9.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 409/1 |
Sommarju tar-riżultati mill-awditi annwali tal-Qorti fir-rigward tal-Aġenziji Ewropej u korpi oħra għas-sena 2014
(2015/C 409/01)
WERREJ
|
Paragrafu |
Paġna |
||
INTRODUZZJONI |
1 |
2 |
||
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA L-OPINJONIJIET TAL-QORTI |
13 |
3 |
||
RIŻULTATI TAL-AWDITJAR |
|
3 |
||
Opinjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet |
17 |
3 |
||
Opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet |
19 |
4 |
||
Kummenti li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti |
21 |
4 |
||
Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet |
23 |
4 |
||
Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet |
24 |
5 |
||
Kummenti dwar il-kontrolli interni |
25 |
5 |
||
Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit |
26 |
5 |
||
Kummenti oħra |
29 |
5 |
||
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti |
32 |
5 |
||
KONKLUŻJONIJIET |
33 |
6 |
||
|
7 |
|||
|
12 |
|||
|
15 |
INTRODUZZJONI
1. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti ħarġet opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014, għal kull waħda mit-32 aġenzija regolatorja, 6 aġenziji eżekuttivi, l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (Euratom), l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (ara t-Tabella). |
2. |
Bħal fi snin preċedenti l-Qorti awditjat il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, l-2014 hija l-ewwel sena fejn il-kontijiet annwali tat-30 aġenzija regolatorja li huma ssussidjati mill-Unjoni u l-EIT ġew ivverifikati minn awditur indipendenti estern (ditta tal-awditjar) skont l-Artikolu 208(4) (1) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid tal-UE u l-Artikolu 107(1) (2) tar-Regolament finanzjarju qafas il-ġdid għall-aġenziji. L-opinjoni tal-Qorti dwar dawn il-kontijiet qieset ix-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-awditur indipendenti estern u l-azzjoni li ttieħdet b'rispons għas-sejbiet tal-awditur. |
3. |
Għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, żewġ aġenziji li huma kompletament awtofinanzjati (l-OHIM u s-CPVO), is-sitt aġenziji eżekuttivi u l-Fond tal-Pensjoni tal-Europol (EPF), il-Qorti wettqet ix-xogħol tal-awditjar propjru tagħha fuq il-kontijiet annwali. Tabella Arranġamenti tal-awditjar skont ir-raggruppament
|
4. |
Dettalji dwar l-aġenziji awditjati, il-baġits u l-persunal tagħhom jingħataw fl-Anness I. |
|
6. |
Aġenziji deċentralizzati għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, speċjalment kompiti ta' natura teknika, xjentifika, operazzjonali u/jew regolatorja. L-għan tagħhom huwa li jippermettu lill-Kummissjoni tikkonċentra fuq it-tfassil ta' politika u tirrinforza l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-gvernijiet nazzjonali permezz tal-akkomunament ta' kompetenzi tekniċi u speċjalisti miż-żewġ naħat. Dawn jinsabu madwar l-UE kollha. |
7. |
Is-sitt aġenziji eżekuttivi huma fdati b'kompiti relatati mal-immaniġġjar ta' wieħed jew aktar mill-programmi tal-Unjoni u huma stabbiliti għal perjodi fissi ta' żmien. Dawn jinsabu fi Brussell (ħamsa) jew fil-Lussemburgu (waħda). |
8. |
L-EIT f'Budapest huwa korp indipendenti u deċentralizzat tal-UE li jiġbor flimkien riżorsi xjentifiċi, tan-negozju u edukattivi biex tingħata spinta lill-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Unjoni. |
9. |
Il-Euratom fil-Lussemburgu nħoloq biex jappoġġa l-għanijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
10. |
Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol, li jinsab f'L-Aja, ġie stabbilit biex jiffinanzja u jħallas il-pensjonijiet għall-persunal impjegat mill-Europol qabel ma din saret Aġenzija Ewropea fl-1 ta' Jannar 2010. |
11. |
Il-baġit totali tal-aġenziji għall-2014 ammonta għal madwar EUR 1,9 biljun (2013: EUR 2 biljun) jew madwar 1,4 % tal-baġit ġenerali tal-UE għall-2014 (2013: 1,4 %). Bejn wieħed u ieħor EUR 1,2 biljun ġejjin mis-sussidji tal-Kummissjoni Ewropea u l-bqija huwa introjtu minn tariffi u minn sorsi oħra. L-aġenziji jimpjegaw 6 578 (2013: 6 536) uffiċjal permanenti u temporanju jew 14 % (2013: 14 %) tat-total ta' uffiċjali awtorizzati taħt il-baġit ġenerali tal-UE (it-tabella tal-persunal). Barra minn hekk, madwar 3 200 (2013: 2 900) membru ieħor tal-persunal qed jaħdmu għall-aġenziji (persunal kuntrattwali jew issekondat). Iż-żieda fil-persunal hija primarjament ikkonċentrata f'dawk l-aġenzji li ġew assenjati kompiti addizzjonali, dawk b'responsabbiltà superviżorja għall-industrija finanzjarja, u l-aġenziji eżekuttivi b'responsabbiltajiet addizzjonali taħt Orizzont 2020 u programmi oħra. |
12. |
Filwaqt li r-riskju finanzjarju relatat mal-aġenziji huwa relattivament baxx meta mqabbel mal-baġit totali tal-UE, ir-riskju għar-reputazzjoni tal-Unjoni huwa għoli. Madankollu, l-aġenziji huma viżibbli ħafna fl-Istati Membri u għandhom influwenza sinifikanti fuq it-tfassil ta' politiki, it-teħid ta' deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni ta' programmi f'oqsma li huma ta' importanza kruċjali għaċ-ċittadini Ewropej, jiġifieri s-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà, il-libertà u l-ġustizzja. |
INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA L-OPINJONIJIET TAL-QORTI
13. |
Rigward il-31 aġenzija li ġew awditjati minn awditur indipendenti estern, il-Qorti analizzat ix-xogħol tad-ditti tal-awditjar skont standards internazzjonali tal-awditjar. Meta ffurmat l-opinjoni tagħha dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet espressa fir-RAS, il-Qorti ħadet inkunsiderazzjoni ix-xogħol tad-ditti tal-awditjar. |
14. |
Hemm aċċertament adegwat biex il-Qorti tibbaża l-opinjonijiet tal-awditjar proprji tagħha fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet bl-użu tax-xogħol tad-ditti privati tal-awditjar. |
15. |
Rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, li għalihom il-Qorti tibqa' esklussivament responsabbli, l-approċċ tal-awditjar jikkonsisti fi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet u valutazzjoni tal-kontrolli interni tal-aġenziji. |
16. |
Għall-10 aġenziji li jifdal, il-Qorti kompliet twettaq l-awditjar kemm tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi kif ukoll tal-affidabbiltà tal-kontijiet. |
RIŻULTATI TAL-AWDITJAR
Opinjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
17. |
Il-kontijiet finali tal-41 aġenzija jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħhom u l-flussi tal-flus tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji applikabbli u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni. |
18. |
ll-Qorti inkludiet paragrafi ta' osservazzjonijiet (3) rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT Fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA) u tal-EPF. Fil-każ tal-eu-LISA, is-sitwazzjoni li l-Qorti ġibdet l-attenzjoni għaliha fir-RAS għas-sena 2013 għadha għaddejja, jiġifieri l-ħtieġa li jkun hemm data affidabbli u kompleta għall-valutazzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni ċentrali tal-aġenzija, inklużi l-ispejjeż tal-ħardwer, ta' softwer kummerċjalment disponibbli u tal-iżvilupp ta' softwer. Dawn l-assi qed jiġu deprezzati u filwaqt li għadu materjali għall-2014, l-ammont involut qed jonqos kull sena. Fil-każ tal-EPF, il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li l-kontijiet tal-EPF għas-sena 2014 tħejjew fuq il-bażi ta’ negozju avvjat filwaqt li huwa mistenni li sa tmiem l-2015 mhux se jkun hemm parteċipanti attivi u attwalment il-likwidazzjoni tal-Fond qed tiġi vvalutata. |
Opinjonijiet dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet
19. |
Il-Qorti kkonkludiet li għall-41 aġenzija, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha. |
20. |
Il-Qorti inkludiet paragrafu ta' osservazzjonijiet rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-EIT. Il-ftehimiet ta' għotja ffirmati taħt il-Ftehimiet Qafas ta' Sħubija (FPA) mal-ewwel tliet “Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni” (KKI) jistipulaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT ma tistax taqbeż il-25 % tan-nefqa globali tal-KKI matul l-ewwel ħames snin, mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2014. |
Kummenti li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti
21. |
Mingħajr ma tixħet dubju fuq l-opinjonijiet tagħha, il-Qorti għamlet total ta' 79 kumment (2013: 97) li jaffettwaw 35 aġenzija (2013: 35) biex tenfasizza kwistjonijiet ta' importanza u biex tindika lok għal titjib. Saru kummenti rigward l-affidabbiltà tal-kontijiet, il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, il-kontrolli interni, l-implimentazzjoni tal-baġit u kwistjonijiet oħra bħall-ġestjoni finanzjarja tajba. Ċart Għadd ta' kummenti skont l-intestatura
Sors: Rapporti speċifiċi dwar il-kontijiet annwali tal-aġenziji għas-sena 2014. |
22. |
Ħarsa ġenerali lejn il-kummenti li saru għal kull waħda mill-aġenziji tingħata fl-Anness II. Sommarju tal-kummenti l-aktar frekwenti u/jew ta' dawk il-kummenti ta' rilevanza partikolari jingħata hawn taħt. |
Kumment dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet
23. |
Minbarra ż-żewġ paragrafi ta' osservazzjonijiet li ssemmew hawn fuq, kien hemm kumment wieħed dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet li taffettwa l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) li jindirizza d-divulgazzjoni ta' dħul ibbażat fuq ammonti stmati minflok fuq ammonti reali. |
Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
24. |
Il-ħames kummenti (2013: sebgħa) f'din il-kategorija jaffettwaw ħames aġenziji (2013: sebgħa) u huma relatati ma' dgħufijiet fil-proċeduri ta' akkwist rigward iċ-ċarezza tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-offerti u l-puntwalità tas-sejħiet għall-offerti; id-dgħufijiet fil-kontrolli tal-għotjiet u l-konformità mad-dati regolatorji għall-ġbir ta' tariffi. |
Kummenti dwar il-kontrolli interni
25. |
Is-7 kummenti (2013: 17) jaffettwaw 7 aġenziji (2013: 10). F'żewġ każijiet huma relatati ma' dgħufijiet fil-kontrolli tal-għotjiet (2013: tnejn) u f'każ ieħor ma' dgħufijiet fil-kontrolli fuq l-assi (2013: tnejn); il-kummenti l-oħra jirreferu għal nuqqasijiet differenti fil-kontroll intern. B'mod kumplessiv, kien hemm titjib sinifikanti fil-kontroll intern. Il-kummenti naqsu b'aktar minn 50 % u ma hemm ebda kumment relatat man-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern (ICS). |
Kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit
26. |
Livell għoli ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati jibqa' l-kumment l-aktar frekwenti f'dan il-qasam u affettwa 28 aġenzija (2013: 24). Għalkemm normalment jitqies li jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità u jista' jindika dgħufijiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit, dan spiss irriżulta minn avvenimenti li kienu (parzjalment) lil hinn mill-kontroll tal-aġenziji (eż. fatturi jew dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż li ma kinux ġew riċevuti sa tmiem is-sena) jew li kienu ġġustifikati min-natura pluriennali tal-operazzjonijiet, tal-proċeduri ta' akkwist jew tal-proġetti. |
27. |
Fi tmien każijiet (2013: sebgħa) ġew innutati rati għoljin ta' kanċellazzjoni ta' riporti mis-snin preċedenti. Kanċellazzjonijiet bħal dawn jindikaw li l-approprjazzjonijiet riportati saru abbażi ta' ħtiġijiet li ġew stmati b'mod eċċessiv jew li ma kinux iġġustifikati b'xi mod ieħor. |
28. |
Hemm tliet kummenti dwar impenji insuffiċjenti (2013: sitta) u kumment wieħed dwar trasferimenti għolja tal-baġit (2013: tlieta). |
Kummenti oħra
29. |
Kien hemm total ta' 22 kumment ieħor (2013: 22) li saru fir-rigward ta' 17-il aġenzija (2013: 15), li 7 minnhom huma relatati ma' kwistjonijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba. Erbgħa mis-seba' osservazzjonijiet kienu relatati ma' dgħufijiet fl-akkwist u l-ġestjoni tal-kuntratti: l-akkumulazzjoni ta' spejjeż ġenerali u profitti sinifikanti; kompetizzjoni insuffiċjenti fuq il-prezz minħabba konċentrazzjoni eċċessiva fuq il-kwalità; objettiv u attivitajiet ippjanati li ma kinux speċifiċi biżżejjed biex jiġġustifikaw id-deċiżjoni ta' akkwist; u ppjanar fqir għas-sostituzzjoni ta' kuntratt eżistenti li affettwa l-kompetizzjoni ġusta. |
30. |
Matul l-awditu ta' aġenzija waħda, il-Qorti qabdet kalkolu skorrett li sar fis-salarji, u li rriżulta fil-pagament insuffiċjenti ta' xi persunal tal-UE rreklutat qabel l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2004. Wara kontrolli ulterjuri mitluba mill-Qorti, l-istess problema nstabet fi 18-il aġenzija oħra (total ta' pagamenti insuffiċjenti ta' madwar EUR 3 78 670). Madankollu, is-somom involuti kienu sinifikanti għal sitt aġenziji biss u għaldaqstant issemmew b'mod speċifiku fir-RAS rilevanti. Hemm differenza ta' opinjoni bejn l-aġenziji u l-PMO dwar min huwa responsabbli għall-iżball. |
31. |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) ikkuntrattat servizzi supplimentari (backup) ma’ fornitur tas-servizzi tal-cloud bl-użu ta’ kuntratt interistituzzjonali pprovdut minn DIGIT. Il-kundizzjonijiet tal-kuntratt ma żgurawx li l-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, li huma applikabbli għall-Aġenzija, kienu ggarantiti, u lanqas li l-garanziji ta' privatezza mogħtija permezz tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea huma rispettati. Huwa probabbli li aġenziji oħra jużaw servizzi bħal dawn fil-futur. Huwa importanti li huma jiżguraw li servizzi bħal dawn jipprovdu protezzjoni sħiħa tal-privileġġi u l-immunitajiet meħtieġa għall-prestazzjoni tal-Aġenzija u għall-privatezza taċ-ċittadini tal-UE. |
Segwitu għall-kummenti mis-snin preċedenti
32. |
Ir-rapporti annwali speċifiċi għall-2014 jipprovdu ħarsa ġenerali lejn l-azzjonijiet ta' segwitu li ttieħdu mill-aġenziji b'rispons għall-kummenti miftuħa mis-snin preċedenti. L-Anness III juri li għall-153 kumment li kienu miftuħin fi tmiem l-2013, l-azzjoni korrettiva ġiet ikkompletata matul l-2014 f'51 każ; kienet għadha għaddejja f'41 każ; u 6 kummenti baqgħu pendenti. Ma kienet meħtieġa ebda azzjoni korrettiva għal 55 kumment, prinċipalment rigward riporti ġġustifikati tal-baġit. |
KONKLUŻJONIJIET
33. |
L-aġenziji kollha pproduċew kontijiet affidabbli. Il-Qorti esprimiet żewġ osservazzjonijiet għall-eu-LISA u l-EPF. |
34. |
Il-Qorti kkonkludiet li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet kienu legali u regolari għall-aġenziji kollha u esprimiet osservazzjoni waħda għall-EIT. |
35. |
Kien hemm kumment wieħed rigward l-użu ta' servizzi tal-cloud mill-EEA. |
36. |
Kien hemm sitt osservazzjonijiet relatati ma' pagamenti insuffiċjenti ta' persunal tal-UE rreklutat qabel l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-2004. |
37. |
L-aġenziji komplew itejbu l-proċeduri tagħhom billi ħadu azzjoni korrettiva b'rispons għall-kummenti tal-Qorti mis-snin preċedenti. Madankollu, għad hemm lok għal titjib, kif indikat mill-għadd ta' kummenti li saru fl-2014. |
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(2) L-Artikolu 107 tar-Regolament ta' delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(3) Paragrafu ta' Osservazzjonijiet jintuża biex jiġbed l-attenzjoni tal-qarrejja għal kwistjoni li ma tkunx iddikjarata b'mod materjalment skorrett fil-kontijiet, iżda li tkun ta' tali importanza li tkun fundamentali biex l-utenti jifhmu l-kontijiet.
ANNESS I
Introjtu (Tbassir tal-baġit, drittijiet stabbiliti u ammonti riċevuti) u Tabelli tal-persunal tal-Aġenziji
|
2014 |
2013 |
||||||||
Aġenzija |
DĠ Prinċipali |
Qasam ta' Politika |
Baġit Imbassar tal-Introjtu (1) |
Drittijiet stabbiliti (1) |
Ammonti riċevuti (1) |
Tabella tal-persunal (2) |
Baġit ta' Tbassir tal-Introjtu (1) |
Drittijiet stabbiliti (1) |
Ammonti riċevuti (1) |
Tabella tal-persunal (2) |
(miljun EUR) |
(miljun EUR) |
(miljun EUR) |
(miljun EUR) |
(miljun EUR) |
(miljun EUR) |
|||||
Aġenziji Regolatorji |
||||||||||
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini – EMA |
SANCO |
Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur |
282 |
311 |
272 |
599 |
252 |
269 |
240 |
611 |
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern – OHIM |
MARKT |
Suq Intern |
194 |
196 |
196 |
844 |
418 |
189 |
189 |
861 |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni – EASA |
MOVE |
Mobbiltà u Trasport |
162 |
145 |
137 |
685 |
151 |
125 |
125 |
692 |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni – FRONTEX |
HOME |
Affarijiet Interni |
98 |
87 |
87 |
152 |
94 |
92 |
92 |
153 |
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija – EUROPOL |
HOME |
Affarijiet Interni |
84 |
85 |
85 |
450 |
83 |
83 |
83 |
457 |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel – EFSA |
SANCO |
Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur |
80 |
80 |
80 |
344 |
76 |
76 |
76 |
351 |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima – EMSA |
MOVE |
Mobbiltà u Trasport |
58 |
58 |
58 |
210 |
57 |
58 |
56 |
213 |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard – ECDC |
SANCO |
Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur |
60 |
59 |
59 |
194 |
58 |
59 |
59 |
198 |
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE – CDT |
LANGUAGE |
Servizzi Lingwistiċi |
56 |
48 |
47 |
203 |
52 |
54 |
50 |
206 |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – EEA |
ENV-CLIM |
Ambjent |
43 |
53 |
52 |
135 |
49 |
63 |
63 |
138 |
L-Unità ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea – EUROJUST |
HOME |
Ġustizzja |
34 |
34 |
34 |
209 |
32 |
32 |
32 |
213 |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – ECHA |
ENTERPRISE AND INDUSTRY |
Intrapriża |
33 |
37 |
37 |
495 |
99 |
98 |
98 |
503 |
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea – ERA |
MOVE |
Mobbiltà u Trasport |
26 |
26 |
26 |
140 |
26 |
26 |
26 |
143 |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali – FRA |
JUSTICE |
Ġustizzja |
21 |
21 |
21 |
75 |
22 |
22 |
22 |
78 |
L-Awtorità Bankarja Ewropea – EBA |
MARKT |
Suq Intern |
34 |
34 |
34 |
111 |
26 |
26 |
26 |
93 |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol – EUROFOUND |
EMPL |
Impjiegi u Affarijiet Soċjali |
21 |
21 |
21 |
99 |
21 |
21 |
21 |
101 |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ – ETF |
EAC |
Edukazzjoni u Kultura |
20 |
21 |
21 |
94 |
20 |
22 |
22 |
96 |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq – ESMA |
MARKT |
Suq Intern |
33 |
32 |
32 |
133 |
28 |
30 |
30 |
121 |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali – CEDEFOP |
EAC |
Edukazzjoni u Kultura |
18 |
17 |
17 |
98 |
19 |
18 |
18 |
100 |
L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol – EIOPA |
MARKT |
Suq Intern |
22 |
22 |
22 |
87 |
19 |
18 |
18 |
80 |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga – EMCDDA |
HOME |
Affarijiet Interni |
15 |
16 |
16 |
82 |
16 |
16 |
16 |
84 |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol – EU-OSHA |
EMPL |
Impjiegi u Affarijiet Soċjali |
15 |
15 |
15 |
43 |
15 |
16 |
16 |
44 |
L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – CPVO |
SANCO |
Agrikoltura u Żvilupp Rurali |
15 |
13 |
13 |
47 |
14 |
13 |
13 |
48 |
L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea – GSA |
ENTERPRISE AND INDUSTRY |
Intrapriża |
25 |
358 |
358 |
96 |
14 |
54 |
54 |
77 |
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd – EFCA |
MARE |
Affarijiet Marittimi u Sajd |
9 |
9 |
9 |
53 |
9 |
9 |
9 |
54 |
L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi – EIGE |
JUSTICE |
Ġustizzja |
7 |
7 |
7 |
29 |
7 |
8 |
8 |
30 |
Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija – CEPOL |
HOME |
Affarijiet Interni |
9 |
9 |
9 |
27 |
8 |
9 |
9 |
28 |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – ENISA |
INFSO |
Soċjetà Informatika u Mezzi ta’ Komunikazzjoni |
10 |
10 |
10 |
48 |
10 |
10 |
9 |
47 |
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija – ACER |
ENER |
Enerġija |
11 |
11 |
11 |
54 |
12 |
12 |
12 |
49 |
L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil – EASO |
HOME |
Affarijiet Interni |
16 |
13 |
13 |
51 |
11 |
10 |
10 |
45 |
L-Uffiċċju tal-korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – BEREC |
INFSO |
Soċjetà Informatika u Mezzi ta’ Komunikazzjoni |
4 |
4 |
4 |
16 |
4 |
4 |
4 |
16 |
L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja – eu-LISA |
HOME |
Affarijiet Interni |
65 |
57 |
57 |
120 |
34 |
19 |
19 |
120 |
Aġenziji Eżekuttivi |
||||||||||
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura – EACEA |
EAC |
Edukazzjoni u Kultura |
47 |
47 |
47 |
108 |
51 |
52 |
52 |
105 |
L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka – REA |
RTD |
Riċerka u Innovazzjoni |
52 |
52 |
52 |
145 |
47 |
47 |
47 |
140 |
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka – ERCEA |
RTD |
Riċerka u Innovazzjoni |
36 |
36 |
36 |
100 |
40 |
40 |
40 |
100 |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji – EASME (preċedentement EACI) |
ENER |
Enerġija, Intraprenditorjat u Innovazzjoni |
24 |
25 |
25 |
77 |
16 |
16 |
16 |
37 |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks – INEA (preċedentement TEN-TEA) |
MOVE |
Mobbiltà u Trasport |
13 |
14 |
14 |
49 |
10 |
10 |
10 |
33 |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel – CHAFEA (preċedentement EAHC) |
SANCO |
Ħarsien tal-Konsumatur |
7 |
7 |
7 |
12 |
7 |
7 |
7 |
12 |
Korpi Oħra |
||||||||||
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija – EIT |
EAC |
Innovazzjoni u Teknoloġija |
175 |
167 |
167 |
39 |
99 |
97 |
97 |
34 |
L-Aġenzja Fornitriċi tal-Euratom (3) – EURATOM |
ENER & RTD |
Enerġija u Innovazzjoni |
0,1 |
0,1 |
0,1 |
25 |
0,1 |
0,1 |
0,1 |
25 |
Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol – EPF |
HOME |
Nefqa Amministrattiva tal-Europol |
m/a |
m/a |
m/a |
m/a |
m/a |
m/a |
m/a |
m/a |
Total |
1 934 |
2 257 |
2 208 |
6 578 |
2 026 |
1 830 |
1 794 |
6 536 |
||
|
|
|
|
|
|
2014 |
2013 |
|
|
|
|
Is-sehem tas-sussidju mill-Kummissjoni fl-introjtu tal-aġenziji: |
60,5 % |
51,9 % |
|
|
|
||||
|
Il-baġit imbassar tal-introjtu tal-aġenziji meta mqabbel mal-baġit ġenerali tal-UE: |
1,4 % |
1,4 % |
|
|
|
||||
|
It-tabella tal-persunal tal-aġenziji mqabbla mat-total taħt il-baġit ġenerali tal-UE: |
14,1 % |
14,0 % |
|
|
|
(1) L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom mhijiex konsolidata fil-kontijiet annwali tal-UE;
(2) Skont il-kontijiet annwali konsolidati tal-UE ghall-2014/2013.
(3) Uffiċjali permanenti u temporanji tal-UE (AD, AST u AST/SC) biss, skont it-tabella tal-persunal.
ANNESS II
Kummenti li saru mill-Qorti fl-2014, li ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tagħha
|
Għadd Totali ta' kummenti |
Affidabbiltà tal-kontijiet |
Legalità/Regolarità tat-Tranżazzjonijiet |
Kontrolli interni |
Implimentazzjoni tal-Baġit |
Kummenti oħra |
|||||||||||||
Dgħufijiet fil-proċeduri tal-akkwist |
Dgħufijiet fil-kontrolli tal-għotjiet |
Riporti mingħajr impenn legali |
Dewmien fil-ġbir ta' tariffi |
Kontrolli dgħajfin fuq assi fissi/inventarji |
Kontrolli dgħajfin fuq l-għotjiet |
Oħrajn |
Riporti għoljin |
Trasferimenti għoljn tal-baġit |
Kanċellazzjonijiet għoljin ta' riporti tal-2013 |
Impenji insuffiċjenti |
Oħrajn |
Ġestjoni Finanzjarja Tajba |
Kalkolu skorrett fis-salarji tal-persunal |
Dawran għoli tal-persunal |
Oħrajn |
||||
1 |
ACER – Ljubljana |
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
|
|
|
X |
2 |
BEREC – Riga |
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
|
X |
|
|
|
|
3 |
CdT – Il-Lussemburgu |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
4 |
CEDEFOP – Tessalonika |
0 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
5 |
CEPOL – Budapest |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
6 |
CHAFEA – Il-Lussemburgu |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
7 |
CPVO – Angers |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
8 |
EACEA – Brussell |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
9 |
EASA – Cologne |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
10 |
EASME – Brussell |
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
X |
X |
|
|
|
|
|
11 |
EASO – Valletta |
7 |
|
|
|
X |
|
|
|
X |
X |
|
X |
X |
|
X |
|
X |
|
12 |
EBA – Londra |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
13 |
ECDC – Stokkolma |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
14 |
ECHA – Helsinki |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
|
|
|
|
15 |
EEA – Copenhagen |
3 |
|
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
16 |
EFCA – Vigo |
0 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
17 |
EFSA – Parma |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
18 |
EIGE – Vilnjus |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
19 |
EIOPA – Frankfurt |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
20 |
EIT – Budapest |
4 |
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
X |
21 |
EMA – Londra |
4 |
|
|
|
|
X |
X |
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
X |
22 |
EMCDDA – Lisbona |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
23 |
EMSA – Lisbona |
0 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
24 |
ENISA – Heraklion |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
25 |
EPF – L-Aja |
0 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
26 |
ERA – Valenciennes |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
X |
|
|
|
27 |
ERCEA – Brussell |
1 |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
28 |
ESMA – Pariġi |
4 |
X |
X |
|
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
29 |
ETF – Turin |
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
|
30 |
EU-LISA – Tallinn |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
31 |
EU-OSHA – Bilbao |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
|
32 |
EURATOM – Il-Lussemburgu |
0 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
33 |
EUROFOUND – Dublin |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
|
34 |
EUROJUST – L-Aja |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
X |
|
|
|
|
35 |
EUROPOL – L-Aja |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
X |
|
|
|
|
|
|
36 |
FRA – Vjenna |
2 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
|
37 |
FRONTEX – Varsavja |
4 |
|
|
X |
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
XX |
38 |
GSA – Praga |
3 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
XX |
|
|
|
39 |
INEA – Brussell |
1 |
|
|
|
|
|
|
|
|
X |
|
|
|
|
|
|
|
|
40 |
OHIM – Alicante |
4 |
|
|
|
|
|
|
|
X |
X |
|
X |
|
|
|
X |
|
|
41 |
REA – Brussell |
0 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotali: |
79 |
1 |
2 |
1 |
1 |
1 |
2 |
2 |
3 |
28 |
1 |
8 |
3 |
4 |
7 |
6 |
2 |
7 |
|
Totali: |
1 |
5 |
7 |
44 |
22 |
||||||||||||||
|
1 % |
6 % |
9 % |
56 % |
28 % |
ANNESS III
Segwitu tal-kummenti miftuħa, għas-snin 2012 u 2013, li ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti
|
Total |
Ikkompletati |
Għadhom għaddejjin |
Pendenti |
M/A |
|
Aġenziji Regolatorji |
||||||
1 |
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini – EMA |
1 |
1 |
|
|
|
2 |
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern – OHIM |
4 |
1 |
1 |
1 |
1 |
3 |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni – EASA |
3 |
|
2 |
|
1 |
4 |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni – FRONTEX |
11 |
3 |
4 |
|
4 |
5 |
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija – EUROPOL |
3 |
|
2 |
|
1 |
6 |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel – EFSA |
3 |
2 |
1 |
|
|
7 |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima – EMSA |
3 |
1 |
2 |
|
|
8 |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard – ECDC |
6 |
1 |
1 |
|
4 |
9 |
Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-UE – CDT |
5 |
3 |
1 |
1 |
|
10 |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent – EEA |
2 |
|
2 |
|
|
11 |
Il-Korp Ewropew għat-Tisħiħ tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja – EUROJUST |
3 |
1 |
1 |
|
1 |
12 |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – ECHA |
2 |
|
|
|
2 |
13 |
L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea – ERA |
6 |
2 |
4 |
|
|
14 |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali – FRA |
2 |
|
|
|
2 |
15 |
L-Awtorità Bankarja Ewropea – EBA |
3 |
|
1 |
|
2 |
16 |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol – EUROFOUND |
5 |
2 |
1 |
|
2 |
17 |
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ – ETF |
1 |
|
1 |
|
|
18 |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq – ESMA |
10 |
4 |
5 |
|
1 |
19 |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali – CEDEFOP |
0 |
|
|
|
|
20 |
L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol – EIOPA |
4 |
2 |
|
|
2 |
21 |
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga – EMCDDA |
4 |
3 |
|
|
1 |
22 |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol – EU-OSHA |
2 |
|
|
|
2 |
23 |
L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – CPVO |
3 |
2 |
|
|
1 |
24 |
L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea – GSA |
2 |
|
|
|
2 |
25 |
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd – EFCA |
2 |
|
|
|
2 |
26 |
L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi – EIGE |
3 |
2 |
|
|
1 |
27 |
Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija – CEPOL |
8 |
4 |
3 |
|
1 |
28 |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – ENISA |
5 |
1 |
1 |
|
3 |
29 |
L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija – ACER |
5 |
4 |
|
|
1 |
30 |
L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil – EASO |
8 |
|
3 |
2 |
3 |
31 |
L-Uffiċċju tal-korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi – BEREC |
6 |
2 |
2 |
|
2 |
32 |
L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja – eu-LISA |
8 |
2 |
1 |
1 |
4 |
Aġenziji Eżekuttivi |
||||||
33 |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura – EACEA |
1 |
|
|
|
1 |
34 |
L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka – REA |
0 |
|
|
|
|
35 |
L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka – ERCEA |
0 |
|
|
|
|
36 |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji – EASME (preċedentement EACI) |
1 |
|
|
1 |
|
37 |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks – INEA (preċedentement TEN-TEA) |
3 |
2 |
|
|
1 |
38 |
L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel – CHAFEA (preċedentement EAHC) |
2 |
|
|
|
2 |
Korpi Oħra |
||||||
39 |
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija – EIT |
9 |
4 |
2 |
|
3 |
40 |
L-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom – EURATOM |
3 |
2 |
|
|
1 |
41 |
Il-Fond tal-Pensjoni tal-Europol – EPF |
1 |
|
|
|
1 |
Totali |
153 |
51 |
41 |
6 |
55 |