|
9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/379 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Aġenzija
(2015/C 409/42)
INTRODUZZJONI
|
1. |
L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”, magħrufa wkoll bħala r-“REA”), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE (1). L-Aġenzija ġiet stabbilita għal perjodu limitat li beda fl-1 ta’ Jannar 2008 u li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li tmexxi attivitajiet speċifiċi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka (2). Fil-15 ta’ Ġunju 2009 l-Aġenzija uffiċjalment ingħatat l-awtonomija amministrattiva u operazzjonali tagħha mill-Kummissjoni Ewropea. |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
|
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Aġenzija. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
|
DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Settembru 2015.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness I jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 62 u 68 flimkien mal-Artikoli 53 u 58 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 162 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
ANNESS
L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (Brussell)
Kompetenzi u attivitajiet
|
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat (L-Artikoli 179 u 180 tat-TFUE) |
Ġbir ta’ informazzjoni L-Unjoni għandha jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta’ riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kompetittivita tagħha u tal-industrija tagħha. Għal dan l-għan l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-impriżi inklużi l-SMEs, liċ-ċentri ta’ riċerka u lill-universitajiet fl-attivitajiet tagħhom ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku ta’ livell għoli; għandha wkoll tappoġġa l-isforzi tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin, u timmira fuq kollox li tippermetti lir-riċerkaturi li jikkooperaw liberament lil hinn mill-fruntieri u lill-impriżi li jisfruttaw il-potenzjal kollu tas-suq intern, speċjalment […] bid-definizzjoni ta’ standards komuni u bit-tneħħija ta’ xkiel legali u fiskali għal dik il-kooperazzjoni. […] Filwaqt li tfittex li tikseb dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha twettaq dawn l-attivitajiet li ġejjin, li jikkomplementaw l-attivitajiet li jsiru fl-Istati Membri:
|
||||||||||||||||||||
|
Kompetenzi tal-Aġenzija (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/778/UE) |
Għanijiet Ir-REA tassisti lill-Kummissjoni fil-ksib tal-objettivi tal-Programmi Oqfsa għar-Riċerka u tal-istrateġiji tal-UE biex jitrawwem it-tkabbir permezz tas-sostenn tar-riċerka u l-innovazzjoni, bl-implimentazzjoni ta’ partijiet mill-Programm Qafas tal-Orizzont 2020 u l-Programm Kwadru tal-FP7. Hija twassal servizzi effiċjenti u effettivi lill-komunità tar-riċerka billi tiżgura implimentazzjoni bla intoppi tal-parti tagħha tal-finanzjament mill-UE għar riċerka u l-innovazzjoni, u billi tipprovdi servizzi ta’ sostenn lis-servizzi ta’ riċerka kollha tal-Kummissjoni u lill-parteċipanti fil-Programmi Oqfsa. Billi żżomm kuntatti mill-qrib mal-benefiċjarji u billi tipprovdi viżibbiltà għolja tal-Unjoni Ewropea, ir-REA taġixxi bħala promotur taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tal-politiki ta’ riċerka tal-UE. Taħt il-mandat il-ġdid tar-REA (adottat mill-Kummissjoni f’Diċembru 2013), ir-REA timmaniġġja l-“legat” tal-proġetti tal-FP7 mill-mandat ta’ qabel (azzjonijiet Marie Curie, azzjonijiet tal-SMEs u Riċerka tal-Ispazju u s-Sigurtà) flimkien ma’ għadd kbir ta’ azzjonijiet taħt il-Programm Qafas il-ġdid tal-Orizzont 2020 (azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET miftuħa), Riċerka tal-Ispazju, Sfidi Soċjetali 2 u 6 u 7, Tixrid tal-Eċċellenza u Twessigħ tal-Parteċipazzjoni u x-Xjenza mas-Soċjetà u għaliha). Rigward is-servizzi ta’ sostenn, ir-REA tipprovdi lista estiża ta’ servizzi taħt il-mandat il-ġdid u taqdi klijenti addizzjonali. Kompiti Rigward l-immaniġġjar ta’ proġetti, l-Aġenzija tikkonkludi u tmexxi ftehimiet ta’ għotjiet, li jinvolvi l-operazzjonijiet li ġejjin:
Rigward is-Servizzi ta’ Sostenn, l-Aġenzija twettaq il-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||
|
Governanza |
Kumitat ta’ Ġestjoni Magħmul minn ħames membri u osservatur wieħed maħtura mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa jadotta t-tabella tal-organizzazzjoni (organigramma) tal-Aġenzija u l-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, huwa jadotta l-baġit amministrattiv tal-Aġenzija kif ukoll ir-Rapport Annwali tal-Attività u l-kontijiet annwali tal-Aġenzija. Direttur Maħtur mill-Kummissjoni, id-Direttur imexxi l-Aġenzija flimkien mal-Kumitat ta’ Ġestjoni, jimplimenta l-baġit amministrattiv, jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll intern adattati għall-kompiti fdati lill-Aġenzija u jħejji r-rapporti li jkunu se jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. Fir-rigward tal-implimentazzjoni mill-Aġenzija tal-baġit amministrattiv tagħha, id-deċiżjoni ta’ kwittanza tiġi indirizzata lid-Direttur. Għall-implimentazzjoni tal-baġit operazzjonali ddelegata mill-Kummissjoni lill-Aġenzija, il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli. |
||||||||||||||||||||
|
Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2014 (2013) |
Baġit Operazzjonali 2014 EUR 1 557,8(1 759,2) miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 1 057,4(1 443,6) miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament. L-Aġenzija timplimenta l-baġit operazzjonali tal-Kummissjoni taħt deċiżjoni ta’ delega mill-Kummissjoni. Baġit Amministrattiv 2014 EUR 51,5(46,8) miljun. L-Aġenzija timplimenta l-baġit amministrattiv b’mod awtonomu. Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2014 Postijiet fit-tabella tal-persunal: 145 (140) li minnhom 139 (138) okkupati Persunal kuntrattwali: 435 (418-il) membru tal-persunal ippjanati li minnhom 409 (407) kienu fil-post fil-31 ta’ Diċembru 2014. Total tal-persunal fil-post: 548 (545) li jwettqu l-kompiti li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||
|
Prodotti u servizzi 2014 (2013) |
Minbarra l-legat tal-FP7 u l-kontinwazzjoni tal-immaniġġjar tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u r-Riċerka tal-Ispazju u s-Sigurtà tal-Orizzont 2020 mill-1 ta’ Jannar 2014 ‘il quddiem, ir-REA gradwalment ħadet f’idejha l-attivitajiet iddelegati ġodda matul it-tieni nofs tal-2014: riċerka agrikola u sikurezza alimentari (Sfida Soċjetali 2), riċerka fil-qasam ta’ soċjetajiet innovattivi, inklużivi u riflettivi (Sfida Soċjetali 6), partijiet ġodda mill-Isfida Soċjetali 7 (Riċerka tas-Sigurtà fl-IT) u l-azzjoni “FET miftuħa” mill-parti Xjenza Eċċellenti tal-Orizzont 2020. Għall-Parti I – Xjenza Eċċellenti tal-programm Orizzont 2020, ingħalqu sebgħa sejħiet fl-2014 u ġew ikkompletati tliet evalwazzjonijiet. Ġew iffirmati 246 ftehim ta’ għotja ġdid. Għall-Parti II – Tmexxija Industrijali tal-programm Orizzont 2020, ingħalqu sitt sejħiet fl-2014 u ġew ikkompletati sitt evalwazzjonijiet. Ġew iffirmati 36 ftehim ta’ għotja ġdid. Għall-Parti III – Sfidi Soċjetali 2, 6 u 7 tal-programm Orizzont 2020, ingħalqu 11-il sejħa fl-2014 u ġew ikkompletati 6 evalwazzjonijiet. Ġew iffirmati seba’ ftehimiet ta’ għotja ġodda. Għall-proġetti kollha mmaniġġjati taħt l-Orizzont 2020, saru 159 pagament ta’ prefinanzjament fl-2014 u pagament interim wieħed. Għall-immaniġġjar tal-legat tal-Programm Nies tal-FP7, saru 2 379(3 787) pagament (pagamenti interim/finali, esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). Fi tmiem l-2014, l-Aġenzija mmaniġġjat total ta’ 5 745(6 090) proġett taħt dan il-programm. Għall-immaniġġjar tal-legat ta’ azzjonijiet tal-SMEs tal-FP7 taħt il-Programm Kapaċitajiet, saru 390 (577) pagament (pagamenti interim/finali, esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). Fi tmiem l-2014, l-Aġenzija kienet qed timmaniġġja total ta’ 565 (691) proġett taħt din l-iskema. Għall-immaniġġjar tal-legat tat-temi Spazju u Sigurtà tal-FP7 taħt il-Programm Kooperazzjoni, saru 193 (294) pagament (pagamenti interim/finali, esklużi pagamenti għal evalwaturi esperti). Fi tmiem l-2014, l-Aġenzija kienet qed timmaniġġja total ta’ 324 (348) proġett taħt dawn it-temi. Fir-rigward tas-servizzi ta’ sostenn tal-Orizzont 2020, ir-riżultati miksuba għall-2014 huma kif ġej:
|
||||||||||||||||||||
|
Sors: Anness ipprovdut mill-Aġenzija. |
|||||||||||||||||||||
IT-TWEĠIBA TAL-AĠENZIJA
L-Aġenzija ħadet nota tar-rapport tal-Qorti.