenza, eċċ., biex jiddeterminaw is-servizzabilita’ ta’ wejfers, ċipep u mezzi semikondutturi oħra u biex juru kwalunkwe difetti bħal devjazzjonijiet minn valuri ssettjati minn qabel.

Il-mezzi jew sistemi s-soltu jinvolvu unita’ għal kejl jew iċċekkjar (b’tastiera għall-input, memorja għall-programm u terminal CRT), li tagħmel il-kejl u tikkumpara r-riżultati ma’ valuri ta’ referenza u turihom, unita’ ta’ kontroll (b’magna ta’ proċessar ta’ data awtomatika jew mikroproċessuri), printer output għall-istampar tar-riżultati tat-testijiet u mezz għat-tqassim ta’ komponenti ttestjati skond il-valuri attwali speċifiċi u li jissepara l-waħdiet difettużi.

Is-subtitlu ma jinkludix, madanakollu, apparat elettriku għall-iċċekkjar ta’ jekk il-pakketti ta’ ċirkuwiti integrati jew komponenti elettroniċi oħrajn humiex ermetikament issiġillati (titlu 9031).

9031

Strumenti, tagħmir u magni għal kejl jew iċċekkjar, mhux imsemmijin jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu; proġekters għal profili

9031 20 00

Bankijiet għal eżaminar ( test benches )

Bankijiet għal eżaminar (test benches) għall-iċċekkjar ta’ pompi b’injezzjoni ta’ karburant ta’ magni tad-diżil għandhom bħala komponenti essenzjali, li huma kollha mwaħħlin ma’ l-istess sustenn, mutur ta’ l-elettriku u mezz li jinkludi injetturi u tubi ta’ ħġieġ immarkat bi gradi għall-iċċekkjar ta’ l-output mill-elementi tal-pompa ta’ l-injezzjoni; dawn jistgħu ikunu mgħammrin ukoll b’apparat awżiljarju (stroboskopju) għall-iċċekkjar tat-timing eżatt ta’ l-injezzjonijiet ta’ karburant.

9031 80 32 u 9031 80 34

Għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet ġeometriċi

Eżempji ta' kwantitajiet ġeometriċi huma: tul, distanza, dijametru, radjus, kurvatura, angolu, mejl, volum u kemm ikun aħrax il-wiċċ.

Dawn is-subtitli ma jinkludux interferometri biex jivverifikaw uċuħ lixxi użati f'laboratorji (subtitlu 9027 50 00).

9031 80 91

Għal kejl jew iċċekkjar ta’ kwantitajiet ġeometriċi

Ara n-Noti ta’ Spjega għal subtitli 9031 80 32 u 9031 80 34

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll livelli ta’ spirtu.

KAPITLU 91

ARLOĠĠI U ARLOĠĠI TA’ L-IDEJN JEW TAL-BUT U PARTIJIET TAGĦHOM

9102

Arloġġi ta’ l-idejn, arloġġi tal-but u arloġġi oħrajn, inklużi stopwatches , ħlief dawk ta’ titlu 9101

Dan it-titlu jinvolvi taħlita ta’ arloġġi b’magna li tikkalkula b’mod elettroniku li flimkien għandhom id-dehra ta’ arloġġ ta’ l-idejn jew arloġġ tal-but.

Dan ma jinkludix kalkolatriċi elettroniċi b’display ta’ ħin u data u b’allarm (subtitlu 8470 10 00, 8470 21 00 jew 8470 29 00).

9111

Kaxex ta’ arloġġi ta’ l-idejn u tal-but u partijiet tagħhom

Strixxi, ċineġ u brazzuletti ta’ arloġġi mwaħħlin ma’ kaxxi ta’ arloġġi jitqiesu bħala parti mill-kaxxa ta’ l-arloġġ. Madanakollu meta preżentati ma’ kaxex ta’ l-arloġġ iżda mhux imwaħħlin magħhom, huma jkunu klassifikati fit-titlu rispettiv tagħhom bl-istess mod bħal strixxi, ċineg u brazzuletti ta’ arloġġi preżentati separatament (titlu 9113).

9114

Partijiet oħra ta’ arloġġi jew arloġġi ta’ l-idejn u tal-but

9114 10 00

Molol, inklużi molol irqaq ( hair-springs )

Dan is-subtitlu jkopri l-molol kollha li jintużaw għal moviment f’arloġġi jew f’arloġġi tal-polz.

Pereżempju, barra molol prinċipali (main-springs)u molol irqaq,(hair-springs) hemm:

1.

molol għal frizzjoni;

2.

molol għal kontroll;

3.

molol ratchet, molol għal bilanċ, molol ta’ tensjoni u molol salib.

Dan is-subtitlu ma jinkludix molol għal kaxex ta’ arloġġi u għal kaxex ta’ tip simili li jikkostitwixxi partijiet għal użu ġenerali skond it-tifsira ta’ Nota 2 għal taqsima XV.

Molol prinċipali (main-springs) mmuntati fil-barrels tagħhom jaqgħu f’subtitlu 9114 90 00.

9114 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

immuntar ta’ komponenti elettriċi jew elettroniċi li jiffurmaw parti li tingħaraf ta’ arloġġ — pereżmpju, tokk elettroniku;

2.

oġġetti magħrufin bħala “viti għal bilanċ” jew “viti balance cup”;

3.

kunjardi, ġeneralment ta’ plastiks, imqegħdin bejn il-kisja u l-moviment ta’ arloġġ;

4.

kristalli tal-kwarz għal arloġġi (reżonaturi tal-kwarz imwaħħlin ma’ mikroċirkuwitu elettroniku biex jinżammu oxxillazzjonijiet).

KAPITLU 92

STRUMENTI MUŻIKALI; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TA’ OĠĠETTI BĦAL DAWN

9207

Strumenti mużikali, li l-ħoss tagħhom huwa magħmul, jew għandu jkun amplifikat, bl-elettriku (pereżempju orgnijiet, kitarri, akkordjins)

9207 10 30

Pjanijiet diġitali

B’kuntrast ma’ sintesajżers u tastieri, d-diversita’ u l-wisa’ tat-tast ta’ pjanijiet diġitali jikkorrispondu b’mod eżatt ma’ dawk ta’ pjanu akustiku (titlu 9201). Dawn jużaw sempiljar ta’ ħsejjes biex jirriproduċu l-ħoss ta’ pjanu akustiku kemm jista’ jkun preċiż. L-azzjoni, inkluża dik tal-pedali, tikkorrispondi ma’ dik ta’ pjanijiet akustiċi. Bħala regola, dawn ikollhom amplifikaturi u lawdspikers mibnijin fihom.

9207 10 50

Sintesajżers

Sintesajżers ivarjaw minn strumenti mużikali oħra ta’ subtitlu 9207 10 minħabba, li minbarra li jkollhom ħsejjes programmati minn qabel (jew “issettjati minn qabel”), li jistgħu wkoll ikunu modulati, dawn jippermettu lil min idoqq biex jipprogramma l-ħsejjes tiegħu. Sintesajżers jistgħu wkoll ikollhom komponenti elettroniċi oħra mibnijin fihom bħal samplers, amplifikaturi, lawdspikers,sequencers, eku, flanġjar, tagħwiġ (distortion) u unitajiet għal effetti oħrajn, u perkussjoni elettronika.

9207 10 80

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi tastieri li huma strumenti li jippermettu lil min idoqq juża ħsejjes programmati minn qabel (jew “issettjati minn qabel”) biss. Min idoqq ma jistax jiġġenera u jipprogramma l-ħsejjes tiegħu stess. Tastieri jistgħu wkoll ikollhom amplifikaturi u lawdspikers mibnijin fihom.

TAQSIMA XIX

ARMI U MUNIZZJON; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM

KAPITLU 93

ARMI U MUNIZZJON; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM

9305

Partijiet u aċċessorji ta’ oġġetti ta’ titli 9301 sa 9304

9305 91 00

Ta’ armi militari ta’ titlu 9301

Dan is-subtitlu jkopri l-partijiet imsemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9305, (1) sa (7), sakemm, skond it-tip u l-manifattura, huma m’humiex xierqa b’mod evidenti għal ikkaċċjar, sports, sparar lejn bersall jew armi oħrajn ta’ titli 9302 00 00, 9303 u 9304 00 00.

9306

Bombi, granati, torpidows, mini, missili u munizzjonijiet simili tal-gwerra u partijiet tagħhom; skrataċ u munizzjon u projettili oħrajn u partijiet tagħhom, inklużi stopop tat-tiri u ta’ l-iskrataċ

9306 21 00

Skrataċ

Skrataċ jikkostitwixxi ħaġa sħiħa magħmula minn projettilu (tir jew bulit) li jkun sparat minn arma tan-nar, fejn il-kisja jkun fiha ċ-ċarġ esplożiv, u l-bażi tal-metall ikun fiha l-kappa li tisplodi.

9306 30 10

Għal rivolvers u pistoli ta’ titlu 9302 u għal maxinganns ħfief ta’ titlu 9301

Skrataċ li jaqgħu f’dan is-subtitlu u intiżi għal użu f’armi tan-nar għandhom il-karatteristika komuni li jkunu qosra u kumpatti.

Eżempji ta’ partijiet huma: kisjiet, kemm jekk jinkorporaw kappa ta’ perkussjoni jew le; bażijiet, tar-ram; bulits. Partijiet mhux maħdumin jew maħdumin biss b’mod raff jaqgħu wkoll f’dan is-subtitlu.

9306 30 30

Għal armi militari

Dan is-subtitlu jinkludi skrataċ għal xkubetti u karabina (ħlief sparaturi għall-prattika (practice rounds) u simili, mingħajr ċarġ ta’ porvli (subtitlu 9306 30 90)), bulittjati, mingħajr balla, magħmulin biex jaħarqu, biex iniffdu kurazzi, eċċ.

TAQSIMA XX

OĠĠETTI MANIFATTURATI VARJI

KAPITLU 94

GĦAMARA; FRIEX, IMTIERAĦ, IRFID GĦAL IMTIERAĦ, KUXXINI U TAGĦMIR (FURNISHING) SIMILI MIMLI; LAMPI U TAGĦMIR (FITTINGS) TAD-DAWL, MHUX SPEĊIFIKATI JEW INKLUŻI BAND’OĦRA; SINJALI MDAWLIN, PJANĊI TA’ L-ISMIJIET IMDAWLIN U SIMILI; BINI PREFABBRIKAT

9401

Sits ( seats) (ħlief dawk ta’ titlu 9402 ), kemm jekk jinbidlu f’sodod jew le, u partijiet tagħhom

9401 10 00

Sits (seats ) ta’ tip użati fuq inġenji ta’ l-ajru

Sits ta’ dan is-subtitlu s-soltu jkunu manifatturati minn materjali ħfief iżda li jifilħu ħafna (eż. duralumin).

F’ħafna każijiet dawn jistgħu jintgħarfu minn sits intiżi għall-mezzi oħra ta’ trasport mid-differenzi fil-kostruzzjoni tagħhom (pożizzjoni li tista’ titranġa, mezzi speċjali biex jitwaħħlu ma’ soqfa jew ħitan, ċinturini ta’ sigurta’ jew postijiet maħsubin għall-installazzjoni tagħhom, eċċ.).

Sits li jisparaw ‘il barra (ejector seats) għal inġenji ta’ l-ajru ma jitqisux bħala sits ta’ titlu 9401 u huma klassifikati bħala partijiet ta’ inġenji ta’ l-ajru (titlu 8803).

9401 90 10

Ta’ sits ( seats) ta’ tip użati fuq inġenji ta’ l-ajru

Dan is-subtitlu ma jkoprix attwaturi b’pożizzjonar u llokkjar idrawliku li jintuża għall-aġġustament tal-pożizzjoni ta’ sits għall-ekwipaġġ ta’ l-inġenji ta’ l-ajru (subtitlu 8412 21 20 jew 8412 21 80).

9403

Għamara oħra u partijiet tagħha

Imwejjed magħmula minn materjali differenti huma klassifikati skond il-materjal li minnu hu magħmul is-sapport (saqajn u qafas), għajr meta, b'applikazzjoni tar-Regola Ġenerali 3 (b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-materjal li minnu hu magħmul il-wiċċ jagħti l-karattru meħtieġ lill-mejda, pereżempju billi jkun ta' valur ogħla (dan jista' jkun il-każ jekk il-wiċċ ikun magħmul minn metall prezzjuż, ħġieġ, irħam, injam rari.).

9404

Irfid għal imtieraħ; oġġetti ta’ friex u tagħmir ( furnishing) simili (pereżempju, imtieraħ, kwilts, kutri mimlijin bir-rix ta’ l-edredun, kuxxini, pouffes u mħaded) iffittjati b’molol jew mimlijin jew iffittjati minn ġewwa bi kwalunkwe materjal jew ta’ lastiku jew plastiks ċellulari, kemm jekk miksijin jew le

9404 10 00

Irfid għal imtieraħ

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9404, (A).

9404 90 10 u 9404 90 90

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu l-oġġetti mniżżlin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9404, (B), (2).

Dawn is-subtitli jkopru wkoll kuxxini interni msaħħnin b’mod elettriku mgħammrin bi plastiks espansi jew fowm, gomom sponża, suf tat-tajjar, feltru jew flanella.

9405

Lampi u tagħmir ( fittings) ta’ dawl inklużi serċlajtsu spotlajtsu partijiet tagħhom, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; sinjali mdawwlin, pjanċi ta’ l-ismijiet imdawwlin u simili, li għandhom sors ta’ dawl imwaħħal b’mod fiss, u partijiet tagħhom mhux speċifikati jew inklużi band’oħra

9405 40 10

Serċlajtsu spotlajts

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9405, (I), tielet u raba’ paragrafi.

9406 00

Bini prefabbrikat

9406 00 11

Djar mobbli

Djar mobbli jkollhom, pereżempju, l-karatteristiċi li ġejjin:

is-superfiċje ta’ barra tista’ tikkonsisti f’materjali differenti (eż. injam, plastiks, aluminju, eċċ.),

huma ġeneralment ikollhom għoli ta’ 7 sa 11 m, wisa’ minn 3 sa 4 m, għoli minn 3 sa 4 m u piż minn 1 sa 4,5 t,

huma jistgħu jkollhom saqaf imżerżaq (sloping) fuq iż-żewġ naħat,

il-ġewwieni tagħhom ikun kompletament mgħammar għal ħtiġijiet residenzjali,

huma jistgħu jkollhom fus singlu jew doppju fin-nofs, mgħammar b’roti ta’ dimensjoni żgħira u tow bar li tippermetti biss ċaqliq għal distanza żgħira fuq iż-żona tal-lok,

mixi fuq toroq pubbliċi għandu jsir permezz ta’ ġarr fuq trejlers jew trakkijiet minħabba li dawn la huma mgħammrin bi dwal għal sinjali elettriċi u lanqas għandhom sistema ta’ brejkjar u għalhekk ma jistgħux ikunu reġistrati għal traffiku pubbliku.

KAPITLU 95

ĠUGARELLI, LOGĦOB U REKWIŻITI TA’ L-SPORTS; PARTIJIET U AĊĊESSORJI TAGĦHOM

Nota 4

Kombinazzjonijiet li għandhom jiġu kklassifikati taħt it-titlu 9503 bis-saħħa ta' din in-nota jikkonsistu minn artikolu wieħed jew aktar tal-titlu 9503 ikkombinati ma' komponent wieħed jew aktar minn titli oħra li jkunu tqiegħdu flimkien għall-bejgħ bl-imnut u l-kombinazzjonijiet ikollhom il-karattru essenzjali ta' ġugarelli.

Kombinazzjonijiet bħal dawn jieħdu l-karattru essenzjali ta' ġugarelli mhux biss mill-imballaġġ tagħhom iżda wkoll mill-importanza, il-valur u l-użu tal-komponenti tagħhom.

Il-klassifikazzjoni ta' kombinazzjonijiet bħal dawn fis-subtitlu relevanti hija determinata mill- komponenti tal-titlu 9503 li hemm fil-kombinazzjoni; il-komponenti l-oħra ma jittiħdux f'kunsiderazzjoni.

Pereżempju:

pupa tal-plastik li tkun mimlija bil-ħelu għandha tiġi kklassifikata taħt is-subtitlu 9503 00 21,

figurin li jirrappreżenta buffu, tinda taċ-ċirklu, annimali tal-logħob u ċappetta taċ-ċwievet għandha tiġi kklassifikata taħt is-subtitlu 9503 00 70 bħala sett ta’ ġugarelli li jikkonsisti minn figurin, tinda u annimali tal-logħob.

 

9503 00

Triċikletti, skuters, karozzi tal-pedali u ġugarelli bir-roti simili; karozzelli talpupi; pupi; ġugarelli oħra; mudelli f’qies imċekken (“skala”) u mudelli ta’ rikreazzjoni simili, jaħdmu jew le; logħob ta’ taħbil il-moħħ ta’ kull tip

Dan it-titlu jinkludi:

1.

oġġetti li jintefħu, f'forom u daqsijiet differenti, maħsuba għal-logħob fl-ilma, bħal tajers għal mal-qadd, forom ta' annimali eċċ, imżejna jew le, kemm jekk iddisinjati biex tpoġġi bilqiegħda fihom jew fuqhom kif ukoll, jekk le,

2.

dgħajjes li jintefħu biex it-tfal jilagħbu fihom.

Dan it-titlu ma jinkludix:

(a)

ċrieki għal ma' l-idejn, ċintorini jew oġġetti simili li jintefħu, mhux mibnija għal skop ta' sigurta' jew salvataġġ, li jżommu persuna f'wiċċ l-ilma, per eżempju waqt li qed titgħallem tgħum (titlu 9506);

(b)

saqqijiet li jintefħu (materjal kostitwenti),

(ċ)

oġġetti li, minħabba d-disinn tagħhom, maħsuba esklussivament għall-annimali (ġrieden tad-drapp li jkollhom il-kalaminta, żraben magħmula mill-ġilda tal-buflu “biex jintmagħdu”, għadam tal-plastik).

Ara n-Nota 5 għal dan il-kapitlu.

9503 00 10

Triċikletti, skuters, karozzi tal-pedali u ġugarelli bir-roti simili; karozzelli tal-pupi

Dan is-subtitlu jinkludi ġugarelli bir-roti li jaħdmu b’magni ta’ pistuni b’kombustjoni interna ddisinjati biex jintrikbu minn tfal, hekk imsejħin “Vetturi quad”, sakemm il-limiti li ġejjin ma jinqabżux:

veloċita’ li ma taqbiżx 20 km/h,

piż nett li ma jaqbiżx 50 kg,

kapaċita’ ċilindrika li ma taqbiżx 49 ċm3,

trasmissjoni ta’ veloċita’ waħda,

sistema ta’ brejkjar fuq rota ta’ wara waħda

Bil-kontra ta’ ħafna mill-ġugarelli bir-roti klassifikati f’dan is-subtitlu “Vettura quad” hija disinjata biex tintuża fuq art imħarbta.

Kull meta wieħed minn dawn il-kriterji ma jintlaħaqx, il-“Vetturi quad” għandhom ikunu klassifikati f’ titlu 8703.

9503 00 21

Pupi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9503, (Ċ) l-ewwel żewġ paragrafi.

Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega għal subtitli 9503 00 81 sa 9503 00 99.

Dan is-subtitlu jinkludi, bl-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali Interpretattiva 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, pupi mhux immuntati jew żarmati.

9503 00 29

Partijiet u aċċessorji

Ara n-Noti ta’ Spjega għal titlu 9503, (Ċ) tielet paragrafu.

9503 00 35 u 9503 00 39

Settijiet oħrajn ta’ kostruzzjoni u ġugarelli ta’ kostruzzjoni

Dawn is-subtitli jinkludi settijiet ta’ kostruzzjoni u ġugarelli ta’ kostruzzjoni ħlief kittijiet għal immuntar ta’ mudelli ta’ daqs imnaqqas (“skala”), li għandhom il-karattru ta’ ġugarelli. Oġġetti bħal dawn għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

huma jikkonsistu f’żewġ komponenti individwali jew aktar miġburin flimkien f’pakkett;

il-komponenti individwali jikkumplimentaw lil xulxin u m’humiex tajbin biex wieħed jilgħab bihom waħedhom. Struzzjonijiet għal immuntar jistgħu jingħataw ma’ dawn is-settijiet ta’ kostruzzjoni.

9503 00 41 u 9503 00 49

Ġugarelli li jirrapreżentaw annimali jew ħlejjaq mhux-umani

Dawn is-subtitli jinkludu, bl-applikazzjoni tar-Regola Ġenerali Interpretattiva 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, ġugarelli mhux immuntati jew żarmati li jirrapreżentaw annimali jew ħlejjaq mhux umani.

9503 00 70

Ġugarelli oħrajn, ippreżentati f’settijiet jew f’tagħmir

“Settijiet” f'din is-subtitli jikkonsistu f'żewġ tipi differenti ta' oġġetti jew iktar (prinċipalment għad-divertiment), poġġuti fl-istess pakkett biex jiġu mibjugħa bl-imnut mingħajr ma jerġgħu jiġu ppakkjati.

Oġġetti tal-istess subtitlu, eskluż dawk li huma koperti bis-subtitli 9503 00 95 jew 9503 00 99 (ladarba dawn is-subintestaturi jistgħu jinkludi oġġetti mixellanji ta’ tipi differenti), m’għandhomx ikunu ikkunsidrati oġġetti ta' tipi differenti.

Minbarra dawk l-oġġetti li jiffurmaw sett, aċċessorji sempliċi jew oġġetti ta’ importanza minuri maħsuba biex jiġu użati mal-oġġetti (pereżempju, karrotta tal-plastik jew xkupilja għal animali tal- logħob) jistgħu jkunu preżenti.

Skont in-Nota 4 ma Kapitolu 95, din is-subintestatura tinkludi settijiet maħsuba għad-divertiment tat-tfal, li jikkonsistu f’oġġetti tal-titlu 9503 flimkien ma oġġett jew iktar li, jekk preżentati weħedhom, ikunu kklassifikati taħt intestaturi oħrajn, sakemm it-taħlit ikollu essenzjalment il- karattru ta’ ġugarell. Eżempji huma:

settijiet li jikkonsistu f’ġugarelli f’għamla ta’ forom għall-injezzjoni u forom għall-pasta għall- immodellar flimkien ma oġġetti oħra bħall tubi jew ċangaturi taż-żebgħa, pasta għall-immodellar, lapsijiet u ġibs,

settijiet kosmetiċi għat-tfal li fihom oġġetti tal-titlu 9503 flimkien ma preparati tal-titlu 3304.

Madanakollu, settijiet kosmetiċi għat-tfal li fihom preparati tal-titlu 3304 li ma fihomx oġġetti mill-titlu 9503 huma esklużi (titlu 3304).

“Tagħmir” f’din is-subintestatura jikkonsisti f’żewġ oġġetti differenti jew iktar imqiegħda fl-istess pakkett biex jiġu mibjugħa bl-imnut mingħajr ma jerġgħu jiġu ppakjati, u huma speċifiċi għal tip partikolari ta’ rikreazzjoni, xogħol, persuna jew professjoni, bħall ġugarelli ta' istruzzjoni u edukattivi.

9503 00 75 u 9503 00 79

Ġugarelli u mudelli oħrajn, li fihom mutur

Għall-għanijiet ta’ dawn is-subtitli, it-terminu “mutur” jfisser kwalunkwe mutur jew magna ta’ titlu 8406 sa 8408, 8410 sa 8412 jew 8501, pereżempju, magni u muturi b’saħħa pnewmatika, flajwils, magni li jaħdmu permezz ta’ molla jew li jaħdmu permezz ta’ piż.

9503 00 81 sa 9503 00 99

Oħrajn

Dawn is-subtitli jinkludu figurini umanojdi, eż., fil-forma ta’ film, ħrafa, karattri minn kotba tal-komiks, Indjani, astronawti jew suldati, li m’għandhomx partijiet jiċċaqalqu u li m’għandhomx ħwejjeġ jinqalgħu, fissi fuq pjanċa bażi, pedestall jew bażi simili, li tippermetti l-figurini jżommu l-pożizzjoni tagħhom mingħajr ebda support.

Figurini bħal dawn spiss jiffurmaw parti minn serje ta’ kollezzjoni. Minħabba li huma żgħar, ħfief u magħmulin b’mod robust, huma, madanakollu, s-soltu jintużaw bħala ġugarelli minn tfal. Il-funzjoni rikrejattiva tagħhom għalhekk taqbeż il-valur ornamentali tagħhom.

Dawn is-subtitli jinkludu, bl-applikazzjoni tar-Regola Interpretattiva Ġenerali 2 (a) tan-Nomenklatura Magħquda, figurini umanojdi mhux immuntati jew żarmati (suldati tal-landa u simili).

9504

Oġġetti tad-divertiment għal fieri, logħob tal-mejda jew tas-salott, inklużi mwejjed tal -pinball ,biljards, imwejjed speċjali għal logħob tal-każino’ u tagħmir awtomatikutal-korsija tal-brilli ( bowling)

9504 90 10

Settijiet ta’ karozzi tat-tlielaq ta’ l-elettriku, li għandhom ix-xeħta ta’ logħob kompetittiv

Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu jinkludu trekkijiet li fihom tnejn jew aktar linji għal tlielaq simultanji ta’ żewġ karozzi jew aktar.

9505

Oġġetti festivi, tal-karnival jew divertiment ieħor, inklużi logħob tal-bużullottisti u ċajt ta' innovazzjoni (novelty jokes)

B'żieda għan-Noti ta' Spjega SA għal titlu 9505, (A), biex ikunu kklassifikati bħala oġġetti festivi, il-prodotti jridu jkunu ta' valur dekorattiv (disinn u ornament) u ddisinjati, manifatturati u rikonoxxuti esklussivament bħala oġġetti festivi. Dawn il-prodotti jintużaw matul ġurnata jew perijodu speċfiku matul is-sena.

Dawn il-prodotti, huma intenzjonati biex jintużaw għal festività speċifika skond il-kostruzzjoni u d-disinn tagħhom (l-istampar, l-ornamenti, is-simboli jew l-iskrizzjonijiet).

”Festività” hija ġurnata jew perijodu speċfiku matul is-sena li tkun distinta minn komunità permezz ta' simboli karatteristiċi u użanzi assoċjati. Xi wħud minn dawn il-festi bdew fl-antikità bl-osservanza ritwali ta' avvenimenti reliġjużi speċifiċi; oħrajn ikunu ċċelebrati bil-kbir u huma importanti fil-ħajja nazzjonali. Eżempji ta' avvenimenti bħal dawn huma l-Milied, l-Għid, Halloween (Lejlet il-Qaddisin kollha), San Valentinu, għeluq is-snin u tiġijiet.

Il-prodotti li ġejjin jitqiesu bħala oġġetti festivi wkoll:

figurini mżejna bi ħwejjeġ festivi, li jirrapreżentaw temi staġjonali jew li jkunu involuti f'attivitajiet staġjonali;

qargħa ħamra aħmar artifiċjali għall-Halloween (imbissma jew le);

oġġetti li tradizzjonalment jintużaw fil-festi ta' l-Għid (per eżempju, bajd ta' l-Għid (li ma jintużax għal raġunijiet ta' ppakkjar), flieles sofor ta' l-Għid u fniek ta' l-Għid) artifiċjali;

tiżjin tal-karti pprintjat, li huwa assoċjat ma' festività partikolari, li jitqiegħed madwar il-kejkijiet;

oġġetti taċ-ċeramika li jkollhom disinni festivi u funzjonijiet dekorattivi.

Oġġetti b'funzjonijiet utilitarji huma esklużi, anke jekk għandhom id-disinn jew it-tiżjin ornamentali xieraq għal festività speċifika.

Dan it-titlu ma jinkludix:

(a)

ġugarelli, li jinkludu annimali mimlijin u logħob;

(b)

kalamiti permanenti mżejnin ('l hekk imsejħa “kalamiti tal-friġġ”);

(ċ)

gwarniċi għar-ritratti;

(d)

bajd artifiċjali ta' l-Għid li jintuża għal finijiet ta' ppakkjar;

(e)

statwi ta' anġli;

(f)

tiżjin f'forma ta' mudell (pereżempju fl-għamla ta' ħendbeg jew qanpiena) li jintuża biex ikunu ppakkjati ċikkulata jew ħelu;

(g)

kontenituri u kaxxi (per eżempju fl-għamla ta' siġra tal-Milied jew Father Christmas);

(h)

gandlieri b'tiżjin festiv;

(ij)

oġġetti taċ-ċeramika li jkollhom disinni festivi u funzjonijiet utilitarji;

(k)

tvalji,għata għall-imwejjedu srievet b'tiżjin festiv;

(l)

ħwejjeġ u kostumi.

9506

Oġġetti u tagħmir għal eżerċizzju fiżiku ġenerali, ġinnastika, atletika, sports ieħor (inkluż tejbiltenis) jew logħob ta’ barra, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitlu; pixxini għall-għawm u pixxini għall-għawm mhux fondi ( paddling pools )

9506 11 10

Skis għall- cross-country

Il-prodotti ta’ dan is-subtitlu huma ħfief ħafna u idjeq minn skis għal niżliet

9506 11 80

Skis oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi skis għal ski-jumpers. Dawn huma skis itwal b’mod konsiderevoli. u usa minn skis tas-silġ ordinarji. Il-wiċċ li m’għandu l-ebda truf, għandu diversi gruvjaturi maqtugħin fih.

9506 29 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi ċrieki għal ma’ l-idejn, ċintorini jew oġġetti simili li jintefħu, mhux mibnija għal skop ta’ sigurta’ jew salvataġġ, li jżommu persuna f’wiċċ l-ilma waqt li tkun qed titgħallem tgħum.

Dan is-subtitlu ma jinkludix:

(a)

ċintorini tas-sigurta’ u ġkieket tas-salvataġġ (materjal kostitwenti),

(b)

oġġetti li jintefħu magħmulin għal-logħob (titlu 9503).

9506 31 00

Stikek, kompluti

Stikek tal-golf għandhom xaft ta’ l-azzar, ta’ l-aluminju jew tal-fibra tal-karbonju, bi gripp tal-ġilda jew gomma fuq tarf wieħed u, fuq l-ieħor, ir-ras ta’ l-azzar jew ta’ l-injam. L-irjus varji għandhom loft differenti biex jipproduċu trajettorja differenti.

9506 32 00

Blalen

Blalen tal-golf għandhom gruvijiet emisferiċi biex jippermettu lill-ballun fly true. Blalen ta’ kompetizzjoni jkollhom piż massimu ta’ 45.93 g u dijametru ta’ mill-inqas 42.67 mm.

9506 40 00

Oġġetti u tagħmir għat-tejbiltenis

Blalen tat-tejbiltenis, li huma sferiċi, huma magħmulin minn ċellulojde jew materjal simili, jiżnu 2,7 g u għandhom dijametru ta’ 40 mm u ċirkonferenza ta’ madwar 12,6 ċm.

Xbieki tat-tejbiltenis ikunu 15,25 ċm għoljin u 183 ċm wiesgħa.

9506 59 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi rakketti tal-badmintin li huma iżgħar u eħfef minn rakketti tat-tenis; huma għandhom xaftijiet irqaq, flessibli ħafna.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll rakketti ta’ l-iskwoxx.

9506 61 00

Blalen tal- lawn-tennis

Blalen ta’ lawn-tennis, li huma ta’ gomma miksija bil-felt, huma bla ħjata. Huma għandhom dijametru ta’ bejn 6.35 ċm u 7.30 ċm. Għandhom piż minimu ta’ 56.00 g u piż massimu ta’ 59.40 g.

9506 62 00

Li jintefħu

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll blalen tal-ġinnastika li jintefħu maħsuba għall-eżerċizzju fiżiku ġenerali.

9506 69 10

Blalen tal-krikit u tal-pulu

Blalen tal-krikit jikkonsistu f’kisja tal-ġilda li fiha stoppa, ċana u sufra kompressata. Huma għandhom ċirkonferenza minn 20,50 sa 22,90 ċm. Huma jiżnu bejn 133 sa 163 g.

Blalen tal-pulu huma magħmulin minn injam, bambu’ jew plastiks; huma għandhom dijametru ta’ bejn 76 u 89 ċm u jiżnu bejn 120 u 135 g.

9506 69 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi “blalen tal-ħeffa ta' l-id (juggling balls)” ta’ kull daqs, disinn u piż, sew għat-tfal kif ukoll għall-adulti.

Dan is-subtitlu jinkludi wkoll l-hekk imsejħa “blalen ta' kontra l-istress”, li għandhom il-forma ta' ballun u jistgħu jiżżejnu b'diversi modi. Is-soltu dawn ikunu magħmula mill-plastik jew mill-gomma u huma intenzjonati li joqogħdu jitgħaffġu fl-idejn.

Image

Image

Image

Madankollu, “oġġetti ta' kontra l-istress” oħra intenzjonati li joqogħdu jitħaddmu fl-idejn, iżda li ma jkunux fil-forma ta' ballum, huma kklassifikati tal it-titlu 9503.

Image

Image

Image

Image

9506 70 10

Pattini tas-silġ

Dan is-subtitlu jinkludi stvali għal pattinaġġ fejn il-pattini jkunu mwaħlin magħhom.

9506 70 30

Skejz bir-roti

Dan is-subtitlu jinkludi stvali għal skezjar fejn l-iskejz ikunu mwaħħlin magħhom.

9506 91 10

Apparat ta’ eżerċizzju b’mekkaniżmi ta’ reżistenza aġġustibbli

Dan is-subtitlu jkopri apparat għall-eżerċizzju bħal, pereżempju, magni għall-qdif, roti ergometriċi, stepper u treadmills, li jistgħu jkunu aġġustati permezz ta’ mekkaniżmu skond l-isforz li min ser jużaha jixtieq jagħmel.

9506 99 10

Tagħmir ta’ krikit u pulu, ħlief blalen

Dan is-subtitlu jinkludi pali tal-krikitt (ta’ injam iebes, b’wisa’ massima ta’ 108 ċm u tul massimu ta’ 96,5 ċm) u mallets tal-pulu.

9506 99 90

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi “frisbees” kemm jekk għal użu minn tfal kif ukoll minn adulti.

9507

Qasab tas-sajd, snanar u tagħmir ieħor tas-sajd bil-lenza; xbieki biex jittella’ l-ħut, xbieki għall-friefet u xbieki simili; “għasafar” tan-nasba (ħlief dawk ta’ titlu 9208 jew 9705 ) u rekwiżiti simili tal-kaċċa jew ta’ l-isparar.

9507 10 00

Qasab tas-sajd

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9507, (3).

9507 90 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi:

1.

xbieki biex jittella’ l-ħut, xbieki għall-friefet u xbieki simili msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9507, (2);

2.

apparat ieħor għas-sajd (ħlief qasab) imsemmi fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9507, (3);

3.

nases għal ikkaċċjar u sparar u rekwiżiti msemmijin fin-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9507, (4).

KAPITLU 96

OĠĠETTI MANIFATTURATI VARJI

9601

Avorju, għadam, qoxra tal-fekruna, qrun, qrun imsaġġrin, qroll, madreperla u materjal ieħor ta’ annimali għall-intaljar maħdum, u oġġetti ta’ dawn il-materjali (inklużi oġġetti magħmulin bil-forma)

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9601, tieni paragrafu.

9602 00 00

Materjal veġetali jew minerali għall-intaljar maħdum u oġġetti ta’ dawn il-materjali; oġġetti ffurmati jew intaljati, ta’ xemgħa ta’ stearina, ta’ gomom naturali jew reżini naturali jew ta’ pasti ta’ l-immudellar, u oġġetti ffurmati jew intaljati oħrajn, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra; ġelatina maħduma, mhux imwebbsa (ħlief ġelatina ta’ titlu 3503 ) u oġġetti ta’ ġelatina mhux imwebbsa

Għad-definizzjoni tat-terminu “maħdum” ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9601, tieni paragrafu, li japplikaw, mutatis mutandis.

Meerschaum agglomerat u ambra agglomerata ppreżentata fil-forma ta’ pjanċi, qasab, stikek u forom simili, mhux maħduma aktar milli sempliċiment iffurmata, taqa’ f’titlu 2530.

9603

Xkupi, xkupilji/pniezel (inklużi xkupilji li jagħmlu partijiet minn magni, tagħmir jew vetturi), tagħmir mekkaniku biex jiknes l-art imħaddem bl-idejn, mhux motorizzat, moppijiet u xkupilji tar-rix għat-tfarfir; għoqod u trofof tax-xagħar ippreparati għall-manifattura ta’ xkupi jew xkupilji/pniezel; kuxxinetti u rombli għaż-żebgħa, squeegees (ħlief squeegees bir-romblu)

9603 10 00

Xkupi u xkupilji, magħmulin minn friegħi żgħar jew minn materjali veġetali oħrajn marbutin flimkien, b’manki jew mingħajrhom

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9603, (A).

9603 21 00 sa 9603 29 80

Xkupilji tas-snien, pniezel tal-leħja, xkupilji tax-xagħar, xkupilji tad-dwiefer, pniezel tax-xagħar ta’ l-għajnejn u xkupilji oħrajn tat-twaletta għal użu fuq il-persuna, inklużi dawk l-ixkupilji li jagħmlu parti minn tagħmir

Pniezel tax-xagħar ta’ l-għajnejn ġeneralment jikkonsistu f’diversi trofof ta’ xagħar imqabbdin f’right angles mal-manku.

Xkupilji tal-ħwejjeġ u xkupilji taż-żraben m’humiex inklużi f’dawn is-subtitli (subtitlu 9603 90 10).

9603 40 90

Kuxxinetti u rombli għaż-żebgħa

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9603, (F), l-ewwel żewġ paragrafi.

9603 90 10

Tagħmir mekkaniku biex jiknes l-art imħaddem bl-idejn, mhux motorizzat

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9603, (Ċ).

9606

Buttuni, molol bil-pressa,molol jingħafsuu buttuni bil-pressa, forom tal-buttuni u partijiet oħrajn ta’ dawn l-oġġetti; buttuni mhux maħdumin ( blanks )

9606 30 00

Forom tal-buttuni u partijiet oħrajn ta’ buttuni; buttuni mhux maħdumin ( blanks)

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9606, raba’ paragrafu, (1), (2) u (3).

9608

Bajrows; pinen bil-ponta tal-feltru u pinen marker s oħrajnbil-ponta poruża; pinen funtana ( fountain pens ), pinen stilografiċi u pinen oħrajn; pinen stilografiċi li jidduplikaw; lapsijiet li tista’ tinbidlilhom il-ponta jew bil-ponta tiżżerżaq (sliding ); tokok tal-pinen, tokok tal-lapsijiet u tokok simili; partijiet (inklużi kapep u klipep) ta’ l-oġġetti msemmijin hawn fuq, ħlief dawk ta’ titlu 9609

9608 10 10 sa 9608 10 99

Bajrows

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9608, (1).

Oġġetti li jaqgħu f’dawn is-subtitli jistgħu jinkorporaw biċċa tal-ħin elettronika (is-soltu b’display diġitali).

9608 30 00

Pinen funtana ( fountain pens ), pinen stilografiċi u pinen oħrajn

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9608, (3).

9608 40 00

Lapsijiet li tista’ tinbidlilhom il-ponta jew bil-ponta tiżżerżaq ( sliding )

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9608, (5).

9608 91 00

Ponot tal-pinen u truf tal-ponot

Dan is-subtitlu jkopri wkoll rjus għal pinen speċjali li jintużaw ma’ stensils.

9608 99 00

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi blalen għal bajrows; huma s-soltu jkunu magħmulin minn karbidju ta’ tungstenu iżda minn metalli oħrajn ukoll (ħlief dawk ta’ l-azzar, titlu 7326 u 8482) u jvarjaw minn 0,6 sa 1,25 mm f’dijametru.

Madanakollu, blalen għal ponot ta’ pinen u truf tal-ponot jaqgħu f’subtitlu 9608 91 00 irrispettivament mill-materjal tagħhom (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9608, partijiet).

9609

Lapsijiet (ħlief lapsijiet ta’ titlu 9608 ), krejons, faħam tal-lapes, pastelli, faħam tal-kannol għat-tpinġija, ġibs għall-kitba jew għat-tpinġija u ġibs tal-ħajjata

9609 10 10 u 9609 10 90

Lapsijiet u krejons, bil-faħam magħluq f’kisja riġida

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9612, l-ewwel paragrafu, (1).

9609 20 00

Faħam tal-lapis, iswed jew ikkulurit

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9609, tielet paragrafu, (7).

9612

Żigarelli tat-tajprajter jew bħalhom, bil-linka jew imħejjijin mod ieħor biex jistampaw, kemm fuq irkiekel jew f’kartriġis kif ukoll jekk le; kuxxinetti tal-linka, bil-linka jew le, bil-kaxex jew le:

9612 10 10 sa 9612 10 80

Żigarelli

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9612, l-ewwel paragrafu, (1).

9612 20 00

Kuxxinetti tal-linka

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9612, l-ewwel paragrafu, (2).

9613

Lajters tas-sigarretti u lajters oħrajn, kemm jekk mekkaniċi jew elettriċi, u partijiet tagħhom ħlief żnied u ftejjel

Dan it-titlu jinkludi lajters li fihom mini-kalkolattriċi elettronika u/jew biċċa tal-ħin elettronika.

9614 00

Pipi tat-tipjip (inklużi bwieqi tal-pipi) u bokkini għal sigarri jew sigarretti, u partijiet tagħhom

9614 00 10

Blokki ta’ injam jew għeruq mhux raffinati, għall-manifattura ta’ pipi

Ara n-Noti ta’ Spjega SA għal titlu 9614, l-ewwel paragrafu, (4).

9619 00

Xugamani sanitarji u tampuni, ħrieqi u qliebi għat-trabi u oġġetti simili, ta' kwalunkwe materjal

9619 00 30

Ta' ikkuttunar ta' materjali tat-tessuti

Dan is-subtitlu jinkludi assorbenti iġjeniċi u tampuni, ħrieqi u qliebi għat-trabi u oġġetti iġjeniċi simili, ta' materjal artab magħmulin minn ikkuttunar, kemm jekk b'kisja jew le li tkun maħduma bil-labar jew b'xogħol miftuħ minsuġ b'mod maħlul.

9619 00 79

Oħrajn

Dan is-subtitlu jinkludi protezzjonijiet ta' qliezet ta' taħt ta' l-irġiel.


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(3)  ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1.

(4)  ĠU C 316, 16.9.2014, p. 2.

(5)  ĠU L 312, 31.10.2014, p. 1.

(6)  ĠU C 105, 11.4.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1362/2013 tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabilixxi l-metodi għall-ittestjar sensorjali ta' tjur imħawwar u mhux imsajjar għall-għanijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu fin-Nomenklatura (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 9).

(9)  L-istat gass huwa osservat fi 15 °Ċ u taħt pressa ta’ 1 013 millibar.

(10)  Termini korrispondenti: – Negattivi dupe: contretype négatif (Franċiż) – Dup Negativ (Ġermaniż) – controtipi negativi (Taljan) – duplicaat – negatief (Olandiż). – Negattivi intermedji, internegattivi: internégatif (Franċiż) – Zwischennegativ ({ermani) – internegativi (Taljan) – internegatief (Olandiż).