Brussell, 16.12.2015

COM(2015) 656 final

2015/0299(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika)
tal-Ftehim ŻEE
(statistiċi dwar in-nefqa fuq is-saħħa)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-omoġeneità meħtieġa tas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-UE fil-Ftehim ŻEE mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tagħha.

2.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-abbożż tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta) għandu l-mira li jemenda l-Anness XXI (Stastika) tal-Ftehim ŻEE sabiex jinkorpora r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa 1 fil-Ftehim ŻEE.

Ġustifikazzjoni tal-adattamenti mitluba fl-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/359 fil-Ftehim ŻEE

Dispożizzjoni rilevanti:

L-Artikoli 3 u 5; provvediment ta' dejta rigward il-kura kurattiva ta' matul il-jum (HC.1.2), il-kura riabilitattiva ta' matul il-jum (HC.2.2), il-kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum (HC.3.2) u skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi (HF.2.3).

Ġustifikazzjoni u soluzzjoni proposta:

L-informazzjoni rigward il-kura ta' matul il-jum (kurattiva, riabilitattiva, fuq terminu ta' żmien twil) u skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi mhijiex disponibbli fil-Liechtenstein, u mhijiex relevanti fil-livell nazzjonali. Skont il-Prinċipju 11 tal-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea, l-istatistiċi Ewropej għandhom jilħqu l-bżonnijiet tal-utenti; il-bżonnijiet ta' prijorità għandhom jintlaħqu u jiġu riflessi fil-programmi ta' ħidma għall-Eurostat u l-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika. Min-naħa l-oħra, dan ifisser li dejta statistika li ma tilħaqx il-bżonnijiet tal-utenti m'għandhiex tinġabar.

HC.1.2, HC.2.2, HC.3.2 – Dejta dwar il-kura ta' matul il-jum (kurattiva, riabilitattiva, fuq terminu ta' żmien twil):

L-istabbilimenti mediċi fil-Liechtenstein jirreġistraw id-dejta dwar l-attivitajiet tagħhom biss taħt il-kategoriji ta' kura ta' pazjenti interni u ta' dawk ta' barra. Id-distinzjoni bejn il-kura ta' pazjenti ta' barra u ta' matul il-jum mhijiex komuni hemm, u għaldaqstant m'hemmx dejta disponibbli. Madankollu, il-kura kurattiva matul il-jum (HC.1.2.) hija inkluża fil-kura kurattiva għal pazjenti ta' barra (HC.1.3), il-kura riabilitattiva matul il-jum (HC.2.2) hija inkluża fil-kura riabilitattiva tal-pazjenti ta' barra (HC.2.3) u l-kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum (HC.3.2) hija inkluża fil-kura tas-saħħa fit-tul għal-pazjenti ta' barra (HC.3.3)

Għalhekk, huwa propost l-adattament li ġej:

"Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi dejta separata dwar il-kura kurattiva matul il-jum (HC.1.2.), il-kura riabilitattiva matul il-jum (HC.2.2) u l-kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum (HC.3.2), li jiġu inklużi fid-dejta mogħtija dwar il-kura kurattiva tal-pazjenti ta' barra (HC.1.3), il-kura riabilitattiva tal-pazjenti ta' barra (HC.2.3) u l-kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti ta' barra (HC.3.3), rispettivament."

HF.2.3 – Skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi: 

L-informazzjoni dwar l-iskemi ta' finanzjament tal-intrapriżi mhijiex disponibbli fil-Liechtenstein. Barra minn hekk, l-ispiża tas-saħħa fl-intrapriżi tirrappreżenta parti ċkejkna ħafna mill-ispiża totali tas-saħħa, u l-piż biex tinġabar din l-informazzjoni huwa għalhekk sproporzjonat. L-eżenzjoni tal-Liechtenstien milli jipprovdi d-dejta għal HF.2.3 tkun soġġetta għal rikonsiderazzjoni kontinwa mill-Partijiet Kontraenti taż-ŻEE, abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Liechtenstein li se jinforma lill-Eurostat jekk in-nefqa fuq l-iskemi ta' finanzjament tal-intrapriżi ma tistax tibqa titqies negliġibbli.

Għalhekk, huwa propost l-adattament li ġej:

"Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi dejta dwar skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi (HF.2.3). Din l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kull meta ċifri mogħtija mil-Liechtenstein juru li n-nefqa fuq skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi fil-Liechtenstein ma jibqgħux negliġibbli.

3.ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jiddisponi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar Deċiżjonijiet bħal dawn, fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun fil-qagħda li tippreżenta l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kemm jista’ jkun malajr.

2015/0299 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika)
tal-Ftehim ŻEE

(statistiċi dwar in-nefqa fuq is-saħħa)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 2 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea 3 ("il-Ftehim ŻEE") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994.

(2)Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE.

(3)Ir-Regolament tal-Kummissjoni 2015/359/KE 4 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. L-informazzjoni dwar il-kura matul il-jum u l-iskemi ta' finanzjament tal-intrapriżi kif ukoll il-kura tal-pazjenti ta' barra u matul il-jum mhijiex disponibbli fil-Liechtenstein, u għalhekk għandu jkun eżentat milli jipprovdi din id-dejta.

(4)Għalhekk, l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan.

(5)Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6.
(2) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 62, 6.3.2015, p.6).

Brussell, 16.12.2015

COM(2015) 656 final

ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru .../2015
ta'
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE
Proposta tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru .../2015

ta'

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE


IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim ŻEE"), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa 1 għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)    Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18z5 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 205/2014) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

‘18z6.    32015 R 0359: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 tal-4 ta' Marzu 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa (ĠU L 62, 6.3.2015, p.6).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)    Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi dejta separata dwar il-kura kurattiva matul il-jum (HC.1.2.), il-kura riabilitattiva matul il-jum (HC.2.2) u l-kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum (HC.3.2), li jiġu inklużi fid-dejta mogħtija dwar il-kura kurattiva tal-pazjenti ta' barra (HC.1.3), il-kura riabilitattiva tal-pazjenti ta' barra (HC.2.3) u l-kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti ta' barra (HC.3.3), rispettivament.

(b)    Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jipprovdi dejta dwar skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi (HF.2.3). Din l-eżenzjoni għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE kull meta ċifri mogħtija mil-Liechtenstein juru li n-nefqa fuq skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi fil-Liechtenstein ma jibqgħux negliġibbli.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 2015/359 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE*.

2Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President

                       […]


   
   
   
   
   
Is-Segretarji
   
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

                       […]

(1) ĠU L 62, 6.3.2015, p. 6.
(2) [L-ebda rekwiżit kostituzzjonali mhuwa indikat.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]