Strasburgu, 15.12.2015

COM(2015) 667 final

2015/0313(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Bħalissa hemm iktar minn 300 awtorità ċivili u militari fl-Istati Membri li huma responsabbli għat-twettiq ta' funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta f'medda kbira ta' oqsma bħas-sigurtà marittima, is-sigurtà, it-tiftix u s-salvataġġ, il-kontroll fil-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar ġenerali tal-liġijiet u l-ħarsien tal-ambjent. Għadd ta' aġenziji tal-UE, b'mod partikolari l-Frontex, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, jappoġġjaw lill-awtoritajiet nazzjonali fl-eżerċizzju ta' dawn il-funzjonijiet.

Fl-2014, il-Kummissjoni ffinalizzat studju tal-fattibbiltà sabiex teżamina l-ħtieġa għal koperazzjoni u koordinazzjoni mtejbin bejn il-korpi u l-aġenziji nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta. Dan l-istudju jidentifika firxa ta' intoppi għal kollaborazzjoni aktar mill-qrib, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sorveljanza operattiva u l-qsim tad-dejta, li fuqha tissejjes dawn il-funzjonijiet kollha.

Imbagħad, il-ħtieġa li jissaħħu l-kollaborazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta ġiet rikonoxxuta fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar it-trasport marittimu, fl-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea bi Pjan ta' Azzjoni adottat mill-Kunsill fl-2014 u fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni adottata mill-Kummissjoni fl-2015.

Din il-proposta leġiżlattiva li ssaħħaħ il-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta għandha l-għan li ttejjeb il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji rilevanti tal-UE sabiex jissaħħew is-sinerġiji bejn is-servizzi rispettivi tagħhom, u b'hekk lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta jkunu jistgħu jipprovdulhom servizzi li jaqdu aktar minn għan wieħed u li jkunu iżjed effiċjenti u kosteffikaċi.

Din il-proposta leġiżlattiva tagħmel parti minn sett ta' miżuri proposti mill-Kummissjoni bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-Ewropa, inkluża l-koperazzjoni Ewropea fil-funzjoni tal-gwardja tal-kosta, li tinkludi wkoll proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u proposta sabiex jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd. L-emendi sostantivi f'din il-proposta huma l-istess bħad-dispożizzjonijiet proposti dwar il-koperazzjoni Ewropea fil-gwardja tal-kosta li jinsabu fil-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u bħall-emendi proposti għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005.

•Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija konsistenti mal-għanijiet tal-Politika Ewropea dwar it-Trasport Marittimu sal-2018 u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima li twaqqfet bil-għan li tiżgura livell għoli, uniformi u effettiv ta' sikurezza marittima, sigurtà marittima, il-prevenzjoni mit-tniġġis tal-bastimenti u r-rispons għalih. Il-funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta huma fil-qalba tal-missjoni, tal-kompetenzi u tal-attivitajiet tal-EMSAt, u dawn twettaqhom mal-amministrazzjonijiet u mal-korpi marittimi.

•Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tittejjeb il-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta billi tiżviluppa koperazzjoni transettorjali fost l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-EMSA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (l-EFCA) sabiex jittejbu s-sinerġiji bejniethom ħalli lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta jagħtuhom servizzi li jaqdu aktar minn għan wieħed u li jkunu iżjed effiċjenti u kosteffikaċi.

Il-problema sottostanti hija li bħalissa l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, bħall-kontroll tal-fruntieri, is-sikurezza u s-sigurtà marittimi, l-operazzjonijiet tat-tiftix u s-salvataġġ, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll tat-tniġġis, eċċ.iwettquhom aktar minn 300 awtorità fl-Istati Membri, li mhux dejjem jikkoordinaw sew, lanqas fil-livell nazzjonali. Billi jitrawmu l-kollaborazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtortijiet li jwettqu funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, din il-proposta tkun konsistenti għalkollox mal-politiki tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni, is-sigurtà, is-sajd IUU kif ukoll dwar it-trasport u l-mobbiltà.

Il-kompiti addizzjonali għall-EMSA huma konformi bis-sħiħ mal-mandati tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-EFCA u se jgħinuhom jaqdu dmirijiethom u jwettqu l-kompiti tagħhom. Il-Ftehimiet bilaterali fil-Livell ta' Servizz diġà jeżistu bejn l-EMSA u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u bejn l-EMSA u l-EFCA għall-forniment ta' servizzi tal-informazzjoni marittima. Mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-qsim tad-dejta disponibbli ilu stabbilit minn April tal-2013 u d-dejta tintbagħat b'mod permanenti mingħand l-EMSA bil-EUROSUR u miċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Għat-trażmissjonijiet imtejbin tad-dejta se jintużaw il-prattiki stabbiliti.

Din il-proposta leġiżlattiva hija mingħajr preġudizzju għall-impenn tal-Kummissjoni li tikkonforma r-regolamenti bażi tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE mal-Approċċ Komuni għall-aġenziji deċentralizzati, waqt ir-reviżjoni tagħhom minħabba raġunijiet relatati mal-politika.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

•Il-bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 100(2) tat-TFUE dwar l-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tat-trasport marittimu.

•Is-sussidjarjetà

Il-proposta tittratta appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, u meta xieraq, fil-livell internazzjonali.

•Il-proporzjonalità

Il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċità tal-gwardja tal-kosta tal-UE biex taħseb għat-theddidiet u għar-riskji fil-qasam marittimu billi ttejjeb il-koperazzjoni u tippromwovi azzjonijiet transfruntiera u azzjonijiet kosteffikaċi u transettorjali. Din se tevita l-isforzi doppji u se tiżgura li l-atturi ewlenin (b’mod partikolari l-aġenziji tal-UE) jaġixxu b’mod koerenti u effiċjenti u jiżviluppaw sinerġiji flimkien. Se tqis il-ħtieġa li jiżdied il-kontroll fiż-żona marittima u jonqos il-piż tax-xogħol għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u tal-UE.

Il-valur miżjud tal-attivitjiet partikolari tal-EMSA fuq livell tal-UE huwa:

–il-forniment ta' informazzjoni siewja sabiex tittejjeb is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea b'servizzi ġodda ta' Sistemi tal-Inġenji tal-Ajru Pilotati mill-Bogħod (RPAS jew droni) u b'aktar servizzi tas-SAT-AIS li kieku ma kinux jiġu pprovduti jew inkella kienu jiġu pprovduti b'livell inqas (sorvejlanza mill-ajru, li hija għalja ħafna);

–il-forniment tas-servizzi u tad-dejta fil-livell tal-UE hu kosteffikaċi, minħabba l-ekonomiji ta' skala li ma jistgħux jinkisbu bit-teħid ta' azzjonijiet simili fil-livell nazzjonali;

–l-użu mill-ġdid tad-dejta u ll-qsim tad-dejta ma' kull Stat Membru tal-UE u Aġenzija tal-UE kkonċernata, ħalli jevita x-xogħol doppju u ħalli l-istess dejta u l-istess servizzi jkunu jistgħu jistgħu jintużaw b'tali mod li jaqdu aktar minn għan wieħed, u fl-istess waqt ikunu qed jintużaw teknoloġiji ġodda u moderni;

–il-ġbir tad-dejta marittima rilevanti kollha dwar l-attività umana fuq il-baħar f'post wieħed biex jinħoloq one-stop shop li jforni din id-dejta lil awtoritajiet oħrajn fil-livell nazzjonali u tal-UE. Fil-parti l-kbira tagħhom, l-infrastruttura tal-ICT u n-netwerk tad-distribuzzjoni diġà huma implimentati u m'hemmx bżonn jerġgħu jiġu żviluppati. L-EMSA diġà qed tipprovdi settijiet differenti tad-dejta marittima lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-EFCA li għalihom ġew stabbiliti interfaċċji;

–l-użu tas-sistemi tal-informazzjoni marittima tal-EMSA li diġà huma stabbiliti, l-armonizzazzjoni tas-sistemi u s-servizzi eżistenti għall-promozzjoni tal-qsim tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell tal-UE;

–aktar ħiliet u kapaċitajiet kollettivi għall-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, u assistenza lilhom biex jikkollaboraw u jaħdmu id f'id b'approċċ armonizzat.

•L-għażla tal-istrument

Ma hemmx bżonn jiġi propost Regolament għax il-proposta għandha l-għan li temenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli (din l-inizjattiva għandha l-għan li timplimenta l-impenji li jinsabu fl-Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni li tirreferi għall-attivitajiet tal-gwardja tal-kosta).

•Il-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli

•Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

•Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli

Madankollu, sar studju tal-fattibbiltà kkummissjonat mid-DĠ MOVE 1 , kif previst fil-premessa (30) tar-Regolament Nru 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 .

L-istudju jidentifika madwar 316-il awtorità ċivili u militari tal-Istati Membri, li huma responsabbli għall-funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta u li jikkollaboraw b'70 struttura differenti. L-istudju ħareġ fid-dieher bosta nuqqasijiet ewlenin li għandha l-koperazzjoni eżistenti:

–in-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-mandat, il-poteri u l-kapaċitajiet ta' awtoritajiet oħrajn;

–ir-riżorsi umani, il-limitazzjonijiet finanzjari u l-għadd limitat ta' assi operazzjonali;

–il-koordinazzjoni ad hoc u n-nuqqas ta' interoperabbiltà tas-sistemi, il-proċessi u l-assi;

–ippjanar u operazzjonijiet konġunti limitati.

Waħda mis-sejbiet ewlenin kienet ir-rwol ċentrali tas-sorveljanza operazzjonali u l-qsim tad-dejta eżistenti li fuqhom jissejsu l-funzjonijiet kollha filwaqt li s-sistemi tal-EMSA jiddependu minnhom.

•L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

L-inizjattiva mhix parti mill-aġenda REFIT iżda tapplika l-prinċipji ewlenin tagħha.

•Id-drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din l-inizjattiva teħtieġ li l-UE tikkontribwixxi madwar EUR 22 miljun aktar fis-sena lill-EMSA (jiġifieri madwar EUR 87 miljun għall-perjodu 2017-2020) u li jiġu impjegati 17-il TA.

Din hi nefqa operazzjonali (it-Titolu 3) għal madwar EUR 81 miljun, l-aktar sabiex tkopri l-għoti tas-servizzi tal-RPAS (EUR 67 miljun) u għas-servizzi u d-dejta tas-SAT-AIS u tas-Satcom ħalli tiżdied il-kapaċità tas-sorveljanza tat-tliet (3) aġenziji u tal-awtorijiet nazzjonali biex fost l-għanijiet ewlenin issaħħu l-kontroll tal-fruntieri marittimi esterni tal-Unjoni Ewropea.

(Ara wkoll id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża).

5.ELEMENTI OĦRA

•Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-metodi ta’ monitoraġġ , ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar

Peress li din il-miżura sejra tkun implimentata mill-EMSA, l-evalwazzjoni tagħha sejra tkun inkluża fl-evalwazzjoni ta' 5 snin tal-aġenzija, li s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha jridu jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-Kummissjoni u għandhom isiru pubbliċi.

•Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Mhux applikabbli

•Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta għandha l-għan li tiżviluppa l-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta billi tiżviluppa forom ta' koperazzjoni fost l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-EMSA u l-EFCA sabiex ittejjeb is-sinerġiji bejn dawk l-aġenziji, bil-għan li jipprovdu servizzi li jaqdu aktar minn għan wieħed u li jkunu iżjed effiċjenti u kosteffikaċi lill-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta.

B'mod partikolari, l-EMSA se ttejjeb ġmielha l-kapaċità tas-sorveljanza ħalli ssaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri marittimi esterni tal-Unjoni Ewropea b'dawn l-azzjonijiet l:

a.    Tinqasam l-informazzjoni li tinġabar meta tingħaqad id-dejta u ssir analiżi tagħha fis-sistemi tar-rappurtar tal-bastimenti u f'sistemi oħrajn tal-informazzjoni li jżommu l-Aġenziji jew li għandhom aċċess għalihom, f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda tad-dejta mingħand l-Istati Membri;

Kisba: titjieb id-disseminazzjoni tad-dejta fuq is-sorveljanza marittima fil-ħin reali u kważi fil-ħin reali bejn it-tliet Aġenziji u l-awtoritajiet rilevanti:

Abbażi tal-FLS attwali li l-EMSA għandha mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-EFCA rispettivament, l-informazzjoni marittima tintbagħat fis-sistemi tal-Aġenziji l-oħrajn. Jekk jitjiebu l-kapaċitajiet tas-sorveljenza, id-dejta tas-sensers il-ġodda, l-aktar tal-RPAS (inkluża d-dejta b'vidjo u bl-infraħmar), għandha tiddaħħal fl-istampa marittima, u dan se jkun jeħtieġ funzjonilitajiet ġodda fis-sistema attwali biex jittejjeb l-għoti tal-informazzjoni u biex din tinqasam mal-Aġenziji l-oħrajn u mal-awtoritajiet rilevanti. Jeħtieġ jiġi żviluppat is-softwer u tiġi aġġornata l-interfaċċja ħalli s-sistemi jiġġeddu b'tali mod li jlaħħqu mal-informazzjoni mis-sensers il-ġodda.

b.    Jingħataw servizzi tas-sorveljanza u tal-komunikazzjoni bbażati fuq l-aktar teknoloġija avvanzata, fosthom b'infrastruttura fl-ispazju jew fuq l-art u b'sensuri mwaħħla ma' kull tip ta' pjattaforma, bħal ngħidu aħna s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod;

Kisba: servizzi flessibbli tal-RPAS għas-sorveljanza tal-kontroll fil-fruntieri

Bit-teknoloġiji attwali bbażati fuq l-art u bis-satelliti, għadu diffiċli li jinqabdu d-dgħajjes iż-żgħar tal-lastku jew tal-injam li jintużaw biex l-immigranti jaqsmu l-Baħar Mediterran. Ġeneralment dawn it-tipi ta' dgħajjes ma jkunux jirriflettu biżżejjed biex jinqabdu bir-radar fl-immaġnijiet bis-satellita. L-immaġni ottika tista' tkopri biss żoni żgħar ħafna li jkunu speċifiċi, meta jkun bnazzi u għadu d-dawl. Ġeneralment l-informazzjoni mis-satellita tkun disponibbli biss f'ċertu ħinijiet, skont imnejn jgħaddu s-satelliti. Dawn il-limitazzjonijiet jistgħu jingħebu b'servizzi addizzjonali bbażati fuq l-RPAS (id-droni).

Bħala fornitur tas-servizzi istituzzjonali, l-Aġenzija se torganizza u tipprovdi operazzjonijiet ta' servizzi tal-RPAS biex tappoġġja lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-awtoritajiet tal-kontroll fil-fruntieri. Barra minn hekk, l-EMSA, bħala aġenzija għas-sikurezza marittima, se tagħti sehemha biex il-perċezzjoni ssir aktar favur l-użu ta' din it-teknoloġija. Din it-teknoloġija għandha l-ħsieb li taqdi aktar minn għan wieħed u tista' tintuża għal firxa ta' kompiti pubbliċi fuq il-baħar (il-kontroll fil-fruntieri, sikurezza tan-navigazzjoni, it-tiftix u s-salvataġġ, is-sejba tat-tniġġis, il-kontroll tas-sajd, azzjonijiet ta' infurzar tal-liġi). Jekk tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Aġenziji, ikomplu jitjiebu s-sinerġiji u l-istess assi jintużaw b'tali mod li jkun qed jintlaħaq aktar minn għan wieħed.

Billi l-EMSA se tibda tagħti servizzi tal-RPAS, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet tal-kontroll fil-fruntieri se jibbenifikaw sew mis-servizz għax l-EMSA diġà qed tiġbor, tipproċessa, tgħaqqad u tikkorrelata d-dejta dwar l-attività umana fuq il-baħar. L-informazzjoni li tinkiseb mill-RPAS se titqies bħala sors ta' dejta addizzjonali u se tingħaqad mal-informazzjoni li tintbagħat lill-EUROSUR. Hu previst servizz skalabbli b’għadd ta’ operazzjonijiet tal-RPAS fl-istess waqt fil-Baħar Mediterran, li jridu jinqasmu, pereżempju, fuq erba' (4) żoni ta’ interess: Il-fruntiera Griega-Torka (il-Baħar Eġew), il-Baħar Mediterran Ċentrali (il-Libja), il-Baħar Mediterran tal-Punent (l-Istrett ta' Ġibiltà) u l-Baħar Mediterran tal-Lvant (ir-reġjun ta' Ċipru). It-tifrix se jissejjes fuq unitajiet mobbli li jistgħu jiġi rilokati għax maż-żmien jaf jinħolqu rqajja' ġodda ta' interess.

Is-servizzi tal-RPAS għandhom ikunu orħos mill-inġenji tal-ajru għall-pattulja bl-ekwipaġġ u għandhom jintużaw bħala għodda komplementari fil-katina tas-sorveljanza ġenerali, inklużi l-immaġni bis-satellita, l-informazzjoni u s-sorveljanza tal-pożizzjoni tal-bastimenti mill-inġenji tal-ajru u mill-bastimenti għall-pattulja marittima.

Kisba: tkun żgurata d-dejta AIS miġbura bis-satellita

Sal-lum l-EMSA, f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (l-ESA), tagħti servizzi tad-dejta bis-Satellita-AIS (SAT-AIS) bla ħlas lill-Aġenziji u lill-Istati Membri tal-UE permezz tal-applikazzjonijiet marittimi tagħha. Id-dejta se tiffinanzjaha l-ESA sal-31 ta' Awwissu 2016 sakemm jintemm il-programm tar-riċerka u tal-iżvilupp. Id-dejta tas-SAT-AIS hi sors ta' informazzjoni li jiswa mitqlu deheb li jtejjeb sew l-għarfien fuq il-qagħda marittima. Din tassisti lill-Istati Membri u lill-Aġenziji u l-korpi tal-UE (jiġifieri lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-EFCA, lill-MAOC-N) fil-ħidma tagħhom tas-sorveljanza. Mingħajr din id-dejta, ħafna bastimenti ma jkunux jistgħu jiġu traċċati għax ma jeżistux sorsi tad-dejta oħrajn, l-aktar fin-Nofsinhar tal-Baħar Mediterran, jew għax il-bastimenti qed joħorġu mill-kopertura tal-istazzjonijiet terrestri tal-AIS u ma jibqgħux jinqabdu bis-sistemi tal-AIS (hekk ukoll għall-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera Ewropea meta jkunu qed joperaw barra mill-UE).

Mingħajr id-dejta tas-SAT-AIS, se jintilef ħafna valur miżjud u se jonqos ġmielu l-għarfien fuq il-qagħda marittima u jitħalla impatt negattiv fuq il-kapaċità tas-sorveljanza fil-fruntieri esterni. Għalhekk hemm bżonn li tinkiseb id-dejta tas-SAT-AIS.

Kisba: servizzi tal-kommunikazzjoni, b’mod partikolari s-SAT-COM b’appoġġ għal operazzjonijiet konġunti

Il-kommunikazzjoni bis-satellita hi meġtieġa għall-koordinazzjoni u għall-għoti tad-dejta tas-sorveljanza marittima li tkun ġejja mill-RPAS u minn sensers oħrajn. Il-komunikazzjoni bis-satellita tintuża għan-navigazzjoni tal-RPAS u għat-trażmissjoni tad-dejta miġbura mill-payload tagħha. Din tinvolvi spiża sostanzjali. L-Aġenzija se jkollha tinvesti f’interfaċċji li jirċievu d-dejta minn satelliti tal-komunikazzjoni u b’mod partikolari mis-Sistema Ewropea tar-Rilej tad-Dejta (l-EDRS). Ma hemmx dubju li l-kontribut ta' bosta trażmissjonijiet tad-dejta f’formati differenti tad-dejta fl-istess ħin se jkun jeħtieġ żviluppi fis-softwer. L-ispejjeż preżentati ma jinkludux l-ispejjeż tat-trażmissjoni bis-satellita.

L-EMSA se tikkontribwixxi wkoll biex:

c.    Tissawwar il-kapaċità fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni billi jiġu elaborati linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki u billi jingħata wkoll appoġġ għat-taħriġ u għall-qsim tal-persunal ħalli jittejbu l-qsim tal-informazzjoni u l-koperazzjoni fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta;

Kisba: taħriġ, tagħlim mill-bogħod u skambju tal-aħjar prattiki, żvilupp ibbażat fuq proġett ta’ standards operattivi komuni jew interoperabbli

It-tisħiħ tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta tal-awtoritajiet nazzjonali jinvolvi edukazzjoni u taħriġ ukoll. L-Aġenzija diġà stabbilixxiet portafoll sinifikanti għat-taħriġ, inklużi moduli ta’ tagħlim elettroniku għall-esperti tal-Istati Membri, il-pajjiżi għal adeżjoni u l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Din il-bażi se tintuża biex jiġu żviluppati moduli u sessjonijiet ta’ taħriġ ġodda għat-tisħiħ tal-ħiliet u tal-kapaċitajiet fil-livell nazzjonali.

Il-korsijiet il-ġodda tat-taħriġ, is-sessjonijiet ta’ ħidma għall-iskambju tal-aħjar prattiki u l-moduli tat-tagħlim elettroniku kif ukoll il-proġetti l-ġodda u speċifiċi relatati ma' żona partikolari se jgħinu biex tiżdied il-kapaċità tal-gwardji tal-kosta u jinħolqu standards u approċċi komuni fil-livell tal-UE biex b'hekk jeħfiefu l-koperazzjoni multinazzjonali u l-operazzjonijiet konġunti.

2015/0313 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta huma responsabbli għal firxa kbira ta' kompiti, li jinkludu iżda mhumiex limitati għas-sikurezza marittima, is-sigurtà, it-tiftix u s-salvataġġ, il-kontroll fil-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar tal-liġi ġenerali u l-ħarsien tal-ambjent. Għaldaqstant, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom isaħħu l-koperazzjoni tagħhom kemm bejniethom u kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta biex iżidu l-għarfien fuq il-qagħda marittima u biex jappoġġjaw azzjoni koerenti u kosteffikaċi.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

''4a. L-Aġenzija għandha tikkopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd b'appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta billi tipprovdi servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi tikkoordina operazzjonijiet li jaqdu aktar minn għan wieħed."

(2) Fl-Artikolu 2b, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"Artikolu 2b

Il-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta

1. F'koperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, l-Aġenzija għandha tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni, u meta xieraq, fil-livell internazzjonali billi:

(a)    Tinqasam l-informazzjoni li tinġabar meta tingħaqad id-dejta u ssir analiżi tagħha fis-sistemi tar-rappurtar tal-bastimenti u f'sistemi oħrajn tal-informazzjoni li jżommu l-Aġenziji jew li għandhom aċċess għalihom, f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda tad-dejta mingħand l-Istati Membri;

(b)    jingħataw servizzi tas-sorveljanza u tal-komunikazzjoni bbażati fuq l-aktar teknoloġija avvanzata, fosthom b'infrastruttura fl-ispazju jew fuq l-art u b'sensuri mwaħħla ma' kull tip ta' pjattaforma, bħal ngħidu aħna s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod;

(c)    jissawru l-kapaċitajiet billi jinħolqu linji gwida, rakkomandazzjonijiet u jinġabru l-aqwa prattiki u billi jingħata appoġġ lit-taħriġ u lill-iskambju tal-persunal ħalli jitjiebu l-qsim tal-informazzjoni u l-koperazzjoni fejn jidħlu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta;

(d)    jinqasmu l-kapaċijiet, fosthom l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet li jaqdu aktar minn għan wieħed u l-qsim tal-assi u kapaċijiet oħrajn fost is-setturi u bejn il-fruntieri.

2. Il-modalitajiet tal-koperazzjoni fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta tal-Aġenzija mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd jistgħu jiġu stabbiliti f’arranġament tax-xogħol, skont ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-aġenziji.

3. Il-Kummissjoni tista’ tadotta manwal prattiku, fl-għamla ta’ rakkomandazzjoni, fuq il-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, li jkun fih linji gwidi, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-qsim tal-informazzjoni u għal koperazzjoni fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali."

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.It-Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.L-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

1.3.In-natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.L-għanijiet

1.5.Ir-raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

1.6.It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

1.7.Il-metodi ta’ ġestjoni previsti

2.IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

2.2.Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.L-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.It-Titolu tal-proposta/inizjattiva

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà (kif emendat bir-Reg. 1644/2003; 724/2004; 2038/2006; 100/2013)

1.2.L-oqsma ta’ politika kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB 3  

Qasam ta' politika: il-politika Ewropea dwar it-trasport

06: Mobilità u Trasport

06 02: Politika għat-trasport intern, bl-ajru u marittimu

06 02 03: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

06 02 03 01: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima — Kontribuzzjoni għat-Titoli 1, 2 u 3 ħlief għall-miżuri kontra t-tniġġis

1.3.In-natura tal-proposta/inizjattiva

☒ Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma' azzjoni ġdida 

◻ Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma' azzjoni ġdida skont proġett pilota/azzjoni preparatorja 4  

◻ Il-proposta/inizjattiva hi relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

◻ Il-proposta/inizjattiva hi relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.L-għanijiet

1.4.1.L-għanijiet strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-aġenda dwar il-migrazzjoni

Il-politika Ewropea dwar it-trasport

1.4.2.L-għanijiet speċifiċi u l-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

Għan speċifiku

Promozzjoni tat-trasport sigur u sikur billi jitfasslu standards ta' politika Ewropea unifikata għas-sikurezza u għas-sigurtà u jkun żgurat grad għoli ta' implimentazzjoni

L-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernati

0602 Politika għat-trasport intern, bl-ajru u marittimu

1.4.3.Ir-riżultati u l-impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandha tħalli fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-koperazzjoni Ewropea fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta għandha twassal biex titjieb sew il-kapaċità tas-sorveljanza ħalli jissaħħaħ il-kontroll fil-fruntieri (marittimi) esterni tal-Unjoni Ewropea.

a.    Tinqasam l-informazzjoni li tinġabar meta tingħaqad id-dejta u ssir analiżi tagħha fis-sistemi tar-rappurtar tal-bastimenti u f'sistemi oħrajn tal-informazzjoni li jżommu l-Aġenziji jew li għandhom aċċess għalihom, f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda tad-dejta mingħand l-Istati Membri;

Kisba: titjieb id-disseminazzjoni tad-dejta fuq is-sorveljanza marittima fil-ħin reali u kważi fil-ħin reali bejn it-tliet Aġenziji u l-awtoritajiet rilevanti:

Abbażi tal-FLS attwali li l-EMSA għandha mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mal-EFCA rispettivament, l-informazzjoni marittima tintbagħat lis-sistemi tal-Aġenziji l-oħrajn. Jekk jitjiebu l-kapaċitajiet tas-sorveljenza, id-dejta tas-sensers il-ġodda, l-aktar is-Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Pilotati mill-Bogħod (inkluża d-dejta b'vidjo u bl-infraħmar), għandha tiddaħħal fl-istampa marittima, u dan se jkun jeħtieġ funzjonilitajiet ġodda fis-sistema attwali biex jittejjeb l-għoti tal-informazzjoni u biex din tinqasam mal-Aġenziji l-oħrajn u mal-awtoritajiet rilevanti. Jeħtieġ jiġi żviluppat is-softwer u tiġi aġġornata l-interfaċċja ħalli s-sistemi jiġġeddu b'tali mod li jlaħħqu mal-informazzjoni mis-sensers il-ġodda.

b.    Jingħataw servizzi tas-sorveljanza u tal-komunikazzjoni bbażati fuq l-aktar teknoloġija avvanzata, fosthom b'infrastruttura fl-ispazju jew fuq l-art u b'sensuri mwaħħla ma' kull tip ta' pjattaforma, bħal ngħidu aħna s-sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod;

Kisba: servizzi flessibbli tal-RPAS (Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Pilotati mill-Bogħod) għas-sorveljanza tal-fontroll fil-fruntieri

Bit-teknoloġiji attwali bbażati fuq l-art u bis-satelliti, għadu diffiċli li jinqabdu d-dgħajjes iż-żgħar tal-lastku jew tal-injam li jintużaw biex l-immigranti jaqsmu l-Baħar Mediterran. Ġeneralment dawn it-tipi ta' dgħajjes ma jkunux jirriflettu biżżejjed biex jinqabdu bir-radar fl-immaġnijiet bis-satellita. L-immaġni ottika tista' tkopri biss żoni żgħar ħafna li jkunu speċifiċi, meta jkun bnazzi u għadu d-dawl. Ġeneralment l-informazzjoni mis-satellita tkun disponibbli biss f'ċertu ħinijiet, skont imnejn jgħaddu s-satelliti. Dawn il-limitazzjonijiet jistgħu jingħebu b'servizzi addizzjonali bbażati fuq l-RPAS (id-droni).

Bħala fornitur tas-servizzi istituzzjonali, l-Aġenzija se torganizza u tipprovdi operazzjonijiet ta' servizzi tal-RPAS biex tappoġġja lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-awtoritajiet tal-kontroll fil-fruntieri. Barra minn hekk, l-EMSA, bħala aġenzija għas-sikurezza marittima, se tagħti sehemha biex il-perċezzjoni ssir aktar favur l-użu ta' din it-teknoloġija. Din it-teknoloġija għandha l-ħsieb li taqdi aktar minn għan wieħed u tista' tintuża għal firxa ta' kompiti pubbliċi fuq il-baħar (il-kontroll fil-fruntieri, sikurezza tan-navigazzjoni, it-tiftix u s-salvataġġ, is-sejba tat-tniġġis, il-kontroll tas-sajd, azzjonijiet ta' infurzar tal-liġi). Jekk tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Aġenziji, ikomplu jitjiebu s-sinerġiji u l-istess assi jintużaw b'tali mod li jkun qed jintlaħaq aktar minn għan wieħed.

Billi l-EMSA se tibda tagħti servizzi tal-RPAS, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet tal-kontroll fil-fruntieri se jibbenifikaw sew mis-servizz għax l-EMSA diġà qed tiġbor, tipproċessa, tgħaqqad u tikkorrelata d-dejta dwar l-attività umana fuq il-baħar. L-informazzjoni li tinkiseb mill-RPAS se titqies bħala sors ta' dejta addizzjonali u se tingħaqad mal-informazzjoni li tintbagħat lill-EUROSUR. Hu previst servizz skalabbli b’għadd ta’ operazzjonijiet tal-RPAS fl-istess waqt fil-Baħar Mediterran, li jridu jinqasmu, pereżempju, fuq erba' (4) żoni ta’ interess: Il-fruntiera Griega-Torka (il-Baħar Eġew), il-Baħar Mediterran Ċentrali (il-Libja), il-Baħar Mediterran tal-Punent (l-Istrett ta' Ġibiltà) u l-Baħar Mediterran tal-Lvant (ir-reġjun ta' Ċipru). It-tifrix se jissejjes fuq unitajiet mobbli li jistgħu jiġi rilokati għax maż-żmien jaf jinħolqu rqajja' ġodda ta' interess.

Is-servizzi tal-RPAS għandhom ikunu orħos mill-inġenji tal-ajru għall-pattulja bl-ekwipaġġ u għandhom jintużaw bħala għodda komplementari fil-katina tas-sorveljanza ġenerali, inklużi l-immaġni bis-satellita, l-informazzjoni u s-sorveljanza tal-pożizzjoni tal-bastimenti mill-inġenji tal-ajru u mill-bastimenti għall-pattulja marittima.

Kisba: tkun żgurata d-dejta tal-AIS miġbura bis-satellita

Sal-lum l-EMSA, f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (l-ESA), tagħti servizzi tad-dejta bis-Satellita-AIS (SAT-AIS) bla ħlas lill-Aġenziji u lill-Istati Membri tal-UE permezz tal-applikazzjonijiet marittimi tagħha. Id-dejta se tiffinanzjaha l-ESA sal-31 ta' Awwissu 2016 sakemm jintemm il-programm tar-riċerka u tal-iżvilupp. Id-dejta tas-SAT-AIS hi sors ta' informazzjoni li jiswa mitqlu deheb li jtejjeb sew l-għarfien fuq il-qagħda marittima. Din tassisti lill-Istati Membri u lill-Aġenziji u l-korpi tal-UE (jiġifieri lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-EFCA, lill-MAOC-N) fil-ħidma tagħhom tas-sorveljanza. Mingħajr din id-dejta, ħafna bastimenti ma jkunux jistgħu jiġu traċċati għax ma jeżistux sorsi tad-dejta oħrajn, l-aktar fin-Nofsinhar tal-Baħar Mediterran, jew għax il-bastimenti qed joħorġu mill-kopertura tal-istazzjonijiet terrestri tal-AIS u ma jibqgħux jinqabdu bis-sistemi tal-AIS (hekk ukoll għall-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera Ewropea meta jkunu qed joperaw barra mill-UE).

Mingħajr id-dejta SAT-AIS, sejjer jintilef ħafna valur miżjud u sejjer ikun hemm tnaqqis konsiderevoli fl-għarfien dwar is-sitwazzjoni marittima, u sejjer jinħoloq impatt negattiv fil-kapaċità ta’ sorveljanza fil-fruntieri esterni. Għalhekk hemm bżonn li tinkiseb dejta tas-SAT-AIS.

Kisba: servizzi tal-kommunikazzjoni, b’mod partikolari s-SAT-COM b’appoġġ għal operazzjonijiet konġunti

Għall-koordinazzjoni u l-forniment ta’ dejta tas-sorveljanza marittima li ġejja mill-RPAS u minn sensers oħrajn, hemm bżonn ta' kommunikazzjoni bis-satellita. Il-komunikazzjoni bis-satellita tintuża għan-navigazzjoni tal-RPAS u għat-trażmissjoni tad-dejta miġbura mill-payload tagħha. Din tinvolvi spiża sostanzjali. L-Aġenzija sejjer ikollha tinvesti f’interfaċċji li jirċievu d-dejta mis-satelliti tal-komunikazzjoni u b’mod partikolari mis-Sistema Ewropea tar-Rilej tad-Dejta (EDRS). Ma hemmx dubju li l-kontribut ta' bosta trażmissjonijiet tad-dejta f’formati differenti tad-dejta fl-istess ħin se jkun jeħtieġ żviluppi fis-softwer. L-ispejjeż preżentati ma jinkludux l-ispejjeż tat-trażmissjoni bis-satellita.

c.    Tissawwar il-kapaċità fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni billi jiġu elaborati linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki u billi jingħata wkoll appoġġ għat-taħriġ u għall-qsim tal-persunal ħalli jittejbu l-qsim tal-informazzjoni u l-koperazzjoni fil-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta;

Kisba: taħriġ, tagħlim mill-bogħod u skambju tal-aħjar prattiki, żvilupp ibbażat fuq proġett ta’ standards operattivi komuni jew interoperabbli

It-tisħiħ tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta tal-awtoritajiet nazzjonali jinvolvi edukazzjoni u taħriġ ukoll. L-Aġenzija diġà stabbilixxiet portafoll sinifikanti għat-taħriġ, inklużi moduli ta’ tagħlim elettroniku għall-esperti tal-Istati Membri, il-pajjiżi għal adeżjoni u l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Din il-bażi se tintuża biex jiġu żviluppati moduli u sessjonijiet ta’ taħriġ ġodda għat-tisħiħ tal-ħiliet u tal-kapaċitajiet fil-livell nazzjonali.

Il-korsijiet il-ġodda tat-taħriġ, is-sessjonijiet ta’ ħidma għall-iskambju tal-aħjar prattiki u l-moduli tat-tagħlim elettroniku kif ukoll il-proġetti l-ġodda u speċifiċi relatati ma' żona partikolari se jgħinu biex tiżdied il-kapaċità tal-gwardji tal-kosta u jinħolqu standards u approċċi komuni fil-livell tal-UE biex b'hekk jeħfiefu l-koperazzjoni multinazzjonali u l-operazzjonijiet konġunti.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Titjieb id-disseminazzjoni tad-dejta fuq is-sorveljanza marittima fil-ħin reali u kważi fil-ħin reali bejn it-tliet Aġenziji u l-awtoritajiet rilevanti:

L-aġġornament u t-titjib tal-interfaċċji u tal-funzjonalitajiet se:

- jippermettu l-qsim tad-dejta mis-sensers il-ġodda (b'formati ġodda tad-dejta);

- jikkontribwixxu biex tinqasam aktar dejta tas-sorveljanza bejn il-partijiet konċernati kollha.

Servizzi flessibbli tal-RPAS għas-sorveljanza tal-kontroll fil-fruntieri:

Jekk tiżdied is-sorveljanza marittima fil-fruntieri esterni tal-UE:

- jinqabad kmieni t-tluq tal-immigranti;

- tinkiseb lokalizzazzjoni aħjar tal-immigranti li jkunu fil-periklu fuq il-baħar (jiġu salvati aktar ħajjiet), bl-appoġġ tal-operazzjonijiet tat-tiftix u s-salvataġġ fuq il-baħar;

- meta jkunu qed jinqasmu l-fruntieri marittimi esterni tal-Unjoni Ewropea, kull attività illegali oħra tinkixef minn kmieni u tinkiseb lokalizzazzjoni aħjar tagħha;

- jintużaw dawn il-missjonijiet (tal-gwardja tal-kosta) li jaqdu aktar minn għan wieħed biex jgħin s-sorveljanza marittima ħalli:

   - jinqabad is-sajd illegali,

   - jinqabad u jinstab it-traffikar tad-droga u l-kuntrabandu,

   - jinstab it-tniġġis u jsir monitoraġġ,

   - jingħata appoġġ lill-attivitajiet ta' infurzar tal-liġi.

Id-dejta ta' sorveljanza hija ''assistenza teknika'' u se tingħata lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-UE biex isir segwitu xieraq.

Tkun żgurata d-dejta tal-AIS miġbura bis-satellita:

B'din l-informazzjoni se jkunu jistgħu jinqabdu bastimenti li jkunu barra mill-medda tal-istazzjonijiet terrestri tal-AIS li għandhom l-Istati Membri tal-UE u se tassisti lill-utenti biex jistabbilixxu immaġni marittima aktar sħiħa għall-operazzjonijiet tal-kontroll fil-fruntieri. B'din l-informazzjoni se:

- tkun tista' ssir diskriminazzjoni bejn it-traffiku normali u attività umana fuq il-baħar li ma tkunx identifikabbli u li tista' tkun teħtieġ verifika dettaljata billi din l-informazzjoni tintrabat ma' sorsi oħrajn tad-dejta li għandha l-EMSA;

- ittejjeb l-abilità biex tiġi segwita l-lokalizzazzjoni ta' assi governattivi użati fil-livell nazzjonali u/jew fil-livell tal-UE waqt l-operazzjonijiet tat-tiftix u s-salvataġġ (SAR) għal koordinazzjoni aktar ottimali;

- ittejjeb l-abilità li jintużaw l-assi għal pożizzjoni ġeografika korretta tal-bastimenti identifikati li jkollhom bżonn l-appoġġ, u b'hekk jonqos il-ħin sabiex l-awtoritajiet / is-SAR jaslu fuq il-post;

- toħloq il-possibilità li tiġi offruta intelliġenza ġeospazjali għal monitoraġġ preċiż u f'waqtu tal-bastimenti fuq bażi globali.

Jekk din id-dejta tas-SAT-AIS ma tkunx tista' tingħata, se tingħata informazzjoni anqas komprensiva fuq xi jkun għaddej fil-fruntieri esterni tal-baħar.

Servizzi tal-kommunikazzjoni, b’mod partikolari s-SAT-COM b’appoġġ għal operazzjonijiet konġunti

Il-komunikazzjonijiet bis-satellita jaqdu rwol kruċjali meta jintużaw teknoloġiji ġodda bħas-sistemi tal-inġenji tal-ajru pilotati mill-bogħod. Hu permezz ta' din it-teknoloġija tal-komunikazzjoni bis-satellita li se ssir sorveljanza marittima aħjar fi (kważi) ħin reali.

Taħriġ, tagħlim mill-bogħod u skambju tal-aħjar prattiki, żvilupp ibbażat fuq proġett ta’ standards operattivi komuni jew interoperabbli:

B'investiment fit-taħriġ, it-tagħlim elettroniku u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u l-iżvilupp ibbażat fuq il-proġett ta’ standards operattivi komuni jew interoperabbli, se:

- jissaħħu l-ħiliet u l-kapaċitajiet fil-qasam tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali, li jwasslu għal operazzjonijiet aktar effettivi;

- jiżdiedu l-livell ta' armonizzazzjoni u l-approċċi komuni għas-sorveljanza marittima u funzjonijiet oħrajn tal-gwardja tal-kosta, li jwasslu għal standards operattivi komuni u interoperabbli, li għandhom jiffaċilitaw l-operazzjonijiet konġunti.

1.5.Ir-raġunijiet tal-proposta/inizjattiva

1.5.1.Ir-rekwiżiti li jridu jintlaħqu fi żmien qasir jew fit-tul

L-iżjed proċess kumpless u kritiku hu l-organizzazzjoni tas-servizzi pilota tal-RPAS.

Fl-2016, l-Aġenzija qed tippjana li lill-Istati Membri u lill-Aġenziji tal-UE turihom servizz pilota tal-RPAS. Min-naħa regolatorja, l-Aġenzija beħsiebha tinvolvi lill-EASA u lill-Eurocontrol; filwaqt li min-naħa tal-utent, f'din l-attività pilota qed jiġu mistiedna l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-EFCA biex jieħdu sehem . Barra minn hekk il-konsultazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea għandha tgħin biex jibqgħu jinstabu soluzzjonijiet tal-RPAS għal-qasam tas-sorveljanza marittima ċivili.

1.5.2.Il-valur miżjud bl-involviment tal-UE

Il-valur miżjud ta' dawn l-attivitajiet fil-livell tal-UE hu:

- il-forniment ta' informazzjoni siewja sabiex tittejjeb is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea b'servizzi ġodda tal-RPAS u b'aktar servizzi tas-SAT-AIS li kieku ma kinux jiġu pprovduti jew inkella kienu jiġu pprovduti b'livell inqas (sorvejlanza mill-ajru, li hija għalja ħafna);

- il-forniment tas-servizzi u tad-dejta fil-livell tal-UE hu kosteffikaċi, minħabba l-ekonomiji ta' skala li ma jistgħux jinkisbu bit-teħid ta' azzjonijiet simili fil-livell nazzjonali;

- l-użu mill-ġdid tad-dejta u ll-qsim tad-dejta ma' kull Stat Membru tal-UE u Aġenzija tal-UE kkonċernata, ħalli jevita x-xogħol doppju u ħalli l-istess dejta u l-istess servizzi jkunu jistgħu jistgħu jintużaw b'tali mod li jaqdu aktar minn għan wieħed, u fl-istess waqt ikunu qed jintużaw teknoloġiji ġodda u moderni;

- il-ġbir tad-dejta marittima rilevanti kollha dwar l-attività umana fuq il-baħar f'post wieħed biex jinħoloq one-stop shop li jforni din id-dejta lil awtoritajiet oħrajn fil-livell nazzjonali u tal-UE. Fil-parti l-kbira tagħhom, l-infrastruttura tal-ICT u n-netwerk tad-distribuzzjoni diġà huma implimentati u m'hemmx bżonn jerġgħu jiġu żviluppati. L-EMSA diġà qed tipprovdi settijiet differenti tad-dejta marittima lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-EFCA li għalihom ġew stabbiliti interfaċċji;

- l-użu tas-sistemi tal-informazzjoni marittima tal-EMSA li diġà huma stabbiliti, l-armonizzazzjoni tas-sistemi u s-servizzi eżistenti għall-promozzjoni tal-qsim tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-gwardja tal-kosta fil-livell tal-UE;

- aktar ħiliet u kapaċitajiet kollettivi għall-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta, u assistenza lilhom biex jikkollaboraw u jaħdmu id f'id b'approċċ armonizzat.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Abbażi tal-applikazzjonijiet militari preċedenti tat-tekonolġija tal-RPAS, l-EMSA tgħallmet x'inhu fattibbli fejn tidħol il-kapaċità tal-RPAS ċivili u kif l-RPAS tista' tkun utli sabiex titjieb is-sorveljanza marittima bi proporzjon aħjar tal-prezz u tal-kwalità, u kif tista' tgħin biex jitjieb l-għarfien fuq x'qed iseħħ fil-fruntieri marittimi esterni tal-Unjoni Ewropea.

Abbażi tal-koperazzjoni kontinwa mal-Aġenzija Spazjali Ewropea, jidher li bid-dejta tas-SAT-AIS tjieb ħafna l-għarfien fuq il-qagħda marittima. Ħafna utenti mill-Istati Membri u mill-aġenziji Ewropej urew l-utilità operattiva tad-dejta tas-SAT-AIS fil-prattika tant li llum jibbażaw ħafna mill-operazzjonijiet ta' kuljum tagħhom fuq l-użu tad-dejta tas-SAT-AIS. Fl-aħħar tliet snin saru bosta laqgħat mal-utenti u matulhom inġabru l-esperjenzi tal-utenti. Għalhekk jidher ċar li mingħajr id-dejta tas-SAT-AIS, ikun hemm limitazzjoni ċara fil-kwalità tal-għarfien fuq il-qasam marittimu li joħloq impatt negattiv fuq il-ħila tal-utenti li jaġixxu b'mod effettiv.

Fejn jidħol il-Kontroll mill-Istat tal-Port, l-Aġenzija tappoġġa skema Ewropea wiesgħa għal livell minimu ta' taħriġ li jsaħħa it-tiswir tal-kapaċitajiet fil-livell tal-UE u nazzjonali. Barra minn hekk, jidher li t-taħriġ f'ħiliet ewlenin li nħoloq għal ċertu funzjonijiet kien ta' valur miżjud li jikkumplimenta l-kapaċitajiet nazzjonali u jrawwem l-iskambju tal-aħjar prattiki, u b'hekk jista' jkun ta' valur miżjud għal funzjonijiet differenti tal-gwardja tal-kosta.

L-Aġenzija għandha esperjenza estensiva fil-ħidma mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu l-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u li jippromwovu l-koperazzjoni transfruntiera. Eżempju riċenti jikkonċerna l-assistenza lill-bastimenti fil-periklu li għalihom l-Aġenzija flimkien mal-Kummissjoni ffaċilitat l-elaborazzjoni ta' linji gwidi operattivi għall-postijiet ta' refuġju msejsa fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE u dawn se tippromwovi rispons armonizzat u effettiv min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali. Din l-elaborazzjoni tal-linji gwida operattivi u ta' proċessi u standards komuni/interoperabbli tista' terġa' ssir ukoll għal oqsma oħrajn.

1.5.4.Il-kompatibilità u s-sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħrajn

Dawn il-kompiti addizzjonali għall-EMSA huma konformi bis-sħiħ mal-mandati tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-EFCA u se jgħinuhom jaqdu dmirijiethom u jwettqu l-kompiti tagħhom. Id-dejta tal-RPAS u tas-SAT-AIS se ttejjeb ħafna l-għarfien fuq il-qagħda tagħhom. Il-Ftehimiet bilaterali fil-Livell ta' Servizz diġà jeżistu bejn l-EMSA u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u bejn l-EMSA u l-EFCA għall-forniment ta' servizzi tal-informazzjoni marittima. Mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, il-qsim tad-dejta disponibbli ilu stabbilit minn April tal-2013 u d-dejta tintbagħat b'mod permanenti mingħand l-EMSA bil-EUROSUR u miċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Il-prattiki stabbiliti se jintużaw għat-trażmissjonijiet imtejba tad-dejta.

1.6.It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva b’tul taż-żmien limitat

–◻    ◻Il-proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

–◻    ◻L-impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

⌧ Proposta/inizjattiva b'tul taż-żmien mhux limitat

–Implimentazzjoni b'perjodu inizjali mill-SSSS sal-SSSS,

–u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Il-metodi ta’ ġestjoni previsti 5  

◻ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

–◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–◻    ◻mill-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

⌧ Ġestjoni indiretta bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja lil:

–◻ il-pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom;

–◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

–◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

–⌧ il-korpi li jissemmew fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

–◻ il-korpi tal-liġi pubblika;

–◻ il-korpi rregolati bil-liġi privata li jkollhom missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ il-korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru partikolari li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ il-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

–Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, agħti d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

Kummenti

2.IL-MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Aġenzija tiġi awditjata kull sena mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u kull sena mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni. Issir superviżjoni tal-attivitajiet, tal-programmazzjoni u tal-baġits mill-Bord Amministrattiv li jinkludi rappreżentanti tal-Kummissjoni, u din is-sistema stabbilita bir-Regolament li jwaqqaf l-EMSA se tibqa' tapplika.

2.2.Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Ir-riskji identifikati

M'hemmx riskji addizzjonali meta mqabbla mal-kompiti u l-attivitajiet eżistenti tal-Aġenzija.

2.2.2.Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sistema ta' kontroll intern

Il-baġit addizzjonali sejjer ikun soġġett għall-istess diżpożizzjonijiet u salvagwardji bħall-attivitajiet kollha l-oħrajn tal-Aġenzija.

2.2.3.Stima tal-ispejjeż u tal-benefiċċji tal-kontrolli, u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju tal-errur

2.3.Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Hemm miżuri ta' kontra l-frodi inklużi fir-Regolament li jistabbilixxi l-EMSA skont l-Artikolu 20, li jirregola l-awtorità tal-OLAF rigward l-attivitajiet tal-Aġenzija u li sejjer ikompli japplika. F'Novembru tal-2015, il-Bord Amministrattiv tal-EMSA adotta strateġija speċifika ta' kontra l-frodi.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.L-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

Il-linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff. 6

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 7

mingħand il-pajjiżi kandidati 8

mingħand il-pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1A

060203 Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji baġitarji tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta'
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff.

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA

mingħand il-pajjiżi kandidati

mingħand il-pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

1A

060203 Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

l-2017

l-2018

l-2019

l-2020

l-2021*1

TOTAL*2

Titolu 1:

Impenji

(1)

€1.034

€1.423

€1.385

€1.408

€0.000

€5.250

Pagamenti

(2)

€1.034

€1.423

€1.385

€1.408

€0.000

€5.250

Titolu 2:

Impenji

(1a)

€0.086

€0.182

€0.185

€0.190

€0.000

€0.643

Pagamenti

(2a)

€0.086

€0.182

€0.185

€0.190

€0.000

€0.643

Titolu 3:

Impenji

(3a)

€16.550

€21.502

€21.578

€21.678

€0.000

€81.308

Pagamenti

(3b)

€9.930

€19.521

€21.548

€21.638

€8.671

€72.637

TOTAL tal-approprazzjonijiet
għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

Impenji

=1+1a+3a

€17.670

€23.107

€23.148

€23.276

€0.000

€87.201

Pagamenti

=2+2a

+3b

€11.050

€21.126

€23.117

€23.236

€8.671

€78.530



*1 barra mill-QFP attwali

*2 Total għall-QFP attwali





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

"Nefqa amministrattiva"

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Id-DĠ: <…….>

• Riżorsi umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

0

0

0

0

0

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0

0

0

0

0

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

l-2017

l-2018

l-2019

l-2020

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

€17.670

€23.107

€23.148

€23.276

€87.201

Pagamenti

€11.050

€21.126

€23.117

€23.236

€78.530

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

–◻    ◻Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex bżonn tuża approprjazzjonijiet operazzjonali

–⌧    ⌧Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn tuża approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

 

 

l-2017

l-2018

l-2019

l-2020

Total

Semmi l-għanijiet u r-riżultati

⇩

RIŻULTATI

Tip

Spiża medja

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

L-Għan Speċifiku 1 (Artikolu 1a):
Analiżi, tagħqid u qsim tad-dejta

- servizzi tal-analiżi, it-tagħqid u l-qsim tad-dejta

-

-

€0.800

-

€0.400

-

€0.400

-

€0.400

€2.000

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

-

-

€0.800

-

€0.400

-

€0.400

-

€0.400

€2.000

L-Għan Speċifiku 2 (Artikolu 1b):
Operazzjoni tar-RPAS

- Installazzjoni

€0.263

-

€0.150

-

€0.300

-

€0.300

-

€0.300

-

€1.050

- Rilokazzjoni

€0.050

-

€0.050

-

€0.050

-

€0.050

-

€0.050

-

€0.200

- Operazzjoni

€16.463

4250

€12.750

5900

€17.700

5900

€17.700

5900

€17.700

21950

€65.850

- Missjonijiet

€0.053

15

€0.030

30

€0.060

30

€0.060

30

€0.060

105

€0.210

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

-

-

€12.980

-

€18.110

-

€18.110

-

€18.110

€67.310

L-Għan Speċifiku 3 (Artikolu 1b):
Komunikazzjonijiet bis-Satellita

- dejta u servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita

-

-

€0.500

0

€0.500

0

€0.500

0

€0.500

€2.000

- Missjonijiet

€0.014

4

€0.010

8

€0.015

8

€0.015

8

€0.015

28

€0.055

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3

-

-

€0.510

-

€0.515

-

€0.515

-

€0.515

€2.055

L-Għan Speċifiku 4 (Artikolu 1b):
Satellita tal-AIS

- Forniment tas-Servizz Globali tal-AIS bis-Satellita

-

-

€2.000

-

€2.000

-

€2.000

-

€2.000

€8.000

- Missjonijiet

€0.014

4

€0.010

8

€0.015

8

€0.015

8

€0.015

28

€0.055

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 4

-

-

€2.010

-

€2.015

-

€2.015

-

€2.015

€8.055

L-Għan Speċifiku 5 (Artikolu 1c):
It-tiswir tal-kapaċitajiet

- Taħriġ, tagħlim elettroniku u tiswir tal-kapaċitajiet

-

-

€0.230

-

€0.422

-

€0.498

-

€0.598

€1.748

- Missjonijiet

€0.035

10

€0.020

20

€0.040

20

€0.040

20

€0.040

70

€0.140

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 5

-

-

€0.250

-

€0.462

-

€0.538

-

€0.638

€1.888

TOTAL

-

-

€16.550

-

€21.502

-

€21.578

0

€21.678

€81.308

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

–◻    ◻Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex bżonn tuża approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

–⌧    ⌧Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn tuża approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

l-2017*

l-2018

l-2019

l-2020

TOTAL

TA 2f (postijiet AD)

13

15

15

15

15

TA 2f (postijiet AST)

1

2

2

2

2

Persunal kuntrattwali

(postijiet CA)

0

0

0

0

0

Esperti Nazzjonali Sekondati

(postijiet SNE)

0

0

0

0

0

Spejjeż għall-persunal temporanju (2f) (AD+AST)

€1.120

€1.605

€1.570

€1.598

€5.893

TOTAL

€1.120

€1.605

€1.570

€1.598

€5.893

*għall-2017, ir-reklutaġġ hu maħsub fl-1 ta' Ġunju

għall-2018, ir-reklutaġġ hu maħsub fl-1 ta' Jannar

l-2016

l-2017

l-2018

l-2019

l-2020

Xenarju Bażi - Komunikazzjoni

202

198

195

195

195

Postijiet addizzjonali

-

14

17

17

17

Total

202

212

212

212

212

3.2.3.2.Ir-rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

–⌧    ⌧Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex bżonn tuża riżorsi umani.

–◻    ◻Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn tuża r-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

• Il-persunal estern (ekwivalenti għal unità ta' ingaġġ full-time: FTE) 9

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-"pakkett globali")

XX 01 02 02 (AK, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  10

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

XX hu l-qasam ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu bl-uffiċjali tad-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà ngħataw kariga band'oħra fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

–◻    ◻Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

–⌧    ⌧Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

060203 Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima

–◻    ◻Il-proposta/inizjattiva għandha bżonn tapplika l-istrument tal-flessibbiltà jew teħtieġ reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x'inhu meħtieġ, speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

–Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament ta' partijiet terzi.

–Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

–⌧    ⌧Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–◻    ◻Il-proposta/inizjattiva għandha dan l-impatt finanzjarju:

–◻    ◻fuq ir-riżorsi proprji

–◻    ◻fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Il-linja tad-dħul baġitarju:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

L-impatt tal-proposta/inizjattiva 11

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont il-bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linji tan-nefqa tal-baġit affettwati.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1) Studju fuq il-fattibbiltà ta' koperazzoni aħjar bejn il-korpi li jwettqu l-funzjonijiet tal-Gwardja tal-Kosta Ewropea (94 paġna), http://ec.europa.eu/transport/modes/maritime/studies/doc/2014-06-icf-coastguard.pdf
(2) Ir-Regolament 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (il-Premessa 30).
(3) ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: baġitjar ibbażat fuq l-attività.
(4) Kif isemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(5) Id-dettalji dwar il-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit web tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(6) Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(7) L-EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(8) Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.
(9) AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet.
(10) Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (il-linji "BA" preċedenti).
(11) Fejn jidħlu r-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara li jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.