9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/160 |
RAPPORT
dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2014 flimkien mar-risposta tal-Awtorità
(2015/C 409/18)
INTRODUZZJONI
1. |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, magħrufa wkoll bħala l-“EFSA”), li tinsab f’Parma, ġiet stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Ix-xogħlijiet prinċipali tal-Awtorità huma li tipprovdi t-tagħrif xjentifiku meħtieġ biex tiġi mfassla leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel u s-sigurtà tal-ikel, li tiġbor u tanalizza d-data biex tippermetti l-identifikazzjoni u l-immonitorjar tar-riskji u li tipprovdi tagħrif indipendenti dwar dawn ir-riskji (2). |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
2. |
L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll tal-Awtorità. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment. |
DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI
Ir-responsabbiltà tal-maniġment
Ir-responsabbiltà tal-awditur
Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
|
10. |
Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti. |
KUMMENTI OĦRA
11. |
Fl-2005 daħlu fis-seħħ Regolamenti ġodda tal-Persunal tal-UE, inklużi dispożizzjonijiet li r-rimunerazzjonijiet futuri ta' uffiċjali reklutati qabel l-1 ta' Mejju 2004 ma għandhomx ikunu anqas milli kienu taħt ir-Regolamenti preċedenti tal-Persunal tal-UE. L-awditu tal-Qorti żvela li ma kienx hemm konformità ma' dan u, fil-każ ta' 8 mill-71 uffiċjal impjegat f'dak iż-żmien, dan wassal għal pagament insuffiċjenti totali ta' EUR 87 000 għall-perjodu mill-2005 sal-2014. L-Awtorità se tħallas il-pagamenti supplimentari tas-salarji fiż-żmien dovut. |
SEGWITU GĦALL-KUMMENTI MIS-SNIN PREĊEDENTI
12. |
Ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b’rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti tingħata fl-Anness I. |
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Milan Martin CVIKL, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta' Settembru 2015.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA
President
(2) L-Anness II jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Awtorità. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.
(3) Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u r-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.
(4) Dawn jinkludu l-kont tar-riżultat baġitarju u l-anness għall-kont tar-riżultat baġitarju.
(5) L-Artikoli 39 u 50 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(6) Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni huma dderivati mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.
(7) L-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 1271/2013.
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
ANNESS I
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
Sena |
Kumment tal-Qorti |
Status tal-azzjoni korrettiva (Ikkompletata/Għadha għaddejja/Pendenti/M/A) |
2012 |
Wara li twettqu valutazzjonijiet tar-riskji ta’ livell għoli minn konsultazzjoni esterna fl-2012 u mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni fi Frar 2013, ġie identifikat għadd ta’ riskji kritiċi potenzjali fl-operat tal-kontrolli interni tal-Awtorità, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni tad-data, tal-kontinwità tan-negozju u tas-sigurtà tal-IT. L-Awtorità bdiet awtovalutazzjoni komprensiva tas-sistema ta’ kontroll intern tagħha fl-2012. Il-proċess għadu għaddej u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi hija ppjanata għall-2013. |
Għadha għaddejja |
2013 |
Skont l-awtovalutazzjoni mill-Awtorità tas-sistema ta' kontroll intern tagħha, li twettqet fl-2012 u fl-2013, il-maġġoranza tal-istandards ta' kontroll intern (ICS) intlaħqu. Dan għadu mhuwiex il-każ għall-ICS 4 (Evalwazzjoni u żvilupp tal-persunal) u l-ICS 11 (Ġestjoni dokumentarja), li għalihom kienet għadha għaddejja azzjoni korrettiva fiż-żmien tal-awditu. |
Ikkompletata |
2013 |
Il-Programmi ta' Ħidma Annwali tal-Awtorità ma fihomx biżżejjed dettalji dwar akkwisti u għotjiet ippjanati biex isostnu deċiżjonijiet ta' finanzjament fis-sens tal-Artikolu 64 tar-Regoli ta' Implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tagħha. L-inklużjoni ta' dettalji ta' dan it-tip fil-Programm ta' Ħidma Annwali tkun tippermetti mmonitorjar aktar effettiv tal-akkwisti u l-għotjiet. |
Ikkompletata |
ANNESS II
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (Parma)
Kompetenzi u Attivitajiet
Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni li jidderivaw mit-Trattat |
Ġbir ta’ informazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kompetenzi tal-Awtorità (Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) |
Għanijiet
Xogħlijiet
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Governanza |
Bord ta' Ġestjoni (Bord tal-Amministrazzjoni) Kompożizzjoni 14-il membru maħtur mill-Kunsill (f’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Xogħol Li jadotta l-programm ta' ħidma u l-baġit u jiżgura li jiġu implimentati. Direttur Eżekuttiv Maħtur mill-Bord ta' Ġestjoni fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara smigħ quddiem il-Parlament Ewropew. Forum ta’ Konsulenza Kompożizzjoni Rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru. Xogħol Li jagħti konsulenza lid-Direttur Eżekuttiv. Kumitat Xjentifiku u bordijiet xjentifiċi Li jħejju l-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità. Awditu estern Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Awditu intern Il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-EFSA. Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS). Awtorità ta’ kwittanza Il-Parlament Ewropew li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Riżorsi disponibbli għall-Awtorità fl-2014 (2013) |
Baġit EUR 79,8 (78,1) miljun li minnhom 100 % (100 %) huma sussidju mill-Unjoni Ewropea. Persunal fil-31 ta' Diċembru 2014 Postijiet fit-tabella tal-persunal: 344 (351), li minnhom okkupati:
Total tal-persunal (inklużi seba’ ittri ta’ offerta mibgħuta fil-31.12.2014): 449 (448), li minnhom għal:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Prodotti u servizzi 2014 (2013) |
Outputs xjentifiċi u pubblikazzjonijiet ta’ sostenn 2014 Attività 1: Għoti ta’ opinjonijiet xjentifiċi u konsulenza u approċċi għall-analiżi tar-riskju
Total tal-outputs xjentifiċi għall-attività 1 = 104 (62) Attività 2: Evalwazzjoni ta’ prodotti, sustanzi u klejms suġġetti għal awtorizzazzjoni
Total tal-outputs xjentifiċi għall-attività 2 = 340 (267) (1) Attività 3: Ġbir ta’ Data, kooperazzjoni xjentifika u netwerking
Total tal-outputs xjentifiċi għall-attività 3 = 13 (122) (2) Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn
Total tal-Pubblikazzjonijiet ta’ Sostenn = 194 (155) Total tal-outputs = 651 (606)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Opinjonijiet motivati kienu taħt l-Attività 3 fl-2013.
(2) Opinjonijiet motivati huma issa taħt l-Attività 2.
Sors: Anness ipprovdut mill-Awtorità.
IT-TWEĠIBA TAL-AWTORITÀ
11. |
Rigward il-kumment tal-ECA dwar il-ħlas ridott fis-salarji li jmur lura għall-2005 għall-membri tal-persunal li kienu diġà impjegati qabel ir-Regolamenti tal-Persunal tal-2004 daħal fis-seħħ, l-EFSA tixtieq tispeċifika li t-trattament u l-kalkolu tal-ispejjeż tal-pagi huwa simili għal dak ta' aġenziji tal-UE oħra esternalizzati mill-Awtorità lill-PMO (dipartiment tal-Kummissjoni Ewropea). |