IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 6.11.2015
COM(2015) 555 final
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(applikazzjoni mill-Irlanda – EGF/2015/006 IE/PWA International)
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
1.Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ir-“Regolament tal-FEG”).
2.Fid-19 ta’ Ġunju 2015, l-Irlanda ressqet l-applikazzjoni EGF/2015/006 IE/PWA International Ltd għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji fil-PWA International (PWAI) u fornitur wieħed fl-Irlanda.
3.Wara li vvalutat din l-applikazzjoni, u bi qbil mad-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tar-Regolament dwar l-FEG, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-għotja ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati.
SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI
|
L-applikazzjoni tal-FEG
|
EGF/2015/006 IE/PWA International
|
|
L-Istat Membru
|
L-Irlanda
|
|
Ir-reġjun(i) ikkonċernat(i) (il-livell NUTS 2)
|
IE02- Southern and Eastern
|
|
Id-data tat-tressiq tal-applikazzjoni
|
Id-19 ta’ Ġunju 2015
|
|
Id-data ta’ konferma tal-iriċevuta tal-applikazzjoni
|
Id-19 ta’ Ġunju 2015
|
|
Id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali
|
It-3 ta' Lulju 2015
|
|
Id-data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali
|
L-14 ta' Awwissu 2015
|
|
Id-data ta’ skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni
|
Is-6 ta' Novembru 2015
|
|
Il-kriterju ta' intervent
|
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament FEG
|
|
L-intrapriża ewlenija
|
PWA International Ltd
|
L-għadd ta’ intrapriżi konċernati
|
2
|
|
Is-settur(i) tal-attività ekonomika
(Id-Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2)
|
Id-Diviżjoni 33 - Tiswija u installazzjoni ta' makkinarju u tagħmir
|
|
L-għadd ta’ sussidjarji, fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni
|
1
|
|
Il-perjodu ta’ referenza (erba’ xhur):
|
Id-19 ta' Diċembru 2014 – Id-19 ta' April 2015
|
|
L-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza (a)
|
61
|
|
L-għadd ta’ sensji qabel u wara l-perjodu ta’ referenza (b)
|
47
|
|
L-għadd totali ta’ sensji (a + b)
|
108
|
|
L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira eliġibbli
|
108
|
|
L-għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira
|
108
|
|
L-għadd ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETs) fil-mira
|
108
|
|
Il-baġit għas-servizzi personalizzati (EUR)
|
707 670
|
|
Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG (EUR)
|
29 486
|
|
Il-baġit totali (EUR)
|
737 156
|
|
Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)
|
442 293
|
VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI
Proċedura
4.Fid-19 ta’ Ġunju 2015, l-Irlanda ressqet l-applikazzjoni EGF/2015/006 IE/PWA fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha l-kriterji ta’ intervent stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG ġew issodisfati. Il-Kummissjoni kkonfermat l-irċevuta tal-applikazzjoni fl-istess jum u talbet informazzjoni addizzjonali fi żmien ġimgħatejn mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, fit-3 ta’ Lulju 2015. Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-talba. Il-perjodu ta' 12-il ġimgħa mill-irċevuta tal-applikazzjoni kompluta li fih il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja jiskadi fis-6 ta’ Novembru 2015.
Eliġibbiltà tal-applikazzjoni
L-intrapriżi u l-benefiċjarji kkonċernati
5.L-applikazzjoni tikkonċerna 108 ħaddiema li ngħataw is-sensja fil-PWA International Ltd u fornitur wieħed. L-intrapriża ewlenija operat fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-Diviżjoni 33 tan-NACE Reviżjoni 2 (Tiswija u installazzjoni ta' makkinarju u tagħmir). Is-sensji li taw l-intrapriżi kkonċernati jinsabu primarjament fir-reġjun tal-livell NUTS 2 tal-Irlanda tan-Nofsinhar u tal-Lvant (IE 02).
|
L-intrapriżi u l-għadd ta' sensji matul il-perjodu ta' referenza
|
|
PWA International
|
104
|
Manguard
|
4
|
L-għadd totali ta’ intrapriżi: 2
|
L-għadd totali ta’ sensji:
|
108
|
|
L-għadd totali ta’ persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet:
|
0
|
|
L-għadd totali ta’ ħaddiema eliġibbli u persuni li jaħdmu għal rashom:
|
108
|
Il-kriterji ta’ intervent
6.L-Irlanda ressqet l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2) b'deroga mill-kriterji tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, li jeħtieġu li tal-inqas 500 ħaddiem ikunu ngħataw is-sensja fuq perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur f’intrapriża fi Stat Membru, inkluż il-ħaddiema li ngħataw is-sensja mill-fornituri u mill-produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjoni u/jew persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet.
7.Il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur tal-applikazzjoni hu mid-19 ta’ Diċembru 2014 sad-19 ta’ April 2015.
8.Is-sensji matul il-perjodu ta’ referenza huma kif ġej:
–61 ħaddiem li ngħataw is-sensja mill-PWA International Ltd.
Il-kalkolu tas-sensji u tal-waqfien tal-attività
9.Is-sensji matul il-perjodu ta’ referenza ġew ikkalkulati kif ġej:
–61 mid-data tat-terminazzjoni de facto tal-kuntratt ta’ impjieg jew l-iskadenza tiegħu.
Benefiċjarji eliġibbli
10.Minbarra l-ħaddiema li diġà ssemmew, il-benefiċjarji eleġibbli jinkludu 47 ħaddiem li ngħataw is-sensja qabel jew wara l-perjodu ta' referenza ta' erba' xhur. Dawn il-ħaddiema kollha ngħataw is-sensja wara t-tħabbira ġenerali tas-sensji mbassrin, fl-10 ta’ Ottubru 2014. Tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li wassal għas-sensji matul il-perjodu ta’ referenza.
11.Għalhekk l-għadd totali ta' benefiċjarji huwa 108.
Ir-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali kbir fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni
12.Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali kbir fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, l-Irlanda targumenta li l-għeluq tal-PWAI, intrapriża tal-Manutenzjoni, it-Tiswija u t-Tiġdid bir-Reqqa (MRO) u impriża konġunta bejn il-United Technologies Corporation Pratt & Whitney (P&W) u s-Singapore Airlines Engineering Company (SIAEC), sar biex jissaħħu l-operazzjonijiet tal-kumpanija fl-Amerika ta’ Fuq u l-Asja bi trasferiment f’fażijiet mill-PWAI lill-faċilitajiet ta’ tiswija fi ħdan in-netwerk tal-P&W PSD, ibbażati f'Arkansas (l-Istati Uniti tal-Amerika) u l-Eagle Services Asia bbażata f’Singapore.
13.Matul l-aħħar 10 snin il-klijenti bbażati fl-Asja ammontaw għal madwar 50 % tan-negozju tal-PWAI pereżempju, il-Japan Airlines (JAL), il-JAL Aeroparts, l-All Nippon Airways (ANA) u l-Mitsubishi Heavy Industries (MHI). Erbgħin fil-mija (40 %) oħra tan-negozju tal-PWAI kien ma’ klijenti bbażati fl-Istati Uniti tal-Amerka, bħall-United Airlines, u 10 % biss mill-klijenti kienu Ewropej pereżempju l-SR Technics fl-Iżvizzera u Lufthansa fil-Ġermanja.
14.Fuq il-livell dinji, iż-żjarat lill-ħanut tax-xogħol tal-magna PW4000, li kienu jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 90 % tan-negozju tat-tiswija tal-PWAI, naqas b’36 % bejn l-2006 u l-2013. Huwa previst tnaqqis ulterjuri ta’ 54 % għall-perjodu 2006-2020. Dan huwa minħabba l-irtirar bikri ta’ xi inġenji tal-ajru bi struttura primarja wiesgħa għal titjiriet twal li joperaw PW4000, peress li issa hemm magni aktar effiċjenti bħal Rolls-Royce Trent u P&W GP7000.
15.Il-PWAI twettaq tiswijiet u reviżjonijiet tal-kaxxa tal-krank għal Magni Kbar ta’ Inġenji tal-Ajru Kummerċjali. It-trasferimenti teknoloġiċi lejn ġenerazzjoni ġdida ta’ inġenji tal-ajru jgħinu wkoll biex jispjegaw għala kien hemm tnaqqis fid-domanda għall-attività tal-PWAI fiż-żona Irlandiża u l-migrazzjoni ta’ tali attività barra mill-UE. Il-flotta tal-inġenji tal-ajru dinjija tal-ġejjieni wisq probabbli se tkun iddominata minn tip ta' inġenju tal-ajru li jkollu kuritur wieħed / struttura primarja dejqa, li huma tipiċi ta', li jinkludu, il-B737-600/700/800/900 u l-familja ta' tipi ta' A32. Il-proporzjon ta' dan it-tip huwa mistenni li jikber mill-64% tal-lum għal aktar minn 70 % tal-flotta dinjija. Dan it-tkabbir huwa mistenni li jiġi mill-Asja, fejn is-settur tal-avjazzjoni qed jikber u hemm ħtieġa li tipi eqdem ta' inġenji tal-ajru jinbidlu b'tipi ta’ inġenji tal-ajru bi struttura primarja dejqa. Is-SAIEC, sussidjarja akkwiżita totalment mis-Singapore Airlines u nofs l-impriża konġunta tal-PWAI, hija l-ixprun ewlieni tal-isforzi nazzjonali ta' Singapore li jiżviluppa u jkattar l-impjiegi fl-attivitajiet tal-avjazzjoni internazzjonali.
16.F’dawn l-aħħar snin, il-PWAI kienet affettwata abbażi ad hoc bin-nuqqas ta’ klawżola fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea (FTA) li teżenta oġġetti msewwija mid-dazji doganali mad-dħul mill-ġdid tagħhom. Il-FTA tal-Korea mal-Istati Uniti jinkludi klawżola bħal din. Filwaqt li l-Korea estendiet l-eżenzjoni mid-dazju attwali sa tmiem l-2016, klijenti ta' terminu twil ġew avżati li fil-futur ċerti tariffi japplikaw mad-dħul mill-ġdid fil-Korea ta’ prodotti tal-avjazzjoni li ssewwew fl-UE, filwaqt li dawn it-tariffi mhux se jkunu japplikaw fuq dħul mill-ġdid fil-Korea wara t-tiswija fl-Istati Uniti. Għaldaqstant l-ex-sit kollaborattiv tal-PWA fl-Istati Uniti se jkun qed jibbenefika minn tali kundizzjonijiet preferenzjali filwaqt li l-PWAI mhux se tkun qed tibbenefika. Għalkemm għadd ta’ kwistjonijiet ġew riżolti, din is-sitwazzjoni tawlet ċerti negozjati kuntrattwali. Qabel dan, il-Korean Airlines kienet klijent kbir tal-faċilità fis-sit ta’ Dublin.
17.Ix-xejra lejn il-lokalizzazzjoni tal-attività tal-MRO viċin ċentri ta’ espansjoni tal-avjazzjoni globali u l-impatti negattivi ta’ ftehimiet kummerċjali globali, affettwaw b’mod serju l-Ewropa u b’mod partikolari lill-Irlanda. L-SR Technics għalqet l-impjant tagħha fl-Ajruport ta’ Dublin fl-2009, bit-telf ta’ aktar minn 1 100 impjieg (EGF/2009/021 IE/SR Technics). Il-Lufthansa Technik Airmotive Ireland għalqet l-impjant tagħha fl-2014, bit-telf ta’ aktar minn 420 impjieg (EGF/2014/016 IE/Lufthansa Technik).
18.S'issa s-settur tat-"tiswija u l-installazzjoni tal-makkinarju u t-tagħmir" kien is-suġġett ta' dawn it-tliet applikazzjonijiet tal-FEG, tnejn minnhom ibbażati fuq il-kummerċ marbut mal-globalizzazzjoni u l-każ l-ieħor ibbażat fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.
L-avvenimenti li wasslu għas-sensji u għall-waqfien tal-attività
19.L-avveniment li wassal għal dawn is-sensji huwa l-għeluq tal-PWAI, ibbażata f'Rathcoole, Co Dublin. Oriġinarjament kienet ġiet stabbilita fl-1989 bħala impriża konġunta bejn il-United Technologies Corporation u l-Airmotive Ireland Holdings, aktar reċentement magħrufa bħala Lufthansa Technik Airmotive Ireland.
20.Fl-10 ta’ Ottubru 2013, il-Bord tad-Diretturi tal-PWAI ħabbar pjanijiet biex jagħlaq in-negozju, abbażi ta' fażijiet fuq perjodu ta’ 18-il xahar, bl-għeluq finali f’Ġunju 2015. Il-Bord tad-Diretturi tal-PWAI, fil-konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tal-impjegati, ikkonferma li d-deċiżjoni li tingħalaq il-faċilità tal-PWAI ma kinitx riflessjoni tal-impjegati, peress li l-produttività u l-effiċjenza kienu żdiedu u l-miri kritiċi kollha kienu ntlaħqu jew saħansitra nqabżu eż. id-dħul annwali, il-profitt, is-saħħa ambjentali u s-sikurezza u l-kwalità.
21.Fiż-żmien tal-ittra uffiċjali lill-Ministru, li tinnotifika l-għoti kollettiv tas-sensji, in-numru ta’ persuni impjegati fis-sit tal-PWAI f'Rathcoole kien ta’ 107 b’kollox (98 permanenti, erba’ impjegati għal żmien fiss u ħames ħaddiema tal-aġenziji).
22.L-ewwel ħaddiema ngħataw is-sensja fit-22 ta’ Mejju 2014, u l-ħaddiema kollha, bl-eċċezzjoni tal-aħħar tnejn, kienu telqu sat-28 ta’ Awwissu 2015. Dawn l-aħħar żewġ ħaddiema telqu fit-30 ta’ Settembru 2015.
L-impatt mistenni tas-sensji fuq l-ekonomija u l-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali
23.L-impjant tal-PWAI jinsab fiċ-ċentru tal-kontea tan-Nofsinhar ta' Dublin. F’Marzu 2015, 104 ħaddiema tal-PWAI kien joqogħdu fil-kontej ġeografiċi ta’ Dublin (51), Kildare (34), Meath (4), Wicklow (4) u f'kontej oħra tal-madwar (11). Minn fost ir-residenti ta' Dublin, 14 kienu joqogħdu f'żoni qrib ta' Rathcoole, bħal Tallaght u Clondalkin (fin-Nofsinhar ta' Dublin) u fi Blanchardstown (Fingal).
24.L-aħħar Ċensiment (2011) jipprovdi statistika varja dettaljata. Għalhekk, minn popolazzjoni totali ta’ età ’l fuq minn 15-il sena, ir-rata tal-qgħad fin-Nofsinhar ta’ Dublin kienet biss ftit ogħla (11,61 %) mill-medja nazzjonali (10,83 %), iżda dawn iċ-ċifri jaħbu rqajja’ ta’ żvantaġġ lokali konsiderevoli. Pereżempju, Blanchardstown-Tyrrelstown, Tallaght-Killinarden, Clondalkin-Rowlagh u Tallaght-Fettercairn kienu fost il-25 ta' quddiem nett mit-3 409 distretti elettorali nazzjonali li għandhom ċifri ta' qgħad ta' bejn it-22 %, u l-25 %. L-edukazzjoni sekondarja baxxa kienet l-ogħla livell ta’ edukazzjoni miksub minn madwar 25,4 % tal-popolazzjoni f'Tallaght-Killinarden filwaqt li d-djar tal-awtorità lokali jirrapreżentaw madwar 49,4 % tal-pussess tad-djar f'Tallaght-Fettercairn. Indikaturi soċjoekonomiċi oħra bħal rati baxxi ta’ impjieg, nuqqas ta’ kwalifiki professjonali, numru kbir ta’ unitajiet domestiċi mmexxija minn ġenitur wieħed u livelli ta' dipendenza għolja jindikaw żvantaġġ konsiderevoli u faqar fil-livelli lokali.
25.Minkejja t-tnaqqis fiċ-ċifri tal-qgħad fi żminijiet aktar riċenti, matul il-perjodu minn Diċembru 2014 sa Marzu 2015, in-numru ta’ persuni taħt l-età ta’ 25 snin fuq il-Live Register tal-persuni qiegħda fir-reġjun ta’ Dublin fil-fatt żdied filwaqt li l-medja fl-Istat naqset b’-1,85 %.
26.Is-sensji fil-PWAI diġà qed ikollhom impatt negattiv fuq l-ekonomija u s-swieq tax-xogħol ta’ partijiet ta’ Dublin u r-reġjun tal-Lvant, b’mod partikolari l-impatti negattivi fuq dawk iż-żoni lokali fejn toqgħod il-parti l-kbira tal-ħaddiema tal-PWAI. Meta r-rati tal-qgħad riċentament urew tendenza ‘l fuq f’dawk ir-reġjuni u inqas opportunitajiet fi ħdan l-MRO u fis-settur usa’ tal-manifattura, ex-ħaddiema tal-PWAI, b'mod partikolari ħaddiema rġiel anzjani, qed jiffaċċjaw kompetizzjoni għall-impjiegi li qed tiżdied u riskju ogħla ta’ qgħad fit-tul.
Spjegazzjoni taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jirfdu l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni
27.L-Irlanda targumenta li din l-applikazzjoni għandha tiġi assimilata ma’ applikazzjoni skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament FEG minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali. Dan l-argument huwa bbażat fuq is-sitwazzjoni diffiċli li kienet teżisti fiż-żona, flimkien mal-effett kumulattiv tal-għeluq ta' tliet impriżi fis-settur tal-MRO f’perjodu qasir, u li l-ebda impjegatur f'dan is-settur mhu qed jibqa' fl-Irlanda kollha.
28.Il-PWAI bdiet il-ħajja kummerċjali tagħha fl-1989 bħala “Airmotive Ireland Holdings Ireland”, sussidjarja tal-impriża prinċipali Lufthansa Technik u stabbiliet ruħha 200 metru biss mill-impriża prinċipali, qabel ma wara ġiet akkwistata mill-UTC u saret PWAI. Minn hemm 'il quddiem l-iżvilupp tal-PWAI kien riflessjoni ta' dak tal-Lufthansa Technik bi tkabbir qawwi fis-snin 1990 u l-bidu tas-snin 2000 u mbagħad tnaqqis fil-fatturat u fl-attività u l-għeluq eventwali fl-2014/15 għall-istess tipi ta’ raġunijiet (kompetizzjoni globali mill-Asja u bnadi oħra, id-delokalizzazzjoni lejn swieq emerġenti li joffru opportunitajiet ta’ espansjoni akbar, eċċ). Il-PWAI operat fl-istess settur tal-Lufthansa Technik u, u kieku dawn is-sensji seħħew xi xhur qabel, setgħu jiġu inklużi ma’ dawk tal-Lufthansa Technik bħala parti mill-applikazzjoni settorjali tal-FEG.
29.Sa mis-snin disgħin, l-Irlanda, li bdiet b'bażi baxxa tal-impjiegi, bil-mod il-mod bniet niċċa għaliha fis-settur tal-MRO, biex b'hekk attirat investiment barrani dirett u sostanzjali u ħolqot impjiegi mħallsin tajjeb fis-settur.
30.Fi Frar 2009, l-SR Technics għalqet l-impjant tagħha fl-Ajruport ta’ Dublin, bit-telf ta’ aktar minn 1 135 impjieg fis-settur tal-MRO (EGF/2009/021 IE/SR Technics).
31.F’Ottubru 2013, il-PWA International Ltd ħabbret l-għeluq tagħha b’telf ta’ 107 impjieg fis-settur tal-MRO (EGF/2015/006 IE PWA International).
32.F’Novembru 2013, il-Lufthansa Technik ħabbret l-għeluq tagħha u 415-il sensja (EGF/2014/016 IE/Lufthansa Technik).
33.Għalhekk intilef total ta’ 1 657 impjieg f’inqas minn ħames snin f'subsettur wieħed (il-manutenzjoni, it-tiswija u t-tiġdid bir-reqqa tal-inġenji tal-ajru) f'żona delimitata waħda (Dublin). Dan it-telf sinifikanti ta’ impjiegi f’ekonomija miftuħa żgħira bħall-Irlanda huwa eċċezzjonalment gravi f’termini ta’ impjiegi u dħul.
34.Il-profil tal-ħiliet tal-ħaddiema affettwati taħt il-programm tal-FEG tal-SR Technics kien simili ħafna għal dak tal-ħaddiema tal-PWAI. Il-programm tal-FEG tal-SR Technics kien wassal għal riżultati pożittivi, b’xi 53,45 % tal-benefiċjarji lura fl-impjieg f’Settembru 2012, kważi 12-il xahar wara tmiem il-programm.
35.Il-potenzjal tal-impjieg mill-ġdid fl-Irlanda għall-ħaddiema bil-ħiliet tal-MRO mis-settur tal-avjazzjoni qed jonqos ħafna. Barra minn hekk, opportunitajiet biex ifittxu impjieg bħal dan fl-Irlanda ta’ Fuq naqsu b’mod qawwi, fl-2014 u fl-2015 b’avviżi ta' total ta’ 800 sensja f’Bombardier, kumpanija tal-manifattura tal-avjazzjoni bbażata f’Belfast, lokalizzata 165 km minn Dublin.
Il-benefiċjarji fil-mira u l-azzjonijiet proposti
Il-benefiċjarji fil-mira
36.L-għadd stmat ta’ ħaddiema ssensjati li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huwa 108. Id-disaggregazzjoni ta' dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-età hija kif ġej:
|
Kategorija
|
L-għadd ta’
benefiċjarji fil-mira
|
|
Sess:
|
Irġiel:
|
98
|
(90,74 %)
|
|
|
Nisa:
|
10
|
(9,26 %)
|
|
Ċittadinanza:
|
Iċ-ċittadini tal-UE:
|
108
|
(100 %)
|
|
|
mhux ċittadini tal-UE:
|
0
|
(0 %)
|
|
Grupp ta’ età:
|
15-24 sena:
|
2
|
(1,85 %)
|
|
|
25-29 sena:
|
3
|
(2,78 %)
|
|
|
30-54 sena:
|
85
|
(78,70 %)
|
|
|
55-64 sena:
|
17
|
(15,74 %)
|
|
|
iktar minn 64 sena:
|
1
|
(0,93 %)
|
37.Barra minn hekk, l-awtoritajiet Irlandiżi se jipprovdu servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil massimu ta’ 108 żagħżugħ u żagħżugħa li huma barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETs) li jkollhom inqas minn 25 sena fid-data tat-tressiq tal-applikazzjoni, peress li 61 mis-sensji li seħħew fir-reġjun tal-livell 2 tan-NUTS fin-Nofsinhar u fil-Lvant (IE02), li huma eliġibbli skont l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ.
38.Għaldaqstant, it-total stmat ta’ benefiċjarji fil-mira li huma mistennija jieħdu sehem fil-miżuri, inklużi NEETs, huwa 216.
L-eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti
39.Is-servizzi personalizzati li se jingħataw lill-ħaddiema ssensjati u lin-NEETs huma dawn li ġejjin:
–Gwida u ppjanar u żvilupp tal-karriera
Il-gwida okkupazzjonali u l-ippjanar tal-karriera bikrija u komprensivi huma importanti ħafna għall-ħaddiema ssensjati li fil-bidu jistgħu jħossuhom diżorjentati u inċerti minn kif se jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.
L-appoġġ jinkludi t-tfassil ta' profil individwali, l-identifikazzjoni tal-bżonnijiet, il-valutazzjoni tat-tagħlim, it-tħejjija tas-CV, il-gwida u l-ippjanar tal-karriera, l-għajnuna fit-tfittxija ta' impjieg u għajnuniet u pariri relatati oħra.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali, il-Bordijiet tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ, l-Unità ta' Koordinazzjoni tas-SOLAS tal-FEG u speċjalisti oħra, fejn hu xieraq, se jgħinu lill-ħaddiema ssensjati, billi fost servizzi oħra, se joffrulhom korsijiet akkreditati mill-QQI għall-ippjanar tal-karrieri li jservu ta' tarġiet li jwasslu għal korsijiet ta' taħriġ u edukazzjoni aktar formali orjentati lejn l-impjieg.
Il-PWAI stess implimentat programm għall-klassifikazzjoni mill-ġdid qabel is-sensja ta’ ħaddiema individwali, li tahom l-opportunità li jirċievu individwalment pariri finanzjarji u dwar il-karriera.
–Għotja ta' Taħriġ tal-FEG
Il-mekkaniżmu tal-Għotja ta’ Taħriġ tal-FEG jipprovdi flessibiltà lill-benefiċjarju tal-FEG biex jidentifika u jagħżel korsijiet ta’ taħriġ imfassla apposta u approvati, edukazzjoni għolja u avvanzata flimkien ma' dawk mogħtija permezz tas-sistema pubblika. Tali programmi jistgħu jiġu ffinanzjati bl-għotja ta’ taħriġ tal-FEG. Dawn il-programmi huma jew akkreditati mill-industrija jew huma jew akkreditati skont Quality and Qualifications Ireland (QQI).
–Programmi ta' Taħriġ u Edukazzjoni Għolja u Avvanzata
Dawn il-miżuri jingħataw prinċipalment minn aġenziji tal-istat bħal pereżempju l-Bords tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ iżda wkoll minn fornituri privati approvati.
Jistgħu jiġu pprovduti wkoll internship speċifiku, kollokamenti f'impjieg, esperjenza ta’ xogħol, apprendistat u programmi ta' taħriġ orjentati lejn il-komunità, f'konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Soċjali (DSP) u korpi Statali oħrajn li għandhom ir-responsabbiltà nazzjonali għal interventi bħal dawn.
–Programmi ta' Edukazzjoni Ogħla
Programmi ta' Edukazzjoni Għolja se jikkonsistu minn programmi full time jew part time għall-popolazzjoni fil-mira, li jingħataw permezz ta' istituzzjonijiet ffinanzjati mill-Istat, primarjament fir-reġjun ta' Dublin u fiż-żoni interni tiegħu.
L-Istituti tat-Teknoloġija ta' Tallaght, ta' Blanchardstown, ta' Carlow, ta' Dublin u Dublin City University huma istituzzjonijiet ewlenin tal-edukazzjoni għolja li jkopru ż-żona ġenerali minn fejn jiġu l-ħaddiema affettwati.
Jistgħu jingħataw ukoll korsijiet qosra ta' konverżjoni li jimmiraw lejn il-ħiliet magħrufin li huma skarsi u ffinanzjati permezz ta' inizjattivi bħal Springboard u Momentum fil-każijiet xierqa.
L-Għotja għat-Taħriġ tal-FEG hija disponibbli lill-klijienti biex ikollhom aċċess għal programmi tat-tielet livell mogħtija b'mod privat f'każijiet li dawn ma jiġux offruti fis-sistema ffinanzjata mill-gvern jew meta jkunu speċjalizzati ħafna. Il-kontenut tal-programm tal-edukazzjoni u t-taħriġ huwa vvalidat minn QQI.
Il-PWAI stabbilixxiet "Programm ta' Borża ta' Studju għall-Impjegat" li tisponsorizza impjegati li qed joħorġu mill-impjieg li jibdew jew ikomplu b’edukazzjoni terzjarja ta’ mill-inqas livell ta’ lawrja ordinarja għal perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data l-ħruġ tagħhom. Din l-attività komplementari mhix obbligatorja u ma titħallasx mill-FEG.
–Allowances b'limitu ta' żmien
Biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni fil-korsijiet ta’ gwida, taħriġ u edukazzjoni, se tingħata skema ta' kontribuzzjoni tal-FEG għall-ispejjeż tal-kors (CEC), biex jitħallsu xi spejjeż addizzjonali involuti. Is-CEC hija amministrata mill-Unità ta' Koordinazzjoni tal-FEG u tikkontribwixxi lejn xi ftit mill-ispejjeż assoċjati mal-mobbiltà, is-sussistenza, il-materjali tal-kors, it-tagħmir, il-kura tat-tfal, eċċ. iżda hija soġġetta għal ċerti limiti finanzjarji.
Appoġġi oħra limitati biż-żmien jistgħu jinkludu l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi u l-allowances tal-attivazzjoni.
40.L-azzjonijiet proposti deskritti hawnhekk jikkostitwixxu miżuri attivi fis-suq tax-xogħol fl-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jiħdux post il-miżuri passivi tal-protezzjoni soċjali.
41.L-Irlanda pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa dwar l-azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz tal-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi. Huma kkonfermaw li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tissostitwixxix dawn l-azzjonijiet.
Il-baġit stmat
42.L-ispejjeż totali stmati huma ta’ EUR 737 156, li huma magħmula min-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 707 670 u n-nefqa għal attivitajiet preparatorji, ta’ ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar ta’ EUR 29 486.
43.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 442 293 (60 % tal-ispejjeż totali).
|
Azzjonijiet
|
L-għadd stmat ta’ parteċipanti
|
L-ispiża stmata għal kull parteċipant
(f’EUR)
|
L-ispejjeż totali stmati
(f’EUR)
|
|
Is-servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Gwida u ppjanar tal-karriera
|
190
|
450
|
85 500
|
|
Għotja ta' Taħriġ tal-FEG
|
122
|
1 800
|
219 600
|
|
Programmi ta' Taħriġ u tal-Edukazzjoni Avvanzata
|
44
|
2 500
|
110 000
|
|
Programmi ta' Edukazzjoni Għolja
|
15
|
5 800
|
87 000
|
|
Appoġġi għall-intraprenditorija u għal dawk li jaħdmu għal rashom:
|
6
|
5 000
|
30 000
|
|
Subtotal (a):
Il-perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati:
|
—
|
532 100
|
|
|
|
(75,19 %)
|
Benefiċċji u inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Allowances limitati biż-żmien
|
181
|
970
|
175 570
|
|
Subtotal (b):
Il-perċentwal tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati:
|
—
|
175 570
|
|
|
|
(24,81 %)
|
|
Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG
|
|
1 Attivitajiet preparatorji
|
—
|
|
|
2 Ġestjoni
|
—
|
8 000
|
|
3 Informazzjoni u pubbliċità
|
—
|
1 486
|
|
4 Kontroll u rapportar
|
—
|
20 000
|
|
Subtotal (c):
Perċentwal tal-ispejjeż totali:
|
—
|
29 486
|
|
|
|
(4,00 %)
|
|
Spejjeż totali (a + b + c):
|
—
|
737 156
|
|
Il-kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali)
|
—
|
442 293
|
44.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta’ hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati. L-Irlanda kkonfermat li dawn l-azzjonijiet huma soġġetti għall-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fit-tfittxija għax-xogħol jew l-attivitajiet ta’ taħriġ.
Il-perjodu ta' eliġibbiltà tan-nefqa
45.L-awtoritajiet tal-Irlanda bdew jipprovdu s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fit-22 ta’ Mejju 2014. Għalhekk, in-nefqa fuq l-azzjonijiet se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-22 ta' Mejju 2014 sad-19 ta' Ġunju 2017, bl-eċċezzjoni tal-livell terzjarju tal-edukazzjoni, li se jkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja sad-19 ta' Diċembru 2017.
46.L-awtoritajiet tal-Irlanda bdew iġarrbu n-nefqa amministrattiva sabiex jimplimentaw il-FEG fl-10 ta' Ottubru 2013. Għalhekk, in-nefqa fuq attivitajiet ta' tħejjija, ta' ġestjoni, ta' informazzjoni u pubbliċità, u ta' kontroll u rappurtar se jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-10 ta' Ottubru 2013 sad-19 ta' Diċembru 2017.
Il-komplementarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati b'fondi nazzjonali jew tal-Unjoni
47.Is-sors tal-prefinanzjament nazzjonali huwa l-Ministeru tal-Finanzi Irlandiż, li se jikkofinanzja wkoll il-programm. In-nefqa se tittieħed mill-Fond Nazzjonali għat-Taħriġ u mis-sottointestaturi tal-infiq ivvutati tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet u minn Dipartimenti tal-Gvern rilevanti oħrajn.
48.L-Irlanda kkonfermat li l-miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux ser jirċievu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni.
Il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira jew mar-rappreżentanti tagħhom, jew mas-sħab soċjali, kif ukoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali
49.L-Irlanda indikat li l-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mal-benefiċjarji fil-mira u mar-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll mat-trade unions.
50.Wara l-irċevuta tan-notifika mid-Dipartiment tal-Impjiegi, l-Intrapriża u l-Innovazzjoni dwar is-sensji kollettivi imminenti f’Ottubru 2013, l-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-FEG (MA tal-FEG), flimkien mal-Awtorità tal-Iżvilupp Industrijali, ikkuntattjat lill-maniġment tal-kumpanija u t-trade unions is-SIPTU, it-TEEU u l-Unite the Union biex jidentifikaw u jiddiskutu l-ħtiġijiet potenzjali ta’ integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li kienu se jngħataw is-sensja.
51.F’April 2014 il-FEG tal-MA rċeviet stħarriġ dwar il-preferenzi tat-taħriġ tal-ħaddiema mwettaq mill-PWAI u li wera interess wiesa' fit-taħriġ tekniku u relatat mal-avjazzjoni. Il-kuntatt bilaterali kompla bejn l-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-FEG (MA tal-FEG) u l-kumpanija u t-trade unions matul il-bqija tal-2014.
52.Aktar kuntatti mill-MA tal-FEG laħqu l-qofol tagħhom f’laqgħa fil-25 ta’ Frar 2015, xahar qabel id-data ta' tmiem l-impjieg tal-akbar grupp ta’ ħaddiema fil-PWAI, fejn l-MA tal-FEG, l-Unità ta' Koordinazzjoni tas-SOLAS tal-FEG, il-ħaddiema tal-PWAI u t-trade unions kienu rrappreżentati u l-potenzjal tal-FEG favur il-ħaddiema li ngħataw is-sensja ġie diskuss. Għaldaqstant il-ħaddiema kollha ġew mistħarrġa f’Marzu 2015 mill-Unità ta’ Koordinazzjoni tal-FEG fir-rigward tal-bżonnijiet potenzjali tagħhom għall-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol. Ir-riżultati ta’ din il-konsultazzjoni taw informazzjoni utli għall-miżuri propsoti tal-FEG inklużi fl-applikazzjoni.
53.Se jitwaqqaf forum konsultattiv jew proċess interattiv ieħor biex jissuplementa l-ħidma kontinwa tal-Unità ta' Koordinazzjoni tal-FEG u biex jagħti l-opportunità lill-ħaddiema ssensjati u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti li jagħtu l-ideat tagħhom b'mod kontinwu, biex dawn jintużaw fl-implimentazzjoni effettiva tal-programm tal-FEG.
Ġestjoni u sistemi ta’ kontroll
54.L-Irlanda avżat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita mill-persunal magħżul tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u l-Ħiliet li nħatar bħala l-Awtorità ta' Ġestjoni (MA) tal-FEG. Ir-rwol prinċipali tal-MA tal-FEG huwa li jiġi vverifikat li l-programm ta’ servizzi personalizzati u appoġġ, kofinanzjati mill-FEG, twassal b'miod xieraq u li jiżguraw li s-servizzi mogħtija kollha huma appoġġati minn dokumentazzjoni preċiża verifikabbli.
55.Il-Korp Intermedju jwettaq kontrolli addizzjonali biex jiżgura li d-dikjarazzjoni tan-nefqa finali mill-Korpi Benefiċjarji Pubbliċi fir-rigward tat-talbiet hija preċiża u appoġġata minn rekord tal-awditjar ċar qabel ma ssir dikjarazzjoni formali tal-ammont totali tan-nefqa eliġibbli.
56.Il-Korpi Benefiċjarji Pubbliċi huma responsabbli biex jitolbu l-finanzjament tal-FEG mingħand l-Awtorità ta' Ġestjoni (MA) tal-FEG, u fil-biċċa l-kbira, għall-iżborż tiegħu. Huma responsabbli wkoll biex jivverifikaw li l-għan, l-ambitu u d-daqs tal-finanzjament ikunu xierqa skont it-termini tal-applikazzjoni tal-FEG. Barra minn hekk, huma jiżguraw li jkunu ġew stabbiliti proċeduri ta' monitoraġġ, reġistrazzjoni xierqa u kontroll intern b'rabta man-nefqiet u t-talbiet kollha relatati mal-FEG mill-fornituri tas-servizz u li dawn jiġu dokumentati kif xieraq.
57.L-Awtorità ta' Ċertifikazzjoni tal-FEG hija responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa marbuta mal-miżuri kofinanzjati mill-FEG. Billi twettaq dan, l-awtorità tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti kollha marbutin mal-preċiżjoni, mal-legalità, mal-eliġibbiltà u mar-regolarità tan-nefqa.
58.Kumpanija tal-awditjar ssorsjata esternament tiġi kkuntrattata mill-MA sabiex tipprovdi opinjoni tal-awditjar dwar jekk in-nefqa li għaliha ngħata l-kofinanzjament tal-UE hix legali u regolari; jekk il-kontijiet bid-dettalji tal-infiq tal-programm jagħtux stampa vera u ġusta u s-sistemi ta’ kontroll imħaddma jiffunzjonawx kif suppost.
L-impenji mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat
59.L-Irlanda tat l-assigurazzjonijiet kollha meħtieġa rigward dawn li ġejjin:
–il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fil-kuntest tal-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom,
–inżammet il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar sensji kollettivi,
–l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi oħrajn jew minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat,
–l-azzjonijiet proposti se jikkomplementaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali,
–il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Proposta baġitarja
60.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
61.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u wara li qieset l-għadd ta’ benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mobilizzat il-FEG għall-ammont ta’ EUR 442 293, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, biex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.
62.Id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG se tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stipulat fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba.
Atti relatati
63.Fl-istess żmien li se tkun qed tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jiġu trasferiti EUR 442 293 fil-linja baġitarja rilevanti.
64.Fl-istess żmien li tadotta din il-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' dakinhar li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta li jiġi mobilizzat il-FEG.
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
(applikazzjoni mill-Irlanda – EGF/2015/006 IE/PWA International)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, u b’mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2)Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013.
(3)Fid-19 ta’ Ġunju 2015, l-Irlanda ressqet l-applikazzjoni EGF/2015/006 IE/PWA International Ltd għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara sensji fil-PWA International Ltd. u fornitur wieħed fl-Irlanda. Din kienet supplementata b'informazzjoni addizzjonali provduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.
(4)Skont l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-Irlanda ddeċidiet li tipprovdi servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil 108 żagħżugħ u żagħżugħa li huma barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ (NEETs) ukoll.
(5)F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, l-applikazzjoni mill-Irlanda hija meqjusa ammissibbli peress li s-sensji għandhom impatt serju fuq l-impjiegi u l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali.
(6)Il-FEG għandu, għalhekk, ikun immobilizzat biex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 442 293 fir-rigward tal-applikazzjoni mressqa mill-Irlanda.
(7)Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mmobilizzat il-FEG, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 442 293 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din tapplika minn [the date of its adoption].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President