Brussell, 30.9.2015

COM(2015) 472 final

2015/0226(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2015) 185 final}
{SWD(2015) 186 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-iżvilupp ta’ suq tat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzat jikkostitwixxi pedament tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (Capital Markets Union, CMU) u jikkontribwixxi għall-objettiv prijoritarju tal-Kummissjoni li jappoġġja l-ħolqien tax-xogħol u ritorn għal tkabbir sostenibbli 1 . Qafas ta’ kwalità għolja għat-titolizzazzjoni fl-UE jista’ jippromwovi l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-UE, jgħin sabiex jiġu diversifikati s-sorsi ta’ finanzjament u jiżdied il-kapital disponibbli, biex b’hekk ikun iktar faċli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-mutwanti sabiex jisilfu lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji.

Fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2015 2 , il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet l-azzjonijiet iffokati b’10 prijoritajiet u, bħala parti mill-prijorità li tiżviluppa Suq Intern iktar profond u ġust b’bażi industrijali msaħħa, ħabbret li ser timplimenta qafas tal-UE għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata. Fil-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa ppreżentat mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2014, il-ħolqien ta’ suq sostenibbli għat-titolizzazzjoni, mingħajr ma jiġu ripetuti l-iżbalji li saru qabel il-kriżi, ġie identifikat bħala wieħed mill-ħames oqsma fejn kien hemm bżonn li tittieħed azzjoni ta’ terminu qasir 3 .

It-titolizzazzjoni tirreferi għal tranżazzjonijiet li jippermettu lil mutwanti jew oriġinatur ieħor tal-assi – normalment istituzzjoni ta’ kreditu – sabiex jirrifinanzja sett ta’ self jew assi (eż. ipoteki, kirjiet ta’ karozzi, self lill-konsumatur, karti tal-kreditu) billi jikkonvertihom f’titoli. Il-mutwanti jew l-oriġinatur jorganizza portafoll tas-self tiegħu f’kategoriji ta’ riskju differenti, imfassal skont ir-riskji/gwadanji li jixtiequ l-investituri. Ir-redditi għall-investituri huma ġġenerati mill-flussi tal-flus tas-self sottostanti. Dawn is-swieq mhumiex immirati lejn l-investituri fil-livell tal-konsum.

It-titolizzazzjoni hija element importanti ta’ swieq ta’ kapital li jaħdmu kif suppost. Titolizzazzjoni strutturata tajjeb tista’ tkun mezz importanti sabiex jiġu diversifikati s-sorsi ta’ finanzjament u sabiex ir-riskju jiġi allokat b’effiċjenza ikbar fi ħdan is-sistema finanzjarja tal-UE. Tippermetti għal distribuzzjoni iktar mifruxa tar-riskju fis-settur finanzjarju u tista’ tgħin sabiex il-karti bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom iktar lok fejn jistgħu jkomplu jisilfu lill-ekonomija. B’mod ġenerali, tista’ ttejjeb l-effiċjenzi fis-sistema finanzjarja u tipprovdi opportunitajiet ikbar ta’ investiment. It-titolizzazzjoni tista’ sservi ta’ pont bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-swieq kapitali b’benefiċċju indirett għan-negozji u ċ-ċittadini (permezz ta’, pereżempju, self u ipoteki għall-finanzjament tan-negozji li jiġu jiswuhom inqas u karti ta’ kreditu) u tipprovdi lill-investituri potenzjali bl-iskopertura għall-klassijiet ta’ assi diżakkoppjati mir-riskju ta’ kreditu tal-oriġinatur.

Wara l-kriżi subprime tal-Istati Uniti fl-2007-08, l-awtoritajiet pubbliċi ħadu għadd ta’ miżuri biex irendu t-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni iktar sikuri u sempliċi, u sabiex jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ l-inċentivi xierqa li jikkontrollaw ir-riskju – anki permezz ta’ rekwiżiti kapitali ogħla, rekwiżiti tad-diliġenza dovuta u tal-kondotta tal-operazzjonijiet kif ukoll rekwiżiti obbligatorji ta’ ritensjoni tar-riskju sabiex jiżguraw li l-prodotti titolizzati ma jinħolqux biss sabiex jiġu distribwiti lill-investituri, kif spiss kien isir sakemm faqqgħet il-kriżi finanzjarja tal-2008 (l-hekk imsejjaħ mudell “oriġina u ddistribwixxi”) 4 . Dawn ir-riformi kienu neċessarji biex jiġi żgurat li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja. Bħala riżultat ta’ dawn ir-riformi, issa t-titolizzazzjonijiet kollha fl-UE huma rregolati strettament.

Mindu bdiet il-kriżi finanzjarja, is-swieq ta’ titolizzazzjoni Ewropej baqgħu batuti. Dan jidher jikkuntrasta mas-swieq fl-Istati Uniti li rkupraw. Dan minkejja l-fatt li, għall-kuntrarju tal-Istati Uniti, is-swieq ta’ titolizzazzjoni tal-UE felħu għall-kriżi b’mod relattivament tajjeb, tant li t-telf realizzat fuq l-istrumenti oriġinati fl-UE baqa’ baxx ħafna meta mqabbel mal-Istati Uniti. Pereżempju, l-istrumenti ta’ titolizzazzjoni tal-Istati Uniti klassifikati AAA garantiti b’ipoteki residenzjali (residential mortgage-backed security, RMBS) laħqu rati ta’ inadempjenza ta’ 16 % (subprime) u 3 % (primi). Għall-kuntrarju, ir-rati ta’ inadempjenza tal-RMBS tal-UE qatt ma telgħu għal iktar minn 0,1 %. Id-diverġenza hija saħansitra ikbar għall-prodotti klassifikati BBB li fihom ir-rati ta’ inadempjenza tal-RMBS tal-Istati Uniti laħqu massimu ta’ 62 % u 46 % (subprime u primi, rispettivament) filwaqt li r-rati ta’ inadempjenza tal-prodotti tal-UE laħqu massimu ta’ 0,2 %.

Filwaqt li s-swieq ta’ titolizzazzjoni fl-Istati Uniti għandhom karatteristiċi differenti minn dawk fl-UE u s-swieq kostitwenti nazzjonali individwali, li kull wieħed minnhom għandu livelli ta’ frammentazzjoni u effiċjenza li jvarjaw, tal-inqas parti mill-irkupru aqwa tagħhom hija dovuta għar-rwol ta’ sponsorizzazzjoni pubblika. Kważi 80 % tal-istrumenti ta’ titolizzazzjoni fl-Istati Uniti jibbenefikaw minn garanziji pubbliċi mingħand Impriżi Sponsorjati mill-Gvern tal-Istati Uniti (eż. Fannie Mae u Freddy Mac). Għaldaqstant, banek li jinvestu f’dawn il-prodotti jibbenefikaw ukoll minn allokazzjonijiet inqas ta’ kapital skont ir-reġim regolatorju tal-Istati Uniti.

Din il-proposta hija bbażata fuq dak li ġie implimentat fl-UE sabiex jiġu indirizzati r-riskji inerenti f’titolizzazzjoni tassew kumplessa, opaka u riskjuża. L-enfasi fuq divrenzjar aħjar u l-iżvilupp ta’ titolizzazzjoni trasparenti, sempliċi u standardizzata hija l-pass naturali li jmiss sabiex jinbena suq sostenibbli tal-UE għat-titolizzazzjoni, li jsostni kemm l-investiment fl-UE kif ukoll l-immaniġġjar xieraq tar-riskji. B’hekk, din il-proposta għandha l-għan li:

(1)tagħti ħajja ġdida lis-swieq fuq bażi iktar sostenibbli, b’tali mod li titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata tkun tista’ taġixxi bħala mezz ta’ finanzjament effettiv lill-ekonomija;

(2)tippermetti trasferimenti effiċjenti u effettivi tar-riskju lil sett wiesa’ ta’ investituri istituzzjonali kif ukoll lill-banek;

(3)tippermetti li t-titolizzazzjoni taħdem bħala mekkaniżmu ta’ finanzjament effettiv għal xi investituri fit-tul kif ukoll għall-banek;

(4)tipproteġi lill-investituri u timmaniġġja r-riskju sistemiku billi tevita r-rikorrenza tal-mudelli difettużi “oriġina u ddistribwixxi”.

F’termini ta’ bini ta’ suq għal titotlizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, l-ewwel pass huwa li jiġu identifikati strumenti solidi bbażati fuq kriterji ta’ eliġibbiltà ċari. It-tieni pass huwa li jiġi rranġat il-qafas regolatorju sabiex ikun jista’ jittieħed approċċ iktar sensittiv għar-riskji.

Ma hemm ebda intenzjoni li jitreġġa’ lura dak li ġie implimentat fl-UE sabiex jiġu indirizzati r-riskji inerenti f’titolizzazzjoni ferm kumplessa, opaka u riskjuża. Madankollu, din il-proposta ser tgħin sabiex il-prodotti sempliċi, trasparenti u standardizzati jingħarfu aħjar. Dan il-qafas għandu jipprovdi kunfidenza lill-investituri u standard għoli għall-UE, sabiex jgħin lill-partijiet fl-evalwazzjoni tar-riskji marbutin mat-titolizzazzjoni (kemm fi ħdan il-prodotti kif ukoll bejniethom). Madankollu, qafas ġdid tal-UE ma jiħux post il-bżonn li l-investituri jwettqu d-diliġenza dovuta dettaljata tagħhom. Lanqas ma jikkontrolla r-riskju ta’ kreditu fis-self titolizzat – l-investituri għandhom għad-dispożizzjoni l-firxa sħiħa ta’ possibbiltajiet ta’ investiment adattati għall-preferenzi ta’ riskji u gwadanji tagħhom. Il-kunċett ta’ “sempliċi, trasparenti u standardizzat” (STS) jirreferi għall-proċess li bih tiġi strutturata t-titolizzazzjoni u mhux il-kwalità kreditizja sottostanti tal-assi involuti. Għalhekk dan ma jfissirx li ċerti titolizzazzjonijiet mhux STS, pereżempju dawk li jimplikaw strutturi inqas sempliċi, ma jkunux jistgħu jiġu fformati minn esponimenti sottostanti b’karatteristiċi tal-kwalità kreditizja xierqa.

Fil-konklużjonijiet tiegħu wara l-laqgħa tal-25 u s-26 ta’ Ġunju 2015, il-Kunsill Ewropew iddikjara li t-titolizzazzjoni tista’ tipprovdi mekkaniżmu effettiv biex ir-riskju jiġi ttrasferit minn istituzzjonijiet ta’ kreditu għal istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu, u b’hekk tiżdied il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jisilfu, iżda anki sabiex il-finanzjament tal-istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu jiġi allokat lejn il-kapital operatorju tal-kumpaniji. Il-Kunsill Ewropew sejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tipproponi qafas għat-titolizzazzjoni STS, billi tibni fuq il-bosta inizjattivi kurrenti fil-livell Ewropew u dak internazzjonali, bħala prijorità sa mhux iktar tard minn tmiem l-2015.

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ Lulju 2015 dwar is-CMU tal-ekonomija Ewropea, il-Parlament Ewropew osserva li l-iżvilupp ta’ titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata għandu jiġi sfruttat aħjar u laqa’ l-inizjattiva sabiex jiġi stabbilit suq tat-titolizzazzjonijiet sostenibbli u trasparenti bl-iżvilupp ta’ qafas regolatorju speċifiku b’definizzjoni uniformi ta’ titolizzazzjoni ta’ kwalità għolja, flimkien ma’ metodi effettivi għall-monitoraġġ, il-kejl u l-immaniġġjar tar-riskju. Dan ir-Regolament propost jagħmel distinzjoni bejn id-dispożizzjonijiet applikabbli għal titolizzazzjonijiet STS u dawk applikabbli għal titolizzazzjonijiet STS u mhux STS.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Bħalissa, il-qafas għat-titolizzazzjoni fl-UE huwa stabbilit minn numru kbir ta’ atti legali tal-UE. Dawn jinkludu r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital għall-banek 5 , id-Direttiva Solvibbiltà II 6 għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni, u d-Direttivi dwar l-UCITS 7 u l-AIFMD 8 għall-maniġers tal-assi. Id-dispożizzjonijiet legali, b’mod partikolari dwar id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni u t-trasparenza, huma stabbiliti wkoll fir-Regolament dwar l-Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni ta’ Kreditu 9 (CRAIII) u fid-Direttiva dwar il-Prospett 10 . Hemm ukoll elementi marbutin mat-trattament prudenzjali tat-titolizzazzjoni fil-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni li bħalissa qed jiġu nnegozjati (Riforma Strutturali tal-Banek u Fondi tas-Swieq Monetarji).

Id-dispożizzjonijiet huma inklużi fl-atti delegati wkoll. L-UE diġà ħadet passi sabiex toħloq trattament regolatorju differenzjat f’żewġ atti delegati li jkopru r-rekwiżiti prudenzjali għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni (skont id-Direttiva Solvibbiltà II 11 ), u l-likwidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (permezz tar-Regolament dwar il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità 12 ). Dan l-approċċ jgħin sabiex jagħmel distinzjoni bejn il-prodotti sempliċi, trasparenti u standardizzati minn dawk li huma iktar opaki u kumplessi. Dan jista’ jrendi ċerti titolizzazzjonijiet iktar attraenti billi jnaqqas l-ostakli għall-proċess ta’ titolizzazzjoni u billi jtejjeb il-likwidità u l-fond tas-suq. Madankollu, dan id-divrenzjar ma jiħux post il-bżonn tad-diliġenza dovuta tal-investituri. L-adozzjoni ta’ dawn l-atti delegati fl-2014 kienet it-teħid ta’ passi preliminari li issa jridu jiġu komplimentati b’azzjoni ulterjuri, permezz tal-bini fuq il-firxa ta’ inizjattivi tal-UE u internazzjonali favur il-konverġenza ta’ standards regolatorji.

Dan l-aħħar, għadd ta’ awtoritajiet pubbliċi internazzjonali u Ewropej iddedikaw ammont sostanzjali ta’ xogħol fuq il-politika dwar it-titolizzazzjoni. Din il-proposta tibni fuq dawk l-inizjattivi.

Fil-livell globali, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (Basel Committee on Banking Supervision, BCBS) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (International Organisation of Securities Commissions, IOSCO) kienu qed imexxu bejniethom Task Force transettorjali fuq ix-xkiel għat-titolizzazzjoni. Il-kompitu ewlieni tiegħu kien li jiżviluppa kriterji li jidentifikaw strumenti ta’ titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u paragunabbli. Il-grupp ħareġ sett ta’ kriterji globali fit-23 ta’ Lulju 2015 13 .

F’Diċembru 2014, il-BCBS ippubblika standards riveduti marbutin mat-trattament ta’ kapital tal-banek li jinvesti fit-titolizzazzjoni. Fix-xhur li ġejjin, il-Kumitat ser jikkunsidra wkoll jekk jinkorporax il-kriterji li qed tiżviluppa t-Task Force BCBS-IOSCO għat-titolizzazzjoni sempliċi u trasparenti fil-qafas ta’ kapital ta’ titolizzazzjoni u, jekk iva, kif jinkorporahom.

Fil-livell tal-UE, b'reazzjoni għall-irkupru bil-mod tas-swieq ta’ titolizzazzjoni, hemm għadd ta’ awtoritajiet pubbliċi li qed jixtarru din il-kwistjoni. Pereżempju, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Bank of England (BoE) nedew konsultazzjoni pubblika f’Mejju 2014 fuq il-każ għal suq tat-titolizzazzjonijiet li jaħdem aħjar fl-Unjoni Ewropea.

Wara talba mingħand il-Kummissjoni f’Jannar 2014, fis-7 ta’ Lulju 2015 l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) iffinalizzat parir għall-Kummissjoni dwar qafas għall-kwalifikazzjoni ta’ titolizzazzjoni. Dan jipproponi kriterji għad-definizzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni sempliċi, standard u trasparenti inkluż sett speċifiku ta’ elementi għal titolizzazzjonijiet għal terminu qasir, veikolu ta’ karti kummerċjali garantiti b'assi (asset-backed commercial paper, ABCP). L-EBA ssuġġeriet ukoll trattament prudenzjali sensittivi għar-riskju għal strumenti ta’ titolizzazzjoni fit-tul, kif ukoll għall-ABCP li jaġġusta l-allokazzjonijiet ta’ kapital proposti fil-qafas ta’ titolizzazzjoni ta’ Basel 2014 sabiex jiġi rikonoxxut is-sogru relattivament inqas tat-titolizzazzjoni STS, filwaqt li jinżamm il-kapital regolatorju fi ħdan il-perimetru ta’ sovraimposta prudenzjali.

Finalment, il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ħares lejn il-qafas eżistenti tal-UE fir-rigward tar-rekwiżiti u l-obbligi ta’ divulgazzjoni marbutin mad-diliġenza dovuta, ir-rapportar superviżorju u r-ritensjoni tar-riskju. Il-Kumitat Konġunt eżamina wkoll l-inkonsistenzi possibbli fil-qafas attwali. Fit-12 ta’ Mejju 2015 ġie ppubblikat rapport dettaljat.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Ir-Regolament propost dwar it-Titolizzazzjoni jappoġġja l-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa propost mill-Kummissjoni fl-2014 u li jindirizza l-ostakli ewlenin għall-investiment. Dan l-approċċ il-ġdid jindirizza wkoll in-nuqqas attwali ta’ finanzjament tal-ekonomija reali fl-UE.

Din l-inizjattiva hija parti mill-pjan ta’ azzjoni tas-CMU adottat mill-Kummissjoni Ewropea llum. Is-CMU hija waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li s-sistema finanzjarja ssostni l-impjiegi u t-tkabbir u tgħin fl-isfidi demografiċi li taffaċċja l-Ewropa. Għandha l-għan li torbot aħjar l-iffrankar mat-tkabbir u tipprovdi għażliet aħjar u redditi ikbar għal min ifaddal u għall-investituri. Għandha l-għan li toffri lin-negozji għażliet ikbar ta’ finanzjament fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom u talloka l-investiment għal fejn jista’ jintuża bl-iktar mod produttiv, sabiex jiżdiedu l-opportuntiajiet għall-kumpaniji u l-proġetti infrastrutturali Ewropej.

Il-Kummissjoni ppubblikat Green Paper dwar il-Bini tas-CMU bil-konsulenza miftuħa bejn it-18 ta’ Frar u t-13 ta’ Mejju 2015. Ir-rispons tal-parti l-kbira ta’ dawk li wieġbu tikkonferma l-oqsma identifikati fil-Green Paper għat-tisħiħ tas-swieq tal-kapital Ewropej 14 . L-iżvilupp ta’ qafas tal-UE għall-promozzjoni ta’ titolizzazzjoni sempliċi u trasparenti ġie approvat mill-partijiet interessati wkoll u ġew diskussi fehmiet dettaljati bħala parti minn konsultazzjoni separata.

Minbarra l-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u l-inizjattivi regolatorji finanzjarji, bosta istituzzjonijiet u korpi tal-UE ħadu inizjattivi sabiex jagħtu ħajja ġdida lis-swieq ta’ titolizzazzjoni u jżidu l-kunfidenza minn perspettiva ta’ funzjonament tas-suq. Il-Kummissjoni, b’rabta mal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment, qed taħdem biex tiffinanzja lill-SMEs, pereżempju bil-programm COSME u l-inizjattivi konġunti bejn il-Kummissjoni u l-BEI permezz tal-użu ta’ veikoli ta’ titolizzazzjoni.

Fit-tieni nofs tal-2014, il-BĊE nieda Programm ta’ Xiri ta’ Titoli Garantiti b’Assi (Asset-Backed Securities Purchase, ABSPP) li għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ it-trażmissjoni tal-politika monetarja. Flimkien ma' miżuri monetarji oħrajn (Operazzjonijiet Immirati ta' Rifinanzjament ta' Terminu Itwal (Targeted Longer-Term Refinancing Operations, TLTRO), Programm ta' Xiri ta' Bonds Koperti (Covered Bond Purchasing Programme, CBPP)), il-Programm ta' Xiri tas-Settur Pubbliku (Public Sector Purchase Programme, PSPP) beħsiebu jiffaċilita d-dispożizzjoni tal-kreditu għall-ekonomija taż-żona tal-euro. Id-dettalji operazzjonali tal-programm, adottat fit-2 ta' Ottubru 2014, stabbilixxa liema ABS jista' jixtri l-BĊE. Il-kriterji jirriflettu prinċipalment il-qafas kollaterali eżistenti tal-BĊE għall-operazzjonijiet ta' rifinanzjament. Huma ġeneralment konsistenti mal-kriterji attwali tal-atti delegati tal-Kummissjoni, u ma' din il-proposta.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li huwa l-bażi ġuridika għal miżuri għall-approssimazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri fejn bħala l-objettiv tagħhom għandhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Din il-bażi ġuridika ntużat mil-leġiżlatur ukoll għall-adozzjoni tar-Regolament ta’ Rekwiżiti ta’ Kapital (Capital Requirements Regulation, CRR) (ir-Regolament (UE) Nru 575/2013), ir-Regolament dwar l-Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu (CRAIII) (ir-Regolament (UE) Nru 1060/2009), u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (dwar id-derivattivi OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorju tat-tranżazzjonijiet), li d-dispożizzjonijiet tagħhom huma inklużi f’dan ir-Regolament jew emendati minnu.

Din il-proposta temenda wkoll ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva Solvibbiltà II u tirrevoka d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi dwar l-UCITS u l-AIFM. Dawn id-Direttivi huma bbażati fuq l-Artikolu 53 flimkien mal-Artikolu 62 tat-Trattat. Għad li l-bażi ġuridika ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mhijiex l-Artikolu 114 tat-Trattat għal din il-proposta, li kieku d-dispożizzjonijiet inkwistjoni ġew adottati separati minn din id-Direttiva, il-bażi ġuridika tagħhom kienet tkun l-Artikolu 114 TFUE. L-objettiv ewlieni tagħhom huwa l-istabbiliment u t-tħaddim tas-suq intern, b’mod partikolari billi jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq intern għall-investituri u l-emittenti li jindirizzaw it-titolizzazzjoni.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklużiva)

L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tagħti nifs ġdid lil suq sostenibbli tat-titolizzazzjoni li ser itejjeb il-finanzjament tal-ekonomija tal-UE, filwaqt li jiżgura stabbiltà finanzjarja u protezzjoni lill-investituri. Biex isir hekk, il-proposta għandha l-għan li tipprovdi pjattaforma regolatorja li fuqha tista’ tinbena l-kunfidenza tal-investituri, sabiex jinħolqu konsistenza u standardizzazzjoni ikbar fis-suq u li timplimenta qafas regolatorju iktar sensittiv għar-riskji (bl-emenda tas-CRR u l-att delegat Solvibbiltà II).

Il-prodotti ta’ titolizzazzjoni huma parti mis-swieq finanzjarji tal-UE li huma miftuħin u integrati. It-titolizzazzjoni tgħaqqad l-istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri differenti u Stati li mhumiex Membri: spiss il-banek joriġinaw self li huwa titolizzat, filwaqt li l-istituzzjonijiet bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-fondi ta’ investiment jinvestu f’dawn il-prodotti u jagħmlu hekk madwar l-Ewropa kollha, iżda anki fuq livell globali. Għalhekk, is-suq tat-titolizzazzjonijiet huwa internazzjonali fl-għamla tiegħu.

L-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jieħdu azzjoni suffiċjenti biex jerġgħu jagħtu ħajja lis-swieq ta’ titolizzazzjoni. L-UE rrakkomandat standards f’livell internazzjonali li jidentifikaw titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS). It-tali standards ser jgħinu lill-investituri sabiex jidentifikaw kategoriji ta’ titolizzazzjonijiet li r-riskji sottostanti tagħhom jistgħu jiġu analizzati b’mod iktar faċli u trasparenti.

L-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards internazzjonali mill-Istati Membri tista’ twassal għal approċċi diverġenti, il-ħolqien ta’ ostaklu de facto għall-investituri transfruntiera u xxekkel il-kunfidenza tal-investituri fl-istandard STS. Barra minn hekk, qafas prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji għat-titolizzazzjoni STS jirrekjedi li l-UE tiddefinixxi x’inhi titolizzazzjoni STS, peress li nkella jista’ jingħata trattament regolatorju iktar sensittiv għar-riskji għall-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni lil tipi differenti ta’ titolizzazzjonijiet fi Stati Membri differenti. Dan iwassal għal kundizzjonijiet ekwi u għal arbitraġġ regolatorju. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ konsistenza u standardizzazzjoni, il-liġi tal-UE diġà armonizzat għadd ta’ elementi dwar it-titolizzazzjoni, b’mod partikolari d-definizzjonijiet, ir-regoli dwar id-divulgazzjoni, id-diliġenza dovuta, ir-ritnesjoni tar-riskju u t-trattament prudenzjali għal entitajiet irregolati li jinvestu f’dawn il-prodotti. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew żviluppati fil-qafas ta’ atti legali differenti (is-CRR, is-Solvibbiltà II, l-UCITS, ir-Regolament dwar is-CRA u l-AIFMD) li wasslu għal ċerti diskrepanzi fir-rekwiżiti li japplikaw għal investituri differenti. Iż-żieda tal-konsistenza tagħhom u standardizzazzjoni ikbar ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni.

L-azzjoni tibgħat messaġġ ċar u konsistenti fi ħdan l-UE li ċerti titolizzazzjonijiet marru tajjeb anki matul il-kriżi finanzjarja, li jistgħu jkunu investimenti siewja għal tipi differenti ta’ investituri professjonali li għandhom jitneħħewlhom l-ostakli regolatorji (nuqqas ta’ trattament prudenzjali xieraq, trattament inkonsistenti bejn is-setturi finanzjarji). L-azzjoni fil-livell nazzjonali ma tistax toħloq b’mod effettiv trattament iktar sensittiv għar-riskji għat-titolizzazzjonijiet, peress li t-trattament prudenzjali diġà huwa stabbilit fil-liġi tal-UE, u lanqas ma tista’ tiżgura konsistenza u standardizzazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet li bħalissa huma koperti minn atti legali differenti tal-UE bħal dawk dwar id-divulgazzjoni, id-diliġenza dovuta u r-ritensjoni tar-riskju.

Proporzjonalità

L-għażliet politiċi li ntgħażlu huma l-introduzzjoni ta’ kriterji għat-titolizzazzjoni STS li japplikaw għal titolizzazzjoni fit-tul u fuq terminu qasir (inkluż ABCP). Ir-responsabbiltà għall-iżgurar tal-konformità ma' dawn il-kriterji taqa' primarjament fuq l-oriġinaturi u l-isponsors li għandhom jiżguraw li titolizzazzjoni STS tissodisfa l-kriterji STS innotifikati lill-ESMA. L-investituri għandhom iwettqu d-diliġenza dovuta qabel ma jinvestu fit-titolizzazzjoni STS, jiddependu kemm xieraq fuq it-titolizzazzjoni STS u fuq l-informazzjoni divulgata mill-oriġinatur, mill-isponsor u mill-Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni (Securitisation Special Purpose Entity, SSPE). L-approċċ huwa msaħħaħ permezz ta’ sorveljanza superviżorja, koordinazzjoni superviżorja tal-fruntiera u mekkaniżmu ta’ sanzjonar. Il-qafas tal-UE ser jipprovdi regoli dwar it-trasparenza, id-diliġenza dovuta u regoli dwar ir-ritensjoni tar-riskju.

Fl-istess ħin, il-parteċipanti fis-suq mhumiex obbligati joħorġu u jinvestu f’titolizzazzjonijiet STS: l-oriġinaturi xorta jistgħu joħolqu titolizzazzjonijiet mhux STS jew titolizzazzjonijiet iktar sempliċi, trasparenti u standardizzati minn dak li jeħtieġu l-kriterji STS. L-abbozzar tal-kriterji STS għandu l-għan li jallinjahom mal-kriterji eżistenti fil-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità (Liquidity Coverage Ratio, LCR) u l-atti delegati Solvibbiltà II 15 u dak tal-BCBS/IOSCO u l-EBA.

Fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti STS, l-iktar mekkaniżmu xieraq identifikat huwa li jiġi żgurat li r-responsabbiltà tkun tal-oriġinaturi u tal-investituri, li mbagħad ikun hemm fuqhom sorveljanza superviżorja. Dawn tal-aħħar huma kapaċi jagħmlu monitoraġġ tal-iżviluppi tas-suq u jaraw li tranżazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti STS kollha u jimponu sanzjonijiet, meta jkun hemm bżonn. Minn naħa, il-kriżi finanzjarja wriet li, fl-imgħoddi, l-investituri qagħdu ħafna fuq partijiet terzi, bħal aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Din id-dipendenza żejda fuq partijiet terzi dgħajfet id-diliġenza dovuta li kellhom jagħmlu l-investituri. Parzjalment, din kienet konsegwenza tar-referenza regolatorja lil partijiet terzi (“hardwiring”), li għalhekk ta’ min jevitaha. F’din il-proposta, għad li l-partijiet terzi xorta waħda jista’ jkollhom rwol importanti fuq bażi volontarja, l-oneru tad-diliġenza dovuta jibqa’ fuq l-oriġinaturi u l-investituri. Min-naħa l-oħra, involviment regolatorju ex ante tas-superviżuri li jiddikjara li titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti STS jaqleb ir-responsabbiltà fuq l-awtoritajiet pubbliċi u dan iwassal għal riksji minn perikli morali, filwaqt li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għandhom jieħdu r-responsabbiltà.

Finalment, il-qafas ta’ titolizzazzjoni tal-UE huwa abbozzat fejn relevanti skont id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-Unjoni dwar id-divulgazzjoni, id-diliġenza dovuta u r-ritensjoni tar-riskju. Dan ser jiżgura li s-suq ikompli jaħdem fuq il-bażi tal-qafas legali eżistenti fejn dak il-qafas mhuwiex emendat, b’tali mod li ma jżidx l-ispejjeż għalxejn jew joħloq tfixkil regolatorju. Ser ikompli jiżgura wkoll protezzjoni tal-investituri, stabbiltà finanzjarja, filwaqt li jikkontribwixxi bl-iktar mod possibbli għall-finanzjament tal-ekonomija tal-UE. Fejn kien hemm bżonn sabiex jinħoloq qafas armonizzat tal-UE, saru xi bidliet meħtieġa.

L-armonizzazzjoni tal-qafas legali eżistenti fil-livell tal-UE waħedha ma tistax tistandardizza l-proċessi u l-prattiki kollha fis-swieq ta’ titolizzazzjoni. Għalhekk, il-proposta ssejjaħ sabiex il-parteċipanti fis-suq jaħdmu fuq standardizzazzjoni ulterjuri tal-prattiki tas-suq. Pereżempju, il-konsultazzjoni pubblika sabet li iktar standardizzazzjoni tad-dokumenti tat-titolizzazzjonijiet mill-parteċipanti fis-suq stess, kif pereżempju għamlet l-Assoċjazzjoni tan-Netherlands għat-Titolizzazzjoni (Dutch Securitisation Association, DSA), hija promettenti. Dan l-approċċ jista’ jiġi estiż għal Stati Membri u klassijiet ta’ assi oħrajn sabiex ikomplu jiġu standardizzati l-prattiki ta’ titolizzazzjoni u b’hekk jonqsu l-ispejjeż għall-parteċipanti kollha fis-suq kif ukoll jiffaċilita l-investimenti fit-titolizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni ssejjaħ lill-parteċipanti fis-suq u lill-assoċjazzjonijiet professjonali tagħhom sabiex jibdew jaħdmu fuq iktar standardizzazzjoni u ser tissorvelja u tagħti assistenza, fejn ikun hemm bżonn.

Il-proporzjonalità tkompli tiġi diskussa fil-Valutazzjoni tal-impatt, b’mod partikolari fit-Taqsima 4.4.

Għażla tal-istrument

Din il-proposta għandha l-għan li toħloq suq sostenibbli għat-titolizzazzjoni STS. Għal dan il-għan, il-proposta tistipula l-kriterji li jridu jiġu ssodisfati bit-titolizzazzjonijiet u tipprovdi l-qafas superviżorju meħtieġ u tiġbor flimkien id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-UE dwar it-titolizzazzjoni marbutin mar-ritensjoni tar-riskju, id-divulgazzjoni u d-diliġenza dovuta.

Il-kriterji STS għandhom ikunu l-istess madwar l-UE. Il-kriterji paragunabbli b’ambitu iktar limitat bħalissa huma implimentati biż-żewġ regolamenti delegati adottati mill-Kummissjoni (l-atti delegati tal-LCR u Solvibbiltà II). Barra minn hekk, ir-regoli sostanzjali dwar id-divulgazzjoni, ir-ritensjoni tar-riskju u d-diliġenza dovuta huma stabbiliti f’għadd ta’ regolamenti differenti tal-UE (is-CRR, l-att delegat ta’ Solvibbiltà II, ir-Regolament Delegat dwar is-CRA u r-Regolament delegat dwar l-AIFM).

L-Artikolu 114(1) TFUE jipprovdi l-bażi ġuridika għal Regolament li joħloq dispożizzjonijiet uniformi li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern. Il-kriterji għat-titolizzazzjoni STS u l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-liġi tal-UE dwar it-titolizzazzjoni marbutin mar-ritensjoni tar-riskju, id-divulgazzjoni u d-diliġenza dovuta ser ikunu l-bażi tat-tħaddim tajjeb u sikur tas-suq intern. Direttiva ma tiksibx l-istess riżultati, peress li l-implimentazzjoni ta’ Direttiva tista’ twassal għal miżuri diverġenti adottati f’livell nazzjonali, li jistgħu jwasslu għal tfixkil tal-kompetizzjoni u arbitraġġ regolatorju. Barra minn hekk, il-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet tal-UE li diġà huma fis-seħħ f’dan il-qasam ġew adottati fil-forma ta’ Regolamenti.

Il-ħolqien ta’ dan il-qafas legali jeħtieġ l-adozzjoni ta' għadd ta’ atti legali. L-ewwel nett, Regolament dwar it-Titolizzazzjoni li joħloq definizzjonijiet u regoli uniformi bejn is-setturi finanzjarji, li jarmonizza r-regoli dwar ir-ritensjoni tar-riskju, id-diliġenza dovuta u d-divulgazzjoni. L-istess regolament jistipula l-kriterji għat-titolizzazzjoni STS għas-setturi finanzjarji kollha, il-klassijiet ta’ assi eliġibbli u l-istrutturi ta’ tranżazzjoni kif ukoll il-parteċipanti fis-suq relevanti fis-swieq kollha. Dan ir-regolament għandu jirrevoka wkoll id-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni settorjali li ser isiru superfluwi. It-tieni nett, huma proposti wkoll atti legali għal trattament prudenzjali iktar sensittiv għar-riskju tat-titolizzazzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-qafas prudenzjali attwali huwa stabbilit fis-CRR u għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-att delegat Solvibbiltà II. B’hekk għandha tiġi adottata proposta għall-emendar tas-CRR, filwaqt li għandu jiġi emendat l-att delegat Solvibbiltà II ukoll, ladarba il-qafas legali għat-titolizzazzjoni jkun adottat.

Fir-rigward tat-twaqqit ta’ dawn l-istrumenti, l-atti legali differenti jikkostitwixxu pakkett minsuġ waħdieni, peress li għat-titolizzazzjoni STS ser ikun hemm trattament prudenzjali mfassal b’mod speċifiku. B’hekk, importanti li l-Kummissjoni tipproduċi pakkett komprensiv li jkun fih l-elementi relevanti kollha.

Sabiex tiżgura li l-qafas regolatorju tal-assigurazzjoni għat-titolizzazzjoni jkun kompatibbli mal-kontenut ta’ dan ir-Regolament, hemm bżonn li jsiru għadd ta’ emendi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (att delegat Solvibbiltà II). L-ewwel nett, id-definizzjonijiet tiegħu rigward it-titolizzazzjoni jridu jiġu allinjati ma’ dawk f’din il-proposta. It-tieni nett, minħabba l-applikabbiltà diretta tar-rekwiżiti tar-ritensjoni tar-riskju u diliġenza dovuta f’din il-proposta għal Regolament, ir-rekwiżiti simili mir-Regolament Delegat ta’ Solvibbiltà II jistgħu jiġu revokati wara li tidħol fis-seħħ din il-proposta. Fl-aħħar nett, filwaqt li jitqies l-appoġġ ġenerali fil-konsultazzjoni pubblika dwar il-Green Paper dwar is-CMU li s-segmenti mhux superjuri tat-titolizzazzjoni STS għandhom jibbenefikaw huma wkoll minn allokazzjoni ta’ kapital adattata skont Solvibbiltà II, b’sensittività aħjar għar-riskju, il-Kummissjoni ser tiżviluppa kalibrar ġdid. Il-metodoloġija ssegwi approċċ taċ-ċar kristall ibbażat fuq l-allokazzjoni ta’ kapital għall-iskoperturi sottostanti, miżjud b’fattur ta’ nonnewtralità sabiex ikun kopert ir-riskju mudell tat-titolizzazzjoni. L-allokazzjonijiet ta’ kapital tal-iskoperturi sottostanti jkunu bbażati fuq il-kalibrazzjonijiet attwali fl-att delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 u l-fattur ta’ nuqqas ta' newtralità jkun allinjat mal-fatturi medji li jinsabu fil-pariri mogħtijin mill-EBA fis-7 ta’ Lulju 2015 16 . Il-metodoloġija tirriżulta fi tnaqqis importanti fl-allokazzjoni ta’ kapital għal segmenti mhux superjuri tat-titolizzazzjoni STS. Ser isir anki titjib tekniku fil-metodoloġija ta’ kalkolu tal-kalibrazzjonijiet għas-segmenti superjuri. Dawn il-bidliet fil-kalibrazzjonijiet ser jieħdu l-forma ta’ emenda għall-att delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35.

Il-Kummissjoni diġà għandha s-setgħa sabiex tadotta minn issa dawn il-bidliet fir-Regolament Delegat Solvibbiltà II. Madankollu, peress li l-kalibrazzjonijiet il-ġodda ser ikollhom jirreferu għal din il-proposta u b’mod partikolari r-rekwiżiti dwar is-STS, il-bidliet meħtieġa jistgħu jiġu adottati biss wara li tiġi adottata din il-proposta. Il-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura li l-kalibrazzjonijiet il-ġodda fis-setturi tal-assigurazzjoni u tal-ibbankjar jibdew japplikaw mill-istess data.

Fl-aħħar nett, din il-proposta ser tiġi segwita iktar tard minn proposta sabiex l-att delegat tal-LCR jiġi emendat sabiex jiġi allinjat ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-kriterji ta’ eliġibbiltà għat-titolizzazzjonijiet bħall-assi tal-Livell 2B fl-Artikolu 13 ta’ dak l-att delegat ser jiġu emendati sabiex isiru konsistenti mal-kriterji STS ġenerali kif stipulat f’dan ir-Regolament. Għalissa mhumiex proposti emendi ta’ dawn l-atti delegati. Isegwu proċedura differenti u jiddependu mill-eżitu tan-negozjati leġiżlattivi fuq dan il-pakkett.

3.RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Bejn it-18 ta’ Frar u t-13 ta’ Mejju 2015 saret konsultazzjoni pubblika dwar qafas possibbli tal-UE għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata. Daħlu 120 tweġiba 17 . B’mod kumplessiv, il-konsultazzjoni indikat li l-prijorità għandha tkun li jiġi żviluppat qafas madwar l-UE għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (ara s-sommarju tat-tweġibiet fl-Anness 10 tal-Valutazzjoni tal-Impatt imsemmija hawn taħt).

Dawk li wieġbu ġeneralment qablu li trid tiġi rikonoxxuta l-prestazzjoni ferm iktar b’saħħitha tat-titolizzazzjonijiet tal-UE matul il-kriżi meta mqabbla ma’ dawk tal-Istati Uniti u li l-qafas regolatorju attwali jeħtieġ li jiġi modifikat. Dan jgħin l-irkupru tas-suq Ewropew tat-titolizzazzjonijiet b’mod sostenibbli biex b’hekk jipprovdi mezz addizzjonali ta’ finanzjament għall-ekonomija tal-UE filwaqt li jiżgura stabbiltà finanzjarja.

Ittieħed f’kunsiderazzjoni l-kontribut mingħand il-partijiet ikkonċernati. Għadd ta’ parteċipanti fis-suq esprimew preferenza li jiġu stabbiliti korpi privati li jaġixxu bħala “ċertifikaturi” jew “korpi ta’ kontroll” għat-titolizzazzjonijiet STS. Argumentaw li r-rikors obbligatorju għal partijiet esterni jista’ jikkontribwixxi sabiex tingħeleb l-istigma attwali marbuta mat-titolizzazzjonijiet u sabiex tinbena l-kunfidenza tal-investituri fit-titolizzazzjonijiet STS. L-involviment mhux obbligatorju ta’ partijiet terzi b’kompetenza fit-titolizzazzjoni STS sabiex jgħinu fil-verifika tal-konformità ta’ titolizzazzjoni mar-rekwiżiti dwar is-STS jista’ jgħin kemm lill-investituri kif ukoll lill-oriġinaturi sabiex jifformaw l-opinjoni tagħhom. Madankollu, kif saħqet il-maġġoranza tal-awtoritajiet superviżorji fil-konsultazzjoni pubblika, huwa essenzjali li l-investituri jkomplu jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess peress li eventwalment ikunu responsabbli għad-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom. Il-Kummissjoni temmen ukoll li t-trattament prudenzjali fl-ibbankjar u l-assigurazzjoni iktar ta' benefiċċju ser jagħti lill-investituri biżżejjed inċentivi sabiex jinvestu f’titolizzazzjonijiet STS.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Il-Kummissjoni kisbet ideat siewja permezz tal-parteċipazzjoni tagħha fit-taħditiet u l-qsim tal-fehmiet li informaw it-task force konġunta BCBS-IOSCO dwar is-swieq ta’ titolizzazzjoni u permezz tal-involviment tagħha fix-xogħol tal-BCBS dwar ir-reviżjoni tat-trattament kapitali. Il-Kummissjoni segwiet ukoll il-ħidma marbuta mal-aspetti ewlenin tat-titolizzazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) kif ukoll mill-membri tagħha b’mod separat (EBA, ESMA, EIOPA). Tliet konsultazzjonijiet pubbliċi, li saru fl-2014 mill-BĊE-BoE, il-BCBS-IOSCO u l-EBA rispettivament, ġabru informazzjoni siewja fuq x’jaħsbu l-partijiet interessati fuq is-swieq ta’ titolizzazzjoni. Fil-konsultazzjoni pubblika tagħha stess, il-Kummissjoni bniet fuqhom, b’enfasi fuq il-ġbir ta’ iktar dettalji fuq kwistjonijiet importanti. Il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ awtoritajiet pubbliċi, banek ċentrali, rappreżentanti mis-settur privat u l-FMI. B’mod ġenerali, dawn il-konsultazzjonijiet f’livell internazzjonali jikkonfermaw il-fehmiet espressi fil-konsultazzjoni tal-Kummissjoni stess, u jipprovdu xi rispons addizzjonali fuq il-merti relevanti ta’ wħud mill-għażliet politiċi proposti.

Valutazzjoni tal-impatt

Għat-tħejjija ta’ din il-proposta, tħejjiet Valutazzjoni tal-Impatt li ġiet diskussa ma’ Grupp ta’ Tmexxija Interservizzi. Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt ġie ppreżentat lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-17 ta’ Ġunju 2015. Il-laqgħa tal-bord saret fil-15ta’ Lulju 2015. Il-Bord kellu opinjoni pożitiva u sejjaħ għal bidliet u kontribut addizzjonali fl-oqsma li ġejjin: l-istat attwali tas-suq tat-titolizzazzjonijiet fl-Istati Membri differenti u l-effetti probabbli tal-inizjattiva f’dan il-livell; deskrizzjoni tar-rabta bejn il-problemi identifikati u l-objettivi tal-inizjattiva kif ukoll il-miri tagħha li jistgħu jinkisbu b’mod realistiku; u ħarsa ġenerali lejn il-vantaġġi u l-iżvantaġġi fl-analiżi tal-impatt tal-għażliet. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati u inkorporati fil-verżjoni finali li hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni.Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din il-proposta tissimplifika u tarmonizza d-dispożizzjonijiet legali eżistenti li japplikaw għat-titolizzazzjonijiet. Mhuwiex faċli li jiġu pprovduti stimi affidabbli dwar il-finanzjament addizzjonali li tista’ ġġib magħha żieda fis-swieq tat-titolizzazzjoni peress li dan jiddependi minn firxa ta’ fatturi bħall-kundizzjonijiet makroekonomiċi u l-politika monetarja, id-domanda aggregata għall-kreditu, jew l-iżviluppi f’mezzi alternattivi ta’ finanzjament. Dawn kollha aktarx li jinbidlu maż-żmien, u jaffettwaw l-eżitu finali. Bħala eżempju, jekk is-suq tat-titolizzazzjonijiet jirritorna għal livelli medji tal-assigurazzjoni ta’ qabel il-kriżi u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jużaw ħruġ ġdid sabiex jipprovdu kreditu ġdid, dawn ikunu jistgħu jipprovdu ammont addizzjonali ta’ kreditu lis-settur privat li jvarja bejn EUR 100-150 biljun. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 1,6 % fil-kreditu lill-kumpaniji u lill-unitajiet domestiċi fl-UE.

Dawn l-istrumenti finanzjarji mhumiex adattati għall-investituri fil-livell tal-konsum minħabba l-livell ta’ riskji u kumplessità inerenti. L-għażliet politiċi meħudin f’din il-proposta għandu jkollhom bosta effettivi pożittivi fuq il-finanzjament tal-SMEs (ara l-Anness 6 tar-rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt). L-ewwel nett, għandha tgħin il-finanzjament tal-SMEs b’żewġ modi speċifiċi: Is-self lill-SMEs, permezz tal-ABS tal-SMEs, u s-self fuq terminu qasir, permezz ta’ veikoli ABCP sempliċi u trasparenti. It-tieni nett, l-inizjattiva għandha tipprovdi lill-banek b’għodda sabiex jittrasferixxu r-riskju ’l barra mill-karti bilanċjali tagħhom. Min-naħa tiegħu, dan ifisser li l-banek għandhom jilliberaw iktar kapital li mbagħad jista’ jintuża biex jingħata kreditu ġdid, inkluż lill-SMEs. Fl-aħħar nett, billi tintroduċi qafas ta’ titolizzazzjoni tal-UE waħdieni u konsistenti u billi tħeġġeġ lill-parteċipanti fis-suq sabiex jiżviluppaw iktar standardizzazzjoni, l-inizjattiva għandha tnaqqas il-kostijiet operazzjonali għat-titolizzazzjonijiet. Peress li dawn il-kostijiet huma ogħla mill-medja għat-titolizzazzjoni ta’ self lill-SMEs, dan it-tnaqqis għandu jkollu effett ta’ benefiċċju speċjali fuq il-kost tal-kreditu lill-SMEs.

Drittijiet fundamentali

Il-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-libertà ta’ intrapriża (l-Art. 16) u l-protezzjoni tal-konsumatur (l-Art. 38) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE biss huma relevanti sa ċertu punt għal din il-proposta. Huma permessi limitazzjonijiet għal dawn id-drittijiet u l-libertajiet skont l-Artikolu 52 tal-Karta.

Għal dan il-għan, l-objettiv ta’ interess ġenerali li jiġġustifika ċerti limitazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali huwa l-objettiv ta’ żgurar ta’ integrità tas-suq u stabbiltà finanzjarja. Il-libertà ta’ intrapriża tista’ tkun affettwata mill-ħtieġa li jiġu segwiti ċerti rekwiżiti ta’ ritensjoni tar-riskju u diliġenza dovuta sabiex jiġi żgurat allinjament tal-interess fil-katina tal-investiment u sabiex jiġi żgurat li l-investituri potenzjali jaġixxu b’mod prudenti. Fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, id-divulgazzjoni ta’ ċerta informazzjoni fil-livell tas-self tista’ tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-investituri kapaċi jagħmlu d-diliġenza dovuta tagħhom. Madankollu, huwa osservat li bħalissa dawn id-dispożizzjonijiet diġà huma implimentati fil-liġi tal-UE. Din il-proposta ma għandhiex tħalli impatt fuq il-konsumaturi, peress li t-titolizzazzjonijiet mhumiex maħsubin għall-konsumatur. Madankollu, għall-klassijiet kollha ta’ investituri, it-titolizzazzjoni STS tippermetti li ssir analiżi aħjar tar-riskji involuti, u din tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-investituri.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Din il-proposta leġiżlattiva jkollha konsegwenzi limitati fuq il-baġit tal-UE. Timplika żvilupp ta’ iktar politiki fi ħdan il-Kummissjoni u fit-tliet ASE. Barra minn hekk, xi kompiti ta’ koordinazzjoni speċifiċi ser jiġu assenjati lill-ASE sabiex jiżguraw implimentazzjoni konsistenti tal-qafas tas-STS fl-UE. Skeda finanzjarja hija pprovduta bħala anness hawnhekk.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Peress li l-istrument propost huwa Regolament li huwa bbażat sa ċertu punt sinifikanti fuq il-liġi eżistenti tal-UE, ma hemmx bżonn li jitħejja pjan ta’ implimentazzjoni.

Ir-Regolament jinkludi monitoraġġ u evalwazzjoni mill-ASE u mill-Kummissjoni. L-ewwel nett, l-EBA, f’kooperazzjoni mal-ESMA u l-EIOPA għandha tippubblika rapport fuq l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti STS, fuq l-azzjonijiet li ħadu s-superviżuri u fuq ir-riskji materjali u l-vulnerabbiltajiet il-ġodda li setgħu mmaterjalizzaw irwieħhom matul l-implimentazzjoni u finalment fuq l-inizjattivi meħudin mill-parteċipanti fis-suq sabiex irawmu standardizzazzjoni fis-suq tat-titolizzazzjonijiet tal-UE. Barra minn hekk, l-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ żewġ ASE oħrajn, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha tippubblika rapport dwar il-funzjonament tar-rekwiżiti ta’ trasparenza u l-livell ta’ trasparenza tas-suq tat-titolizzazzjonijiet fl-UE.

It-tieni nett, il-Kummissjoni ser teżamina u tirrapporta fuq il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament erba’ snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu u għandha tissottometti dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

B’hekk, ir-Regolament ser ikun soġġett għal evalwazzjoni sħiħa sabiex, fost l-oħrajn, jiġi vvalutat kemm kien effettiv u effiċjenti f’termini tal-ilħuq tal-objettivi tiegħu.

Il-livell ta’ kisba tal-ewwel objettiv (Divrenzjar tal-prodotti ta’ titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzati minn tipi oħrajn ta’ titolizzazzjoni) ser jitkejjel bħala funzjoni tal-prezzijiet u l-livelli ta’ ħruġ tal-prodotti STS Żieda fit-tnejn, b’rabta ma’ prodotti mhux STS, ser tkun sinjal ta’ divrenzjar u, b’hekk, lħuq tal-ewwel objettiv.

It-tieni objettiv (Trawwmin tal-firxa ta’ standardizzazzjoni tal-proċessi u l-prattiki fis-swieq ta’ titolizzazzjoni, indirizzar tal-inkonsistenzi regolatorji) ser jitkejjel bis-saħħa ta’ tliet kriterji: 1) il-prezz tal-prodotti STS u t-tkabbir fil-ħruġ (eż. peress li tnaqqis fil-kostijiet operazzjonali għandu jfisser livelli ogħla ta’ ħruġ), 2) il-livell ta’ standardizzazzjoni tal-materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni u rapportar u, finalment, 3) rispons minn prattikanti fuq l-evoluzzjoni tal-kostijiet operazzjonali (jaf ma jkunx hemm dejta tanġibbli pubblika fuq dan).

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta fiha żewġ partijiet ewlenin. L-ewwel parti hija ddedikata għar-regoli li japplikaw għat-titolizzazzjonijiet kollha, filwaqt li t-tieni parti tiffoka biss fuq it-Titolizzazzjoni STS.

L-ewwel parti tipprovdi ġabra komuni ta’ regoli li japplikaw għat-titolizzazzjonijiet kollha, inkluża titolizzazzjoni STS. Filwaqt li l-liġi eżistenti tal-UE diġà tipprevedi ċerti regoli fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-immaniġġjar tal-assi u s-settur tal-assigurazzjoni, dawn huma mifruxin fuq bosta atti legali differenti u mhux dejjem huma konsistenti. Għalhekk, l-ewwel parti tal-proposta tqiegħed ir-regoli f’att legali wieħed, u b’hekk tiżgura konsistenza u konverġenza bejn is-setturi, filwaqt li tissimplifika r-regoli eżistenti. Bħala konsegwenza ta’ dan, id-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur fuq l-istess suġġett jiġu revokati.

It-tieni parti fiha l-kriterji li jiddefinixxu t-titolizzazzjoni STS. Fir-Regolament dwar l-LCR u r-Regolament dwar Solvibbiltà II, il-Kummissjoni diġà stabbiliet, għal skopijiet speċifiċi, kriterji simili għal dawk f’din il-proposta, iżda r-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni ser joħloq reġim ġenerali u transettorjali. Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar is-CRR u l-emendar fil-ġejjieni tal-att delegat Solvibbiltà II ser jipprevedu trattament prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji għall-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni li jinvestu fit-titolizzazzjoni STS. L-att delegat dwar l-LCR ser jiġi emendat ukoll sabiex jirreferi għal dan l-att leġiżlattiv u b’mod partikolari għas-sett ta’ kriterji STS. Il-kriterji speċifiċi mabrutin mal-karatteristiċi tal-likwidità tat-titolizzazzjoni ser ikunu speċifikati fl-att delegat emendat.

Definizzjonijiet (l-Artikolu 2)

Id-definizzjonijiet fil-proposta huma fil-parti l-kbira meħudin mis-CRR u jiżguraw li japplikaw l-istess definizzjonijiet bejn is-setturi finanzjarji, inklużi dawk li mhumiex koperti mis-CRR.

Regoli dwar id-diliġenza dovuta għall-investituri (l-Artikolu 3)

Peress li t-titolizzazzjonijiet mhux dejjem ikunu l-iktar prodotti finanzjarji sempliċi u trasparenti u jistgħu jinvolvu riskji ikbar minn strumenti finanzjarji oħrajn, l-investituri istituzzjonali huma soġġetti għar-regoli dwar id-diliġenza dovuta.

Ir-regoli eżistenti huma stabbiliti fis-CRR, l-att delegat Solvibbiltà II u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 231/2013 (ir-Regolament dwar l-AIFM). Dawn ir-regoli ser jiġu revokati u sostitwiti minn Artikolu wieħed li jipprevedi t-tipi kollha ta’ investituri istituzzjonali attivi fin-negozju fl-UE jew permezz tad-dispożizzjonijiet identiċi u simplifkati tad-diliġenza dovuta tal-UE. Għal UCITS għadha ma tapplika ebda regola dwar id-diliġenza dovuta: madankollu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta t-tali regoli (l-Artikolu 50a tad-Direttiva dwar l-UCITS). Għadha ma għamlitx dan, minħabba l-intenzjoni li tkopri l-UCITS f’din l-inizjattiva. Għalhekk, il-proposta toħloq rekwiżiti għall-UCITS. Fil-proposta, l-IORPs huma koperti mir-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta wkoll. Dawn ma kinux soġġetti għal dawn ir-regoli s’issa, iżda jekk isir hekk dan ikun jaqbel mal-objettiv ta’ titjib tal-immaniġġjar tar-riskji fil-proposta IORP2 u l-objettiv li jinħoloq qafas armonizzat għall-investituri istituzzjonali.

Għat-titolizzazzjonijiet STS, l-investituri wkoll għandhom jagħmlu d-diliġenza dovuta fuq il-konformità mar-rekwiżiti STS. Peress li r-rekwiżiti STS mhumiex indikatur tal-karatteristiċi ta’ riskju tat-titolizzazzjoni, l-investituri jibqgħu responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskji inerenti għall-iskopertura tagħhom għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u jekk it-titolizzazzjoni hijiex xierqa u adattata għall-ħtiġijiet tal-investitur.

Ritensjoni tar-riskju (l-Artikolu 4)

Ir-ritensjoni tar-riskju mill-oriġinaturi, mill-isponsors jew mill-mutwanti oriġinali tat-titolizzazzjonijiet jiżgura allinjament tal-interess bejn it-tali atturi u l-investituri.

Ir-regolamenti eżistenti speċifiċi għas-settur (is-CRR, id-Direttiva dwar Solvibbiltà II u r-Regolament dwar l-AIFM) diġà jistabbilixxu rekwiżiti dwar ir-ritensjoni tar-riskju, iżda jużaw l-hekk imsejjaħ “approċċ indirett”: l-oriġinaturi, l-isponsors jew il-mutwanti oriġinali mhumiex soġġetti direttament għat-tali rekwiżiti, iżda l-investitur għandu jiċċekkja jekk l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali għandux riskju ritenut. Madankollu, dan jixħet piż fuq l-investitur, li ma għandux aċċess dirett għall-informazzjoni meħtieġa biex jagħmel it-tali kontroll.

B’hekk, il-proposta attwali timponi rekwiżit dirett ta’ ritensjoni tar-riskju u obbligu ta’ rapportar fuq l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali. B’hekk, l-investituri ser ikunu jistgħu sempliċiment jivverifikaw jekk dawn l-entitajiet għandhomx riskju ritenut. Għal titolizzazzjonijiet b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet fejn l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali ma jkunx stabbilit fl-UE, l-approċċ indirett jibqa’ japplika bis-sħiħ. Dan l-approċċ eżistenti jiżgura kundizzjonijiet ekwi f’livell globali. F'konformità mal-liġi eżistenti tal-UE, għandhom isiru ċerti eċċezzjonijiet għal każijiet li fihom l-iskoperturi titolizzati jkunu ggarantiti bis-sħiħ, inkondizzjonalment u b’mod irrevokabbli b'mod partikolari mill-awtoritajiet pubbliċi. Fil-każ ta’ appoġġ mir-riżorsi pubbliċi pprovdut fil-forma ta’ garanziji jew b’mezzi oħrajn, kwalunkwe dispożizzjoni f’dan ir-Regolament hija mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Din il-proposta tqis ukoll ir-rakkomandazzjoni tal-EBA li tingħalaq lakuna potenzjali fl-implimentazzjoni tar-reġim ta’ ritensjoni tar-riskju li biha r-rekwiżiti jistgħu jiġu evitati permezz ta’ interpretazzjoni estensiva tad-definizzjoni tal-oriġinatur. Għal dan il-għan, huwa speċifikat li, għall-finijiet tal-Artikolu 4, entità stabbilita bħala pjattaforma ddedikata għall-iskop uniku li tittitolizza skoperturi u mingħajr skop kummerċjali wiesa’ ma tistax titqies bħala oriġinatur. Pereżempju, l-entità li żżomm l-interess ekonomiku jrid ikollha l-kapaċità li tissodisfa obbligu ta’ ħlas mir-riżorsi mhux marbutin mal-iskoperturi li jiġu titolizzati.

Regoli dwar it-trasparenza (l-Artikolu 5)

Ir-rekwiżiti dwar it-trasparenza fuq it-titolizzazzjonijiet u l-iskoperturi sottostanti jippermettu lill-investituri jifhmu, jivvalutaw u jqabblu t-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u ma joqogħdux biss fuq partijiet terzi, bħal aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Jippermettu lill-investituri sabiex jaġixxu bħala investituri prudenti u jagħmlu d-diliġenza dovuta tagħhom.

Din il-proposta tiżgura li l-investituri jkollhom l-informazzjoni relevanti kollha dwar it-titolizzazzjonijiet għad-dispożizzjoni tagħhom. Tkopri t-tipi kollha ta’ titolizzazzjonijiet u tapplika fuq bosta setturi. Biex tħaffef kemm l-użu tal-informazzjoni mill-investituri kif ukoll id-divulgazzjoni mill-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs, il-proposta tassumi l-acquis eżistenti, inklużi mudelli ta’ divulgazzjoni standardizzati. Peress li dawn tal-aħħar ma jkoprux is-segmenti kollha tat-titolizzazzjoni, hemm bżonn li jiġu żviluppati mudelli oħrajn (eż. għall-ABCP). B’hekk, hemm bżonn li jinstab bilanċ tajjeb bejn il-livell ta’ dettalji u l-proporzjonalità tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni.

L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għandhom iqiegħdu l-informazzjoni għad-dispożizzjoni bla ħlas lill-investituri, permezz ta’ mudelli standardizzati, fuq sit web li jissodisfa ċerti kriterji bħall-kontroll tal-kwalità tad-dejta u l-kontinwità tan-negozju. Fil-prattika, din tista’ tippermetti r-rapportar ta’ din l-informazzjoni f’repożitorju tad-dejta bħall-“European Datawarehouse”, fejn diġà hemm ħafna minn dan it-tip ta’ informazzjoni miġbura għall-finijiet ta’ eliġibbiltà fl-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema. Ir-rappurtar tal-informazzjoni se jsir permezz tal-mudelli standardizzati, li jistgħu anke jintużaw għar-rappurtar skont dan ir-Regolament u, sakemm dawn jitlestew, lis-sit web tal-SFI, skont l-Artikolu 8b tar-Regolament CRAIII. L-awtoritajiet kompetenti xorta waħda ser ikunu responsabbli li jiżguraw li l-informazzjoni tkun ipprovduta kif xieraq lill-investituri u li s-sit web iwieġeb għall-karatteristiċi meħtieġa. L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tispeċifika f’abbozz ta’ standard tekniku regolatorju r-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mis-sit web li fuqu l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni lid-detenturi ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni. B’mod partikolari, dawn ir-rekwiżiti ser ikopru l-istruttura ta’ governanza inkluża l-indipendenza tas-sit web, il-modalitajiet ta’ kif taċċessa l-informazzjoni, il-proċeduri interni sabiex jiġi żgurat it-tħaddim tajjeb, is-sodezza operazzjonali u l-integrità tas-sit web u l-proċeduri li hemm fis-seħħ sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni.

Titolizzazzjoni STS (l-Artikoli 6 sa 13)

L-Artikoli 6 sa 13 fihom ir-rekwiżiti għal Titolizzazzjoni Sempliċi, Trasparenti u Standardizzata (“STS”).

L-“istandard STS” ma jfissirx li t-titolizzazzjoni kkonċernata hija ħielsa mir-riskji, iżda jfisser li l-prodott jirrispetta għadd ta’ kriterji u li investitur prudenti u diliġenti ser ikun jista’ janalizza r-riskju involut.

Ser ikun hemm żewġ tipi ta’ rekwiżiti STS: wieħed għal titolizzazzjonijiet fit-tul u wieħed għal titolizzazzjonijiet fuq terminu qasir (ABCP). Madankollu, fil-parti l-kbira r-rekwiżiti huma simili. Ir-rekwiżiti huma żviluppati fuq il-bażi tar-rekwiżiti eżistenti fl-atti delegati tal-Proporzjon tal-Kopertura tal-Likwidità u ta’ Solvibbiltà II, fuq il-pariri tal-EBA u fuq l-istandard tal-BCBS-IOSCO. Ir-rekwiżiti ser ikunu applikabbli għas-setturi finanzjarji kollha.

Din il-proposta tippermetti li titolizzazzjoni ta’ “bejgħ veru” biss issir STS. F’titolizzazzjoni ta’ bejgħ veru, is-sjieda tal-iskoperturi sottostanti tiġi ttrasferita jew assenjata b’mod effettiv lil entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni. F’titolizzazzjonijiet sintetiċi, l-iskoperturi sottostanti ma jiġux ittrasferiti lit-tali entità, iżda r-riskju ta’ kreditu marbut mal-iskoperturi sottostanti jiġi ttrasferit permezz ta’ garanzija jew kuntratt tad-derivattivi. Dan jintroduċi riskju ta’ kreditu tal-kontroparti addizzjonali u kumplessità potenzjali marbuta b’mod partikolari mal-kontenut tal-kuntratt. S’issa, la fil-livell internazzjonali (BCBS-IOSCO), u lanqas fil-livell Ewropew (EBA) ma ġew żviluppati kriterji STS għat-titolizzazzjoni sintetika. B’hekk, bħalissa għadu mhuwiex ċar biżżejjed liema titolizzazzjonijiet sintetiċi għandhom jitqiesu STS u f’liema kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni ser tkompli tqis din il-kwistjoni u ser issegwi l-ħidma tal-korpi internazzjonali u dawk Ewropej fuq dan is-suġġett. Hija ser tivvaluta jekk xi titolizzazzjonijiet sintetiċi li marru tajjeb matul il-kriżi finanzjarja u li huma sempliċi, trasparenti u standardizzati għandhomx ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti STS. Kontributi futuri minn, b'mod partikulari, l-EBA jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni fil-proposti ta' politika futuri tagħha. Madankollu, kategorija speċifika ta’ tranżazzjonijiet tal-SMEs imwettqin flimkien ma’ awtoritajiet pubbliċi jew skemi ta’ garanzija pubblika (jiġifieri “kopertura segmentata”) tqiegħdet għaliha u ser jingħatalha t-trattament prudenzjali STS fis-CRR f’kundizzjonijiet speċifiċi.

Notifika u divulgazzjoni STS (l-Artikolu 14)

L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt għall-konformità mar-rekwiżiti STS u għan-notifika lill-ESMA li mbagħad tippubblikaha fuq is-sit web tagħha. Dan ser jiżgura li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jieħdu responsabbiltà għad-dikjarazzjoni tagħhom li t-titolizzazzjoni hija STS u li hemm trasparenza fis-suq. L-oriġinaturi u l-isponsors għandhom ikunu responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara li tirriżulta minn notifiki żbaljati jew qarrieqa bil-kundizzjonijiet stipulati mil-liġi nazzjonali. Madankollu, l-investituri xorta waħda jridu jagħmlu d-diliġenza dovuta, iżda jistgħu jafdaw kif xieraq in-notifika STS u l-informazzjoni ddivulgata mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE fuq il-konformità STS. Biex jiġi ffaċilitat il-proċess għall-investituri u l-oriġinaturi, għall-isponsors u għall-SSPEs, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ser jiżżviluppaw mudell għall-valutazzjoni STS.

Superviżjoni (l-Artikoli 15-22).

Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja, tiġi żgurata l-kunfidenza tal-investituri u promossa l-likwidità, huwa essenzjali li jkun hemm superviżjoni xierqa u effettiva tas-swieq ta’ titolizzazzjoni. Għal dan il-għan, il-proposta teħtieġ li l-Istati Membri jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti skont l-atti legali eżistenti tal-UE fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Bħal kif inhu l-każ bħalissa skont id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-liġi tal-UE, għas-superviżjoni tal-konformità mal-Artikolu dwar id-diliġenza dovuta, l-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtorità kompetenti tal-investitur istituzzjonali relevanti. Dan is-superviżur għandu jkollu s-setgħat li jingħatawlu skont il-leġiżlazzjoni relevanti dwar is-servizzi finanzjarji. Għas-superviżjoni tal-Artikoli 4 sa 14 tal-proposta, meta l-partijiet involuti jkunu rregolati mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji, l-awtorità kompetenti għall-entità rregolata relevanti għandha tingħażel mill-Istati Membri. Pereżempju, meta l-entità kkonċernata tkun istituzzjoni ta’ kreditu, is-superviżur bankarju relevanti għandu jingħażel mill-Istati Membri. F’każ li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun istituzzjoni ta’ kreditu importanti skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għandu jingħażel il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. Meta l-parti kkonċernata ma tkunx entità rregolata skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji, pereżempju SSPE, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu liema awtorità ser tkun l-awtorità kompetenti. B’dan il-mod, l-arranġamenti superviżorji għal din il-proposta huma allinjati bl-iktar mod possibbli mal-arranġamenti eżistenti. Għal entitajiet li bħalissa mhumiex regolati mil-liġi tal-UE, l-Istati Membri jridu jagħżlu awtorità kompetenti waħda jew iktar.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bis-setgħat ta’ superviżjoni, investigazzjoni u sanzjonar li normalment ikunu disponibbli skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji.

Fid-dawl tal-għamla transfruntiera tas-suq tat-titolizzazzjonijiet, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ASE hija kruċjali. L-iskambju ta’ informazzjoni, il-kooperazzjoni fl-attivitajiet ta’ superviżjoni u l-investigazzjonijiet u l-koordinazzjoni tat-teħid ta’ deċiżjonijiet huma rekwiżit bażiku.

Sabiex jiġu żgurati interpretazzjoni konsistenti u fehim komuni tar-rekwiżiti STS mill-awtoritajiet kompetenti, l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA għandhom jikkoordinaw ix-xogħol tal-awtoritajiet kompetenti fuq bosta setturi finanzjarji u jivvalutaw il-problemi prattiċi li jistgħu jirriżultaw fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet STS. B’mod partikolari jistgħu jikkoordinaw xogħolhom fil-kuntest tal-kumitat konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej. Proċess ta’ Mistoqsijiet u Tweġibiet jista’ jħaffef l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-parteċipanti fis-suq u l-awtoritajiet kompetenti.

Fid-dawl tal-impatt tal-klassifikazzjoni STS fuq, pereżempju, it-trattament kapitali tat-tali prodotti, hemm bżonn ta’ ċerti regoli speċifiċi. Pereżempju, żewġ assiguraturi minn żewġ Stati Membri differenti jistgħu jinvestu fl-istess titolizzazzjoni STS minn Stat Membru ieħor. L-awtorità kompetenti b’sorveljanza fuq l-ewwel kumpanija tal-assigurazzjoni tista’ tasal għall-konklużjoni li l-istrument ta’ titolizzazzjoni ma jissodisfax ir-rekwiżiti STS, filwaqt li l-awtorità kompetenti b’sorveljanza fuq it-tieni kumpanija tal-assigurazzjoni tista’ tasal għall-konklużjoni li jissodisfa r-rekwiżiti STS. Użu persistenti ta’ approċċi differenti jista’ jħalli impatt negattiv fuq il-kredibbiltà tal-approċċ STS u jwassal għal arbitraġġ regolatorju.

Għalhekk, sabiex jiġi żgurat approċċ kredibbli għat-titolizzazzjoni STS, ġew introdotti xi regoli speċifiċi fil-proposta. Meta awtorità kompetenti jkollha evidenza li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għamlu notifika dwar is-STS materjalment żbaljata jew qarrieqa, trid tgħarraf lill-ESMA, l-EBA jew l-EIOPA u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati minnufih sabiex tiddiskuti s-sejbiet tagħha. Meta ma jkunux jistgħu jaqblu, għandha ssir medjazzjoni vinkolanti skont ir-Regolament dwar l-ESMA.

Emendi għal atti legali oħrajn (l-Artikoli 23 sa 27)

L-Artikoli 24 sa 27 jemendaw għadd ta’ artikoli ta’ atti legali oħrajn, b’mod partikolari d-Direttiva dwar il-UCITS, id-Direttiva dwar Solvibbiltà II, ir-Regolament dwar CRAIII, id-Direttiva dwar l-AIFM u l-EMIR. Dawn il-bidliet huma neċessarji biex jirriflettu l-ħolqien ta’ qafas ta’ titolizzazzjoni armonizzat f’din il-proposta. Għalhekk, hemm għadd ta’ dispożizzjonijiet li jridu jiġu revokati jew emendati. Sakemm jiġu revokati (d-dispożizzjonijiet relevanti fl-)atti delegati bbażati fuq dawn id-Direttivi u r-Regolamenti, dawn jibqgħu applikabbli. Dan huwa b’mod partikolari l-każ għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 18 , l-Artikoli 254 sa 257 tal-Att Delegat dwar Solvibbiltà II, l-Artikoli 50 sa 56 tar-Regolament dwar l-AIFM 19 u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/3 20 . Il-Kummissjoni ser tadotta l-bidliet meħtieġa għal dawn l-atti delegati fuq il-bażi tar-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni adottat.

L-emendi għall-EMIR jipprovdu li l-kuntratti tad-derivattivi OTC li jkunu daħlu fihom l-Entitajiet tal-Bonds Koperti u l-Entitajiet bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar diment li jiġpu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. L-eżenzjoni hija ġġustifikata b'dak il-fatt li l-kontropartijiet għall-kuntratti tad-derivattivi OTC huma kredituri garantiti taħt l-arranġamenti ta' bonds koperti u ta' titolizzazzjoni u jista' jkun diġà ġiet preveduta protezzjoni xierqa kontra riskju ta' kreditu tal-kontroparti. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, obbligu tal-ikklirjar ċentrali jista’ jimponi tekniki duplikati żejda ta’ mitigazzjoni tar-riskju u jxekkel l-istruttura tal-assi. Dawn id-dispożizzjonijiet huma maħsubin biex jippermettu lill-ASE jipprovdu, għall-emittenti tat-titolizzazzjonijiet STS, is-sitwazzjonijiet u l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw esklużjonijiet mir-rekwiżiti ta’ kklirjar u proviżjonament ta’ marġni tal-EMIR.

Dimensjoni ta’ pajjiż terz

Essenzjalment, din il-proposta tipprovdi għal sistema li hija miftuħa għal titolizzazzjonijiet ta’ pajjii terzi. L-investituri istituzzjonali tal-UE jistgħu jinvestu f’titolizzazzjonijiet mhux tal-UE u ser ikollhom jagħmlu l-istess diliġenza dovuta bħal dawk għal titolizzazzjonijiet tal-UE, li tinkludi verifika ta’ jekk ir-riskju huwiex ritenut u jekk l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE jqegħdux l-informazzjoni relevanti għad-dispożizzjoni. Barra minn hekk, titolizzazzjonijiet mhux tal-UE jistgħu jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti dwar is-STS u l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE jistgħu jissottomettu wkoll notifika dwar is-STS lill-ESMA skont l-Artikolu 8. Lanqas ma hemm rekwiżit li l-iskoperturi sottostanti jkunu jinsabu fl-UE.

2015/0226 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 21 ,

Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)It-titolizzazzjoni tinvolvi tranżazzjonijiet li jippermettu lil mutwanti – normalment istituzzjoni ta’ kreditu – jirrifinanzja sett ta’ self jew skoperturi bħal self għal proprjetà immobbli, kirjiet ta’ karozzi, self lill-konsumatur jew karti ta’ kreditu, billi jibdilhom f’titoli negozjabbli. Il-mutwanti jippulja u jerġa’ jippakkja portafoll tas-self tiegħu, u jqassamhom f’kategoriji ta’ riskju differenti għal investituri differenti, biex b’hekk jagħti aċċess lill-investituri għal investimenti f’self u skoperturi oħrajn li normalment ma jkollhomx aċċess dirett. Ir-redditi għall-investituri huma ġġenerati mill-flussi tal-flus tas-self sottostanti.

(2)Fil-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa ppreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li terġa’ tagħti l-ħajja lis-swieq ta’ titolizzazzjoni ta’ kwalità għolja, bla ma jiġu ripetuti l-iżbalji li saru qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. L-iżvilupp ta’ suq tat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati jikkostitwixxi pedament tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) u jikkontribwixxi għall-objettiv prijoritarju tal-Kummissjoni li jiġu sostnuti l-ħolqien tax-xogħol u ritorn għal tkabbir sostenibbli.

(3)L-Unjoni Ewropea mhijiex beħsiebha li ddgħajjef il-qafas leġiżlattiv implimentat wara l-kriżi finanzjarja sabiex tindirizza r-riskji inerenti f’titolizzazzjoni ferm kumplessa, opaka u riskjuża. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li r-regoli jiġu adottati sabiex isir divrenzjar aħjar ta’ prodotti sempliċi, trasparenti u standardizzati minn strumenti kumplessi, opaki u riskjużi u li jiġi applikat qafas prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji.

(4)It-titolizzazzjoni hija element importanti ta’ swieq finanzjarji li jaħdmu kif suppost. Titolizzazzjoni strutturata tajjeb hija mezz importanti kif jiġu diversifikati s-sorsi ta’ finanzjament u kif ir-riskju jiġi allokat b’effiċjenza ikbar fi ħdan is-sistema finanzjarja tal-Unjoni. Tippermetti distribuzzjoni usa’ tar-riskju tas-settur finanzjarju u tista’ tgħin sabiex tiffranka mill-karti bilanċjali tal-oriġinatur biex ikun jista’ jislef iktar lill-ekonomija. B’mod ġenerali, tista’ ttejjeb l-effiċjenzi fis-sistema finanzjarja u tipprovdi opportunitajiet ikbar ta’ investiment. It-titolizzazzjoni tista’ toħloq pont bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreddtu u s-swieq tal-kapital b’benefiċċju indirett għan-negozji u ċ-ċittadini (permezz ta’, pereżempju, self li jiswa inqas flus u finanzjament tan-negozji, krediti għall-proprjetà immobbli u karti ta’ kreditu).

(5)L-istabbiliment ta’ qafas prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji għat-titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati ("STS") jeħtieġ li l-Unjoni tiddefinixxi biċ-ċar x’inhi titolizzazzjoni STS, peress li nkella t-trattament regolatorju iktar sensittiv għar-riskji għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jkunu disponibbli għal tipi differenti ta’ titolizzazzjonijiet fi Stati Membri differenti. Dan iwassal għal kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni li mhumiex ekwivalenti u għal arbitraġġ regolatorju.

(6)Huwa iktar xieraq li, b’konformità mad-definizzjonijiet eżistenti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni, jiġu pprovduti definizzjonijiet tal-kunċetti ewlenin kollha tat-titolizzazzjoni. B’mod partikolari, definizzjoni ċara u li tkopri kollox tat-titolizzazzjoni hija meħtieġa sabiex tiġi koperta kwalunkwe tranżazzjoni jew skema li biha r-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew pula ta’ skoperturi jiġi segmentat. Skopertura li toħloq obbligu ta' pagament dirett għal tranżazzjoni jew skema użata għall-finanzjament jew l-operazzjoni tal-assi fiżiċi ma għandhiex titqies bħala skopertura għal titolizzazzjoni, anki jekk it-tranżazzjoni jew l-iskema jkollha obbligazzjonijiet ta' pagamenti ta' senjorità differenti.

(7)Kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew, diġà sar ħafna xogħol sabiex tiġi identifikata t-titolizzazzjoni STS u fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 22 u (UE) 2015/35 23 diġà ġew stabbiliti l-kriterji għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata għal skopijiet speċifiċi, li magħhom huwa marbut trattament prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji.

(8)Fuq il-bażi tal-kriterji eżistenti, fuq il-kriterji tal-BCBS-IOSCO adottati fit-23 ta’ Lulju 2015 għall-identifikazzjoni ta’ titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u paragunabbli u b’mod partikolari l-Avviż tal-EBA dwar il-kwalifikazzjoni tat-titolizzazzjoni ppubblikat fis-7 ta’ Lulju 2015, huwa essenzjali li tiġi stabbilita definizzjoni ġenerali u applikabbli b’mod transettorjali tat-titolizzazzjoni STS.

(9)L-implimentazzjoni tal-kriterji STS fi ħdan l-UE kollha ma għandhiex twassal għal approċċi differenti. Dawk l-approċċi joħolqu ostakli potenzjali għall-investituri transfruntiera billi jġegħluhom jidħlu fid-dettalji tal-oqfsa tal-Istati Membri u b’hekk ixekklu l-kunfidenza tal-investituri fil-kriterji STS.

(10)Huwa tassew importanti li l-awtoritajiet kompetenti jaħdmu flimkien mill-qrib sabiex jaraw li jkun hemm fehim komuni u konsistenti tar-rekwiżiti STS madwar l-Unjoni u li jindirizzaw il-problemi potenzjali fl-interpretazzjoni. Fid-dawl ta’ dan l-objettiv, it-tliet ASE għandhom, fil-kuntest tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, jikkoordinaw xogħolhom u dak tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw konsistenza transettorjali u jivvalutaw il-problemi prattiċi li jistgħu jinqalgħu fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet STS. B’dan il-mod, il-fehmiet tal-parteċipanti fis-suq għandhom jintalbu wkoll u jridu jitqiesu kemm jista’ jkun. L-eżitu ta’ dawn it-taħditiet għandu jiġi ppubblikat fuq is-siti web tal-ASE sabiex jgħin lill-oriġinaturi, l-isponsors, l-SSPEs u l-investituri fil-valutazzjoni tat-titolizzazzjonijiet STS qabel ma joħorġu jew jinvestu fit-tali pożizzjonijiet. Mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bħal dan ikun ta’ importanza partikolari fil-perjodu li jwassal għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(11)L-investimenti fit-titolizzazzjonijiet jew l-esponimenti għalihom mhux talli jesponu lill-investitur għar-riskji ta’ kreditu tas-self sottostanti jew l-esponimenti, iżda l-proċess ta’ strutturar tat-titolizzazzjonijiet jista’ jwassal ukoll għal riskji oħrajn bħar-riskji tal-aġenzija, riskju mudell, riskju legali u operazzjonali, riskju tal-kontroparti, riskju tas-servizzjar, riskju tal-likwidità, riskju tal-konċentrazzjoni u riskji ta’ xorta operazzjonali. Għalhekk, huwa essenzjali li l-investituri istituzzjonali jkunu soġġetti għar-rekwiżiti proporzjonati dwar id-diliġenza dovuta sabiex jiżguraw li jivvalutaw kif xieraq ir-riskji li jirriżultaw mit-tipi kollha ta’ titolizzazzjonijiet, għall-benefiċċju tal-investituri finali. B’hekk, id-diliġenza dovuta tista’ ssaħħaħ anki l-fiduċja fis-suq u bejn l-oriġinaturi, l-isponsors u l-investituri individwali. Jeħtieġ li l-investituri jeżerċitaw ukoll diliġenza dovuta xierqa fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet STS. Jistgħu jinfurmaw ruħhom bl-informazzjoni divulgata mill-partijiet għat-titolizzazzjoni, b'mod partikolari n-notifika STS u l-informazzjoni relatata ddivulgata f'dan il-kuntest, li għandha tipprovdi lill-investituri bl-informazzjoni rilevanti kollha dwar kif jiġu ssodisfati l-kriterji STS. L-investituri istituzzjonali għandhom ikunu jistgħu jpoġġu l-fiduċja xierqa fin-notifika STS u fl-informazzjoni ddivulgata mill-oriġinatur, mill-isponsor u mill-SSPE dwar jekk titolizzazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti STS.

(12)Importanti li l-interessi tal-oriġinaturi, l-isponsors u l-mutwanti oriġinali li jibdlu l-iskoperturi f’titoli negozjabbli u l-investituri jkunu allinjati. Biex jikseb dan, l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali għandu jżomm interess sinifikanti fl-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni. Għalhekk, huwa importanti li l-oriġinaturi jew l-isponsors iżommu skopertura ekonomika netta materjali għar-riskji sottostanti inkwistjoni. B’mod iktar ġenerali, it-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandhomx ikunu strutturati b’tali mod li jevitaw l-applikazzjoni tar-rekwiżit ta' ritensjoni. Dak ir-rekwiżit għandu jkun applikabbli fis-sitwazzjonijiet kollha fejn tkun applikabbli s-sustanza ekonomika ta’ titolizzazzjoni, ikunu xi jkunu l-istrutturi legali jew l-istrumenti użati. Ma hemmx bżonn ta’ ħafna applikazzjonijiet tar-rekwiżit ta' ritensjoni. Għal kwalunkwe titolizzazzjoni jkun biżżejjed li l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali jkun soġġett għar-rekwiżit. B’mod simili, meta t-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jkun fihom pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjonijiet oħrajn bħala skoperturi sottostanti, ir-rekwiżit ta’ ritensjoni għandu jkun applikat biss għat-titolizzazzjoni li hija soġġetta għall-investiment. In-notifika STS tindika lill-investituri li l-oriġinaturi żammew skopertura ekonomika netta materjali għar-riskji sottostanti. Għandhom isiru ċerti eċċezzjonijiet għal każijiet li fihom l-iskoperturi titolizzati jkunu ggarantiti bis-sħiħ, inkondizzjonalment u b’mod irrevokabbli mill-awtoritajiet pubbliċi b’mod partikolari. Fil-każ ta’ appoġġ mir-riżorsi pubbliċi pprovdut fil-forma ta’ garanziji jew b’mezzi oħrajn, kwalunkwe dispożizzjoni f’dan ir-Regolament hija mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

(13)Il-ħila tal-investituri li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta u, b’hekk, jagħmlu valutazzjoni informata tal-affidabbiltà kreditizja ta’ strument ta’ titolizzazzjoni partikolari tiddependi mill-aċċess tagħhom għal informazzjoni fuq dawk l-istrumenti. Fuq il-bażi tal-acquis eżistenti, importanti li tinħoloq sistema komprensiva li biha l-investituri jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti kollha tul il-ħajja sħiħa tat-tranżazzjonijiet u li jitnaqqsu l-kompiti ta’ rapportar tal-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs u li jitħaffef l-aċċess kontinwu, faċli u liberu tal-investituri għal informazzjoni affidabbli dwar it-titolizzazzjonijiet.

(14)L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għandhom iqiegħdu d-dejta materjalment relevanti kollha dwar il-kwalità kreditizja u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti disponibbli fir-rapport għall-investituri, inkluża dejta li tippermetti lill-investituri jidentifikaw biċ-ċar id-delinkwenza u l-inadempjenza tad-debituri sottostanti, ir-ristrutturar tad-dejn, il-maħfra tad-dejn, it-trażżin, ir-riakkwisti, il-pawżi tal-pagamenti, it-telf, iċ-charge offs, l-irkupru u rimedji oħrajn tal-prestazzjoni tal-assi fil-pula ta’ skoperturi sottostanti. Id-dejta dwar il-flussi tal-flus iġġenerati mill-iskoperturi sottostanti u mill-obbligazzjonijiet tal-ħruġ tat-titolizzazzjoni, inkluża divulgazzjoni separata tal-introjtu u l-iżborż tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, jiġifieri l-kapital skedat, l-imgħax skedat, il-kapital bi ħlas antiċipat, imgħax u tariffi skaduti u imposti u kwalunkwe dejta marbuta mal-ksur ta’ kwalukwe xkattatur li jimplika bidliet fil-prijorità tal-pagamenti jew sostituzzjoni ta’ kwalunkwe kontroparti kif ukoll id-dejta fuq l-ammont u l-forma ta’ tisħiħ tal-kreditu disponibbli għal kull segment għandha tkun ippreżentata fir-rapport għall-investituri wkoll. Għalkemm it-titolizzazzjonijiet li huma sempliċi, trasparenti u standardizzati fil-passat kellhom prestazzjoni tajba, is-sodisfazzjon ta' kwalunkwe rekwiżit STS ma jfissirx li l-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni hija ħielsa minn riskji, u lanqas ma jindika xejn dwar il-kwalità kreditizja sottostanti għat-titolizzazzjoni. Minflok, għandu jitqies li jindika li investitur prudenti u diliġenti ser ikun jista’ janalizza r-riskji involuti fit-titolizzazzjoni. Għandu jkun hemm żewġ tipi ta’ rekwiżiti STS: wieħed għal titolizzazzjonijiet fit-tul u wieħed għal titolizzazzjonijiet għal terminu qasir (ABCP), li fil-parti l-kbira għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti simili b’aġġustamenti speċifiċi li jirriflettu l-karatteristiċi strutturali ta’ dawn iż-żewġ segmenti tas-suq. Il-funzjonament ta’ dawn is-swieq huwa differenti, bil-programmi tal-ABCP li jħaddmu għadd ta’ tranżazzjonijiet tal-ABCP li jikkonsistu fi skoperturi għal terminu qasir li jeħtieġu li jiġu sostitwiti ladarba jimmaturaw. Barra minn hekk, il-kriterji dwar is-STS iridu jirriflettu wkoll ir-rwol speċifiku tal-isponsor fil-forniment ta’ appoġġ ta’ likwidità lill-veikoli ABCP.

(15)Din il-proposta tippermetti li titolizzazzjonijiet ta’ “bejgħ veru” biss ikunu deżinjati bħala STS. F’titolizzazzjoni ta’ bejgħ veru, is-sjieda tal-iskoperturi sottostanti tiġi ttrasferita jew assenjata b’mod effettiv lil entità emittenti li hija entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni (SSPE). It-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti lill-SSPE ma għandux ikun soġġett għal dispożizzjonijiet severi ta’ rkupru fil-każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ. Dispożizzjonijiet tant severi ta' rkupru jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dispożizzjonijiet li taħthom il-bejgħ tal-iskoperturi sottostanti jista’ jiġi invalidat mil-likwidatur tal-bejjiegħ fuq l-unika bażi li kien konkluż f'ċertu perjodu qabel id-dikjarazzjoni tal-insolvenza tal-bejjiegħ jew qabel dispożizzjonijiet meta l-SSPE tista’ tipprevjeni t-tali invalidazzjoni biss jekk tista’ turi bil-provi li ma kinitx taf bl-insolvenza tal-bejjiegħ fi żmien il-bejgħ.

(16)F’titolizzazzjonijiet li mhumiex ta’ “bejgħ veru”, l-iskoperturi sottostanti ma jiġux ittrasferiti lit-tali entità, iżda r-riskju ta’ kreditu marbut mal-iskoperturi sottostanti jiġi ttrasferit permezz ta’ garanzija jew kuntratt tad-derivattivi jew garanziji. Dan jintroduċi riskju ta’ kreditu tal-kontroparti addizzjonali u l-kumplessità potenzjali marbuta b’mod partikolari mal-kontenut tal-kuntratt tad-derivattivi. Sal-lum, ebda analiżi dwar il-livell internazzjonali jew tal-Unjoni ma kienet biżżejjed sabiex jiġu identifikati l-kriterji dwar is-STS għal dawk it-tipi ta’ strumenti ta’ titolizzazzjoni. Għaldaqstant, fil-futur ikun essenzjali li ssir valutazzjoni ta’ jekk xi titolizzazzjonijiet sintetiċi li marru tajjeb matul il-kriżi finanzjarja u li huma sempliċi, trasparenti u standardizzati humiex eliġibbli sabiex jikkwalifikaw bħala STS. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk it-titolizzazzjonijiet li mhumiex “bejgħ veru” għandhomx ikunu koperti mid-deżinjazzjoni ta’ STS fi proposta fil-futur.

(17)L-iskoperturi sottostanti trasferiti mill-bejjiegħ lill-SSPE għandhom jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà predeterminati u ddefiniti b'mod ċar li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv ta' dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali. Fil-prinċipju, is-sostituzzjoni tal-iskoperturi li jiksru r-rappreżentazzjoFnijiet u l-garanziji ma għandhiex titqies immaniġġjar tal-portafoll attiv.

(18)Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jagħmlu d-diliġenza dovuta robusta u jiffaċilitaw il-valutazzjoni tar-riskji sottostanti, huwa importanti li t-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jkunu garantiti b’ippuljar ta’ skoperturi li huma omoġen fit-tip ta' ass, bħal ippuljar ta’ self residenzjali, ippuljar ta’ self kummerċjali, kirjiet u faċilitajiet ta’ kreditu lil impriżi tal-istess kategorija sabiex jiffinanzjaw nefqiet kapitali jew operazzjonijiet kummerċjali, ippuljar ta’ self għall-karozzi u kirjiet lil mutwatarji jew lokatarji jew self u ppuljar ta’ faċilitajiet ta’ kreditu lil individwi għal skopijiet ta’ konsum personali, mill-familja jew mill-unità domestika.

(19)Huwa essenzjali li jiġi evitat milli jerġgħu jfeġġu mudelli purament “oriġina u ddistribwixxi”. F’dawk is-sitwazzjonijiet, il-mutwanti jagħtu krediti billi japplikaw politiki ta’ sottoskrizzjoni batuti u dgħajfin peress li jkunu jafu minn qabel li r-riskji relatati eventwalment jinbiegħu lil partijiet terzi. B’hekk, l-iskoperturi li jridu jiġu titolizzati għandhom ikunu oriġinati matul il-perkors normali tan-negozju tal-oriġinatur jew tal-mutwanti oriġinali skont standards dwar is-sottoskrizzjoni li ma għandhomx ikunu inqas strinġenti minn dawk li l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali japplika għall-oriġinazzjoni ta’ skoperturi simili li mhumiex titolizzati. Il-bidliet materjali fl-istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jiġu ddivulgati bis-sħiħ lill-investituri potenzjali. L-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu jkollu biżżejjed esperjenza fl-oriġinazzjoni ta’ skoperturi ta’ xorta simili għal dawk li ġew titolizzati. Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-ippuljar ta’ self ma għandux jinkludi self li jiġi kummerċjalizzat u sottoskritt bil-patt li l-applikant għas-self jew, meta applikabbli, l-intermedjarji, ikunu ġew mgħarrfin li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti. Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kredizja tal-mutwatarju għandha tissodisfa wkoll, meta applikabbli, ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi 2014/17/UE jew 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew ir-rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.

(20)Meta l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs ikunu jixtiequ li t-titolizzazzjonijiet tagħhom jużaw id-deżinjazzjoni ta’ STS, dawn għandhom jinnotifikaw lill-investituri, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA li t-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti STS. Imbagħad, l-ESMA għandha tippubblika dan fuq lista ta’ tranżazzjonijiet li tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha għal skopijiet ta' informazzjoni. L-inklużjoni ta’ ħruġ ta’ titolizzazzjoni fil-lista tal-ESMA ta’ titolizzazzjonijiet STS notifikati ma timplikax li l-ESMA jew awtoritajiet kompetenti oħrajn iċċertifikaw li t-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti STS. Il-konformità mar-rekwiżiti STS tibqa’ responsabbiltà tal-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs waħedhom. Dan ser jiżgura li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jieħdu responsabbiltà għad-dikjarazzjoni tagħhom li t-titolizzazzjoni hija STS u li hemm trasparenza fis-suq.

(21)Meta titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti STS, l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jinnotifikaw lill-ESMA minnufih. Barra minn hekk, meta awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta' rimedju fir-rigward ta' titolizzazzjoni nnotifikata bħala STS, dik l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika immedjatament lill-ESMA għall-indikazzjoni tagħha dwar il-lista ta' notifiki STS li tippermetti li l-investituri jkunu infurmati dwar dawn is-sanzjonijiet u dwar l-affidabbiltà tan-notifiki STS. Għaldaqstant huwa fl-interess tal-oriġinaturi, tal-isponsors u tal-SSPEs li jagħmlu notifiki maħsuba sew minħabba l-konsegwenzi reputazzjonali.

(22)L-investituri għandhom iwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom fuq l-investimenti b’mod proporzjonali għar-riskji involuti, iżda għandhom ikunu jistgħu jafdaw in-notifiki STS u l-informazzjoni pprovduta mill-oriġinatur, mill-isponsor u mill-SSPE fuq il-konformità STS.

(23)L-involviment ta’ partijiet terzi fl-għajnuna sabiex tiġi verifikata l-konformità ta’ titolizzazzjoni mar-rekwiżiti STS jista’ jkun siewi għall-investituri, għall-oriġinaturi, għall-isponsors u għall-SSPEs u jista’ jikkontribwixxi sabiex tiżdied il-kunfidenza fis-suq għat-titolizzazzjonijiet STS. Madankollu, huwa essenzjali li l-investituri jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess, jieħdu responsabbiltà għad-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom u ma joqogħdux b’mod mekkanistiku fuq it-tali partijiet terzi.

(24)L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti u jagħtuhom is-setgħat ta’ superviżjoni, investigazzjoni u sanzjonar li jeħtieġu. Fil-prinċipju, is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju għandhom jiġu ppubblikati. Peress li l-investituri, l-oriġinaturi, l-isponsors, il-mutwanti oriġinali u l-SSPEs jistgħu jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti u ssupervizzati minn awtoritajiet kompetenti settorjali differenti, il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 24 , u l-ASE għandha tiġi żgurata bl-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni u assistenza f’attivitajiet superviżorji.

(25)L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom u jiżguraw deċiżjonijiet konsistenti, speċjalment f'każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament. Meta dan il-ksur jikkonċerna notifika inkorretta jew qarrieqa, l-awtorità kompetenti li tiskopri dak il-ksur għandha anke tinforma lill-ASE u lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati, . L-ESMA, u, fejn xieraq, il-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat vinkolanti ta' medjazzjoni tagħhom.

(26)Dan ir-Regolament jippromwovi l-armonizzazzjoni ta' għadd ta' elementi ewlenin fis-suq tat-titolizzazzjoni mingħajr preġudizzju għal iktar armonizzazzjoni kumplimentari mmexxija mis-suq tal-proċessi u l-prattiki fis-swieq tat-titolizzazzjoni. Għal dik ir-raġuni, huwa essenzjali li l-parteċipanti fis-suq u l-assoċjazzjonijiet professjonali tagħhom ikomplu jistandardizzaw il-prattiki tas-suq, u b'mod partikulari l-istandardizzazzjoni tad-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni ser timmonitorja bir-reqqa u tirrapporta fuq l-isforzi ta’ standardizzazzjoni li jagħmlu l-parteċipanti fis-suq.

(27)Id-Direttiva tal-UCITS, id-Direttiva tas-Solvibbiltà II, ir-Regolament tas-CRA, id-Direttiva tal-AIFM u l-EMIR huma emendati kif xieraq sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-qafas legali tal-UE ma' dan ir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet relatati mat-titolizzazzjoni li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern, b'mod partikulari billi tiżgura kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern għall-investituri istituzzjonali kollha.

(28)Fir-rigward tal-emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012, kuntratti tad-derivattivi barra l-Borża ("OTC") li jkunu daħlu fihom entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Dan minħabba li kontropartijiet għall-kuntratti tad-derivattivi OTC li jkunu daħlu fihom b'veikoli bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni huma kredituri garantiti skont l-arranġamenti ta' titolizzazzjoni u normalment jkun pipprovdut għal protezzjoni xierqa kontra r-riskju ta' kreditu tal-kontroparti. Fir-rigward ta' derivattivi kklirjati mhux ċentralment, il-livelli ta' kollateral meħtieġa għandhom iqisu wkoll l-istruttura speċifika tal-arranġamenti ta' titolizzazzjoni u l-protezzjonijiet diġà previsti fihom.

(29)Hemm livell ta’ sostitwibbiltà bejn il-bonds koperti u t-titolizzazzjonijiet. Għalhekk, sabiex tiġi evitata l-possibbiltà ta’ distorsjoni jew arbitraġġ bejn l-użu tat-titolizzazzjonijiet u l-bonds koperti minħabba t-trattament differenti tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li jidħlu fihom l-entitajiet tal-bonds koperti jew l-SSPEs, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandu jiġi emendat ukoll sabiex jeżenta lill-entitajiet tal-bonds koperti mill-obbligu tal-ikklirjar u sabiex jiżgura li l-entitajiet tal-bonds koperti jkunu soġġetti għall-istess marġini bilaterali.

(30)Sabiex jiġi speċifikat ir-rekwiżit ta' ritenzjoni tar-riskju, is-setgħa li jiġu adottati l-atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-modalitajiet biex ir-riskju jiġi ritenut, il-kejl tal-livell ta' ritenzjoni, ċerti projbizzjonijiet rigward ir-riskju ritenut, ir-ritenzjoni fuq bażi konsolidata u l-eżenzjoni ta' ċerti tranżazzjonijiet . Fid-dawl tal-kompetenza tal-EBA, hi u tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dik il-kompetenza għat-tħejjija tal-atti delegati. L-EBA għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.

(31)Sabiex tiffaċilita l-aċċess kontinwu, faċli u ħieles tal-investituri għal informazzjoni affidabbli dwar it-titolizzazzjonijiet, l-istess setgħa biex tadotta l-atti għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji għall-informazzjoni paragunabbli dwar l-iskoperturi sottostanti u r-rapporti regolari tal-investituri u għar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mis-sit web li fuqu tkun disponibbli l-informazzjoni għad-detenturi ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni. Fid-dawl tal-kompetenza tal-ESMA, hi u tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dik il-kompetenza għat-tħejjija tal-atti delegati. L-ESMA għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.

(32)Sabiex tiffaċilita l-proċess għall-investituri, għall-oriġinaturi, għall-isponsors, u għall-SSPEs, l-istess setgħa biex tadotta l-atti għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji rigward il-mudell għan-notifiki STS li se jipprovdu lill-investituri u lill-awtoritajiet kompetenti b'biżżejjed informazzjoni għall-valutazzjoni tagħhom tal-konformità mar-rekwiżiti STS. Fid-dawl tal-kompetenza tal-ESMA, hi u tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dik il-kompetenza għat-tħejjija tal-atti delegati. L-ESMA għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.

(33)Sabiex tispeċifika t-termini tal-kooperazzjoni u tiskambja l-obbligu ta' informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-istess setgħa biex tadotta l-atti għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata u l-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi tan-notifika. Fid-dawl tal-kompetenza tal-ESMA, hi u tiddefinixxi l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu minn dik il-kompetenza għat-tħejjija tal-atti delegati. L-ESMA għandha tikkonsulta mill-qrib maż-żewġ Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħra.

(34)Il-Kummissjoni, hi u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(35)Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li s-swieq ta' titolizzazzjoni joperaw globalment uminħabba li għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern għall-investituri istituzzjonali u għall-entitajiet kollha involuti fit-titolizzazzjoni iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(36)Dan ir-Regolament għandu japplika għal titolizzazzjonijiet li jinħarġu mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew wara.

(37)Għall-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni "STS" diment li t-titolizzazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti STS. Għaldaqstant, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw notifika STS skont l-Artikolu 14 (1) ta' dan ir-Regolament lill-ESMA.

(38)Essenzjalment, ir-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta jittieħdu mil-liġi eżistenti tal-Unjoni u, b’hekk, għandhom japplikaw għal titolizzazzjonijiet maħruġin fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara, u għal titolizzazzjonijiet maħruġin qabel dakinhar, meta wara l-31 ta’ Diċembru 2014 ikunu ġew sostiwtiti jew żdiedu skoperturi sottostanti ġodda. L-artikoli relevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 li jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta’ ritenzjoni tar-riskji għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1) (1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 2013/575 għandhom jibqgħu applikabbli sa meta jidħlu fis-seħħ l-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-ritenzjoni tar-riskju skont dan ir-Regolament. Minħabba raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew id-ditti tal-investiment, l-impriżi tal-assigurazzjoni, l-impriżi tar-riassigurazzjoni u l-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv għandhom, għal pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni pendenti mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ikomplu jkunu soġġetti għall-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-Kapitoli 1, 2 u 3 u għall-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014, għall-Artikoli 254 u 255 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/35 u għall-Artikolu 51 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 rispettivament. Sabiex jiżgura li l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jikkonformaw mal-obbligi ta' trasparenza tagħhom, sakemm jidħlu fis-seħħ l-istandards tekniċi regolatorji li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, huma jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi I sa VIII tar-Regolament Delegat 2015/3/UE disponibbli għas-sit web imsemmi fl-Artikolu 5 (4) ta' dan ir-Regolament.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni. Jiddefinixxi t-titolizzazzjoni u jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta, ir-ritensjoni tar-riskju u t-trasparenza għal partijiet involuti fit-titolizzazzjonijiet, bħal investituri istituzzjonali, oriġinaturi, sponsors, mutwanti oriġinali u entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni. Jipprovdi wkoll qafas għal titolizzazzjoni Sempliċi, Trasparenti u Standardizzata, jew “STS”.

2.Dan ir-Regolament japplika għal investituri istituzzjonali li jiġu skoperti għal titolizzazzjoni u għal oriġinaturi, mutwanti oriġinali, sponsors u entitajiet bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni jew skema, li biha riskju ta’ kreditu assoċjat mal-iskopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi tkun segmentata, u jkollha ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

(a)il-pagamenti fit-tranżazzjoni jew l-iskema jkunu dipendenti fuq il-prestazzjoni tal-iskoperturi jew l-aggregazzjoni ta’ skoperturi;

(b)is-subordinazzjoni tas-segmenti tiddetermina d-distribuzzjoni tat-telf matul il-ħajja kurrenti tat-tranżazzjoni jew skema.

(2)“Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni” jew “SSPE” tfisser korporazzjoni, fiduċjarja jew entità ġuridika oħra, għajr oriġinatur jew sponsor, stabbilita għall-fini ta’ twettiq ta’ titolizzazzjoni waħda jew iktar, li l-attivitajiet tagħha huma limitati għal dawk xierqa sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, bi struttura li hija maħsuba sabiex tiżola l-obbligi tal-SSPE minn dawk tal-oriġinatur, u fejn id-detenturi tal-interessi benefiċjarji jkollhom id-dritt ta’ rahan jew skambju ta’ dawk l-interessi mingħajr ebda restrizzjoni;

(3)“oriġinatur” tfisser entità li:

(a)hi stess jew permezz ta’ entitajiet relatati, b’mod dirett jew indirett, kienet involuta fil-ftehim oriġinali li ħoloq l-obbligi jew l-obbligi potenzjali tad-debitur jew id-debitur potenzjali li wasslu għat-titolizzazzjoni tal-iskoperturi; jew

(b)tixtri l-iskoperturi ta’ parti terza għan-nom tagħha stess u mbagħad tittitolizzahom;

(4)“rititolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni li biha tal-inqas waħda mill-iskoperturi sottostanti tkun pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni.

(5)“sponsor” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1) il-punti (1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 2013/575 għajr oriġinatur li jistabbilixxi u jimmaniġġja programm ta’ karta kummerċjali garantita b’assi jew tranżazzjoni jew skema ta’ titolizzazzjoni oħra li tixtri skoperturi mingħand entitajiet terzi;

(6)“segment” tfisser segment stabbilit b’kuntratt tar-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew aggregazzjoni ta’ skoperturi, li bih pożizzjoni fis-segment tinvolvi riskju ta’ telf ta’ kreditu ikbar jew inqas minn pożizzjoni tal-istess ammont f’segment ieħor, bla ma titqies il-protezzjoni tal-kreditu pprovduta minn partijiet terzi direttament lid-detenturi tal-pożizzjonijiet fis-segment jew f’segmenti oħrajn;

(7)“programm tal-karta kummerċjali garantita b’assi (ABCP)” jew “programm ABCP” tfisser programm ta’ titolizzazzjonijiet li t-titoli maħruġin minnu jieħdu l-forma predominanti ta’ karta kummerċjali garantita b’assi b’maturità oriġinali ta’ sena jew inqas;

(8)“tranżazzjoni tal-karta kummerċjali garantita b’assi (ABCP)” jew “tranżazzjoni ABCP” tfisser titolizzazzjoni fi ħdan programm ABCP;

(9)“titolizzazzjoni tradizzjonali” tfisser titolizzazzjoni li tinvolvi t-trasferiment ekonomiku tal-iskoperturi li jkunu titolizzati. Dan għandu jseħħ permezz tat-trasferiment tas-sjieda tal-iskoperturi titolizzati mill-istituzzjoni oriġinatriċi lil SSPE jew permezz ta’ subparteċipazzjoni minn SSPE. It-titoli maħruġa ma jirrappreżentawx obbligazzjonijiet ta’ ħlas tal-istituzzjoni oriġinatriċi;

(10)“titolizzazzjoni sintetika” tfisser titolizzazzjoni li biha t-trasferiment tar-riskju jinkiseb bl-użu ta’ derivattivi tal-kreditu jew garanziji, u l-iskoperturi li jiġu titolizzati jibqgħu skoperturi tal-oriġinatur;

(11)"investitur" tfisser persuna li żżomm titoli li jirriżultaw minn titolizzazzjoni;

(12)“investituri istituzzjonali” tfisser impriżi tal-assigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 13 (1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II); l-impriżi tar-riassigurazzjoni kif definiti fl-Artikolu 13 punt (4) tad-Direttiva 2009/138/KE; l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva sħiħa jew partijiet minnha għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva; maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv (AIFM) kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 li jimmaniġġja u/jew iqiegħed fis-suq AIFs fl-Unjoni; jew kumpanija ta’ mmaniġġjar tal-UCITS kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 ; jew UCITS immaniġġjata internament, li hija kumpanija tal-investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE u li ma għażlitx kumpanija ta’ mmaniġġjar awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-immaniġġjar tagħha; jew istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1) (1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 2013/575;

(13)“serviser” tfisser entità kif definita fl-Artikolu 142(1) il-punt (8) tar-Regolament Nru 2013/575/UE;

(14)“faċilità ta’ likwidità” tfisser il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tirriżulta minn ftehim kuntrattwali sabiex jiġi pprovdut finanzjament li jiżgura l-prontezza tal-flussi tal-flus lill-investituri;

(15)“skopertura ċirkolanti” tfisser skopertura fejn il-bilanċi pendenti tal-konsumaturi jitħallew ivarjaw skont id-deċiżjonijiet tagħhom ta’ teħid ta’ self u ripagament, sa limitu miftiehem;

(16)“titolizzazzjoni ċirkolanti” tfisser titolizzazzjoni fejn l-istruttura nnifisha tat-titolizzazzjoni tkun ċirkolanti billi l-iskoperturi jiżdiedu jew jitneħħew mill-aggregazzjoni ta’ skoperturi irrispettivament milli jekk l-iskoperturi humiex ċirkolanti jew le;

(17)“klawżola ta’ ammortizzament antiċipat” tfisser klawżola ta’ kuntratt f’titolizzazzjoni ta’ skoperturi ċirkolanti jew titolizzazzjoni ċirkolanti li teħtieġ, meta jseħħu avvenimenti definiti, li l-pożizzjonijiet tal-investituri jinfdew qabel il-maturità stipulata oriġinarjament tat-titoli maħruġin;

(18)“segment tal-ewwel telf” tfisser l-aktar segment subordinat f’titolizzazzjoni li jkun l-ewwel segment li jġorr it-telf imġarrab fuq l-iskoperturi titolizzati u li b’hekk jipprovdi protezzjoni għat-tieni telf u, fejn rilevanti, segmenti kklassifikati ogħla.

Kapitolu 2

Dispożizzjonijiet applikabbli għal kull titolizzazzjoni

Artikolu 3

Rekwiżiti dwar id-diliġenza dovuta għall-investituri istituzzjonali

1.Qabel ma jiġi skopert għal titolizzazzjoni, investitur istituzzjonali għandu jivverifika li:

(a)meta l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali ma jkunx istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), punti (1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali jagħti l-krediti kollha tiegħu fuq il-bażi ta’ kriterji solidi u definiti sew u proċessi stabbiliti ċari għall-approvazzjoni, l-emenda, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ dawk il-krediti u għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawn il-kriterji u l-proċessi;

(b)l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali jżomm interess materjali ekonomiku nett skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament u jiddivulgah lill-investitur istituzzjonali skont l-Artikolu 5;

(c)l-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jagħmel l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament disponibbli skont il-frekwenza u l-modalitajiet stipulati f’dak l-Artikolu;

2.Qabel ma jiġu esposti għal titolizzazzjoni, l-investituri istituzzjonali jridu jagħmlu wkoll valutazzjoni tad-diliġenza dovuta li tkun proporzjonata għar-riskji involuti, inklużi tal-inqas l-aspetti li ġejjin:

(a)il-karatteristiċi tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni individwali u tal-iskoperturi sottostanti;

(b)il-karatteristiċi strutturali kollha tat-titolizzazzjoni li jistgħu jħallu impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, bħall-prijoritajiet kuntrattwali tal-ħlas u l-prijorità tal-ixkattaturi marbutin mal-pagament, it-titjibiet tal-kreditu, it-titjibiet tal-likwidità, l-ixkattaturi tal-valur tas-suq, u d-definizzjonijiet speċifiċi għat-tranżazzjoni tal-inadempjenza;

(c)fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet ddeżinjati bħala STS, jekk it-titolizzazzjoni tissodisfax ir-rekwiżiti STS stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 10 jew fl-Artikoli 11 sa 14. L-investituri istituzzjonali jistgħu jafdaw kif xieraq in-notifika STS skont l-Artikolu 14 (1) u dwar l-informazzjoni ddivulgata mill-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE dwar il-konformità mar-rekwiżiti STS.

3.L-investituri istituzzjonali li huma esposti għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandhom tal-inqas:

(a)jistabbilixxu proċeduri bil-miktub li jikkorrispondu mal-profil tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, u jkunu xierqa għall-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar tagħhom fejn relevanti, sabiex isir monitoraġġ tal-konformità mal-paragrafi 1 u 2 u l-prestazzjoni tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni u l-iskoperturi sottostanti fuq bażi kontinwa. Fejn xieraq, dawk il-proċeduri bil-miktub jinkludu monitoraġġ tat-tip ta’ skopertura, il-perċentwal ta’ self skaduti b’iktar minn 30, 60 u 90 jum, ir-rati ta’ inadempjenza, ir-rati ta’ prepagament, is-self fi preklużjoni, ir-rati ta’ rkupru, ir-riakkwisti, il-modifiki tas-self, il-pawżi mill-pagamenti, it-tip ta’ kollateral u l-okkupanza, u d-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-punteġġi tal-kreditu jew miżuri oħrajn tal-affidabbiltà kredizja bejn skoperturi sottostanti, l-industrija u d-diversifikazzjoni ġeografika, id-distribuzzjoni tal-frekwenza tal-proporzjonijiet bejn is-self u l-valur b’firxiet li jiffaċilitaw analiżi adegwata tas-sensittività. Meta l-iskoperturi sottostanti huma stess ikunu titolizzazzjonijiet, l-investituri istituzzjonali għandhom jissorveljaw ukoll l-iskoperturi sottostanti għal dawk it-titolizzazzjonijiet;

(b)jagħmlu testijiet regolari tal-istress fuq il-flussi tal-flus u l-valuri tal-kollateral li jsostni l-iskoperturi sottostanti li huma proporzjonati għall-għamla, l-iskala u l-kumplessità tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni;

(c)jiżguraw li hemm livell adegwat ta’ rapportar intern għall-korp maniġerjali tagħhom sabiex dawn ikunu jafu bir-riskju materjali li jirriżulta mill-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni u li r-riskji minn dawk l-investimenti huma mmaniġġjati b’mod adegwat;

(d)ikunu kapaċi juru lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fuq talba, li għal kull waħda mill-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, għandhom fehim komprensiv u profond tal-pożizzjoni u l-iskoperturi sottostanti tagħha u li implimentaw politiki u proċeduri miktubin għall-immaniġġjar tar-riskju tagħhom u ż-żamma tal-informazzjoni relevanti.

Artikolu 4

Ritensjoni tar-riskju

1.L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali ta’ titolizzazzjoni għandu jżomm fuq bażi kontinwa interess materjali ekonomiku nett fit-titolizzazzjoni ta’ mhux inqas minn 5 %. Meta l-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali ma jkunux qablu bejniethom min ser iżomm l-interess materjali ekonomiku nett, l-oriġinatur għandu jżomm l-interess materjali ekonomiku nett. Ma għandu jkun hemm l-ebda applikazzjoni multipla tar-rekwiżiti ta’ ritensjoni għal xi titolizzazzjoni partikolari. L-interess materjali ekonomiku nett għandu jitkejjel fl-oriġini u għandu jiġi stabbilit bil-valur nozzjonali għall-entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali. L-interess materjali ekonomiku nett ma jinqasamx bejn tipi differenti ta’ min iżomm l-interess u ma jkunx soġġett għal xi ħħeġġjar jew mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, entità ma titqiesx li hija oriġinatur meta l-entità tkun ġiet stabbilita jew topera bl-uniku skop li tittitolizza skoperturi.

2.Dawn li ġejjin biss jikkwalifikaw bħala żamma tal-interess materjali ekonomiku nett ta’ mhux inqas minn 5 % skont it-tifsira tal-paragrafu 1:

(a)iż-żamma ta’ xejn inqas minn 5% tal-valur nominali ta’ kull wieħed mis-segmenti mibjugħin jew trasferiti lill-investituri;

(b)fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet ċirkolanti jew titolizzazzjonijiet ta’ skoperturi ċirkolanti, iż-żamma mill-oriġinatur ta’ interess ta’ xejn inqas minn 5% tal-valur nominali ta’ kull waħda mill-iskoperturi titolizzati;

(c)iż-żamma ta’ skoperturi magħżulin b’mod aleatorju, ekwivalenti għal xejn inqas minn 5% tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, meta t-tali skoperturi mhux titolizzati kienu jiġu titolizzati fit-titolizzazzjoni, diment li n-numru ta’ skoperturi potenzjalment titolizzati ma jkunx ta’ inqas minn 100 fl-oriġini;

(d)l-assorbiment tas-segment tal-ewwel tat-telf u, meta t-tali assorbiment ma jkunx jammonta għal 5% tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati, jekk hemm bżonn, segmenti oħrajn bl-istess profil ta’ riskju jew wieħed iktar sever minn dawk ittrasferiti jew mibjugħin lil investituri u li ma jimmaturawx qabel dawk ittrasferiti jew mibjugħin lill-investituri, sabiex l-assorbiment totali ma jkunx inqas minn 5% tal-valur nominali tal-iskoperturi titolizzati;

(e)l-assorbiment ta’ skopertura tal-ewwel telf ta’ mhux inqas minn 5 % minn kull skopertura titolizzata fit-titolizzazzjoni.

3.Meta kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni skont it-tifsira tad-Direttiva Nru 2002/87/KE, istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali jew kumpanija azzjonarja finanzjarja stabbilita fl-Unjoni, jew waħda mis-sussidjarji tagħha skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, bħala oriġinatur jew sponsor, tittitolizza skoperturi minn istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija tal-investiment jew istituzzjoni finanzjarja waħda jew iktar li jkunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu ssodisfati fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali, tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja, jew tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-Unjoni.

L-ewwel subparagrafu japplika biss meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet finanzjarji li ħolqu l-iskoperturi titolizzati jaderixxu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 79 tad-Direttiva 36/2013/UE u jfornu l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, fil-ħin, lill-oriġinatur jew lill-isponsor u lill-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-UE, lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew lill-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fl-Unjoni.

4.Il-paragrafu 1 ma japplikax meta l-iskoperturi titolizzati jkunu skoperturi fuq garanzija jew skoperturi garantiti bis-sħiħ, inkondizzjonalment u b’mod irrevokabbli minn:

(a)gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali;

(b)gvernijiet ta' Stat federat, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 4 (1) punt (8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Istati Membri;

(c)istituzzjonijiet li għalihom jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 50 % jew inqas skont il-Parti Tlieta, Titolu II, Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d)il-banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fl-Artikolu 117 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

5.Il-paragrafu 1 ma japplikax għal tranżazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli, fejn l-entitajiet referenzjarji sottostanti jkunu identiċi għal dawk li jiffurmaw indiċi tal-entitajiet li jkun negozjat ħafna, jew ikunu titoli kummerċjabbli oħra għajr pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.

6.L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika f’dettall ikbar ir-rekwiżit ta’ ritensjoni tar-riskju, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a)il-modalitajiet ta’ ritensjoni tar-riskju skont il-paragrafu 2, inkluż l-issodisfar permezz ta’ forma sintetika jew kontinġenti ta’ ritensjoni;

(b)il-kejl tal-livell ta’ ritensjoni msemmi fil-paragrafu 1;

(c)il-projbizzjoni ta’ ħħeġġjar jew bejgħ tal-imgħax ritenut;

(d)il-kundizzjonijiet għaż-żamma fuq bażi konsolidata skont il-paragrafu 3;

(e)il-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni ta' tranżazzjonijiet ibbażati fuq indiċi ċar, trasparenti u aċċessibbli msemmi fil-paragrafu 5.

L-EBA għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 5

Rekwiżiti ta’ trasparenza għall-oriġinaturi, għall-isponsors u għall-SSPEs

1.L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta’ titolizzazzjoni , skont il-paragrafu 2, għandhom tal-inqas jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għad-detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u għall-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament.

(a)informazzjoni dwar l-iskoperturi li huma sottostanti għat-titolizzazzjoni fuq bażi trimestrali jew, fil-każ ta’ ABCP, informazzjoni fuq ir-riċevibbli sottostanti jew il-pretensjonijiet ta’ kreditu fuq bażi ta’ kull xahar;

(b)fejn applikabbli, dawn id-dokumenti, inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-prijorità tal-pagamenti tat-titolizzazzjoni:

(i)    id-dokument tal-offerta finali jew il-prospett flimkien mad-dokumenti tat-tranżazzjoni ta’ għeluq, esklużi opinjonijiet ġuridiċi;

(ii)    għal titolizzazzjoni tradizzjonali, il-ftehim ta’ bejgħ ta’ assi, l-assenjament, in-novazzjoni jew il-ftehim ta’ trasferiment u kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ fiduċja;

(iii)    il-ftehimiet tad-derivattivi u tal-garanziji u kwalunkwe dokument relevanti dwar l-arranġamenti ta’ kollateralizzazzjoni li fihom l-iskoperturi titolizzati jibqgħu skoperturi tal-oriġinatur;

(iv)    il-ftehimiet ta’ servizzjar, servizzjar ta’ riserva, ammininistrazzjoni u mmaniġġjar tal-flus;

(v)    l-att fiduċjarju, l-att ta’ sikurezza, il-ftehim tal-aġenzija, il-ftehim tal-kont tal-bank, il-kuntratt ta’ investiment garantit, it-termini inkorporati jew il-qafas fiduċjarju prinċipali jew il-ftehim ta’ definizzjonijiet prinċipali jew dokumentazzjoni legali bħal din b’valur legali ekwivalenti;

(vi)    kwalunkwe ftehim relevanti bejn il-kredituri, dokumenti dwar id-derivattivi, ftehimiet ta’ self subordinat, ftehimiet ta’ self għall-bidu ta’ negozju u ftehimiet ta’ faċilità ta’ likwidità;

(vii)    kwalunkwe dokumentazzjoni sottostanti oħra li hija essenzjali għall-fehim tat-tranżazzjoni;

(c)meta ma jkunx tfassal prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 , sommarju tat-tranżazzjonijiet jew ħarsa ġenerali lejn il-karatteristiċi ewlenin tat-titolizzazzjoni, inklużi, fejn applikabbli:

(i)    dettalji dwar l-istruttura tan-negozju;

(ii)    dettalji dwar il-karatteristiċi tal-iskopertura, il-flussi tal-flus, it-titjib tal-kreditu u l-karatteristiċi tal-appoġġ ta’ likwidità;

(iii)    dettalji dwar id-drittijiet tal-vot tad-detenturi ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u r-relazzjoni tagħhom ma’ kredituri titolizzati oħrajn;

(iv)    lista tal-ixkattaturi u l-avvenimenti kollha msemmijin fid-dokumenti pprovduti skont il-punt (b) li jista’ jkollhom impatt materjali fuq il-prestazzjoni tal-istrument ta’ titolizzazzjoni;

(v)    id-dijagrammi tal-istruttura li fihom ħarsa ġenerali lejn it-tranżazzjoni, il-flussi tal-flus u l-istruttura tas-sjieda;

(d)fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet STS, in-notifika STS imsemmija fl-Artikolu 14 (1) ta' dan ir-Regolament;

(e)rapporti trimestrali għall-investituri jew, fil-każ ta’ ABCP, rapporti ta’ kull xahar għall-investituri, li fihom dawn li ġejjin:

(i)    id-dejta materjalment relevanti kollha dwar il-kwalità kreditizja u l-prestazzjoni tal-iskoperturi sottostanti;

(ii)    dejta fuq il-flussi tal-flus iġġenerati mill-iskoperturi sottostanti u mill-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni, ħlief għall-ABCP, u informazzjoni dwar il-ksur ta’ kwalunkwe xkattatur li jimplika bidliet fil-prijorità ta’ pagamenti jew is-sostituzzjoni ta’ xi kontroparti;

(iii)    informazzjoni dwar ir-riskju ritenut skont l-Artikolu 4 u l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3.

(f)fejn applikabbli, informazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq;

(g)meta ma jkunx japplika s-subparagrafu (f), kwalunkwe avveniment sinifikanti bħal:

(i)    ksur materjali tal-obbligi stabbiliti fid-dokumenti pprovduti skont is-subparagrafu (b), inklużi kwalunkwe rimedju, rinunzja jew kunsens li jiġu pprovduti wara b’rabta mat-tali ksur;

(ii)    bidla fil-karatteristiċi strutturali li tista’ tħalli impatt materjali fuq il-prestazzjoni tat-titolizzazzjoni;

(iii)    bidla sinifikanti fil-karatteristiċi tar-riskju tat-titolizzazzjoni jew tal-iskoperturi sottostanti;

(iv)    fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet STS, meta t-titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti STS jew meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu azzjonijiet ta’ rimedju jew amministrattivi;

(v)    kwalunkwe emenda materjali għad-dokumenti ta’ tranżazzjoni.

L-informazzjoni deskritta fis-subparagrafi (a), (b), (c) u (d) għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien sa mhux iktar tard minn wara l-għeluq tat-tranżazzjoni.

L-informazzjoni deskritta fis-subparagrafi (a) u (e) tkun disponibbli fl-istess żmien kull trimestru mhux iktar tard minn xahar wara d-data li fiha jrid jitħallas l-imgħax. Rigward it-titolizzazzjonijiet ABCP, l-informazzjoni deskritta fis-subparagrafi (a) u (e) għandha tkun disponibbli fl-istess żmien kull xahar, mhux iktar tard minn xahar wara d-data li fiha jrid jitħallas l-imgħax.

L-informazzjoni deskritta fis-subparagrafi (f) u (g) għandha tkun disponibbli mingħajr dewmien.

2.L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta’ titolizzazzjoni għandhom jaħtru bejniethom entità li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli mingħajr ħlas għad-detentur ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti, fil-ħin u b’mod ċar. L-entità maħtura biex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 għandha tagħmel l-informazzjoni disponibbli permezz ta’ sit web li għandu;

(a)jinkludi sistema ta’ kontroll tal-kwalità tad-dejta li taħdem kif suppost;

(b)jirrispetta l-istandards ta’ governanza xierqa u jiżgura ż-żamma u l-operat ta’ struttura organizzazzjonali adegwata sabiex jiġu żgurati kontinwità u funzjonament ordinat;

(c)jistabbilixxi sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa li jiżguraw li s-sit web jista’ jaqdi l-funzjoni tiegħu b’mod affidabbli u sigur u li jidentifikaw is-sorsi ta’ riskju operazzjonali;

(d)jinkludi sistemi li jiżguraw il-protezzjoni u l-integrità tal-informazzjoni riċevuta u r-reġistrazzjoni minnufih tal-informazzjoni;

(e)jiżgura li l-informazzjoni tkun disponibbli għal tal-inqas 5 snin wara d-data ta’ maturità tat-titolizzazzjoni.

L-entità responsabbli għar-rapportar tal-informazzjoni skont dan l-Artikolu u l-post fejn tkun disponibbli l-informazzjoni ikunu indikati fid-dokumentazzjoni rigward it-titolizzazzjoni.

3.L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika

(a)l-informazzjoni li l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jipprovdu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1(a) u (d) u l-format tagħha permezz ta’ mudelli standardizzati;

(b)ir-rekwiżiti li jrid jissodisfa s-sit web imsemmi fil-paragrafu 2 fejn l-informazzjoni ser titqiegħed għad-dispożizzjoni għad-detenturi ta’ pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

l-istruttura ta’ governanza tas-sit web u l-modalitajiet ta’ kif tiġi aċċessata l-informazzjoni;

il-proċeduri interni li jiżguraw il-funzjonament xieraq, ir-robustezza operazzjonali u l-integrità tas-sit web u tal-informazzjoni maħżuna;

il-proċedura li hemm fis-seħħ li tiżgura l-kwalità u l-preċiżjoni tal-informazzjoni.

L-ESMA għandha tissottometti abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Kapitolu 3

Titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standard

Artikolu 6

Użu tad-deżinjazzjoni "titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata"

L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għandhom jużaw id-deżinjazzjoni “STS” jew deżinjazzjoni li tirreferi b’mod dirett jew indirett għal dawn it-termini għat-titolizzazzjoni tagħhom biss jekk it-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti kollha tat-Taqsima 1 jew tat-Taqsima 2 ta' dan ir-Regolament, u nnotifikaw lill-ESMA skont l-Artikolu 14 (1).

Taqsima 1

Rekwiżiti ġenerali għat-titolizzazzjoni STS

Artikolu 7

Titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata

It-titolizzazzjonijiet, ħlief it-titolizzazzjonijiet ABCP, li jissodifaw ir-rekwiżiti fl-Artikoli 8, 9 u 10 ta' dan ir-Regolament jitqiesu "STS".

Artikolu 8

Rekwiżit relatat mas-sempliċità

1.L-iskoperturi sottostanti għandhom jiġu akkwistati minn SSPE permezz ta' bejgħ jew ċessjoni b'mod infurzabbli kontra l-bejjiegħ jew kwalunkwe parti terza oħra, anke fil-każ ta' insolvenza tal-bejiegħ. It-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti għall-SSPE ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi dispożizzjonijiet severi ta’ rkupru fil-każ ta’ insolvenza tal-bejjiegħ. Meta t-trasferiment tal-iskoperturi sottostanti jitwettqu permezz ta' ċessjoni u jiġu pperfezzjonati iktar tard wara l-għeluq tat-tranżazzjoni, l-ixkattaturi li jeffettwaw it-tali perfezzjoni għandhom, bħala minimu, jinkludu fihom dawn l-avvenimenti:

(a)deterjorament sever fis-sitwazzjoni tal-kwalità kreditizja tal-bejjiegħ;

(b)inadempjenza jew insolvenza tal-bejjiegħ; u

(c)ksur mhux rimedjat ta’ obbligi kuntrattwali mill-bejjiegħ.

2.Il-bejjiegħ għandu jipprovdi rappreżentazzjonijiet u garanziji li, sa fejn jaf hu, l-iskoperturi sottostanti inklużi fit-titolizzazzjoni mhumiex gravati jew inkella f'kundizzjoni li jista' jiġi previst li taffettwa b'mod ħażin l-eżegwibilità tal-bejgħ jew taċ-ċessjoni.

3.L-iskoperturi sottostanti trasferiti mill-bejjiegħ lill-SSPE għandhom jissodisfaw kriterji ta' eliġibbiltà predeterminati u ddefiniti b'mod ċar li ma jippermettux immaniġġjar tal-portafoll attiv ta' dawk l-iskoperturi fuq bażi diskrezzjonali.

4.It-titolizzazzjoni għandha tkun appoġġjata minn pula ta’ skoperturi sottostanti li huma omoġeni f'termini tat-tip ta' assi. L-iskoperturi sottostanti għandhom ikunu obbligi vinkolanti u infurzabbli b’kuntratt b’rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta’ pagamenti perjodiċi definiti marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-pagamenti tal-imgħax, jew relatati ma' kwalunkwe dritt ieħor li jirċievu introjtu mill-assi li jiggarantixxu dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti ma jinkludux titoli trasferibbli, kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE.

5.L-iskoperturi sottostanti ma jinkludux titolizzazzjonijiet.

6.L-iskoperturi sottostanti joriġinaw fil-perkors normali tan-negozju tal-oriġinatur jew tal-mutwanti oriġinali skont l-istandards ta’ sottoskrizzjoni li mhumiex inqas strinġenti minn dawk li l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali japplikaw għall-oriġinazzjoni ta’ skoperturi simili li mhumiex titolizzati. Bidliet materjali fl-istandards ta’ sottoskrizzjoni għandhom jiġu ddivulgati bis-sħiħ lill-investituri potenzjali. Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-ippuljar ta’ self ma jinkludix self li tqiegħed fis-suq u li ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji, kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti. Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kredizja tal-mutwatarju tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4, 5(a) u 6 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunslll jew tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi. L-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu jkollu kompetenza fl-iskoperturi li joriġinaw ta’ xorta simili għal dawk titolizzati.

7.L-iskoperturi sottostanti, fi żmien it-trasferiment lill-SSPE, ma jinkludux skoperturi f’inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 178(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skoperturi għal debituri jew garanti bi kreditu indebolit li, sa fejn jaf l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali:

(a)iddikjara insolvenza, qabel mal-kredituri tiegħu fuq tneħħija jew riskedar tad-dejn jew inkella qorti ddikjarat li l-kredituri tiegħu għandhom dritt ta’ infurzar jew għad-danni materjali bħala riżultat ta’ pagament li ma sarx fi żmien tliet snin mid-data tal-oriġinazzjoni;

(b)huwa fuq reġistru uffiċjali ta’ persuni bi storja ta’ kreditu avversa;

(c)għandu gradazzjoni tal-kreditu jew evalwazzjoni ta’ kreditu li tindika li r-riskju li ma jsirux il-pagamenti maqbulin fil-kuntratt huwa ferm ogħla minn dak ta’ debitur medju għal dan it-tip ta’ self fil-ġurisdizzjoni relevanti.

8.Id-debituri jew il-garanti, fi żmien it-trasferiment tal-iskoperturi, għandu jkun għamel tal-inqas pagament wieħed, ħlief fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet rotanti garantiti b’faċilitajiet personali ta’ overdraft, riċevibbli tal-karti tal-kreditu, riċevibbli tan-negozju u self ta’ finanzjament “dealer floorplan” jew skoperturi pagabbli f’pagament wieħed.

9.Ir-ripagament mid-detenturi tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ma għandux ikun jiddependi, b’mod sostanzjali, mill-bejgħ ta’ assi li jkopru l-iskoperturi sottostanti. Dan ma jwaqqafx lit-tali assi milli sussegwentament jiġu riportati jew rifinanzjati.

Artikolu 9

Rekwiżiti relatati mat-titolizzazzjoni

1.L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

2.Ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-valuta li jirriżultaw mit-titolizzazzjoni jiġu mitigati u l-miżuri li jittieħdu f'dan ir-rigwad jiġu ddivulgati. L-iskoperturi sottostanti ma jinkludux derivattivi, jekk mhux għall-iskop tal-iħeġġjar tar-riskju tal-valuta u r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax. Dawk id-derivattivi jiġu sottoskritti u dokumentati skont l-istandards komuni fil-finanzi internazzjonali.

3.Kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fil-kuntest tal-assi u l-obbligazzjonijiet tat-titolizzazzjoni ikun ibbażat fuq rati tal-imgħax ġeneralment użati fis-suq u ma jirreferix għal formuli jew derivattivi kumplessi.

4.Meta t-titolizzazzjoni titwaqqaf mingħajr perjodu rotanti jew il-perjodu rotanti jkun intemm u meta jitwassal avviż ta' infurzar jew ta' tqegħid in mora, ma jkun hemm l-ebda ammont sostanzjali ta' flus kontanti maqbudin fl-SSPE u d-dħul kapitali mill-iskoperturi sottostanti għandhom jingħaddu lill-investituri permezz ta' amortizzament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni. Ir-ripagament tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni ma għandhomx jiġu invertiti fir-rigward tas-superjorità tagħhom u l-ixkattaturi marbutin mal-prestazzjoni għandhom jiġu inklużi fit-tranżazzjonijiet li fihom prijorità mhux sekwenzjali ta’ pagamenti, inkluż tal-inqas id-deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti taħt livell predefinit. Ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li teħtieġ likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.

5.Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tinkludi avvenimenti xierqa ta’ ammortizzazzjoni antiċipata jew xkattaturi għat-terminazzjoni tal-perjodu rotanti meta t-titolizzazzjoni tkun ġiet stabbilita b’perjodu rotanti, inkluż tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal-limitu minimu predefinit hew taħtu;

(b)l-okkorrenza ta' avveniment relatat ma' insolvenza fir-rigward tal-oriġinatur jew tas-serviser;

(c)il-valur tal-iskoperturi sottostanti miżmumin mill-SSPE jaqa’ taħt limitu predefinit (avveniment ta' amortizzazzjoni antiċipata);

(d)nuqqas milli jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predefinita (xkattatur għat-tmiem tal-perjodu rotanti).

6.Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b'mod ċar:

(a)l-obbligi kuntrattwali, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tas-serviser u tat-tim ta' ġestjoni tiegħu, li għandu jkollhom kompetenza fis-servizzjar tal-iskoperturi sottostanti, u, fejn applikabbli, tal-fiduċjarju u fornituri ta' servizz anċillari oħra;

(b)il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tas-serviser ma tirriżultax fit-tmiem tas-servizzjar;

(c)dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta' kontropartijiet derivattivi, ta' fornituri tal-likwidità u tal-bank tal-kont f'każ ta' inadepjenza, insolvenza, u avvenimenti oħrajn speċifikati, meta applikabbli.

Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli ta’ mmaniġġjar tar-riskji għandhom ikunu dokumentati sew u għandhom jiddaħħlu fis-seħħ sistemi effettivi.

7.Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni tinkludi definizzjonijiet, rimedji u azzjonijiet marbutin mad-delinkwenza u l-inadempjenza tad-debituri, ir-ristrutturar tad-dejn, il-maħfra ta’ dejn, it-tolleranza, il-pawżi mill-pagamenti, it-telf, iċ-charge offs, l-irkupri u rimedji oħrajn tal-prestazzjoni tal-assi f'termini ċari u konsistenti. Id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tispeċifika biċ-ċar il-prijorità tal-pagamenti, l-ixkattaturi, il-bidliet fil-prijorità tal-pagamenti wara avvenimenti xkattaturi kif ukoll l-obbligu li jiġu rrapportati tali avvenimenti. Kwalunkwe bidla fil-prijorità tal-pagamenti għandha tiġi rrapportata meta sseħħ.

8.Id-dokumentazzjoni tat-titolizzazzjoni tinkludi dispożizzjonijiet ċari li jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni f'waqtha tal-kunflitti bejn klassijiet differenti ta’ investituri, id-drittijiet tal-vot ikunu definiti biċ-ċar u jiġu allokati lid-detenturi tan-noti u r-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju u entitajiet oħrajn bi dmirijiet fiduċjarji lejn l-investituri jiġu identifikati b'mod ċar.

Artikolu 10

Rekwiżiti relatati mat-trasparenza

1.L-oriġinatur, l-isponsor, u l-SSPE għandhom jipprovdu aċċess għad-dejta storika dwar prestazzjoni statika u dinamika fir-rigward ta' inadempjenzi u telf, bħad-dejta dwar id-delinkwenza u l-inadempjenza, għal skoperturi sostanzjalment simili għal dawk li jiġu titolizzati lill-investitur qabel ma jinvestu. Dik id-dejta għandha tkopri perjodu ta' mhux inqas minn seba' snin għal skoperturi mhux fil-livell tal-konsumatur u ħames snin għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur. Għandha tiġi ddivulgata l-bażi għad-dikjarazzjoni ta’ similarità.

2.Kampjun tal-iskoperturi sottostanti għandu jkun soġġett għal verifika esterna qabel il-ħruġ tat-titoli li jirriżultaw mit-titolizzazzjonijiet minn parti xierqa u indipendenti, inkluż verifika li d-dejta ddivulgata fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti hija akkurata, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

3.L-oriġinatur jew l-isponsor għandu jipprovdi mudell tal-fluss tal-flus tal-obbligazzjonijiet lill-investituri, kemm qabel l-ipprezzar tat-titolizzazzjoni kif ukoll fuq bażi kontinwa.

4.L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE jkunu responsabbli b'mod konġunt mill-konformità mal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament u għandhom jagħml l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 5(1) (a) disponibbli lill-investituri potenzjali qabel l-ipprezzar. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jagħmlu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 5 (1) (b) sa (e) disponibbli qabel l-ipprezzar tal-inqas f’forma inizjali jew ta’ abbozz, meta dan ikun permess skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/71/KE. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni finali disponibbli lill-investituri mhux iktar tard minn 15-il jum wara l-għeluq tat-tranżazzjoni.

Taqsima 2

Rekwiżiti għat-Titolizzazzjoni ABCP

Artikolu 11

Titolizzazzjoni ABCP sempliċi, trasparenti u standardizzata

It-titolizzazzjonijiet ABCP jitqiesu "STS" meta l-programm ABCP jikkonforma mar-rekwiżiti fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament u t-tranżazzjonijiet kollha fil-rogramm ABCP jissodifaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 12.

Artikolu 12

Rekwiżiti fil-livell tat-tranżazzjoni

1.Tranżazzjoni fil-programm ABCP tissodisfa r-rekwiżiti tat-Taqsima 1 ta' dan il-Kapitolu, ħlief għall-Artikolu 7, l-Artikolu 8 (4) u (6), l-Artikolu 9 (3), (4), (5), (6) u (8) u l-Artikolu 10 (3). Għall-iskopijiet ta' din it-Taqsima, it-termini "oriġinatur" u "mutwanti oriġinali" skont l-Artikolu 8(7) jitqiesu bħala l-bejjiegħ.

2.It-tranżazzjonijiet fil-programm ABCP ikunu ggarantiti b'ippuljar ta’ skoperturi sottostanti li huma omoġeni f’termini ta’ tip ta’ assi u li jkun fadlilhom ħajja medja ponderata ta’ mhux iktar minn sentejn u fl-ebda każ ma jkollhom maturità residwa ta' aktar minn tliet snin. L-iskoperturi sottostanti ma għandhom jinkludu l-ebda self garantit minn ipoteki residenzjali jew kummerċjali jew self residenzjali garantit bis-sħiħ, kif imsemmi fil-paragrafu 1(e) tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-iskoperturi sottostanti għanu jkun fihom obbligi vinkolanti u infurzabbli b’kuntratt b’rikors sħiħ għad-debituri bi flussi ta’ pagamenti definiti marbutin mal-kiri, mal-kapital, mal-imgħax, jew relatati ma' kwalunkwe dritt ieħor biex jirċievu dħul mill-assi li jiggarantixxu dawn il-pagamenti. L-iskoperturi sottostanti ma jinkludux titoli trasferibbli, kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE.

3.Kwalunkwe pagament tal-imgħax imsemmi fl-assi u l-obbligazzjonijiet tat-tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni jkun ibbażat fuq rati tal-imgħax tas-suq użati b’mod ġenerali, iżda ma għandux jagħmel referenza għal formuli jew derivattivi kumplessi.

4.Wara l-avveniment ta' inadempjenza jew ta' tqegħid in mora, l-ebda ammont sostanzjali ta' flus kontanti ma jinqabdu fl-SSPE u dħul kapitali mill-iskoperturi sottostanti jingħaddu lill-investituri li jkollhom pożizzjoni ta' titolizzazzjoni permezz ta' pagament sekwenzjali tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni, kif determinat mis-superjorità tal-pożizzjoni ta' titolizzazzjoni. Ma għandu jkun hemm ebda dispożizzjoni li teħtieġ likwidazzjoni awtomatika tal-iskoperturi sottostanti bil-valur tas-suq.

5.L-iskoperturi sottostanti joriġinaw fil-perkors normali tan-negozju tal-bejjiegħ skont l-istandards tas-sottoskrizzjoni li mhumiex inqas strinġenti minn dawk li japplika bejjiegħ għall-oriġinazzjoni ta’ skoperturi simili li mhumiex titolizzati. Bidliet materjali fl-istandards ta’ sottoskrizzjoni jiġu ddivulgati bis-sħiħ lill-investituri potenzjali. Fil-każ ta’ titolizzazzjonijiet li fihom l-iskoperturi sottostanti jkunu self residenzjali, l-ippuljar ta’ self ma jinkludix self li tqiegħed fis-suq u li ġie sottoskritt fuq il-bażi li l-applikant għas-self jew, fejn applikabbli, l-intermedjarji, kienu jafu li l-informazzjoni pprovduta jaf ma tkunx ġiet verifikata mill-mutwanti. Il-bejjiegħ ikun kompetenti fl-oriġinazzjoni tal-iskoperturi ta’ għamla simili għal dawk titolizzati.

6.Id-dokumenti tat-tranżazzjoni jinkludu xkattaturi għat-terminazzjoni tal-perjodu rotanti, li tal-inqas jinkludu:

(a)deterjorament fil-kwalità kreditizja tal-iskoperturi sottostanti għal jew f’livell inqas mil-limitu predefinit;

(b)l-okkorrenza ta’ avveniment relatat ma’ insolvenza fir-rigward tal-bejjiegħ jew tas-serviser;

(c)nuqqas milli jiġu ġġenerati biżżejjed skoperturi sottostanti ġodda li jissodisfaw il-kwalità kreditizja predefinita;

7.Id-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni għandha tispeċifika b'mod ċar:

(a)l-obbligi kuntrattwali, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-isponsor, tas-serviser u tat-tim ta' ġestjoni tiegħu, li għandu jkollhom kompetenza fis-servizzjar tal-iskoperturi sottostanti, u, fejn applikabbli, il-fiduċjarju u fornituri ta' servizzi aċillari oħra;

(b)il-proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex ikun żgurat li inadempjenza jew insolvenza tas-serviser ma tirriżultax fit-tmiem tas-servizzjar;

(c)dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sostituzzjoni ta' kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont f'każ ta' inadepjenza, insolvenza jew avvenimenti oħrajn speċifikati, meta applikabbli;

(d)L-isponsor għandu jagħmel id-diliġenza dovuta tiegħu u jivverifika li l-bejjiegħ jilħaq standards ta’ sottoskrizzjoni tajbin, li l-kapaċitajiet ta’ servizzjar u l-proċessi ta’ ġbir jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fil-punti (i) sa (m) tal-Artikolu 259 (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew rekwiżiti ekwivalenti f’pajjiżi terzi.

Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli ta’ mmaniġġjar tar-riskji għandhom ikunu dokumentati sew u għandhom jiddaħħlu fis-seħħ sistemi effettivi.

Artikolu 13

Rekwiżiti fil-livell tal-programm

1.It-tranżazzjonijiet kollha fil-programm ABCP jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament;

2.L-oriġinatur, l-isponsor jew il-mutwanti oriġinali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit tar-ritenzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

3.Il-programm ABCP ma jkunx rititolizzazzjoni u t-titjib tal-kreditu ma jistabbilix it-tieni saff ta’ segmentar fil-livell tal-programm.

4.L-isponsor tal-programm ABCP ikun istituzzjoni ta' kreditu ssupervizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE. L-isponsor ikun fornitur tal-faċilità ta’ likwidità u jappoġġja l-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni kollha fil-livell tat-tranżazzjoni fil-program ABCP u jkopri r-riskji kollha tal-likwidità u ta’ kreditu u kwalunkwe riskji ta’ dilwizzjoni materjali tal-iskoperturi titolizzati kif ukoll kwalunkwe kost ieħor tat-tranżazzjoni u kost imġarrab mill-programm sħiħ.

5.It-titoli maħruġin minn programm tal-ABCP ma jinkludux opzjonijiet ta' eżerċizzju, klawżoli ta’ estensjoni jew klawżoli oħrajn li jkollhom effett fuq il-maturità finali tagħhom.

6.Ir-riskji taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u tal-valuta li jirriżultaw fil-livell tal-programm ABCP jiġu mitigati u l-miżuri li jittieħdu f'dan ir-rigwad jiġu ddivulgati. Id-derivattivi għandhom jintużaw biss fil-livell tal-programm għall-iskop tal-iħeġġjar tar-riskju tal-valuta u r-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax. Tali derivattivi għandhom jiġu dokumentati skont l-istandards komuni fil-finanzi internazzjonali.

7.Id-dokumentazzjoni relatata mal-programm għandha tispeċifika b'mod ċar:

(a)ir-responsabbiltajiet tal-fiduċjarju u entitajiet oħrajn bi dmirijiet ta' fiduċjarju għall-investituri;

(b)dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw ir-riżoluzzjoni f'waqtha tal-kunflitti bejn l-isponsor u d-detenturi tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni;

(c)obbligi kuntrattwali, dmirijiet u responsabbiltajiet tal-isponsor, u tat-tim ta' ġestjoni tiegħu, li għandu jkollhom kompetenza fis-sottoskrizzjoni tal-kreditu ,il-fiduċjarju u għal fornituri ta' servizzi anċillari oħrajn;

(d) proċessi u r-responsabbiltajiet meħtieġa biex jiżguraw li inadempjenza jew insolvenza tas-serviser ma tirriżultax fit-tmiem tas-servizzjar;

(e)dispożizzjonijiet għas-sostituzzjoni ta' kontropartijiet derivattivi u tal-bank tal-kont fil-livell tal-programm ABCP f'każ ta' inadepjenza, insolvenza u avvenimenti oħrajn speċifikati, meta applikabbli.

(f)li malli jseħħu avvenimenti speċifikati, inadempjenza jew insolvenza tal-isponsor, għandu jiġi pprovdut għal passi ta’ rimedju sabiex tinkiseb kif xieraq kollateralizzazzjoni tal-impenn ta’ finanzjament jew is-sostituzzjoni tal-fornitur ta’ faċilità ta’ likwidità. F'każ li l-fornitur ta’ faċilità tal-likwidità ma jġeddidx l-impenn ta’ finanzjament fi żmien 30 jum mill-iskadenza tiegħu, il-faċilità ta’ likwidità għandha tiġi prelevata, it-titoli li jimmaturaw għandhom jiġu ripagati u t-tranżazzjonijiet ma għandhomx jibqgħu jixtru skoperturi filwaqt li jiġu ammortizzati l-iskoperturi sottostanti eżistenti.

Il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli ta’ mmaniġġjar tar-riskji għandhom ikunu dokumentati sew u għandhom jiddaħħlu fis-seħħ sistemi effettivi.

8.L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE jkunu responsabbli b'mod konġunt mill-konformità fil-livell tal-program ABCP mal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament u għandhom jagħmul l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 5(1) (a) disponibbli lill-investituri potenzjali qabel l-ipprezzar. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jagħmlu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Artikolu 5 (1) (b) sa (e) disponibbli qabel l-ipprezzar tal-inqas f’forma inizjali jew ta’ abbozz, meta dan ikun permess skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/71/KE. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jagħmlu d-dokumentazjzjoni finali disponibbli lill-investituri mhux iktar tard minn 15-il jum wara l-għeluq tat-tranżazzjoni.

Artikolu 14

Notifika STS u diliġenza dovuta

1.L-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs għandhom jinnotifikaw b'mod konġunt lill-ESMA permezz tal-mudell imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu li t-titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament ("notifika STS"). L-ESMA għandha tippubblika n-notifika STS fuq is-sit web uffiċjali tagħha skont il-paragrafu 4. Għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tagħhom ukoll. L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE ta’ titolizzazzjoni għandhom jaħtru bejniethom entità waħda li tkun l-ewwel punt ta’ kuntatt għall-investituri u l-awtoritajiet kompetenti.

2.Meta l-oriġinaturi jew il-mutwanti oriġinali ma jkunux istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4 (1) punti (1) u (2) tar-Regolament Nru 575/2013, in-notifika skont il-paragrafu 1 tkun akkumpanjata minn:

(a)konferma mill-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali li l-għoti tal-kreditu tagħha jsir fuq il-bażi ta’ kriterji sodi u definiti kif suppost u proċessi stabbiliti ċari għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u l-finanzjament ta’ krediti u li l-oriġinatur jew il-mutwanti oriġinali għandu sistemi effettivi fis-seħħ biex japplika dawn il-proċessi.

(b)dikjarazzjoni dwar jekk l-elementi msemmijin fis-subparagrafu (a) humiex soġġetti għal superviżjoni.

3.L-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jinnotifikaw lill-ESMA u lill-awtorità kompetenti tagħhom minnufih meta titolizzazzjoni ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament.

4.L-ESMA għandha żżomm lista tat-titolizzazzjonijiet kollha li għalihom l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs ikunu nnotifikaw li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament fuq is-sit web uffiċjali tagħha. L-ESMA għandha taġġorna l-lista meta t-titolizzazzjonijiet ma jibqgħux jitqiesu li jkunu STS wara deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti jew avviż mill-oriġinatur, mill-isponsor jew mill-SSPE. Meta l-awtorità kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta' rimedju skont l-Artikolu 17, hija għandha tinnotifika lill-ESMA dwarha immedjatament. L-ESMA għandha tindika immedjatament fuq il-lista li awtorita kompetenti tkun imponiet sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta' rimedju fir-rigward tat-titolizzazzjoni kkonċernata.

5.L-ESMA, f’kooperazzjoni mil-qrib mal-EBA u l-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE jipprovdu biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1 u għandha tipprovdi l-format permezz ta’ mudelli standardizzati.

L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija f’dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Kapitolu 4

Superviżjoni

Artikolu 15

Ħatra tal-awtoritajiet kompetenti

1.Il-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu3 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi żgurata minn dawn l-awtoritajiet kompetenti skont is-setgħat mogħtijin mill-atti legali relevanti:

(a)għal impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 13 (10) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)għal maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, l-awtorità kompetenti responsabbli maħtura skont l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(c)għall-UCITS u kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(d)għal istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 6 (g) tad-Direttiva 2003/41/KE;

(e)għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013.

2.L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-isponsors skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, għandhom jiżguraw li l-isponsors jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 14 ta’ dan ir-Regolament.

3.Meta l-oriġinaturi, il-mutwanti oriġinali u l-SSPEs ikunu entitajiet taħt superviżjoni skont id-Direttiva 2013/36/UE, ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2003/41/KE, id-Direttiva 2011/61/UE jew id-Direttiva 2009/65/KE, l-awtoritajiet kompetenti relevanti maħtura skont dawk l-atti, inkluż il-BĊE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, għandhom jiżguraw konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 14 ta’ dan ir-Regolament.

4.Għal entitajiet mhux koperti mill-atti leġiżlattivi tal-Unjoni msemmijin fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew iktar sabiex jiżguraw konformità mal-Artikoli 4 sa 14 ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti skont dan il-paragrafu.

5.L-ESMA għandha tippubblika u żżomm aġġornata fuq is-sit web tagħha lista tal-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 16

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.Kull Stat Membru għandu jara li l-awtorità kompetenti, maħtura skont l-Artikolu 15 (2) sa (4) għandha s-setgħat superviżorji, investigatorji u ta' sanzjonar meħtieġa biex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament.

2.L-awtorità kompetenti għandha teżamina b’mod regolari l-arranġamenti, il-proċess u l-mekkaniżmi implimentati mill-oriġinaturi, mill-isponsors, mill-SSPEs u mill-mutwanti oriġinali sabiex tikkonforma ma’ dan ir-Regolament.

3.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskji li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, inklużi r-riskji għar-reputazzjoni, jiġu evalwati u indirizzati permezz ta’ politiki u proċeduri xierqa tal-oriġinaturi, l-isponsors, l-SSPEs u l-mutwanti oriġinali.

Artikolu 17

Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta’ rimedju

1.Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali skont l-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jfasslu s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta’ rimedju xierqa applikabbli għas-sitwazzjonijiet li fihom:

(a)oriġinatur, sponsor jew mutwanti oriġinali jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 4;

(b)oriġinatur, sponsor jew mutwanti oriġinali jkun naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 5;

(c)oriġinatur, sponsor u SSPE jkunu naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u/jew il-miżuri ta’ rimedju huma implimentati b’mod effettiv.

2.Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u, tal-inqas, għandhom jinkludu:

(a)dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 22;

(b)ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;

(c)projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-oriġinatur, l-isponsor jew l-SSPE jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li jkunu responsabbli minn funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;

(d)fil-każ tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 1 (c) ta' dan l-Artikolu, projbizzjoni temporanja għall-oriġinatur, għall-isponsor u għall-SSPE milli jiċċertifikaw huma stess li titolizzazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 7 sa 10 jew fl-Artikoli 11 sa 13 ta' dan ir-Regolament;

(e)multi amministrattivi massimi ta’ tal-inqas EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]

(f)jew fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-multi amministrattivi massimi msemmijin fil-punt (e) jew sa 10 % tal-fatturat annwali totali tal-persuna ġuridika skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ dħul b’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilitsiċi relevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali;

(g)multi amministrattivi finali li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (e) u (f).

3.Meta d-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-ewwel paragrafu japplikaw għall-persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti japplikaw is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 għal membri tal-korp maniġerjali, u għal individwi oħrajn li huma responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li timponi s-sanzjonijiet amministrattivi jew il-miżuri ta' rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun motivata sew u tkun soġġetta għad-dritt ta’ appell quddiem tribunal.

Artikolu 18

Eżerċitar tas-setgħa biex timponi sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta' rimedju

1.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju msemmijin fl-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom:

(a)direttament;

(b)f'kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c)b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta’ sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju imposta skont l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi relevanti kollha, inkluż, fejn xieraq:

(a)il-materjalità, il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b)il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c)is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli kif indikat b’mod partikolari mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;

(f)il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr ħsara għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

Artikolu 19

Dispożizzjoni tas-sanzjonijiet kriminali

1.L-Istati Membri jistgħu jiddeċieud li ma jistabbilixxux regoli għas-sanzjonijiet amministrattivi jew għall-miżuri ta' rimedju għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

2.Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, b’konformità mal-paragrafu 1, li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 17 (1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jaraw li hemm il-miżuri xierqa fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa kollha biex jaħdmu mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom ħalli jirċievu informazzjoni speċifika marbuta ma’ investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdijin għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 17 (1), u sabiex jipprovdu l-istess informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħrajn u lill-ESMA, l-EBA u l-EIOPA sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jikkooperaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu20

Dmirijiet ta’ notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw dan il-Kapitolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni relevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni, lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA sa [sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe emenda sussegwenti ifhom.

Artikolu 21

Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej

1.L-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament u l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni biex iwettqu dmirijiethom skont l-Artikoli 16 sa 19, b’mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw ksur ta’ dan ir-Regolament.

2.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu anke jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-eżerċitar tas-setgħat ta' sanzjonar u biex jiffaċilitaw l-irkupru ta’ sanzjonijiet pekunjarji.

3.Meta awtorità kompetenti ssib li nkiser dan ir-Regolament jew meta jkollha raġun biex temmen hekk, hija għandha tgħarraf lis-superviżur kompetenti tal-oriġinatur, tal-isponsor, tal-mutwanti oriġinali, tal-SSPE jew tal-investitur bis-sejbiet tagħha b’mod dettaljat biżżejjed. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkoordinaw is-superviżjoni tagħhom mill-qrib u jaraw li jittieħdu deċiżjonijiet konsistenti.

4.Meta l-ksur imsemmi fil-paragrafu 3 ikun jikkonċerna, b'mod partikolari, notifika żbaljata jew qarrieqa skont l-Artikolu 14 (1) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti li ssib dak il-ksur għandha tinnotifika wkoll lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA bis-sejbiet tagħha mingħajr dewmien.

5.Meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex tindirizza l-ksur identifikat u tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħrajn, b’mod partikolari dawk tal-oriġinatur, tal-isponsor, tal-SSPE u l-awtoritajiet kompetenti tad-detentur b'pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni, meta tkun magħrufa. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-kwistjoni tista' tiġi riferita lill-ESMA u tapplika l-proċedura tal-Artikolu 19 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-obbligu ta’ kooperazzjoni ġenerali u l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont il-paragrafu 1 u l-obbligi ta’ notifika skont il-paragrafi (3) u (4).

L-ESMA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni [tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni sabiex din tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru1095/2010.

Artikolu 22

Pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kull deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju għal ksur tal-Artikoli 4, 5 jew 14(1) ta' dan ir-Regolament mingħajr dewmien fuq is-sit web uffiċjali tagħhom wara li d-destinatarju tas-sanzjoni jew tal-miżura tas-sanzjoni jew tal-miżura jkun ġie nnotifikat b'dik id-deċiżjoni.

2.Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni fuq it-tip u l-għamla tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u s-sanzjoniijet jew il-miżuri imposti.

3.Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, f'każ ta' persuni ġuridiċi, jew l-identità u d-dejta personali , f'każ ta' persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta’ każ b’każ jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tat-tali dejta, jew meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta' investigazzjoni kontinwa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jew :

(a)jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta' rimedju sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni; jew

(b)jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew ir-rimedju, waqt li jħallu barra għal perjodu ta' żmien raġonevoli l-identità u d-dejta personali tad-destinatarju, jekk ikun imbassar li f'dak iż-żmien ir-raġunijiet għall-publikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu u diment li din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-dejta personali kkonċernata; jew

(c) ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta' rimedju affattu f’każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i)li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

(ii)il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni tat-tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta’ xorta minuri.

4.Fil-każ ta' deċiżjoni li tiġi pubblikata sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-dejta rilevanti tista' tiġi posposta. Meta deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji relevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll iżidu immedjatament fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta' dak l-appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tħassar deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju għandha tiġi ppubblikata wkoll.

5.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Dejta personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta biss.

6.L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-ESMA, lill-EBA u lill-EIOPA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju kollha imposti, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe appell b’rabta magħhom u l-eżitu ta’ dan. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu informazzjoni u s-sentenza finali b’rabta ma’ kwalunkwe sanzjoni kriminali imposta u jippreżentawhom lill-ESMA, l-EBA jew l-EIOPA.

7.L-ESMA, l-EBA u l-EIOPA għandhom iżommu b'mod konġunt bażi ta' dejta ċentrali tas-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju kkomunikati lilhom. Il-bażi ta' dejta għandha tkun aċċessibbli biss lill-awtoritajiet kompetenti u għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 6.

TITOLU III

EMENDI

Artikolu 23

Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE

L-Artikolu 50a tad-Direttiva 2009/65/KE huwa rrevokat

Artikolu24

Emenda għad-Direttiva 2009/138/KE

Id-Direttiva 2009/138/KE hija emendata kif ġej:

(1)fl-Artikolu 135, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għaċ-ċirkustanzi li fihom tista’ tiġi ordnata imposta kapitali addizzjonali proporzjonata meta jinkisru r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament [ir-Regolament dwar it-titolizzazzjonijiet], bla preġudizzju għall-Artikolu 101(3).

3. Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti b’rabta mal-paragrafu 2, l-EIOPA, soġġetta għall-Artikolu 301b, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-metodoloġiji għall-kalkolu tal-imposta kapitali addizzjonali proporzjonata msemmija hemm.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.”

(2)L-Artikolu 308b(11) huwa revokat.

Artikolu 25

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2009/1060

Ir-Regolament (KE) Nru 2009/1060 huwa emendat kif ġej:

(1)Fil-premessi 22 u 41, fl-Artikoli 8c u fl-Anness II, punt 1, “strument finanzjarju strutturat” hija sostitwita bi “strument ta’ titolizzazzjoni”.

(2)Fil-premessi 34 u 40, fl-Artikoli 8(4), 8c, 10(3), 39(4) kif ukoll fl-Anness I, Taqsima A, punt 2, paragrafu 5, Anness I, Taqsima B, punt 5, Anness II (titolu u punt 2), Anness III, Parti I, punti 8, 24 u 45, l-Anness III, Parti III, punt 8, “strumenti finanzjarji strutturati” hija sostitwita bi “strumenti ta’ titolizzazzjoni”.

(3)Fl-Artikolu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-obbligi għall-emittenti u l-partijiet terzi relatati stabbiliti fl-Unjoni rigward l-istrumenti ta’ titolizzazzjoni."

(4)fl-Artikolu 3, il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l) “strument ta’ titolizzazzjoni” tfisser strument finanzjarju jew assi oħrajn li jirriżultaw minn tranżazzjoni jew skema ta’ titolizzazzjoni msemmija fl-Artikolu2 (1) tar-Regolament [dan ir-Regolament];”

Artikolu 26

Emenda għad-Direttiva 2011/61/UE

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2011/61/UE huwa revokat

Artikolu 27

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament 648/2012/UE huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-punti 30 u 31:

“(30) “bond kopert” tfisser bond li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Aritkolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(31) “entità ta’ bonds koperti” tfisser l-emittent tal-bonds koperti jew l-ippuljar ta' kopertura ta’ bond kopert."

(2)fl-Artikolu 4 jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:

“5. L-Artikolu 4(1) ma għandux japplika fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li ma jiġux konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni, skont it-tifsira tar-Regolament [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni] diment li:

(a) fil-każ ta’ Entitajiet bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni, l-Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni għandha toħroġ biss titolizzazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 u l-Artikolu 6 tar-Regolament [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjonijiet];

(b) il-kuntratt tad-derivattivi OTC jintuża biss biex jiħħeġġja spariġġi fir-rati tal-imgħax jew fil-valuti fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni; u

(c) l-arranġamenti fil-bond kopert jew fit-titolizzazzjoni jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC konklużi mill-entità ta’ bonds koperti jew Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni b’rabta mal-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.

6. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, u filwaqt li jitqies il-bżonn li jiġi evitat arbitraġġ regolatorju, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji għall-istabbiliment ta’ liema arranġamenti f’bonds koperti jew titolizzazzjonijiet jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, skont it-tifsira tal-paragrafu 5.

L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

(3)fl-Artikolu 11, il-paragrafu 15 huwa mibdul b'dan li ġej:

“15. Biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz komuni ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) il-proċeduri ta’ mmaniġġjar tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta’ kollateral u arranġamenti ta’ segregazzjoni, meħtieġa għall-konformità mal-paragrafu 3;

(b) il-proċeduri għall-kontropartijiet u l-awtoritajiet kompetenti relevanti li jridu jiġu segwiti meta jiġu applikati l-eżenzjonijiet skont il-paragrafi 6 sa 10;

(c) il-kriterji applikabbli msemmijin fil-paragrafi 5 sa 10, inkluż, b’mod partikolari, dak li għandu jitqies bħala xkiel prattiku jew legali għat-trasferiment minnufih ta’ fondi proprji u r-ripagament ta’ obbligazzjonijiet bejn il-kontropartijiet.

Il-livell u t-tip ta’ kollateral meħtieġ fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi OTC li huma konklużi minn entitajiet ta’ bonds koperti b’rabta ma’ bond kopert, jew minn Entità bi Skop Speċjali tat-Titolizzazzjoni b’rabta ma’ titolizzazzjoni skont it-tifsira ta’ [dan ir-Regolament] u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4(5) ta’ dan ir-Regolament u r-rekwiżiti tal-Artikoli 7 sa 10 jew l-Artikoli 11 sa 13 u l-Artikolu 6 tar-Regolament [ir-Regolament dwar it-Titolizzazzjonijiet] għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed f’kunsiderazzjoni kwalunkwe xkiel affaċċjat fl-iskambju tal-kollateral fir-rigward ta’ arranġameti kollaterali eżistenti fil-bond kopert jew it-titolizzazzjoni.

L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.]

Skont in-natura legali tal-kontroparti, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu b’konformità jew mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 jew (UE) Nru 1095/2010.”

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Dan ir-Regolament japplika għal titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati fi [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] jew wara, soġġetti għall-paragrafi 2 sa 6.

2.Fir-rigward tal-pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni pendenti minn [data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs jistgħu jużaw id-deżinjazzjoni "STS" jew deżinjazzjoni li tirreferi direttament jew indirettament għal dawn it-termini biss meta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament ikunu ġew imħarsa.

3.Fir-rigward tat-titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati fl-1 ta' Jannar 2011 jew wara u għat-titolizzazzjonijiet ippubblikati qabel dik id-data, fejn żdiedu jew ġew sostitwiti skoperturi sottostanti wara l-31 ta' Diċembru 2014, japplika l-Artikolu 3.

4.Fir-rigward ta' pożizzjonijiet ta' titolizzazzjonijiet pendenti minn [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 2013/575, l-impriżi tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 13 (1) tad-Direttiva 2009/138/KE, l-impriżi ta’ riassigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 13 punt (4) tad-Direttiva 2009/138/KE u maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv (AIFM) kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE jibqgħu japplikaw l-Artikolu 405 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għall-Kapitoli 1, 2 u 3 u l-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014, l-Artikoli 254 u 255 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 u l-Artikolu 51 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013, rispettivament, fil-verżjoni applikabbli fi [jum qabel id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

5.Sal-mument meta japplikaw l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 (6) ta' dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors jew il-mutwanti oriġinali, għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli 1, 2 u 3 u fl-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 għat-titolizzazzjonijiet li t-titoli tagħhom ikunu ġew ippubblikati fi [data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jew wara.

6.Sal-mument meta japplikaw l-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 (3) ta' dan ir-Regolament, l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs, għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti fil-punti a) u e) tal-Artikolu 5 (1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi I sa VIII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/3 disponibbli għas-sit web imsemmi fl-Artikolu 5 (2).

Artikolu 29

Rapporti

1.Sa [sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin wara, l-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti STS kif stabbiliti fl-Artikoli 6 sa 14 ta' dan ir-Regolament.

2.Ir-rapport jinkludi wkoll valutazzjoni tal-azzjonijiet li wettqu l-awtoritajiet kompetenti, dwar ir-riskji materjali u l-vulnerabbiltajiet il-ġodda li setgħu tfaċċaw u dwar l-azzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq sabiex ikomplu jistandardizzaw id-dokumenti tat-titolizzazzjonijiet.

3.Sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA u mal-EIOPA, għandha tippubblika rapport dwar il-funzjonament tar-rekwiżiti ta' trasparenza fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament u l-livell ta' trasparenza tas-suq tat-titolizzazzjoni fl-Unjoni.

Artikolu 30

Eżami

Sa [erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament ta' dan ir-Regolament, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 31

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.It-titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Il-qasam/oqsma tal-politika kkonċernata fl-istruttura ABM/ABB

1.3.In-natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.It-terminu u l-impatt finanzjarju

1.7.Metodu/metodi ta’ mmaniġġjar previst(i)

2.IL-MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) milquta

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-ispiża

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.It-titolu tal-proposta/inizjattiva

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li jistabbilixxi regoli komuni dwar it-titolizzazzjoni u li joħloq qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) 2009/1060 u (UE) Nru 648/2012

1.2.Il-qasam/oqsma tal-politika kkonċernata fl-istruttura ABM/ABB 30  

1.3.In-natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida 

Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 31  

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni huma fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Din l-inizjattiva hija waħda mill-pedamenti tal-inizjattiva tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Din il-proposta għandha l-għan li:

(1)    tagħti ħajja ġdida lis-swieq fuq bażi iktar sostenibbli, b’tali mod li titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata tkun tista’ taġixxi bħala mezz ta’ finanzjament effettiv lill-ekonomija;

(2)    tippermetti trasferimenti effiċjenti u effettivi tar-riskju lil sett wiesa’ ta’ investituri istituzzjonali kif ukoll lill-banek;

(3)    tippermetti li t-titolizzazzjoni tiffunzjona bħala mekkaniżmu ta’ finanzjament effettiv għal xi investituri fit-tul kif ukoll għall-banek;

(4)    tipproteġi lill-investituri u timmaniġġja r-riskju sistemiku billi tevita r-rikorrenza tal-mudelli difettużi “oriġina u ddistribwixxi”.

1.4.2.L-għan(ijiet) speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB konċernati

Għan speċifiku

Din il-proposta għandha żewġ objettivi ewlenin:

1) Tneħħi l-istigma mill-investituri u tiżgura trattament regolatorju xieraq għal prodotti ta’ titolizzazzjoni sempliċi u trasparenti;

2) Tnaqqas/telimina l-kostijiet operatorji għoljin għalxejn għall-emittenti u l-investituri.

Dan il-qafas għandu jipprovdi kunfidenza lill-investituri u standard għoli għall-UE, sabiex jgħin lill-partijiet fl-evalwazzjoni tar-riskji marbutin mat-titolizzazzjoni (kemm fi ħdan kif ukoll bejn il-prodotti).

It-titolizzazzjoni tista’ tkun mezz importanti ta’ diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament u ta’ allokazzjoni tar-riskju b’effiċjenza ikbar fi ħdan is-sistema finanzjarja tal-UE. Tippermetti distribuzzjoni usa’ tar-riskju għas-settur finanzjarju u tista’ tgħin sabiex tillibera l-karti bilanċjali tal-banek sabiex dawn ikunu jistgħu jisilfu iktar lill-kategoriji differenti ta’ aġenti ekonomiċi (eż. kumpaniji mhux finanzjarji, SMEs, individwi). B’mod ġenerali, tista’ ttejjeb l-effiċjenzi fis-sistema finanzjarja u tipprovdi opportunitajiet ikbar ta’ investiment. It-titolizzazzjoni tista’ sservi ta’ pont bejn il-banek u s-swieq tal-kapital b’benefiċċju indirett għan-negozji u ċ-ċittadini (permezz ta’, pereżempju, self, ipoteki u karti tal-kreditu orħos).

Attivita(jiet) ABM/ABB konċernati

1.4.3.Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Din il-proposta għandha żewġ objettivi ewlenin fil-mira tagħha;:

1) tneħħi l-istigma mill-investituri u l-iżvantaġġi regolatorji għal prodotti ta’ titolizzazzjoni sempliċi u trasparenti;

2) tnaqqas/telimina l-kostijiet operatorji għoljin għalxejn għall-emittenti u l-investituri.

Dan il-qafas għandu jipprovdi kunfidenza lill-investituri u standard għoli għall-UE, sabiex jgħin lill-partijiet fl-evalwazzjoni tar-riskji marbutin mat-titolizzazzjoni (kemm fi ħdan kif ukoll bejn il-prodotti).

It-titolizzazzjoni tista’ tkun mezz importanti ta’ diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament u ta’ allokazzjoni tar-riskju b’effiċjenza ikbar fi ħdan is-sistema finanzjarja tal-UE. Tippermetti distribuzzjoni usa’ tar-riskju għas-settur finanzjarju u tista’ tgħin sabiex tillibera l-karti bilanċjali tal-banek sabiex dawn ikunu jistgħu jisilfu iktar lill-kategoriji differenti ta’ aġenti ekonomiċi (eż. kumpaniji mhux finanzjarji, SMEs, individwi). B’mod ġenerali, tista’ ttejjeb l-effiċjenzi fis-sistema finanzjarja u tipprovdi opportunitajiet ikbar ta’ investiment. It-titolizzazzjoni tista’ sservi ta’ pont bejn il-banek u s-swieq tal-kapital b’benefiċċju indirett għan-negozji u ċ-ċittadini (permezz ta’, pereżempju, self, ipoteki u karti tal-kreditu orħos).

1.4.4.Indikaturi tar-riżultat u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-iktar indikatur importanti għall-kisba tal-ewwel objettiv ser ikun id-differenza fil-prezz tal-prodotti STS kontra dawk mhux STS. Jekk jinkiseb l-objettiv, din id-differenza għandha tiżdied mil-lum, bil-prodotti STS li jingħataw valur ogħla mill-investituri meta mqabblin ma’ dawk mhux STS. Dan għandu jġib miegħu żieda fil-provvista ta’ prodotti STS, u għalhekk il-kisba ta’ dan l-objettiv ser titkejjel ukoll mat-tkabbir fil-ħruġ ta’ prodotti STS kontra dawk mhux STS.

It-tieni objettiv jitkejjel bis-saħħa ta’ tliet kriterji: 1) Il-prezz u t-tkabbir fil-ħruġ tal-prodotti STS (peress li tnaqqis fl-ispejjeż operatorji għandu jsarraf f’iktar ħruġ għall-prodotti STS), 2) il-livell ta’ standardizzazzjoni tal-materjal ta’ rapportar u kummerċjalizzazzjoni u, fl-aħħar, 3) ir-rispons mingħand il-prattikanti fis-suq fuq l-evoluzzjoni tal-kostijiet operazzjonali.

1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jinkisbu fit-terminu medju jew fit-tul

L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tagħti nifs ġdid lil suq sostenibbli tat-titolizzazzjoni li ser itejjeb il-finanzjament tal-ekonomija tal-UE, filwaqt li jiżgura stabbiltà finanzjarja u protezzjoni lill-investituri. Biex terġa’ tagħti l-ħajja lis-suq, il-proposta għandha l-għan li tneħħi l-istigma li jaffaċċjaw it-titolizzazzjonijiet, toħloq konsistenza u standardizzazzjoni ikbar fis-suq u li timplimenta qafas regolatorju iktar sensittiv għar-riskji.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-prodotti ta’ titolizzazzjoni huma parti mis-swieq tal-kapital tal-UE li huma miftuħin u integrati. It-titolizzazzjoni tgħaqqad l-istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri differenti u Stati li mhumiex Membri: spiss il-banek joriġinaw is-self li jkun titolizzat, filwaqt li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu bħall-assiguraturi u l-fondi ta’ investiment jinvestu f’dawn il-prodotti, u jagħmlu hekk b’mod transfruntier.

Azzjoni minn Stat Membru waħdu ma tistax tneħħi l-istigma. Fuq livell internazzjonali, l-UE ilha tirrakkomanda l-istabbiliment ta’ standards li jidentifikaw it-titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (STS). Standards bħal dawn jgħinu lill-investituri jidentifikaw il-kategoriji ta’ titolizzazzjonijiet li marru tajjeb matul il-kriżi finanzjarja u li ser jippermettulhom janalizzaw ir-riskji involuti.

Għad li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw dawn l-istandards internazzjonali, fil-prattika dan iwassal għal approċċi differenti fl-Istati Membri, xi ħaġa li xxekkel it-tneħħija tal-istigma u toħloq ostakolu de facto għall-investituri transfruntiera li jkollhom jidħlu fid-dettalji tal-oqfsa tal-Istati Membri. Barra minn hekk, qafas prudenzjali iktar sensittiv għar-riskji għat-titolizzazzjoni STS jirrekjedi li l-UE tiddefinixxi x’inhi titolizzazzjoni STS, peress li nkella jista’ jingħata trattament regolatorju iktar sensittiv għar-riskji għall-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni lil tipi differenti ta’ titolizzazzjonijiet fi Stati Membri differenti. Dan iwassal għal kundizzjonijiet ekwi u għal arbitraġġ regolatorju. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ konsistenza u standardizzazzjoni, il-liġi tal-UE diġà armonizzat għadd ta’ elementi dwar it-titolizzazzjoni, b’mod partikolari d-definizzjonijiet, ir-regoli dwar id-divulgazzjoni, id-diliġenza dovuta, l-assorbiment tar-riskju u t-trattament prudenzjali għal entitajiet irregolati li jinvestu f’dawn il-prodotti. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew żviluppati fil-qafas ta’ atti legali differenti (CRR, Solvibbiltà II, UCITS, Regolament dwar is-CRA u l-AIFMD) li wasslu għal ċerti diskrepanzi fir-rekwiżiti li japplikaw għal investituri differenti. Iż-żieda tal-konsistenza tagħhom u standardizzazzjoni ulterjuri ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jsiru biss jekk tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE.

1.5.3.It-tagħrif miksub minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-mekkaniżmi ta' divrenzjar żviluppati fis-suq x'aktarx ma kienux se jegħlbu l-istigma billi dawn qed jistrieħu fuq l-opinjonijiet tal-assoċjazzjonijiet tas-swieq li ma ġewx ittestjati minn avenimenti. Fuq kollox, anki jekk dawn il-mekkaniżmi ta’ divrenzjar bejn il-prodotti ta’ titolizzazzjoni jirnexxilhom jiksbu divrenzjar u jillimitaw l-istigma, ma jistgħux jaġġustaw it-trattament prudenzjali marbut mat-titolizzazzjonijiet u, b’hekk, ma jistgħux itejbu l-ekonomija tat-tranżazzjonijiet tal-UE. Barra minn hekk, l-inkonsistenzi attwali fil-leġiżlazzjoni tal-UE jibqgħu jaffettwaw dawn is-swieq. Fin-nuqqas ta’ intervent mill-UE, l-istat attwali tas-suq tat-titolizzazzjonijiet aktarx li ma jitreġġax lura: il-livell ta’ ħruġ baxx u l-frammentazzjoni jibqgħu preżenti.

1.5.4.Il-kumpatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma' strumenti adattati oħra

Din il-proposta dwar it-titolizzazzjoni hija marbuta mal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa mressaq mill-Kummissjoni fl-2014 u li għandu l-għan li jerġa’ jagħti ħajja lill-investiment fl-Ewropa billi jindirizza l-ostakoli ewlenin għall-investiment b’mod koerenti. Dan l-approċċ il-ġdid ser jgħin fl-indirizzar tan-nuqqas attwali ta’ finanzjament ta’ riskju fl-Ewropa.

Din l-inizjattiva hija parti mill-pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) adottat illum mill-Kummissjoni Ewropea. Is-CMU hija waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni sabiex tiżgura li s-sistema finanzjarja ssostni l-impjiegi u t-tkabbir u tgħin fl-isfidi demografiċi li taffaċċja l-Ewropa.

Apparti l-inizjattivi regolatorji finanzjarji, bosta istituzzjonijiet u korpi tal-UE ħadu inizjattivi sabiex jibnu s-swieq ta’ titolizzazzjoni u jżidu l-kunfidenza minn perspettiva ta’ finanzjament tas-suq. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment, qed tuża l-veikoli ta’ titolizzazzjoni sabiex jgħinu l-finanzjament tal-SMEs, pereżempju bil-programm COSME u l-inizjattivi konġunti bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

1.6.It-terminu u l-impatt finanzjarju

◻ Proposta/inizjattiva ta’ tul limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sal-[JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sa SSSS

 Proposta/inizjattiva ta’ tul mhux limitat

Implimentazzjoni b'perjodu għat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

u wara tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/metodi ta’ mmaniġġjar previst(i) 32  

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

◻ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta’ kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja lil:

◻ pajjiżi terzi jew il-korpi maħtura minnhom;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

 korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi tal-liġi pubblika;

◻ korpi regolati mid-dritt privat b'missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn modulu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima tal-‘Kummenti’.

Kummenti

L-implimentazzjoni ta’ din l-inizjattiva ser timplika t-tliet ASE (l-EBA, l-ESMA u l-EIOPA). B’hekk, ir-riżorsi proposti huma għall-EBA, għall-ESMA u għall-EIOPA li huma aġenziji regolatorji u mhux eżekuttivi. L-EBA, l-ESMA u l-EIOPA jaġixxu taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni.

2.IL-MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-proposta tipprevedi li l-Kummissjoni għandha teżamina l-effettività tal-miżuri proposti fuq bażi perjodika.

2.1.1.Riskju(i) identifikat(i)

B’rabta mal-użu legali, ekonomiku, effiċjenti u effettiv tal-approprjazzjonijiet li jirriżultaw mill-proposta, huwa mistenni li l-proposta ma ġġibx magħha riskji ġodda li bħalissa mhumiex koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti tal-EBA, l-EIOPA u l-ESMA.

2.1.2.Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema stabbilita ta’ kontroll intern

NA

2.1.3.Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

NA

2.2.Il-miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni attwali jew ippjanati.

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) japplikaw għall-EBA, l-EIOPA u l-ESMA mingħajr ebda restrizzjoni.

L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jaċċedu għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kumissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u għandhom jadottaw minnufih id-dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-EBA, l-EIOPA u l-ESMA.

Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom għandhom jistipulaw b’mod espliċitu li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, jagħmlu verifiki fuq il-post fuq il-benefiċjarji tal-flejjes maħruġin mill-EBA, l-EIOPA u l-ESMA kif ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta’ dawn il-flejjes.

L-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament li jistabbilixxi l-EBA stipulaw id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-EBA u r-regoli finanzjarji applikabbli.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarja(i) milquta

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
infiq

Kontribuzzjoni

Diff./Mhux-diff 33 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 34

mill-pajjiżi kandidati 35

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1a

12.02.04 EBA

DIFF

IVA

IVA

LE

LE

1a

12.02.05 EIOPA

DIFF

IVA

IVA

LE

LE

1a

12.02.06 ESMA

DIFF

IVA

IVA

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
infiq

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff./Mhux-diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa

[Din it-taqsima għandha timtela bl-użu ta’ spreadsheet dwar id-dejta tal-baġit ta’ natura amministrattiva (it-tieni dokument fl-Anness għal din id-dikjarazzjoni finanzjarja) u mtella’ fuq is-CISNET għal skopijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.]

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-ispiża

Din l-inizjattiva leġiżlattiva se jkollha dawn l-impatti fuq l-infiq:

Ir-reklutaġġ ta’ tliet aġenti temporanji ġodda (TA) fl-EBA (2 TAs) - Ara fl-Anness għal iktar informazzjoni fuq ir-rwoli tagħhom u l-mod kif ġew ikkalkolati l-ispejjeż tagħhom (li 40 % minnhom ser ikunu finanzjati mill-UE u 60 % mill-Istati Membri).

Ir-reklutaġġ ta’ tliet TAs ġodda fl-ESMA - Ara fl-Anness għal iktar informazzjoni fuq ir-rwoli tagħhom u l-mod kif ġew ikkalkolati l-ispejjeż tagħhom (li 40 % minnhom ser ikunu finanzjati mill-UE u 60 % mill-Istati Membri).

Ir-reklutaġġ ta’ żewġ TAs ġodda fl-EIOPA (2 TA) - Ara fl-Anness għal iktar informazzjoni fuq ir-rwoli tagħhom u l-mod kif ġew ikkalkolati l-ispejjeż tagħhom (li 40 % minnhom ser ikunu finanzjati mill-UE u 60 % mill-Istati Membri).

L-ispejjeż marbutin mal-kompiti li jridu jagħmlu l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA ġew stmati għan-nefqa fuq il-persunal skont il-klassifikazzjoni tal-ispejjeż fl-abbozz tal-baġit tal-ASE għall-2015.

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru 1

Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

DĠ: FISMA

r
N 36

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali

12.02.04 EBA

Impenji

(1)

0,266

0,251

0,251

0,767

Pagamenti

(2)

0,266

0,251

0,251

0,767

12.02.05 EIOPA

Impenji

(1a)

0,130

0,115

0,115

0,360

Pagamenti

(2a)

0,130

0,115

0,115

0,360

12.02.06 ESMA

Impenji

(1a)

0,212

0,197

0,197

0,606

Pagamenti

(2a)

0,212

0,197

0,197

0,606

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 37  

Numru tal-intestatura baġitarja

(3)

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ FISMA

Impenji

=1+1a +3

0,563

0,563

1,733

Pagamenti

=2+2a

+3

0,563

0,563

1,733






TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA Nru 1
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,563

0,563

1,733

Pagamenti

=5+ 6

0,563

0,563

1,733

Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta' referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

Riżorsi umani

Infiq amministrattiv ieħor

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 38

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

◻ Il-proposta/l-inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

 Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sat-tielet punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

RIŻULTATI

Tip 39

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 40

- Produzzjoni

- Produzzjoni

- Produzzjoni

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Produzzjoni

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Sena
N 41

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq amministrattiv ieħor

Subtotal INTESTATURA 5tal-qafas finanzjarju pluriennali

barra INTESTATURA 5 42
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Infiq ieħor
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra INTESTATURA 5

tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprijazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u spejjeż oħrajn ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati minn approprijazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati lill-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew kienu riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk neċessarju, ma’ xi allokazzjoni addizzjonali li tista’ tkun mogħtija lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet tal-baġit.

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid titniżżel f'unitajiet ekwivalenti għal full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

 Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità ekwivalenti għal Full Time: FTE) 43

XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  44

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjoni

XX 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, ENS, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam tal-politika jew l-intestatura baġitarja konċernata.

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew mobilizzati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed jimmaniġġja skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji.

Deskrizzjoni tad-dmirijiet li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva ser teħtieġ programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

L-ispejjeż marbutin mal-kompiti li jridu jagħmlu l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA ġew stmati għan-nefqa fuq il-persunal skont il-klassifikazzjoni tal-ispejjeż fl-abbozz tal-baġit tal-ASE għall-2015.

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet sabiex it-tliet ASE jiżviluppaw għadd ta’ standards tekniċi regolatorji.

L-ESMA ser ikollha tiżviluppa u żżomm fuq is-sit web tagħha lista tat-titolizzazzjonijiet kollha li għalihom l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs innotifikaw li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-STS (l-Artikolu 14.2).

Mhumiex ser jiġu assenjati kompetenzi superviżorji ġodda lit-tliet ASE iżda ser jintalbu jippromwovu iktar il-kooperazzjoni superviżorja u l-konverġenza fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-kriterji STS (ara l-Kapitolu 3). Dan l-objettiv huwa essenzjali peress li ser jevita frammentazzjoni tas-suq tat-titolizzazzjonijiet fi ħdan l-UE.

Fl-aħħar, l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA ser ikollhom jippubblikaw bejniethom rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-STS u dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ notifika dwar is-STS kif ukoll il-funzjonament tas-suq. Għandhom jirrapportaw ukoll fuq l-azzjonijiet li jkunu ħadu s-superviżuri u fuq ir-riskji materjali u l-vulnerabbiltajiet il-ġodda li mmaterjalizzaw irwieħhom. L-ewwel rapport għandu jiġi ppubblikat sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u r-rapporti ta’ wara kull tliet snin.

Għalhekk, rigward it-twaqqit, huma meħtieġa riżorsi addizzjonali tal-ASE minn tmiem l-2016 sal-bidu tax-xogħlijiet prepatorji u implimentazzjoni bla intoppi tar-Regolament. Fir-rigward tan-natura tal-pożizzjonijiet, il-tlestija b’suċċess u f’waqtha tal-istandards tekniċi se teħtieġ, b’mod partikolari, ir-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu allokati għal kompiti fuq il-politika, abbozzar legali u valutazzjoni tal-impatt.

Il-ħidma tirrikjedi laqgħat bilaterali u multilaterali ma’ partijiet interessati, analiżi u valutazzjoni tal-għażliet u l-abbozzar ta’ dokumenti ta’ konsultazzjoni, konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati, it-twaqqif u l-maniġment ta’ gruppi ta’ esperti permanenti magħmul minn superviżuri mill-Istati Membri, it-twaqqif u l-maniġment ta’ gruppi ta’ esperti ad hoc magħmula minn parteċipanti fis-suq u rappreżentanti tal-investituri, analiżi tat-tweġibiet għal konsultazzjonijiet, abbozzar ta’ analiżi ta’ spejjeż/benefiċċji u l-abbozzar tat-test legali.

Parti mix-xogħol meħtieġ hija marbuta mill-qrib max-xogħlijiet tekniċi eżistenti mwettqin skont is-CRR, is-CRA3, is-Solvibbiltà II u l-EMIR.

Dan ifisser li hemm bżonn ta' aktar aġenti temporanji mill-2017 u l-2018 billi l-ASE huma mistennija jwettqu kompiti ġodda. Dawn il-kompiti ġodda huma stabbiliti fir-Regolament propost u spjegati aktar fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.

3.2.5.Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament mingħand terzi persuni.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/inizjattiva 45

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin skont kemm hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/linji baġitarja/baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.



Anness għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għal proposta għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas Ewropew għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata

L-ispejjeż marbutin mal-kompiti li jridu jagħmlu l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA ġew stmati għan-nefqa fuq il-persunal skont il-klassifikazzjoni tal-ispejjeż fl-abbozz tal-baġit tal-ASE għall-2015.

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet sabiex it-tliet ASE jiżviluppaw għadd ta’ standards tekniċi regolatorji, inklużi dawn li ġejjin.

- RTS li jispeċifika r-rekwiżit ta’ assorbiment tar-riskju u mudell għar-rapportar dwar l-assorbiment tar-riskju (Artikolu 4.6);

- RTS li jispeċifika l-informazzjoni li l-oriġinatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jipprovdu biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 5.1(a) u 1(e) u l-preżentazzjoni tagħhom permezz ta’ mudelli standardizzati;

- RTS li jispeċifika l-informazzjoni li l-oriġiatur, l-isponsor u l-SSPE għandhom jipprovdu sabiex jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont il-paragrafu tal-Artikolu 14.1 (notifika dwar is-STS) u l-preżentazzjoni ta’ din permezz ta’ mudelli standardizzati.

- RTS li jispeċifika l-kriterji għall-istabbiliment ta’ liema arranġamenti fil-bond koperta jew it-titolizzazzjonijiet jimmitigaw b’mod adegwat ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti (emenda għall-EMIR);

- RTS li jispeċifika l-proċeduri ta’ mmaniġġjar tar-riskju, inklużi l-livelli u t-tip ta’ arranġamenti tal-kollateral u segregazzjoni (emenda għall-EMIR);

- RTS li jispeċifika l-proċeduri li l-kontropartijiet u l-awtoritajiet kompetenti relevanti jridu jsegwu meta japplikaw l-eżenzjonijiet fl-Artikolu 11 paragrafi 6 sa 10 (emenda għall-EMIR);

- RTS li jispeċifika l-kriterji applikabbli msemmijin fl-Artikolu 11 paragrafi 5 sa 10, inkluż, b’mod partikolari, x’għandu jitqies bħala xkiel prattiku jew legali għat-trasferiment minnufih ta’ fondi proprji u r-ripagament tal-obbligazzjonijiet bejn il-kontropartijiet (emenda għall-EMIR);.

- RTS li jistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA.

L-ESMA ser ikollha tiżviluppa u żżomm fuq is-sit web uffiċjali tagħha lista tat-titolizzazzjonijiet kollha li għalihom l-oriġinaturi, l-isponsors u l-SSPEs affermaw huma stess li jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-STS (l-Artikolu 14.2).

Mhumiex ser jiġu assenjati kompetenzi superviżorji ġodda lit-tliet ASE iżda ser jintalbu jippromwovu iktar il-kooperazzjoni superviżorja u l-konverġenza fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-kriterji STS (ara l-Kapitolu 3). Dan l-objettiv huwa essenzjali peress li ser jevita frammentazzjoni tas-suq tat-titolizzazzjonijiet fi ħdan l-UE.

Fl-aħħar nett, l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA ser ikollhom jippubblikaw bejniethom rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti STS u dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ notifika STS kif ukoll il-funzjonament tas-suq. Għandhom jirrapportaw ukoll fuq l-azzjonijiet li jkunu ħadu s-superviżuri u fuq ir-riskji materjali u l-vulnerabbiltajiet il-ġodda li tfaċċaw. L-ewwel rapport għandu jiġi ppubblikat sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u r-rapporti ta’ wara kull tliet snin.

Rigward it-twaqqit, huma meħtieġa riżorsi addizzjonali tal-ASE minn tmiem l-2016 sal-bidu tax-xogħlijiet prepatorji u implimentazzjoni bla intoppi tar-Regolament. Fir-rigward tan-natura tal-pożizzjonijiet, il-tlestija b’suċċess u f’waqtha tal-istandards tekniċi se teħtieġ, b’mod partikolari, ir-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu allokati għal kompiti fuq il-politika, abbozzar legali u valutazzjoni tal-impatt.

Il-ħidma tirrikjedi laqgħat bilaterali u multilaterali ma’ partijiet interessati, analiżi u valutazzjoni tal-għażliet u l-abbozzar ta’ dokumenti ta’ konsultazzjoni, konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati, it-twaqqif u l-maniġment ta’ gruppi ta’ esperti permanenti magħmul minn superviżuri mill-Istati Membri, it-twaqqif u l-maniġment ta’ gruppi ta’ esperti ad hoc magħmula minn parteċipanti fis-suq u rappreżentanti tal-investituri, analiżi tat-tweġibiet għal konsultazzjonijiet, abbozzar ta’ analiżi ta’ spejjeż/benefiċċji u l-abbozzar tat-test legali.

Parti mix-xogħol meħtieġ hija marbuta mill-qrib max-xogħlijiet tekniċi eżistenti mwettqin skont is-CRR, is-CRA3, is-Solvibbiltà II u l-EMIR.

Dan ifisser li ser ikun hemm bżonn ta’ aġenti oħrajn minn tmiem l-2016. Huwa supponut li din iż-żieda ser tibqa’ sostnuta fl-2017 u l-2018 peress li l-ASE ser ikollhom kompiti ġodda xi jwettqu. Dawn il-kompiti ġodda huma stabbiliti fir-Regolament propost u spjegati aktar fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.

Suppożizzjoni dwar riżorsi addizzjonali:

Huwa supponut li t-tmien karigi addizzjonali ser ikunu ta’ aġenti temporanji tal-grupp funzjonali u tal-grad AD7.

L-ispejjeż annwali medji għas-salarji għall-kategoriji differenti ta’ persunal huma bbażati fuq il-gwida tad-DĠ BUDG;

Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji għal Pariġi huwa ta' 1,168.

Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji għal Londra huwa ta’ 1,507.

Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarji għal Frankfurt huwa ta’ 0,972.

Spejjeż tal-missjonijiet stmati li huma ta’ EUR 10 000.

Spejjeż relatati mar-reklutaġġ (vjaġġi, lukanda, eżamijiet mediċi, istallazzjoni u allowances oħrajn, spejjeż tal-ġarr, eċċ) stmati li huma ta’ EUR 12 700.

ESMA

Tip ta’ spiża

Kalkolu

Ammont (f’eluf)

2017

2018

2019

Total

Nefqa fuq il-persunal

Salarji u allowances

=3x132 x1.168

463

463

463

1389

Nefqa relatata mar-reklutaġġ

=3x13

39

39

L-ispejjeż marbutin mal-missjoni

=3x10

30

30

30

90

Total

532

493

493

1518

EBA

Tip ta’ spiża

Kalkolu

Ammont (f’eluf)

2017

2018

2019

Total

Nefqa fuq il-persunal

Salarji u allowances

=3x132 x1.507

597

597

597

1791

Nefqa relatata mar-reklutaġġ

=3x13

39

39

L-ispejjeż marbutin mal-missjoni

=3x10

30

30

30

90

Total

666

627

627

1920

EIOPA

Tip ta’ spiża

Kalkolu

Ammont (f’eluf)

2017

2018

2019

Total

Nefqa fuq il-persunal

Salarji u allowances

=2x132 x0.972

257

257

257

771

Nefqa relatata mar-reklutaġġ

=1x13

39

39

L-ispejjeż marbutin mal-missjoni

=1x10

30

30

30

90

Total

326

287

287

900

(1) Ara l-linji gwida tal-politika tal-President Juncker, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/priorities/docs/pg_mt.pdf
(2)

   COM(2014) 910 finali.

(3)

   COM/2014/0903 finali.

(4)

   Mill-2011 ’l hawn, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment tal-UE li jaġixxu bħala investituri saru obbligati li jaraw li l-banek jew l-isponsors oriġinaturi tat-titolizzazzjonijiet iżommu interess ekonomiku fit-tranżazzjoni ekwivalenti għal tal-inqas 5 % tal-assi titolizzati. Imbagħad, dan l-approċċ ġie estiż għas-settur tal-assigurazzjoni u parti mis-setturi ta’ mmaniġġjar tal-assi.

(5)

   Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)

   Id-Direttiva 2009/138/KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(7)

   Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(8)

   Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(9)

   Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 9 17.11.2009, p. 1).

(10)

   Id-Direttiva  2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64–89).

(11)

   Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(12)

   Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

(13) Disponibbli fuq http://www.bis.org/bcbs/publ/d332.htm
(14) Ara [irid jiddaħħal il-link għad-dikjarazzjoni tarispons].
(15) Ara n-noti 16 u 17
(16) Disponibbli fuq www.eba.europa.eu/documents/10180/983359/EBA-Op-2015-14+Opinion+on+qualifying+securitisation.pdf
(17) Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/finance/consultations/2015/securitisation/index_en.htm
(18)

   Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 625/2014 tat-13 taMarzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti tal-istituzzjonijiet investituri, sponsors, mutwanti oriġinali u oriġinaturi marbuta ma' skoperturi għar-riskju tal-kreditu trasferit (ĠU L 174, 13.6.2014, p. 16–25).

(19)

   Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 taDiċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1-95).

(20)

   Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/3 tat-30 taSettembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tastandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti tadivulgazzjoni għal strumenti finanzjarji strutturati (ĠU L 2, 6.1.2015, p. 57–119).

(21)

   ĠU C , , p. .

(22) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-10 taOttubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit takopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(23)
(24)

   Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 taOttubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tapolitiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali taistituzzjonijiet takreditu (ĠU L 287, 29.10.2013. p. 263).

(25)

   Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 taĠunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni taistituzzjonijiet għall-provvista tairtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

(26)

   Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 taĠunju 2012 dwar Maniġers ta’ Fondi taInvestiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(27)

   Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 taLulju 2009 dwar il-koordinazzjoni taliġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi tainvestiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(28) Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 taNovembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).
(29)

   Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(30)

   ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġittjar ibbażat fuq l-attività

(31)

   Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

(32)

   Id-dettalji dwar il-metodi taġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit tal-internet tal-baġit (BudgWeb) li ġej: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

(33)

   Diff.:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

(34)

   L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

(35)

   Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.

(36)

   Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

(37)

   L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-intestaturi “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

(38)

   Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

(39)

   Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjatji, l-għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).

(40)

   Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku (speċifiċi) …”

(41)

   Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

(42)

   L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet tal-UE (linji “BA” preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

(43)

   AC= Persunal b'Kuntratt; AL = Persunal Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED= Esperti B’Inqas Esperjenza fid-Delegazzjonijiet.

(44)

   Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (linji “BA” preċedenti).

(45)

   Fir-rigward tariżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għal kostijiet taġbir.