Brussell, 16.11.2015

COM(2015) 567 final

2015/0262(NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Ċertu prodotti jeħtieġu kwoti tariffarji awtonomi meta l-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni ma tkunx tlaħħaq mal-ħtiġijiet tal-industriji li jużawhom fl-Unjoni. Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għandhom jinfetħu b'rati ta' dazju żero jew imnaqqsa għall-volumi x-xierqa, mingħajr ma jfixklu s-swieq ta' prodotti bħal dawn. It-talbiet għall-kwoti ġew eżaminati fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6). Id-diskussjonijiet li saru matul il-laqgħat tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta' Ekonomija Tariffarja (ETQG) urew li l-Istati Membri kienu lesti jiftħu l-kwoti għall-prodotti elenkati fl-Anness ta' din il-proposta għal Regolament, mingħajr ma jfixklu s-swieq ta' prodotti bħal dawn.

Fis-17 ta' Diċembru 2013 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali biex id-domanda tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati tkun tista' tintlaħaq bl-aktar kundizzjonijiet favorevoli.

Ir-Regolament jiġi aġġornat kull semestru bil-għan li jakkomoda l-ħtiġijiet tal-industrija tal-UE.

F'ġieħ iċ-ċarezza, tajjeb li tiġi ppubblikata verżjoni konsolidata tal-Anness ta' dan ir-Regolament li se jieħu post għalkollox l-Anness stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta mhix se tkun ta' żvantaġġ għall-pajjiżi li qed jibbenefikaw minn ftehim kummerċjali preferenzjali mal-UE (pereżempju l-SĠP, is-sistema tal-AKP, il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs), il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali).

Il-konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta tikkonforma mal-politiki agrikoli, kummerċjali, ta' intrapriża, ta' żvilupp u ta' relazzjonijiet esterni.

2.IL-BAŻI LEGALI, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi legali

Il-bażi legali ta' din il-proposta huwa l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE).

Is-sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk, ma japplikax il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi dan is-sett ta' miżuri jikkonforma mal-prinċipji stabbiliti għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-operaturi involuti fil-kummerċ barrani u jikkonforma wkoll mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6). Skont l-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

L-għażla tal-istrument

Bis-saħħa tal-Artikolu 31 tat-TFUE, is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi jiġu stabbiliti mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni; għalhekk, regolament huwa l-istrument adegwat.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-iskema tal-kwoti tariffarji awtonomi kienet parti minn studju ta' evalwazzjoni dwar is-sospensjonijiet tariffarji awtonomi li twettaq fl-2013, peress li l-kwoti awtonomi huma miżuri simili għas-sospensjonijiet awtonomi, għajr għall-fatt li l-kwoti għandhom volum limitat ta' importazzjoni. L-evalwazzjoni kkonkludiet li jibqa' validu l-ħsieb prinċipali wara l-iskema. L-iffrankar tal-ispejjeż għan-negozji tal-UE li jimpurtaw oġġetti skont l-iskema jista' jkun wieħed sinifikanti. Min-naħa tiegħu, dan l-iffrankar jista' jwassal għal benefiċċji usa' (bħall-kapaċitajiet ogħla ta' kompetittività, il-metodi ta' produzzjoni aktar effiċjenti, il-ħolqien jew iż-żamma ta' impjiegi fl-UE eċċ.) skont il-prodott, il-kumpanija u s-settur ikkonċernat.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-valutazzjoni ta' din il-proposta twettqet bl-għajnuna tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta' Ekonomija Tariffarja (ETQG) li jikkonsisti minn delegazzjonijiet mill-Istati Membri kollha u mit-Turkija. Il-Grupp iltaqa' tliet darbiet qabel ma ġew miftiehma l-bidliet stabbiliti f'din il-proposta

u għarbel bir-reqqa kull talba (ġdida jew emendata). B'mod partikolari, l-evitar ta' kwalunkwe ħsara għall-produtturi tal-UE u t-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tal-kompetittività tal-produzzjoni tal-UE kienu jiffurmaw parti mill-eżaminazzjoni ta' kull każ. Din il-valutazzjoni twettqet b'diskussjoni fl-ETQG u bil-konsultazzjoni tal-Istati Membri mal-industriji, mal-assoċjazzjonijiet, mal-kmamar tal-kummerċ ikkonċernati u ma' partijiet ikkonċernati oħra involuti.

Il-kwoti kollha elenkati jikkorrispondu għal ftehimiet jew kompromessi milħuqa fid-diskussjoni tal-ETQG. Ma ssemmewx riskji potenzjalment serji b’konsegwenzi irriversibbli.

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

Mhux rilevanti.

Il-valutazzjoni tal-impatt

L-emenda proposta hija waħda teknika li tikkonċerna biss il-kamp ta' applikazzjoni tal-kwoti elenkati fl-Anness. Il-bqija tar-Regolament jibqa' identiku għar-Regolament tal-Kunsill eżistenti. Għalhekk ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt għal din il-proposta.

L-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Id-drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza fuq id-drittijiet fundamentali.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul li jwassal għal dazji doganali mhux miġbura ta' madwar EUR 4,8 miljun fis-sena. L-effett fuq ir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-baġit huwa ta' – EUR 4 789 757 fis-sena (75 % x EUR 6 386 342 fis-sena).

It-telf ta' dħul fir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali għandu jiġi kkumpensat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq l-ING tagħhom.

5.ELEMENTI OĦRA

Il-pjanijiet ta' implimentazzjoni u l-arranġamenti tal-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-miżuri proposti huma trattati fil-qafas tat-TARIC (it-Tariffa Integrata tal-Unjoni Ewropea) u jiġu applikati mill-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri.

Se jitwettqu kontrolli fuq l-użu aħħari ta' xi prodotti koperti b’dan ir-Regolament skont l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Komunitarju.

Id-dokumenti ta' spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Mhux rilevanti.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Mhux applikabbli.

2015/0262 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Biex ikun żgurat il-forniment biżżejjed u bla waqfien ta' ċerti prodotti li ma jiġux immanifatturati biżżejjed fl-Unjoni u biex jiġi evitat kull tfixkil fis-suq ta' ċerti prodotti agrikoli u industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1388/2013 1 . Il-prodotti li ma jaqbżux dawk il-limiti tal-kwoti tariffarji jistgħu jiġu importati fl-Unjoni b'rati ta' dazju żero jew imnaqqsa. Minħabba r-raġunijiet indikati, hemm bżonn li b'effett mill-1 ta' Jannar 2016 jinfetħu kwoti tariffarji b'rati ta' dazju żero għal volum xieraq għal għaxar prodotti addizzjonali.

(2)F'ċerti każijiet għandhom jiġu adattati l-kwoti tariffarji awtonomi eżistenti tal-Unjoni. Fil-każ ta' tliet prodotti, għandhom jinbidlu l-kodiċijiet tat-TARIC minħabba l-bidliet fil-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda. Għal żewġ prodotti, hemm bżonn li tiġi emendata d-deskrizzjoni tal-prodott għal raġunijiet ta' kjarifika u biex jitqiesu l-iżviluppi l-aktar riċenti tal-prodotti. Fl-interess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jridu jiżdiedu l-volumi tal-kwota ta' ħames prodotti filwaqt li f'każ wieħed il-volum tal-kwota jrid jonqos. F'ġieħ iċ-ċarezza, jeħtieġ li titħassar nota ta' qiegħ il-paġna dwar prodott wieħed.

(3)Għal żewġ prodotti, għandhom jingħalqu l-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni b'effett mill-1 ta' Jannar 2016 għax mhux fl-interess tal-Unjoni li jibqgħu miftuħin minn dakinhar 'il quddiem.

(4)Peress li hemm ħafna emendi li jridu jsiru fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013, f'ġieħ iċ-ċarezza u r-razzjonalità jixraq li dak l-Anness jinbidel.

(5)Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1388/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)Peress li l-bidliet tal-kwoti kkonċernati previsti f'dan ir-Regolament iridu japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1388/2013 qed jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 

applika mill-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    ISEM IL-PROPOSTA

Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

2.    LINJI BAĠITARJI

Il-Kapitolu u l-Artikolu: Il-Kapitolu 12, l-Artikolu 120

Ammont ibbaġitjat għall-2016: EUR 18 465 300 000 (B 2016)

3.    IMPATT FINANZJARJU

   Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja.

X    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul. L-effett huwa kif ġej:

(f'miljuni ta' EUR sa punt wieħed deċimali)

Linja baġitarja

Dħul 2

[Sena: 2016]

L-Artikolu 120

Impatt fuq ir-riżorsi proprji

-4,8 fis-sena

Iż-żidiet ta' dan ir-Regolament se jwasslu biex jiżdiedu d-dazji mhux miġbura b'madwar EUR 4 789 757 miljun fis-sena.

Skont dan, mill-1 ta' Jannar 2016 ’il quddiem, l-impatt fuq it-telf mid-dħul li jirriżulta minn dan ir-Regolament jista' jiġi stmat li se jkun ta' EUR 4 789 757 fis-sena (l-ammont gross ta' EUR 6 386 342 x 0,75).

It-telf ta' dħul fir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali għandu jiġi kkumpensat mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq l-ING tagħhom.

4.    MIŻURI KONTRA L-FRODI

Se jitwettqu kontrolli fuq l-użu aħħari ta’ xi prodotti koperti b'dan ir-Regolament tal-Kunsill skont l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93. 

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319).
(2) Għar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji agrikoli, l-imposti fuq iz-zokkor, id-dazji doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 25 % mill-ispejjeż tal-ġbir.

Brussell, 16.11.2015

COM(2015) 567 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali


ANNESS

tal-

Proposta għal Regolament tal-Kunsill

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali

"ANNESS

Nru ta' l-Ordni

Il-kodiċi tan-NM

TARIC

Deskrizzjoni

Il-perjodu tal-kwota

L-ammont tal-kwota

Il-kwota tad-dazji (%)

*09.2637

ex 0710 40 00

ex 2005 80 00

10

20

Qamħirrum miċ-ċfaċagħ (Zea Mays Saccharata) b'dijametru ta' 10 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 20 mm, imfesdaq, magħżul, mirqum, maħsul, mismut, jew imberred u ffriżat malajr individwalment jew imħejji jew ippriservat b'mod ieħor għajr bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, mhux iffriżat biex jintuża fil-manifattura ta' prodotti tal-industrija tal-ikel għal trattament għajr għall-ippakkjar mill-ġdid sempliċi

 (1)(2)(3)

1.1.-31.12.

550 tunnellata

0 % (3)

09.2849

ex 0710 80 69

10

Faqqiegħ ta’ l-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni ta’ l-ikliet ippreparati minn qabel

 (1)(2)

1.1.-31.12.

700 tunnellata

0 %

*09.2664

ex 2008 60 39

30

Ċirasa ħelwa li fiha spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor ta' mhux aktar minn 9 % tal-piż, ta’ dijametru ta’ mhux aktar minn 19,9mm bl-għadma, għall-użu fi prodotti taċ-ċikkulata

 (1)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

10 %

09.2913

ex 2401 10 35

ex 2401 10 70

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 10 95

ex 2401 20 35

ex 2401 20 70

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

ex 2401 20 95

91

10

11

21

91

91

10

11

21

91

Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00

 (1)

1.1.-31.12.

6 000 tunnellata

0 %

09.2928

ex 2811 22 00

40

Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97 %

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

09.2703

ex 2825 30 00

10

Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi

 (1)

1.1.-31.12.

13 000 tunnellata

0 %

09.2806

ex 2825 90 40

30

Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0 %

09.2929

2903 22 00

Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6)

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

*09.2837

ex 2903 79 30

20

Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5)

1.1.-31.12.

600 tunnellata

0 %

09.2933

ex 2903 99 90

30

1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1)

1.1.-31.12.

2 600 tunnellata

0 %

09.2830

ex 2906 19 00

40

Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8)

1.1.-31.12.

20 tunnellata

0 %

09.2851

ex 2907 12 00

10

O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98,5 % tal-piż (CAS RN 95-48-7)

1.1.-31.12.

20 000 tunnellata

0 %

09.2624

2912 42 00

Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde) (CAS RN 121-32-4) 

1.1.-31.12.

950 tunnellata

0 %

*09.2683

ex 2914 19 90

50

Aċetilaċetonat tal-kalċju  (CAS RN 19372-44-2) għall-użu fil-manifattura tas-sistemi ta' stabilizzaturi fil-forma ta' pilloli

 (1)

1.7-31.12

50 tunnellata

0 %

09.2852

ex 2914 29 00

60

Cyclopropyl methyl ketone (CAS RN 765-43-5)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0 %

09.2638

ex 2915 21 00

10

Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 64-19-7)

1.1.-31.12.

1 000 000 tunnellata

0 %

09.2972

2915 24 00

Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7)

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0 %

*09.2679

2915 32 00

Aċetat tal-Vinil (CAS RN 108-05-4)

1.1.-31.12.

200 000 tunnellata

0 %

*09.266

ex 2916 19 95

30

(E,E)-Eża-2,4-dienoat tal-potassju (CAS RN 24634-61-5)

1.1.-31.12.

8 250 tunnellata

0 %

*09.2684

ex 2916 39 90

28

Klorur ta' 2,5-dimetilfenilaċetil (CAS RN 55312-97-5)

1.7-31.12

125 tunnellata

0 %

09.2769

ex 2917 13 90

10

Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

*09.2680

ex 2917 19 80

25

Anidride n-dodeċenilsuċċiniku (CAS RN 19780-11-1)bi:

għall-użu fil-manifattura ta' kisi għall-vetturi

 (1)

1.1.-31.12.

80 tunnellata

0 %

*09.2634

ex 2917 19 80

40

Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 % (CAS RN 693-23-2)

1.1.-31.12.

4 600 tunnellata

0 %

09.2808

ex 2918 22 00

10

Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2)

1.1.-31.12.

120 tunnellata

0 %

*09.2646

ex 2918 29 00

55

Ottadeċil 3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat (CAS RN 2082-79-3)

biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti singoli ta' stabilizzaturi għall-ipproċessar tal-PVC abbażi ta' taħlitiet tat-trab

 (1)

1.1.-31.12.

80 tunnellata

0 %

*09.2647

ex 2918 29 00

65

Tetrakis(3-(3,5-di-terz-butil-4-idrossifenil)propjonat) tal-pentaeritritol (CAS RN 6683-19-8)

biex jintuża fil-manifattura ta' pakketti ta' stabilizzatur wieħed għall-proċessar tal-PVC ibbażati fuq taħlitiet tat-trab

 (1)

1.1.-31.12.

380 tunnellata

0 %

09.2975

ex 2918 30 00

10

Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

*09.2648

ex 2920 90 10

70

Sulfat tad-Dimetil (CAS RN 77-78-1)

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0 %

*09.2688

ex 2920 90 85

70

Tris(2,4-di-terz-butilfenil)fosfit (CAS RN 31570-04-4)

1.1.-31.12

6 000 tunnellata

0 %

*09.2649

ex 2921 29 00

60

Bis(2-dimetilaminoetil)(metil)ammina (CAS RN 3030-47-5)

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

*09.2682

ex 2921 41 00

10

Anilina ta' purità ta' 99 % jew aktar fil-piż (CAS RN 62-53-3)

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0 %

09.2602

ex 2921 51 19

10

o-Phenylenediamine (CAS RN 95-54-5)

1.1.-31.12.

1 800 tunnellata

0 %

09.2854

ex 2924 19 00

85

Iodoprop-3-2-inilN-butilkarbamat(CAS RN 55406-53-6)

1.1.-31.12

500 tunnellata

0 %

*09.2977

2926 10 00

Akrilonitrile (CAS RN 107-13-1)

1.1.-31.12.

35 000 tunnellata

0 %

*09.2856

ex 2926 90 95

84

2-Nitro-4-(trifluoromethyl)benzonitrile (CAS RN 778-94-9)

1.1.-31.12.

900 tunnellata

0 %

*09.2838

ex 2927 00 00

85

C,C’-Ażodi(formammid) (CAS RN 123-77-3) b':

1.1.-31.12.

100 tunnellata

0 %

*09.2685

ex 2929 90 00

30

Nitrogwanidina (CAS RN 556-88-7)

1.1.-31.12

6 500 tunnellata

0 %

09.2955

ex 2932 19 00

60

Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4)

1.1.-31.12.

300 tunnellata

0 %

09.2812

ex 2932 20 90

77

Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3)

1.1.-31.12.

4 000 tunnellata

0 %

*09.2858

2932 93 00

Piperonal (CAS RN 120-57-0)

1.1.-31.12.

220 tunnellata

0 %

*09.2831

ex 2932 99 00

40

1,3:2,4-Bis-O-(3,4-dimethylbenzylidene)-D-glucitol (CAS RN 135861-56-2)

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

*09.2673

ex 2933 39 99

43

2,2,6,6-tetrametilpiperidin-4-ol (CAS RN 2403-88-5)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

*09.2674

ex 2933 39 99

44

Klorpirifos (ISO) (CAS RN 2921-88-2)

1.1.-31.12.

9 000 tunnellata

0 %

09.2860

ex 2933 69 80

30

1,3,5-Tris[3-(dimethylamino)propyl]hexahydro-1,3,5-triazine (CAS RN 15875-13-5)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

09.2658

ex 2933 99 80

73

5-(Acetoacetylamino)benzimidazolone (CAS RN 26576-46-5)

1.1.-31.12.

200 tunnellata

0 %

*09.2675

ex 2935 00 90

79

4-[[(2-metossibenżojl)ammino]sulfonil]-klorurtal-benżojl (CAS RN 816431-72-8)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2945

ex 2940 00 00

20

D-Xylose (CAS RN 58-86-6)

1.1.-31.12.

400 tunnellata

0 %

*09.2686

ex 3204 11 00

75

Koloranti C.I. Disperse Yellow 54 (CAS RN 7576-65-0) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Disperse Yellow 54 kontenut ta' 99 % or jew iktar f'piż 

1.1.-31.12

2 500 kg

0 %

*09.2676

ex 3204 17 00

14

Preparazzjonijiet ibbażati fuq Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 (CAS RN 7023-61-2)  b'kontenut ta'Koloranti C.I. Pigment Red 48:2 ta'60 % or jew iktar, skont il-piż 

1.1.-31.12.

50 tunnellata

0 %

*09.2666

ex 3204 17 00

55

Koloranti C.I. Pigment Red 169 (CAS RN 12237-63-7) u preparazzjonijiet ibbażati fuqhom ma’ kolorant C.I. Pigment Red 169 kontenut ta' 50 % or jew iktar f'piż

1.1.-31.12.

40 tunnellata

0 %

*09.2659

ex 3802 90 00

19

Trab tad-dijatomi kalċinat fil-fluss tas-soda

1.1.-31.12.

30 000 tunnellata

0 %

09.2908

ex 3804 00 00

10

Linjosulfonat tas-sodju

1.1.-31.12.

40 000 tunnellata

0 %

09.2889

3805 10 90

Termentina tas-sulfat

1.1.-31.12.

25 000 tunnellata

0 %

09.2935

ex 3806 10 00

10

Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski

1.1.-31.12.

280 000 tunnellata

0 %

*09.2832

ex 3808 92 90

40

Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % bil-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f'dispersjoni milwiema

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

09.2681

ex 3812 10 00

ex 3824 90 92

20

85

Taħlita ta' sulfuri ta' bis [3-(trietossisilil)propil] (CAS RN 211519-85-6)

1.1.-31.12.

9 000 tunnellata

0 %

09.2814

ex 3815 90 90

76

Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju

1.1.-31.12.

3 000 tunnellata

0 %

09.2644

ex 3824 90 92

77

Preparat li jkun fih:

1.1.-31.12.

10 000 tunnellata

0 %

09.2140

ex 3824 90 92

79

Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skond il-piż:

1.1.-31.12.

4 500 tunnellata

0 %

*09.2650

ex 3824 90 92

87

Aċetofenon (CAS RN 98-86-2), b'purità f'piż ta' 60 % jew aktar iżda mhux aktar minn 90 %

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2829

ex 3824 90 93

43

Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

1.1.-31.12.

1 600 tunnellata

0 %

09.2907

ex 3824 90 93

67

Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:

għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters

 (1)

1.1.-31.12.

2 500 tunnellata

0 %

*09.2660

ex 3902 30 00

98

Adeżiv tal-olefina polialfa amorfa għall-manifattura ta' prodotti tal-iġjene

 (1)

1.1.-31.12.

500 tunnellata

0 %

*09.2639

3905 30 00

Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed

1.1.-31.12.

15 000 tunnellata

0 %

*09.2671

ex 3905 99 90

81

Poli(butiral tal-vinil) (CAS RN 63148-65-2):

1.1.-31.12.

12 000 tunnellata

0 %

*09.2687

ex 3907 40 00

25

Taħlita ta' polimeri ta' polikarbonat u poli(metilmetakrilat) b'kontenut ta' polikarbonat ta' 98,5 % skont il-piż, f'forma ta' gerbub jew bċejjeċ żgħar, bi trażmittanza luminuża ta' mhux anqas minn 88,5 %, imkejla bl-użu ta' kampjun għall-ittestjar ta' ħxuna ta' 4 mm b'tul tal-mewġa ta' λ = 400 nm (skont ISO 13468-2)

1.1.-31.12

400 tunnellata

0 %

09.2616

ex 3910 00 00

30

Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2800 monomer unit (± 100)

1.1.-31.12.

1 300 tunnellata

0 %

09.2816

ex 3912 11 00

20

Frak ta’ l-aċetat taċ-ċellulożju

1.1.-31.12.

75 000 tunnellata

0 %

*09.2864

ex 3913 10 00

10

Alġinat tas-sodju, estratt minnalgi kannella(CAS RN 9005-38-3)

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

09.2641

ex 3913 90 00

87

Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:

1.1.-31.12.

200 kg

0 %

09.2661

ex 3920 51 00

50

Folji ta’ polimetilmetakrilat konformi mal-istandards:

1.1.-31.12.

100 tunnellata

0 %

09.2645

ex 3921 14 00

20

Blokka ċellulari ta’ ċelluloża riġenerata, mimlija bl-ilma li jkun fih klorur tal-manjeżju u kompost tal-ammonju kwaternarju tad-daqs ta' 100 cm (± 10 cm) x 100 cm (± 10 cm) x 40 cm (± 5 cm)

1.1.-31.12.

1 700 tunnellata

0 %

09.2818

ex 6902 90 00

10

Briks li jirreżistu s-sħana:

1.1.-31.12.

225 tunnellata

0 %

09.2628

ex 7019 52 00

10

Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m²(± 10 g/m²), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss

1.1.-31.12.

3 000 000 m²

0 %

09.2799

ex 7202 49 90

10

Ferro-kromju li fih 1,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju

1.1.-31.12.

50 000 tunnellata

0 %

*09.2652

ex 7409 11 00

ex 7410 11 00

20

30

Fojl u strixxi tar-ram raffinat, miksijin bl-elettrolit

1.1.-31.12.

1 020 tunnellata

0 %

*09.2662

ex 7410 21 00

55

Pjanċi:

1.1.-31.12.

45 000 m²

0 %

*09.2834

ex 7604 29 10

20

Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta' diametru ta' 200 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 300 mm

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2835

ex 7604 29 10

30

Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litjuta' diametru ta' 300,1 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 533,4 mm

1.1.-31.12.

1 000 tunnellata

0 %

*09.2689

ex 7606 12 92

ex 7607 11 90

50

70

Strixxi illigati bl-aluminju u bil-manjeżju jew fojl:

u

01.01-30.06

500 tunnellata

0 %

09.2840

ex 8104 30 00

20

Trab tal-manjeżju:

1.1.-31.12.

2 000 tunnellata

0 %

09.2629

ex 8302 49 00

91

Manku teleskopiku ta’ l-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji

 (1)

1.1.-31.12.

1 000 000 biċċa

0 %

*09.2690

ex 8483 30 80

20

Kuxxinett jiżżerżaq immewweġ għal applikazzjoni fuq l-assi, ta' azzar FeP01 (skont EN 10130-1991) b'saff jiżżerżaq ta' bronż sinterizzat poruż u poli(tetrafluworoetilen), adattat biex jiġi installat fl-unitajiet ta' sospensjoni tal-muturi

1.1.-31.12.

1 500 000 biċċa

0 %

09.2642

ex 8501 40 20

ex 8501 40 80

30

40

Assemblaġġ, magħmul minn:

 (1)

1.1.-31.12.

120 000 biċċa

0 %

09.2763

ex 8501 40 20

ex 8501 40 80

40

30

Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ 250 W jew aktar, input enerġetiku ta’ 700 W jew aktar imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-arja, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners

 (1)

1.1.-31.12.

2 000 000 biċċa

0 %

09.2633

ex 8504 40 82

20

Rettifikatur tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, għall-użu fil-manifattura tal-apparat li jaqa’ fl-intestaturi 8509 80 u 8510

 (1)

1.1.-31.12.

4 500 000 biċċa

0 %

09.2643

ex 8504 40 82

30

Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8528

 (1)

1.1.-31.12.

1 038 000 biċċa

0 %

09.2620

ex 8526 91 20

20

Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni, mingħajr display, u piż ta’ mhux aktar minn  2 500 g

1.1.-31.12.

3 000 000 biċċa

0 %

09.2672

ex 8529 90 92

ex 9405 40 39

75

70

Bord ta’ ċirkwit stampat b'diodes LED:

għall-manifattura ta’ unitajiet tar-retroluminazjzoni għal oġġetti ta’ titlu 8528

 (1)

1.1.-31.12.

115 000 000 biċċa

0 %

09.2003

ex 8543 70 90

63

Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm x 30 mm

1.1.-31.12.

1 400 000 biċċa

0 %

*09.2668

ex 8714 91 10

ex 8714 91 10

21

31

Qafas ta’ biċikletta, mibni mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħ, mogħti l-verniċ u/jew illostrat, biex jintuża għall-manifattura tar-roti

 (1)

1.1.-31.12.

304 000 biċċa

0 %

*09.2669

ex 8714 91 30

ex 8714 91 30

21

31

Furketta ta’ quddiem ta’ biċikletta, magħmula mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħa, mogħtija l-verniċ u/jew illostrata, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti

 (1)

1.1.-31.12.

257 000 biċċa

0 %

09.2631

ex 9001 90 00

80

Lentijiet mhux iffrejmjati, prismi u elementi ssimentjati għall-użu fil-manifattura jew it-tiswija ta' oħħetti tal-kodiċijiet tan-NM 9002, 9005, 9013 10 u 9015

 (1)

1.1.-31.12.

5 000 000 biċċa

0 %

*09.2836

ex 9003 11 00

ex 9003 19 00

10

20

Frejms tan-nuċċalijiet magħmulin bil-plastik jew metall għall-użu fil-manifattura ta' nuċċalijiet tal-vista

 (1)

1.1.-31.12.

5 800 000 biċċa

0 %

(1)

Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għal superviżjoni doganali tal-użu finali tagħhom f’konformità mal-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(2)

Madankollu, is-sospensjoni tat-tariffi doganali ma għandhiex tapplika meta l-ipproċessar isir minn impriżi tal-forniment tal-ikel jew li jbiegħu bl-imnut.

(3)

Id-dazju ad valorem biss huwa sospiż. Id-dazju speċifiku għandu jkompli japplika.

*

Miżura ġdida li għadha kif iddaħħlet jew miżura bil-kundizzjonijiet mibdulin."