|
4.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/5 |
L-informazzjoni li tirreferi għall-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji ta’ obbligi ta’ manteniment (1)
(2015/C 38/06)
Lista 1
L-ismijiet tal-qrati jew l-awtoritajiet b'kompetenza li jittrattaw rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà f'konformità mal-Artikolu 27(1) huma dawn li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju, il-Qorti tal-Prim’Istanza (“tribunal de première instance”/“rechtbank van eerste aanleg”/“erstinstanzliches Gericht”), |
|
— |
fil-Bulgarija, il-Qorti Distrettwali (“окръжния съд”), |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, il-Qorti Distrettwali (“okresní soud”); fi Praga, is-Circuit Court (“obvodní soud”); f'Brno, il-Qorti Muniċipali (“městský soud”), |
|
— |
fid-Danimarka, l-Amministrazzjoni tal-Istat għad-Danimarka (“Statsforvaltningen”), |
|
— |
fil-Ġermanja:
|
|
— |
fl-Estonja, il-Qorti tal-Kontea (“maakohtud”), |
|
— |
fil-Greċja, il-Qorti tal-Prim’Istanza (“Μονομελές Πρωτοδικείο”), |
|
— |
fi Spanja, il-Qorti tal-Prim’Istanza (“Juzgado de Primera Instancia”), |
|
— |
fi Franza, il-President tal-Qorti Reġjonali (“tribunal de grande instance”) jew il-President tal-Kamra tan-Nutara (“Président de la Chambre des Notaires”), |
|
— |
fil-Kroazja, il-Qorti Muniċipali (“Općinski sud”), |
|
— |
fl-Irlanda, il-Master tal-Qorti Superjuri (“High Court”), |
|
— |
fl-Italja, il-Qorti tal-Appell (“Corte d’appello”), |
|
— |
f’Ċipru, il-Qorti Distrettwali tal-Familja (“Οικογενειακó Δικαστήριο”) f’Nikosija, Limassol, Larnaka/Famagusta u Paphos, |
|
— |
fil-Latvja, il-Qorti Distrettwali (jew tad-Distrett Urban) (“rajona (pilsētas) tiesa”), |
|
— |
fil-Litwanja, il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (“Lietuvos apeliacinis teismas”), |
|
— |
fil-Lussemburgu, il-President tat-“Tribunal d’arrondissement”, |
|
— |
fl-Ungerija, il-Qrati Distrettwali (“Járásbíróság”) sitwati fis-sede tal-Qorti Reġjonali (“Törvényszék”); f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda (“Budai Központi Kerületi Bíróság”), |
|
— |
f’Malta, il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-imħallfin li jkunu qed jisimgħu rikorsi għal kumpens temporanju fil-Qorti Distrettwali (“voorzieningenrechter van de Rechtbank”), |
|
— |
fl-Awstrija, il-Qorti Distrettwali (“Bezirksgericht”), |
|
— |
fil-Polonja, il-Qorti Distrettwali (“sądy okręgowy”), |
|
— |
fil-Portugall, il-Qrati Distrettwali tal-Familja u tal-Minuri (“Secções de família e menores das instâncias centrais”) u f'taqsimiet oħra tal-Qrati Distrettwali (“Secções de competência genérica ou cível das instâncias locais”), skont il-qrati li jkunu jeżistu f'dik il-ġuriżdizzjoni territorjali, |
|
— |
fir-Rumanija, it-Tribunal (“Tribunalul”), |
|
— |
fis-Slovenja, il-Qorti Distrettwali (“okrožno sodišče”), |
|
— |
fis-Slovakkja, il-Qorti Distrettwali (“okresný súd”), |
|
— |
fil-Finlandja, il-Qorti Distrettwali (“käräjäoikeus”/“tingsrätt”), |
|
— |
fl-Isvezja, il-Qorti tal-Appell ta’ Svea (“Svea hovrätt”), |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
Lista 2
L-ismijiet tal-qrati b'kompetenza li jittrattaw appelli kontra deċiżjonijiet dwar rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà f'konformità mal-Artikolu 32(2) huma dawn li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju, għall-intimat, il-Qorti tal-Prim'Istanza (“tribunal de première instance”/“rechtbank van eerste aanleg”/“erstinstanzliches Gericht”) u, fil-każ tal-appellant, il-Qorti tal-Appell (“cour d’appel”/“hof van beroep”), |
|
— |
fil-Bulgarija, il-Qorti tal-Appell ta’ Sofija (“Cофийския Апелативен съд”), |
|
— |
Fir-Repubblika Ċeka, il-Qorti Reġjonali (iktar ’il quddiem il-“Krajský soud”), permezz tal-qorti Distrettwali (“okresní soud”) li ħarġet id-deċiżjoni; fi Praga, il-Qorti Muniċipali (“městský soud”), permezz tas-Circuit Court (“obvodní soud”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni; f'Brno, il-Qorti Reġjonali (“krajský soud”), permezz tal-Qorti Muniċipali (“městský soud”), li tkun ħarġet id-deċiżjoni, |
|
— |
fid-Danimarka, il-Bord Nazzjonali Soċjali ta' Appell, Taqsima tal-Affarijiet tal-Familja (“Ankestyrelsen, Familieretsafdelingen”), |
|
— |
fil-Ġermanja, il-Qorti Reġjonali Superjuri (“Oberlandgericht”) permezz tal-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni, |
|
— |
fl-Estonja, is-Circuit Court (“ringkonnakohtuf”), |
|
— |
fil-Greċja, il-Qorti tal-Appell (“Εφετείο”) fil-ġuriżdizzjoni reġjonali tal-qorti tal-prim'istanza li tkun ħarġet id-deċiżjoni, |
|
— |
fi Spanja, il-Qorti Provinċjali (“audencia provincial”), |
|
— |
fi Franza, il-Qorti tal-Appell (“Cour d'appel”), |
|
— |
fil-Kroazja, il-Qorti tal-Kontea (“županijski sud”) permezz tal-Qorti Muniċipali (“Općinski sud”) jiġifieri l-Qorti ta' Prim’Istanza li tkun ħadet id-deċiżjoni, |
|
— |
fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (“High Court”), |
|
— |
fl-Italja, il-Qorti tal-Appell (“Corte d’appello”), |
|
— |
f'Ċipru, il-Qorti tal-Appell tal-Familja (“Δευτεροβάθμιο Οικογενειακό Δικαστήριο”), |
|
— |
fil-Latvja, il-Qorti Reġjonali (“apgabaltiesā”), permezz tad-Qorti Distrettwali rilevanti (jew tad-Distrett Urban) (“rajona (pilsētas) tiesa”), |
|
— |
fil-Litwanja, il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (“Lietuvos apeliacinis teismas”), |
|
— |
fil-Lussemburgu, il-Qorti Superjuri li tkun qed tisma’ l-appell (“Cour supérieure de Justice siégeant en matière d’appel civil”), |
|
— |
fl-Ungerija, il-Qrati Reġjonali (“Törvényszékek”); f’Budapest, il-Qorti Reġjonali ta' Budapest-Kapitali (“Fővárosi Törvényszék”), |
|
— |
f’Malta, il-Qorti tal-Appell, |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Qorti Distrettwali (“Rechtbank”), tal-imħallef sostitut temporanju li jkun ħareġ deċiżjoni dwar ir-rikors, |
|
— |
fl-Awstrija, il-Qorti Reġjonali (“Landesgericht”) permezz tal-Qorti Distrettwali (“Bezirksgericht”), li tkun ħarġet id-deċiżjoni, |
|
— |
fil-Polonja, il-Qorti tal-Appell (“Sąd apelacyjny”), permezz tal-Qorti Reġjonali (“sąd rejonowy”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni, |
|
— |
fil-Portugall, il-Qorti tal-Appell (“Tribunal da Relação”), |
|
— |
fir-Rumanija, il-Qorti tal-Appell (“Curtea de apel”), |
|
— |
fis-Slovenja, il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni, |
|
— |
fis-Slovakkja, il-Qorti Reġjonali (“krajský súd”), permezz tal-Qorti Distrettwali (“okresný súd”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni, |
|
— |
fil-Finlandja, il-Qorti tal-Appell (“hovioikeus”/“hovrätt”), |
|
— |
fl-Isvezja, il-Qorti tal-Appell ta’ Svea (“Svea hovrätt”), |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
Lista 3
Il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 33 huma dawn li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju, l-appelli fuq punti ta' liġi jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (“pourvoi en cassation devant la Cour de cassation”) kontra sentenza mogħtija fl-appell, |
|
— |
fil-Bulgarija, l-appelli jsiru quddiem il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni (“върховния касационен съд”), |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, it-talbiet għal annullament (“žaloba pro zmatečnost”) skont l-Artikolu 229 et seq. tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, it-talbiet għal proċess ġdid (“zaloba na obnovu rizeni”) skont l-Artikolu 228 et seq. tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-appelli fuq punt ta’ liġi (“dovolání”) skont l-Artikolu 236 et seq. tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u, f’ċerti każijiet, f’konformità mal-Artikolu 30 tal-Proċedimenti Ġudizzjarji Speċjali jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Suprema kontra sentenza tal-appell. |
|
— |
Fid-Danimarka, deċiżjonijiet meħuda mill-Bord ta’ Appell Soċjali Nazzjonali, id-Diviżjoni tal-Affarijiet tal-Familja (“Ankestyrelsen, Familieretsafdelingen”) jistgħu jiġu eżaminati mill-qrati skont l-Artikolu 63 tal-Kostituzzjoni. Kawżi li jeħtieġu analiżi ta’ deċiżjoni mill-Bord Nazzjonali ta' Appell Soċjali, Diviżjoni tal-Affarijiet tal-Familja, jistgħu jitressqu quddiem il-qorti fil-ġuriżdizzjoni tad-domiċilju tal-kwerelant fid-Danimarka, jekk il-kwerelant għandu domiċilju fid-Danimarka. Jekk hu jew hi ma jkunux domiċiljati fid-Danimarka, il-kawża trid titressaq quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ Kopenħagen (“Københavns Byret”). L-appelli kontra kwalunkwe deċiżjoni mill-Qorti Distrettwali ta’ Kopenħagen jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Superjuri (“landsretten”); l-appelli kontra kwalunkwe deċiżjoni minn din tal-aħħar jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Suprema (“Højesteret”), sakemm il-Bord tal-Permess tal-Appelli (“Procesbevillingsnævnet”) jagħti l-kunsens tiegħu. Meta tirċievi rikors minn xi parti, il-Qorti Distrettwali ta’ Kopenħagen tista’ tirreferi l-kawża għal analiżi mill-Qorti Superjuri jekk ikun hemm involuta xi kwistjoni ta' prinċipju. |
|
— |
fil-Ġermanja, jistgħu jitressqu appelli ulterjuri (“Rechtsbeschwerde”) quddiem il-Qorti Federali tal-Ġustizzja (“Bundesgerichtshof”). L-appell ulterjuri jrid jiġi ppreżentat fi żmien xahar min-notifika tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, |
|
— |
fl-Estonja, l-appelli quddiem il-Qorti Suprema (“Riigikohus”) (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, l-Artikolu 625 u l-Artikoli 695 sa 701), |
|
— |
fil-Greċja, l-appelli fil-kassazzjoni (“αίτηση αναίρεσης”) jitressqu quddiem il-Qorti Suprema Ċivili u Kriminali (“Areios Pagos” jew “Άρειος Πάγος”), |
|
— |
fi Spanja, l-appelli straordinarji bbażati fuq ksur proċedurali jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja f’kull komunità awtonoma (“Tribunal Superior de Justicia, en cada Comunidad autónoma”) u l-appelli fil-kassazzjoni jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Suprema (“recurso de casación ante el Tribunal Supremo”). Dawn l-appelli huma rregolati rispettivament mill-Kapitoli IV u V, “Appell straordinarju bbażat fuq ksur proċedurali” (“Del recurso extraordinario por infracción procesal”) u l-“Appell fil-kassazzjoni” (“Del recurso de casación”) |
|
— |
fi Franza, l-appelli fuq punt ta’ liġi (“pourvoi en cassation”) jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni, li hija rregolata mir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 973-982 u 1009-1031 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, |
|
— |
fil-Kroazja, rieżami quddiem il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (“Vrhovni sud Republike Hrvatske”), permezz tal-Qorti Muniċipali (“Općinski sud”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni fil-Prim'Istanza, skont l-Artikoli 382-400 tal-Att tal-Proċedura Ċivili jew proċess mill-ġdid wara mozzjoni minn waħda mill-partijiet ippreżentata lill-Qorti Muniċipali (“Općinski sud”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni fil-Prim'Istanza, skont l-Artikoli 421-428 tal-Att tal-Proċedura Ċivili, |
|
— |
fl-Irlanda, l-appelli fuq punt ta' liġi jsiru lill-Qorti tal-Appell (“Court of Appeal”); (Madankollu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Irlandiża, il-Qorti Suprema jkollha ġuriżdizzjoni ta' appell minn deċiżjoni tal-Qorti Superjuri jekk tkun sodisfatta li jkun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li minħabba fihom ikun xieraq li jsir appell dirett lilha. Il-Qorti Suprema jkollha wkoll ġuriżdizzjoni ta' appell minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell jekk tkun sodisfatta li jkun ġew sodistatti ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kostituzzjoni), |
|
— |
fl-Italja, il-proċeduri ordinarji u straordinarji biex jiġu kkontestati tali deċiżjonijiet huma appelli quddiem il-Qorti ta’ Kassazzjoni, revoka mill-istess qorti u kontestazzjonijiet ta' partijiet terzi (“Ricorso per cassazione; Revocazione; Opposizione di terzo”), |
|
— |
f’Ċipru, ma jista' jsir l-ebda appell ulterjuri lil xi qorti oħra, |
|
— |
fil-Latvja, l-appelli jitressqu quddiem il-Qorti Suprema, permezz tal-Qorti Reġjonali rilevanti (“pārsūdzēt Augstākajā tiesā ar attiecīgās apgabaltiesas starpniecību”), |
|
— |
fil-Litwanja, l-appelli fil-kassazzjoni jitressqu quddiem il-Qorti Suprema tal-Litwanja (“Lietuvos Aukščiausiasis Teismas”). Meta jintlaqa’ appell quddiem il-qorti tal-kassazzjoni, dan jiddaħħal bi prijorità fil-lista ta' kawżi li għandhom jinstemgħu fil-kassazzjoni mill-Qorti Suprema. Il-Qorti Suprema tistabbilixxi skadenza ta’ mhux iktar minn 14-il jum biex jiġu ppreżentati r-risposti tal-appell. Fin-notifika tagħha tad-dħul tal-appell fil-lista tal-kawżi li għandhom jinstemgħu fil-kassazzjoni mill-Qorti Suprema (l-Artikolu 350(7) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), il-Qorti Suprema tinnotifika lill-partijiet u lil persuni oħra involuti fil-każ dwar l-iskadenza stabbilita għar-risposta tal-appell. Il-partijiet iridu, u persuni oħra involuti fil-każ jistgħu, jissottomettu risposta bil-miktub għall-appell sad-data tal-iskadenza stabbilita mill-Qorti Suprema. Dik l-iskadenza hija kkalkulata mid-data li fiha l-appell jiddaħħal fil-lista ta' kawżi li għandhom jinstemgħu fil-kassazzjoni mill-Qorti Suprema, |
|
— |
fil-Lussemburgu, id-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel appell tista’ tiġi kkontestata biss permezz ta’ appell ulterjuri fuq punt ta’ liġi (“pourvoi en cassation”) quddiem il-Qorti ta’ Kassazzjoni, |
|
— |
fl-Ungerija, it-talbiet għal reviżjoni (“felülvizsgálati kérelem”) jiġu deċiżi mill-Qorti Suprema (Curia), permezz tal-qorti tal-Qorti Distrettwali (“Járásbíróság”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni fl-ewwel istanza, |
|
— |
f'Malta ma jista' jsir l-ebda appell ulterjuri lil xi qorti oħra, |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-appelli fil-kassazzjoni jitressqu quddiem il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi (“Hoge Raad der Nederlanden”). Il-kassazzjoni tista' tikkunsidra biss punti ta’ liġi. Il-Qorti Suprema tistħarreġ biss jekk il-liġi, inklużi r-regoli proċedurali, tkunx ġiet applikata b’mod korrett. Fi kwistjonijiet ta’ fatt hija marbuta b’dak li jkun ġie stabbilit fis-sentenza kkontestata. Il-partijiet f’appelli fil-kassazzjoni jkunu rrappreżentati minn avukat fil-Qorti Suprema. Fil-proċedimenti b'rikors, ikun ippreżentat rikors li jispjega ir-raġunijiet tal-appell. Il-konvenut jista’ jressaq in-nota tal-eċċezzjonijiet fi żmien tliet ġimgħat (jew perjodu differenti ta’ żmien li jkun determinat mill-Qorti Suprema). Jekk jitqies li jkun fl-interess tal-kawża, l-avukati jistgħu jipprovdu kjarifikazzjoni. Il-Prokuratur Ġenerali tal-Qorti Suprema jipproduċi opinjoni bil-miktub, u mbagħad il-Qorti Suprema toħroġ id-deċiżjoni tagħha, |
|
— |
fl-Awstrija, l-appell (“Revisionsrekurs”) skont l-Artikoli 78(1) u 84(4) tal-Kodiċi għall-Eżekuzzjoni (“Exekutionsordnung”) flimkien mal-Artikolu 528 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (“Zivilprozessordnung”) irid jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti Distrettwali (il-qorti tal-ewwel istanza), li tirrinvijaha quddiem il-Qorti Suprema għal deċiżjoni. |
|
— |
fil-Polonja, l-appelli fil-kassazzjoni (“skarga kasacyjna”) (l-Artikoli 3981-39821 tal-Kodiċi Pollakk tal-Proċedura Ċivili), jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Suprema Pollakka (“Sąd Najwyższy”). L-appell fil-kassazzjoni jrid jiġi rreġistrat mal-Qorti Suprema permezz tal-Qorti tal-Appell (“Sąd apelacyjny”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata (L-Artikolu 3985(1) f'rabta mal-Artikolu 11511(3) tal-Kodiċi Pollakk ta’ Proċedura Ċivili), |
|
— |
fil-Portugall, l-appelli quddiem il-Qorti Suprema (“Supremo Tribunal de Justiça”) jistgħu jsiru biss fuq punt ta’ liġi, |
|
— |
fir-Rumanija, deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata permezz ta' appell ulterjuri quddiem il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja (“l-Înalta Curte de casaţie şi justiţie”) (l-Artikolu 97(1) tal-Liġi Nru 134/2010, dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), |
|
— |
fis-Slovenja, l-appelli jsiru quddiem il-Qorti Suprema (“Vrhovno sodišče Republike Slovenije”), |
|
— |
fis-Slovakkja, l-appelli straordinarji (“dovolanie”) skont l-Artikoli 236-243d tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika Slovakka, isiru quddiem il-Qorti Suprema (“najvyšší súd”), permezz tal-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata, |
|
— |
fil-Finlandja, l-appelli jsiru quddiem il-Qorti Suprema (“korkein oikeus/högsta domstolen”). Persuna li tkun tixtieq tappella sentenza għandha tressaq talba għal awtorizzazzjoni għal dan mill-Qorti Suprema (“awtorizzazzjoni għall-appell”). L-awtorizzazzjoni biex isir l-appell tista’ tingħata biss jekk ikun importanti li l-każ jitressaq quddiem il-Qorti Suprema għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi f’każijiet simili oħra jew minħabba l-uniformità tal-prattika legali. L-awtorizzazzjoni biex isir l-appell tista’ tingħata wkoll jekk ikun hemm raġuni speċjali għal dan minħabba xi żball proċedurali jew ta' xi natura oħra li jkun sar fil-każ li fuq il-bażi tiegħu s-sentenza jkollha tinqaleb jew tiġi annullata; jew jekk ikun hemm raġuni importanti oħra għall-għoti tal-awtorizzazzjoni għall-appell. L-istruzzjonijiet tal-appell ikunu mehmuża mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell. L-istruzzjonijiet jindikaw għal liema raġunijiet tkun tista' bil-liġi tingħata l-awtorizzazzjoni għall-appell u kif il-persuna li titlob awtorizzazzjoni biex tagħmel appell għandha tipproċedi sabiex l-appell ikun jista' jinstema’ mill-Qorti Suprema. L-iskadenza biex tintalab awtorizzazzjoni biex isir appell u biex jiġi ppreżentat l-appell hija ta' 60 jum mid-data li fiha d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell tkun saret disponibbli għall-partijiet, |
|
— |
fl-Isvezja, l-appelli jsiru lill-Qorti Suprema (“Högsta domstolen”). Appell għandu jiġi ppreżentat lill-Qorti tal-Appell ta’ Svea, |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
Lista 4
Il-proċedura ta’ rieżami għall-finijiet tal-Artikolu 19 kif ukoll l-ismijiet tal-qrati b’ġuriżdizzjoni huma dawn li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju, […], |
|
— |
fil-Bulgarija, il-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni (“Bърховния касационен съд”), |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, il-Qorti Distrettwali (“okresní soud”) li tkun ħarġet is-sentenza fil-prim'istanza. Hemm possibilità ta' appell minn deċiżjonijiet li jiċħdu rikors għal rieżami. |
|
— |
fid-Danimarka, mhux applikabbli, |
|
— |
fil-Ġermanja, il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni. Jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 ikunu ġew issodisfati, id-dispożizzjonijiet dwar is-sentenzi mogħtija f’każ ta’ kontumaċja japplikaw b’analoġija. Jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 ma jkunux ġew issodisfati, il-qorti tiċħad ir-rikors b’deċiżjoni. Id-deċiżjoni tista' tittieħed mingħajr l-ebda proċedura orali, |
|
— |
fl-Estonja, il-Qorti tal-Kontea (“maakohtud”), Il-proċedura titmexxa b’konformità mad-dispożizzjonijiet li tingħata deċiżjoni dwar petizzjonijiet biex tiġi annullata sentenza mogħtija f’kontumaċja, sal-punt li dan ma jkunx stipulat mod ieħor fir-Regolament, |
|
— |
fil-Ġreċja, il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni. |
|
— |
fi Spanja, il-Qorti tal-Prim’Istanza (“Juzgado de Primera Instancia”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni. Il-proċedura ta’ rieżami titmexxa skont il-Kapitolu II, “Appelli għal rieżamijiet ġudizzjarji u mozzjonijiet biex jiġu annullati sentenzi” (“De los Recursos de reposición y revision”), tat-Titolu IV tal-Liġi 1/2000 dwar Proċeduri Ċivili, |
|
— |
Fi Franza, l-appell jista’ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Appell (“court d'appel”) b’ġuriżdizzjoni fuq il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata, |
|
— |
fil-Kroazja, il-Qorti Muniċipali (“Općinski sud”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni fil-prim'istanza. Il-proċedura għandha tkun mibdija fuq it-talba tal-Parti (skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 421-428 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili) fi żmien 45 jum mid-data meta l-konvenut ikun ġie mgħarraf effettivament bil-kontenut tas-sentenza u seta’ jirreaġixxi, u mhux aktar tard mid-data tal-ewwel miżura ta’ eżekuzzjoni li jkollha l-effett li l-proprjetà tiegħu issir parzjalment jew kollha kemm hi indisponibbli. Skont l-Artikolu 117 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, il-parti tkun tista’ tippreżenta mozzjoni biex tirrestawra sitwazzjoni preċedenti u tali mozzjoni trid tiġi sottomessa lill-qorti li kellha tieħu azzjoni li ma tkunx ġiet meħuda, |
|
— |
fl-Irlanda, il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni (il-Qorti Superjuri, is-Circuit Court, il-Qorti Distrettwali). Ir-Regoli tal-Qorti rilevanti jinsabu hawn:
|
|
— |
fl-Italja, il-Qorti Ordinarja (“tribunal ordinari”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni, |
|
— |
f’Ċipru, il-Qorti Distrettwali tal-Familja (“Οικογενειακó Δικαστήριο”) li tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata. Ir-rieżemi f'dawk il-każijiet previsti f’dan l-Artikolu jsir fuq rikors għall-annullament skont l-Ordni 48, Regola 9(h) u (n) tar-Regoli ta’ Proċedura Ċivili, |
|
— |
fil-Latvja:
Rikors ma jistax isir jekk ikun skada l-perjodu li fih id-dokument ta' eżekuzzjoni li jirrigwardja d-deċiżjoni rilevanti jkun jista' jiġi ppreżentat. Meta tkun qed teżamina rikors, il-Qorti teżamina jekk iċ-ċirkostanzi indikati mir-rikorrent jistgħux jitqiesu bħala ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-rieżami tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament. Jekk il-Qorti tikkonkludi li ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw rieżami tas-sentenza, hija tħassar kompletament is-sentenza kkontestata u tirrinvija l-kwistjoni għal analiżi mill-ġdid quddiem il-Qorti tal-prim’istanza. Jekk il-qorti tqis li ċ-ċirkostanzi indikati fir-rikors ma kinux jiġġustifikaw ir-rieżami tas-sentenza, hija tiċħad ir-rikors. Jista’ jsir ilment anċillari fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Qorti, |
|
— |
fil-Litwanja, il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni: il-Qrati Distrettwali u Reġjonali (“apylinkių teismai”, “apygardų teismai”). Ladarba l-Qorti tkun laqgħet rikors, din tibgħat kopja ta’ dak ir-rikors flimkien mal-annessi tiegħu lill-parti l-oħra u tinfurmaha li trid tippreżenta r-risposta bil-miktub fi żmien 14-il jum mid-data li fiha jkun ġie ppreżentat ir-rikors. Rikors għal rieżami ta’ deċiżjoni dwar obbligi ta’ manteniment tiġi eżaminata mill-qorti permezz ta’ proċedura bil-miktub. Jekk tqis li jkun meħtieġ, il-Qorti tista' ssejjaħ proċedimenti orali biex tisma’ r-rikors. Il-Qorti trid teżamina rikors sa mhux aktar tard minn 14-il jum wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tar-risposti u trid tagħti deċiżjoni dwar waħda mill-possibilitajiet ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament, |
|
— |
fil-Lussemburgu, il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni. Ir-rikors irid tiġi ppreżentat skont il-modalitajiet li japplikaw quddiem il-qorti li tkun tat id-deċiżjoni soġġetta għal rieżami:
|
|
— |
Fl-Ungerija, il-Qorti Distrettwali (“Járásbíróság”) fil-prim’istanza, skont ir-regoli tar-ritrattazzjoni (Att III tal-1952 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-Kapitolu XIII, l-Artikoli 260-269), |
|
— |
f’Malta, il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). Il-proċedura ta’ rieżami għall-fini tal-Artikolu 19 hija stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Ordni dwar l-Obbligi Internazzjonali ta’ Manteniment, 2011 (AL452/11) dwar “proċedura ta’ reviżjoni”, |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni. Din tista' tkun il-Qorti Distrettwali (“Rechtbank”), jew il-Qorti tal-Appell (“Gerechtshof”), |
|
— |
fl-Awstrija, il-Qorti tal-Prim’Istanza, li jew tiddeċiedi hija stess dwar il-kwistjoni (fil-każ ta’ eżenzjoni, pereżempju) jew inkella tirrinvijaha għal Qorti superjuri għal deċiżjoni:
|
|
— |
fil-Polonja, il-proċedura ta’ rieżami għall-finijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament hija l-proċedura biex tiġi annullata deċiżjoni mogħtija f’kawża dwar manteniment irregolata bl-Artikolu 11442 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Mozzjoni biex jinbdew proċedimenti bħal dawn għandha tiġi ppreżentata lill-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata. Dan ifisser li, skont liema qorti tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata dwar manteniment, il-qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament 4/2009 tista’ tkun:
|
|
— |
fil-Portugall, il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni li tkun trid tiġi rieżaminata. Il-proċedura ta' rieżami għall-finijiet tal-Artikolu 19 hija r-rikors għal rieżami stipulata fl-Artikolu 696(e) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili u l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 140 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. |
|
— |
fir-Rumanija, il-Qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni, normalment il-Qorti Distrettwali (“Judecătoria”) jew it-Tribunal (“Tribunalul”). F'konformita mal-Artikolu 505(1) tal-Liġi Nru 134/2010, dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, rikors għal annullament għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni kkontestata filwaqt li, skont l-Artikolu 510(1) tal-Liġi Nru 134/2010, dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, talba għal rieżami għandha tiġi ppreżentata fil-qorti li tkun tat id-deċiżjoni definittiva kkontestata, |
|
— |
fis-Slovenja, il-Qorti Distrettwali (“okrožno sodišče”), b’mod partikolari l-qorti li tkun ħarġet deċiżjoni fil-prim'istanza. Il-proċeduri ta’ rieżami għall-finijiet tal-Artikolu 19 huma “l-ftuħ mill-ġdid tal-kawża” (l-Artikoli 394-401 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili) jew “Talba għar-restawr tas-sitwazzjoni kif inhi” (l-Artikoli 116-120), |
|
— |
fis-Slovakkja, il-qrati huma intitolati jirrieżaminaw id-deċiżjonijiet permezz ta' proċess mill-ġdid skont l-Artikoli 228-235 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika Slovakka. Ir-rikors għal proċess ġdid tiġi rieżaminata mill-Qorti Distrettwali (“okresný súd”) li tkun iddeċidiet dwar il-merti tal-kawża fil-prim'istanza, |
|
— |
fil-Finlandja, il-Qorti li tkun ħarġet is-sentenza finali fil-kawża. Il-proċedura li tapplika mutatis mutandis hija stipulata fl-Artikoli 3-5 u 14a tal-Kapitolu 31 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja. |
|
— |
fl-Isvezja, il-Qorti tal-Appell (“hovrätt”) meta r-rikors għal rieżami jkun jikkonċerna deċiżjoni minn Qorti Distrettwali (“tingsrätt”) jew l-Awtorità Svediża tal-Eżekuzzjoni (“Kronofogdemyndigheten”). Ir-rikors irid isir bil-miktub u r-rikorrent irid jispeċifika r-rikors liema deċiżjoni jikkonċerna. Ir-rikors irid jinkludi wkoll ir-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat ir-rikors u l-evidenza dokumentata, u evidenza oħra, li għalihom ir-rikorrent ikun jixtieq jirreferi. Ir-rikors irid jiġi kkomunikat lill-parti jew lill-partijiet l-oħra. |
|
— |
fir-Renju Unit, mhux applikabbli, |
Lista 5
L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Awtoritajiet Ċentrali, u fejn ikun il-każ, il-firxa tal-funzjonijiet tagħhom, skont l-Artikolu 49(3), huma dawn li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju, is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja (“Service public fédéral Justice”): Boulevard de Waterloo 115, 1000 Brussels; Faks +32 25427006;
|
|
— |
fil-Bulgarija, il-Ministeru tal-Ġustizzja (“Mинистерството на правосъдието”): Ulitsa Slavyanska 1, 1040 Sofia; Tel. +359 29237555; Faks +359 29870098; Posta Elettronika: Е_Gyurova@justice.government.bg jew M_Parvanova@justice.government.bg, |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, l-Uffiċċju għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal (“Úřad pro ochranu dětí mezinárodněprávní”): Šilingrovo náměstí 3/4, 602 00 Brno; Tel. +420 542215522; Faks +420 542212836; Posta Elettronika: podatelna@umpod.cz; Internet: http://www.umpod.cz, |
|
— |
fid-Danimarka, mhux applikabbli, |
|
— |
Fil-Ġermanja, l-Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja (“Bundesamt für Justiz”): 53094 Bonn; Tel. +49 22899410-5534 / 22899410-5869 / 22899410-5549; Faks 0228/99 4 10-5050 (Nazzjonali) jew +49 22899410-5202 (Internazzjonali); Posta Elettronika: auslandsunterhalt@bfj.bund.de, |
|
— |
fl-Estonja, il-Ministeru tal-Ġustizzja (“Justiitsministeerium”): Tõnismägi 5a, Tallinn 15191; Tel. +372 6208100; Posta Elettronika: info@just.ee, |
|
— |
fil-Greċja, il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem – Dipartiment tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f'Materji Ċivili u Kriminali (“Υπουργείο Δικαιοσύνης, Διαφάνειας και Ανθρωπίνων Δικαιωμάτων–Τμήμα Διεθνούς Δικαστικής Συνεργασίας σε Αστικές & Ποινικές Υποθέσεις”): Mesogeion 96, 115 27, Athens; Tel. +30 2107767312; Faks +30 2107767499; Posta Elettronika: civilunit@justice.gov.gr, |
|
— |
fi Spanja, il-Ministeru tal-Ġustizzja (“Ministerio de Justicia”): Head of International Maintenance Payments. Sotto-Direttorat għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali, il-Ministeru tal-Ġustizzja, C/San Bernardo, 28071, 62 Madrid; Tel. +34 913902295 / 913902294; Faks +34 913904457; Posta Elettronika: isabel.hernandez@mjusticia.es, |
|
— |
fi Franza, Ministère des Affaires étrangères et européennes, Direction des Français à l’étranger et de l’administration consulaire–Service des conventions, des affaires civiles et de l'entraide judiciaire–Sous-direction de la protection des droits des personnes–Bureau du recouvrement de créances alimentaires à l'étranger: 27 Rue de la Convention CS, 91533 F, 75732 Paris Cedex 15; Tel. +33 143179199; Faks +33 143178197; Posta Elettronika: recouv-creances-alimentaires.fae-saj-pdp@diplomatie.gouv.fr, |
|
— |
fil-Kroazja, il-Ministeru tal-Politika Soċjali u ż-Żgħażagħ (“Ministarstvo socijalne politike i mladih”): Savska cesta 66, 10 000 Zagreb; Tel. +385 15557111; Faks +385 15557222; Posta Elettronika: ministarstvo@mspm.hr; Internet: www.mspm.hr, |
|
— |
fl-Irlanda, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Ugwaljanza – fid-Dipartiment tal-Ġustizzja u r-riforma tal-liġi: Bishop’s Square, Redmond’s Hill, Dublin 2; Faks +353 14790201; Posta Elettronika: mainrecov_inbox@justice.ie, |
|
— |
fl-Italja, id-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Minuri fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja (“Ministero della Giustizia – Dipartimento per la Giustizia minorile”): via Damiano Chiesa 24, 00136 Roma; Tel. +39 0668188326 / 0668188331; Faks +39 0668188323; Posta Elettronika: acitalia0409.dgm@giustizia.it; Posta elettronika ċertifikata: aci0409.dgm@giustiziacert.it, |
|
— |
f'Ċipru, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku–, l-Unità tal-Kooperazzjoni Legali Internazzjonali (“Υπουργείο Δικαιοσύνης και Δημοσίας Τάξεως–Μονάδα Διεθνούς Νομικής Συνεργασίας”): 125 Athalassas Avenue, 1461 Nicosia; Tel. +357 22805943; Faks +357 22805969; Posta Elettronika: yhadjiprodromou@mjpo.gov.cy; Tel. +357 22805932; Faks +357 22518328; Posta Elettronika: tdionysiou@mjpo.gov.cy, |
|
— |
fil-Latvja, l-Amministrazzjoni tal-Fond għall-Garanzija tal-Manteniment (“Uzturlīdzekļu garantiju fonda administrācija”): Pulkveža Brieža iela 15, Rīga, LV-1010; Tel. +371 67830626; Faks +371 67830636; Posta Elettronika: pasts@ugf.gov.lv, |
|
— |
fil-Litwanja, is-Servizz ta' Vilnjus tal-Għajnuna Legali Garantita mill-Istat (“Vilniaus Valstybės garantuojamos teisinės pagalbos tarnyba”): Odminių g. 11, LT-01122 Vilnius; Tel. +370 852647480; Faks +370 852647481; Posta Elettronika: vilniausvgtpt@infolex.lt, |
|
— |
fil-Lussemburgu, il-Prosekutur Pubblika tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (“Parquet Général près la Cour supérieure de Justice”)–Parquet Général–Cité judiciaire 2080 Luxembourg; Tel. +352 475981-393 / 475981-329; Faks +352 470550; Posta Elettronika: parquet.general@justice.etat.lu, |
|
— |
fl-Ungerija, il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Ungerija (“Magyarország Igazságügyi Minisztériuma”): 1054 Budapest, 2-4 Kossuth square; Tel. +36 17954846; Faks +36 17950463; Posta Elettronika: nmfo@im.gov.hu, |
|
— |
f'Malta, id-Direttur għall-Istandards tal-Benefiċċji Soċjali–il-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Impjiegi u l-Familja: 469 Bugeia Institute, St Joseph High Road, St Venera SVR 1012; Tel. +356 22788000; Faks +356 22788360; Posta Elettronika: welfare.standards@gov.mt, |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġbir ta’ Pagamenti ta’ Manteniment (“Landelijk Bureau Inning Onderhoudsbijdragen” (LBIO)): Marten Meesweg 109-111, P.O. Box 8901, 3009 AX Rotterdam; Tel. +31 102894895; Faks +31 102894882; Posta Elettronika: iia@lbio.nl; Internet: http://www.lbio.nl, |
|
— |
fl-Awstrija, (“Bundesministerium für Justiz”): Museumstraße 7, A-1070 Wien; Department: Abteilung I 10; Tel. +43 1521522142; Faks +43 152522829; Posta Elettronika: team.z@bmj.gv.at, |
|
— |
fil-Polonja, il-Ministeru tal-Ġustizzja — Id-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Internazzjonali u tal-Liġi Ewropea (“Ministerstwo Sprawiedliwości — Departament współpracy Międzynarodowej I legali Europejskiego”): Al. Ujazdowskie 11, PL-00-950 Warsaw; Tel. +48 222390870; Faks +48 226280949; Posta Elettronika: alimenty@ms.gov.pl, |
|
— |
fil-Portugall, Direcção-Geral da Administração da Justiça: Av. D. João II, no 1.08.01 D/E- Pisos 0 e 9o ao 14o, 1990-097 Lisboa; Tel. +351 217906200 / 217906223; Faks +351 211545100 / 211545116; Posta Elettronika: correio@dgaj.mj.pt or cji.dsaj@dgaj.mj.pt; Internet: http://www.dgai.mj.pt or http://www.cji-dgaj.mj.pt, |
|
— |
fir-Rumanija, il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-Liġi Internazzjonali u d-Direttorat tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (“Ministerul Justiţiei, Direcţia Drept Internaţional şi Cooperare judiciară”): 17 Str. Apolodor, Bucharest Sector 5, 050741; Tel. +40 372041077; Faks +40 372041079; Posta Elettronika: ddit@just.ro or dreptinternational@just.ro, |
|
— |
fis-Slovenja, il-Ministeru tax-Xogħol, il-Familja, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs (“Ministrstvo za delo, družino, jocialne zadeve in enake možnosti”): Kotnikova 28, SI-1000 Ljubljana; Tel. +386 13697700; Faks +386 13697832; Posta Elettronika: gp.mddsz@gov.si, |
|
— |
fis-Slovakkja, iċ-Ċentru għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal u ż-Żgħażagħ (“Centrum pre medzinárodnoprávnu ochranu detí a mládeže”): Špitálská 8, P.O. Box 57, 814 99 Bratislava; Tel. +421 220463208; Faks +421 220463258; Posta Elettronika: cipc@cipc.gov.sk; Internet: http://www.cipc.sk, |
|
— |
fil-Finlandja, il-Ministeru tal-Ġustizzja (“Oikeusministeriö”/“Justitieministeriet”), Unità għall-Amministrazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (“Oikeusministeriö kansainvälisen oikeudenhoidon yksikkö”/“enheten för internationell rättsvård”): PL 25, FI-00023 Valtioneuvosto; Tel. +358 916067628; Faks +358 916067524; Posta Elettronika: central.authority@om.fi, |
|
— |
fl-Isvezja, l-Aġenzija Svediża tal-Assigurazzjoni Soċjali (“Försäkringskassan”):
|
|
— |
fir-Renju Unit, l-awtoritajiet ċentrali għal kull waħda mill-ġuriżdizzjonijiet huma kif ġej:
|
Lista 6
L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi pubbliċi jew ta' korpi oħra u, fejn ikun il-każ, il-firxa tal-funzjonijiet tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 51(3), huma kif ġej:
|
— |
fil-Belġju u l-Bulgarija, l-ebda, |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, il-Ministeru tal-Ġustizzja (“Ministerstvo spravedlnosti”) għandu l-poteri kollha biex jiżgura li l-għajnuna legali tingħata f’konformità mal-Artikolu 51(2)(a) tar-Regolament: Vyšehradská 16, 128 10 Prague 2; Tel. +420 221997925; Faks +420 221997919; Posta Elettronika: moc@msp.justice.cz; Internet: http://www.justice.cz, |
|
— |
fid-Danimarka, mhux applikabbli, |
|
— |
fil-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru u l-Latvja, l-ebda, |
|
— |
fil-Litwanja, meta applikazzjonijiet li jirrelataw ma’ obbligi ta’ manteniment li jirriżultaw minn relazzjoni bejn ġenitur u wliedu lejn persuna taħt l-età ta’ 21 sena, l-Amministrazzjoni tal-Fondi għall-Manteniment tat-Tfal taħt il-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u tax-Xogħol (“Vaikų išlaikymo fondo administracija prie Socialinės apsaugos ir darbo ministerijos”) twettaq il-funzjonijiet tal-Awtorità Ċentrali skont l-Artikolu 51 tar-Regolament: Rinktinės g. 48A, LT-09318 Vilnius; Tel. +370 852728081; Faks +370 852653984; Posta Elettronika: info@vif.lt. Fejn iċ-ċirkustanzi jkunu jirrekjedu, tiġi pprovduta għajnuna legali garantita mill-Istat fir-rigward tal-applikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 56 tar-Regolament skont il-proċedura stabbilita mil-Liġi dwar għajnuna legali garantita mill-Istat, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet oħra fil-Liġi Litwana li timplimenta l-leġiżlazzjoni tal-UE u d-dritt internazzjonali li jirregolaw proċedimenti ċivili jew fir-Regolament. Jekk isir evidenti matul l-eżami ta' applikazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 56 tar-Regolament li applikant ikun jeħtieġ għajnuna legali garantita mill-Istat, is-Servizz tal-Għajnuna Legali Garantita mill-Istat ta’ Vilnjus u l-Amministrazzjoni tal-Fondi għall-Manteniment tat-Tfal taħt il-Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u tax-Xogħol jgħaddu l-applikazzjoni għal għajnuna legali garantita mill-Istat direttament lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-organizzazzjoni tal-għajnuna legali garantita mill-Istat, jiġifieri s-servizzi tal-għajnuna legali garantita mill-Istat Litwan. |
|
— |
fil-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Awstrija, l-ebda, |
|
— |
fil-Polonja, il-Qrati Distrettwali (“sądy okręgowe”) huma l-awtoritajiet maħtura biex iwettqu l-kompiti tal-Awtorità Ċentrali fit-trasferiment tal-applikazzjonijiet u biex jieħdu kull azzjoni xierqa rigward l-applikazzjonijiet ippreżentati. L-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Qrati Distrettwali huma disponibbli fl-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili jew fil-portal tal-Ġustizzja elettronika, |
|
— |
fil-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja, l-ebda, |
|
— |
fil-Finlandja, l-Istituzzjoni tal-Assikurazzjoni Soċjali tal-Finlandja (KELA) (“Kansaneläkeläitos”/“Folkpensionsanstalten”): Perintäkeskus, Helsingin perintäyksikkö, Kansainvälinen erityisperintä, PL 50, FI-00601 Helsinki; Tel. +358 403545469; Faks +358 206353330; Posta Elettronika: kv.erityisperinta@kela.fi; Internet: http://www.kela.fi/in/internet/english.nsf. Jekk KELA tkun ikkonċediet manteniment lil individwu li jkun intitolat għal dan, tkun tista' twettaq il-funzjonijiet li ġejjin tal-awtorità ċentrali:
|
|
— |
fl-Isvezja, l-ebda, |
|
— |
fir-Renju Unit, għall-Irlanda ta’ Fuq nazzjonali: Il-Kummissjoni tas-Servizzi Legali (għall-Artikolu 51(2)(a) dwar l-għoti ta’ għajnuna legali): 2nd Floor, Waterfront Plaza, 8 Laganbank Road, Mays Meadow, Belfast, BT1 3BN; Tel. +44 2890408888; Faks +44 2890408990; Posta Elettronika: accesstojustice@nilsc.org.uk. |
Lista 7
L-ismijiet tal-awtoritajiet b’kompetenza fi kwistjonijiet ta’ eżekuzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 21 huma dawn li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju, il-marixxalli tal-Qorti (“huissiers de justice”/“Gerechtsdeurwaarders”), |
|
— |
fil-Bulgarija, il-Qorti Distrettwali (“окръжния съд”), |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, il-Qorti Distrettwali (“okresní soudy”); |
|
— |
fid-Danimarka, il-fergħa ta’ SKAT għad-Danimarka t’Isfel, |
|
— |
fil-Ġermanja, il-Qorti Lokali (“Amtsgericht”) tad-distrett fejn isiru jew ikunu saru l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, |
|
— |
fl-Estonja, il-Qorti tal-Kontea (“maakohtud”), |
|
— |
fil-Greċja, il-Qorti tal-Prim’Istanza (“Μονομελές Πρωτοδικείο”), |
|
— |
fi Spanja, il-Qorti tal-Prim’Istanza (“Juzgados de Primera Instancia”) fil-kapitali tal-provinċja fejn tkun tirresjedi l-parti li kontriha tkun intalbet l-eżekuzzjoni jew tal-provinċja fejn tkun trid tiġi eżegwita s-sentenza, |
|
— |
fi Franza, il-Qorti tal-post fejn ikun jirresjedi d-debitur jew fejn isseħħ l-eżekuzzjoni. Jekk id-debitur ikun jgħix barra minn pajjiżu, jew jekk il-post ta’ residenza ma jkunx magħruf, il-qorti kompetenti tkun il-qorti fejn isseħħ l-eżekuzzjoni, |
|
— |
fil-Kroazja, il-Qorti Muniċipali (“Općinski sud”), |
|
— |
fl-Irlanda, il-Qorti Superjuri (“High Court”), |
|
— |
fl-Italja, il-Qorti Ordinarja (“Tribunale ordinario”), |
|
— |
f'Ċipru:
|
|
— |
fil-Latvja, il-Qorti Distrettwali (jew tad-Distrett Urban) (“rajona (pilsētas) tiesas”), |
|
— |
fil-Litwanja, ir-rikorsi għal rifjut, kif imsemmi fl-Artikolu 21(2), jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell tal-Litwanja (“Lietuvos apeliacinis teismas”). Ir-rikorsi għas-sospensjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 21(3), jinstemgħu mill-Qorti Distrettwali (“apylinkių teismai”) tal-post fejn tkun qed intalab l-eżekuzzjoni, |
|
— |
fil-Lussemburgu, il-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (“Parquet Général près la Cour supérieure de Justice”), |
|
— |
fl-Ungerija, f’każijiet skont l-Artikolu 21(2), il-Qorti Distrettwali (“Járásbíróság”) li tinstab fis-sede tal-Qorti Reġjonali (“Törvényszék”), f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda (“Budai Központi Kerületi Bíróság”). F’każijiet skont l-Artikolu 21(3), il-Qorti Distrettwali (“Járásbíróság”) kompetenti fis-sede tal-marixxall tal-Qorti li jkun qed jipproċedi fil-proċedimenti ta' eżekuzzjoni, |
|
— |
f’Malta, il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-Uffiċjali Ġudizzjarji (“Gerechtsdeurwaarders”), |
|
— |
fl-Awstrija, il-qorti kompetenti għall-eżekuzzjoni (“zuständiges Exekutionsgericht”) taħt it-l-Artikoli 17 sa 19 tal-Kodiċi Eżekuttiv, jew fil-każ ta’ appell, il-Qorti tal-Appell (“Instanzenzug übergeordnetes Gericht”), |
|
— |
fil-Polonja:
|
|
— |
fil-Portugall, il-Qrati Distrettwali tal-Familja u tal-Minuri (“Secções de família e menores das instâncias centrais”) jew il-Qrati Distrettwali ta' Eżekuzzjoni (“Secção de execução das instâncias centrais”), skont il-qrati li jkunu jeżistu f'dik il-ġuriżdizzjoni territorjali, |
|
— |
fir-Rumanija, il-Qorti Distrettwali (“Judecătoria”) tal-post fejn ikun jirresjedi d-debitur jew fejn isseħħ l-eżekuzzjoni. |
|
— |
fis-Slovenja, il-Qorti Lokali (“okrajno sodišče”), |
|
— |
fis-Slovakkja, il-Qorti Distrettwali (“okresný súd”) li taġixxi bħala qorti eżekuttiva (“exekučný súd”), |
|
— |
fil-Finlandja, il-marixxalli fil-post ta' residenza jew ta' domiċilju tal-konvenut (“ulosottomies”/“utmätningsman”). Ir-rikors jista’ jiġi indirizzat lil kwalunkwe aġenzija lokali ta' eżekuzzjoni, |
|
— |
fl-Isvezja, l-Awtorità Svediża ta' Eżekuzzjoni (“Kronofogdemyndigheten”), |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
Lista 8
Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 huma dawn li ġejjin:
|
— |
Il-Belġju ma jaċċetta l-ebda lingwa oħra apparti l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-post tal-eżekuzzjoni, skont il-liġi nazzjonali Belġjana. Il-lista tal-lingwi applikabbli hija disponibbli fil-manwal tal-aġenziji li jirċievu għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (2), ippubblikat fuq l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili jew il-portal tal-Ġustizzja elettronika, |
|
— |
fil-Bulgarija, il-Bulgaru, |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, iċ-Ċek jew is-Slovakk, |
|
— |
fid-Danimarka, id-Daniż, il-Finlandiż, l-Islandiż, in-Norveġiż u l-Isvediż, |
|
— |
fil-Ġermanja, il-Ġermaniż, |
|
— |
fl-Estonja, l-Estonjan jew l-Ingliż, |
|
— |
fil-Greċja, il-Grieg, |
|
— |
fi Spanja, l-Ispanjol jew il-Portugiż, |
|
— |
fi Franza, il-Franċiż, |
|
— |
fil-Kroazja, il-Kroat, |
|
— |
fl-Irlanda, l-Irlandiż jew l-Ingliż, |
|
— |
fl-Italja, it-Taljan, |
|
— |
f'Ċipru, il-Grieg jew l-Ingliż, |
|
— |
fil-Latvja, il-Latvjan, |
|
— |
fil-Litwanja:
|
|
— |
fil-Lussemburgu, il-Franċiż jew il-Ġermaniż, |
|
— |
fl-Ungerija, l-Ungeriż, |
|
— |
f’Malta, l-Ingliż, |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-Olandiż, |
|
— |
fl-Awstrija, il-Ġermaniż, |
|
— |
fil-Polonja, il-Pollakk, |
|
— |
fil-Portugall, il-Portugiż, |
|
— |
fir-Rumanija, ir-Rumen, |
|
— |
fis-Slovenja, is-Sloven u fi:
|
|
— |
fis-Slovakkja, is-Slovakk jew iċ-Ċek, |
|
— |
fil-Finlandja, il-Finlandiż, l-Isvediż jew l-Ingliż, |
|
— |
fl-Isvezja, l-Isvediż, |
|
— |
fir-Renju Unit, l-Ingliż. |
Lista 9
Il-lingwi aċċettati mill-awtoritajiet ċentrali għall-komunikazzjoni ma’ awtoritajiet ċentrali oħra msemmija fl-Artikolu 59 huma dawk li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju, l-Ingliż, l-Olandiż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż, |
|
— |
fil-Bulgarija, il-Bulgaru, |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, iċ-Ċek, l-Ingliż jew is-Slovakk, |
|
— |
fid-Danimarka, mhux applikabbli, |
|
— |
fil-Ġermanja, il-Ġermaniż, Il-komunikazzjoni bejn il-Bundesamt für Justiz, fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità ċentrali u awtorità ċentrali oħra tista' ssir bl-Ingliż sakemm isir ftehim dwar dan bejn l-awtoritajiet ċentrali rispettivi, |
|
— |
fl-Estonja, l-Estonjan jew l-Ingliż, |
|
— |
fil-Greċja, il-Grieg jew l-Ingliż, |
|
— |
fi Spanja, l-Ispanjol jew l-Ingliż, |
|
— |
fi Franza, il-Franċiż, |
|
— |
fil-Kroazja:
|
|
— |
fl-Irlanda, l-Irlandiż jew l-Ingliż, |
|
— |
fl-Italja, it-Taljan, |
|
— |
f'Ċipru, il-Grieg jew l-Ingliż, |
|
— |
fil-Latvja:
|
|
— |
fil-Litwanja, il-Litwan jew l-Ingliż, |
|
— |
fil-Lussemburgu, il-Franċiż jew il-Ġermaniż, |
|
— |
fl-Ungerija:
|
|
— |
f'Malta, il-Malti jew l-Ingliż, |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi:
|
|
— |
fl-Awstrija, il-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż, |
|
— |
fil-Polonja:
|
|
— |
fil-Portugall, il-Portugiż, l-Ingliż jew il-Franċiż, |
|
— |
fir-Rumanija, ir-Rumen, l-Ingliż jew il-Franċiż, |
|
— |
fis-Slovenja, is-Sloven jew l-Ingliż, |
|
— |
fis-Slovakkja, is-Slovakk, iċ-Ċek, l-Ingliż jew il-Ġermaniż, |
|
— |
fil-Finlandja, il-Finlandiż, l-Isvediż jew l-Ingliż, |
|
— |
fl-Isvezja, l-Isvediż, |
|
— |
fir-Renju Unit, l-Ingliż. |
(2) ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.