14.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/18


Avviż lill-intrapriżi li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea fl-2016 u lill-impriżi li fl-2016 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi

(2015/C 55/11)

1.

Dan l-Avviż indirizzat lill-intrapriżi li jirrigwardahom ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) (ir-Regolament) u li fl-2016 biħsiebhom:

(a)

jimportaw jew jesportaw lejn jew mill-Unjoni Ewropea s-sustanzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament, jew

(b)

jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi.

2.

Huma kkonċernati l-gruppi ta’ sustanzi li ġejjin:

Grupp I

:

CFC 11, 12, 113, 114 jew 115

Grupp II

:

CFCs oħrajn kompletament aloġenati

Grupp III

:

alon 1211, 1301 jew 2402

Grupp IV

:

tetraklorur tal-karbonju

Grupp V

:

1,1,1 trikloroetan

Grupp VI

:

bromur tal-metil

Grupp VII

:

idrobromofluwokarburi

Grupp VIII

:

idroklorofluworokarburi

Grupp IX

:

bromoklorometan

3.

Kwalunkwe importazzjoni jew esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati (2) teħtieġ liċenzja maħruġa mill-Kummissjoni, għajr għal każijiet ta’ proċedura ta’ tranżitu, ta’ ħażna temporanja, ta’ ħażna doganali jew ta’ proċedura ta’ żona libera kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (3), li ma ddumx iktar minn 45 jum. Kwalunkwe produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użu essenzjali fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.

4.

Barra minn hekk, l-attivitajiet li ġejjin huma soġġetti għal limiti kwantitattivi:

(a)

Il-produzzjoni u l-importazzjoni għal użi fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi,

(b)

L-importazzjoni għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi kritiċi (aloni),

(c)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użu bħala materja prima,

(d)

L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi bħala aġenti ta’ proċess.

Il-Kummissjoni talloka kwoti għal (a), (b), (c) u (d). Il-kwoti huma stabbiliti fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet tal-kwota u:

skont l-Artikolu 10(6) tar-Regolament u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta' analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (4) għall-każ (a) ta’ hawn fuq,

skont l-Artikolu 16 tar-Regolament għall-każijiet (b), (c) u (d) ta’ hawn fuq.

Għall-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 4

5.

Kull impriża li fl-2016 tixtieq timporta jew tipproduċi sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi essenzjali ta’ analiżi, jew li tixtieq timporta sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użu bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti ta’ proċess għandha ssegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 6 sa 9.

6.

F’każ li tkun għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS (https://webgate.ec.europa.eu/ods2), l-impriża għandha tagħmel dan qabel it-18 ta’ Mejju 2015.

7.

L-impriża għandha tlesti u tippreżenta formola ta’ applikazzjoni għall-kwota li hija disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Il-formola ta’ applikazzjoni għall-kwota se tkun disponibbli onlajn fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS mit-18 ta’ Mejju 2015.

8.

Il-formoli ta’ applikazzjoni għall-kwota mimlija kif suppost u mingħajr żbalji li jaslu sat-18 ta’ Ġunju 2015 biss jitqiesu bħala validi mill-Kummissjoni.

L-impriżi huma mħeġġa jissottomettu l-formoli tagħhom ta’ applikazzjoni għall-kwota kemm jista’ jkun malajr u suffiċjentament qabel id-data tal-iskadenza sabiex ikunu jistgħu jsiru korrezzjonijiet u sottomissjonijiet mill-ġdid possibbli qabel id-data tal-iskadenza.

9.

Is-sottomissjoni ta’ formola ta’ applikazzjoni għall-kwota weħidha ma tagħti l-ebda dritt ta’ importazzjoni jew ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi ta’ analiżi, jew għall-importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użu bħala materja prima, jew għal użu bħala aġenti ta’ proċess. Qabel importazzjoni jew produzzjoni ta’ dan it-tip isseħħ fl-2016, l-impriżi għandhom japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja, li hija disponibbli onlajn fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.

Għall-importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 u għall-esportazzjoni

10.

Kull impriża li fl-2016 tkun tixtieq tesporta sustanzi kkontrollati jew timporta sustanzi kkontrollati għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 għandha ssegwi l-proċedura spjegata fil-paragrafi 11 u 12.

11.

L-impriża, li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS, għandha tagħmel dan mill-iktar fis possibbli.

12.

Qabel ma ssir importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jew qabel ma sseħħ l-esportazzjoni fl-2016, l-impriżi għandhom japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja disponibbli onlajn fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.


(1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

(2)  Għandu jiġi nnotat li huma permessi biss l-importazzjoni jew l-esportazzjoni eżentati mill-projbizzjoni ġenerali dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni skont l-Artikoli 15 u 17.

(3)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4.