Brussell, 3.9.2015

COM(2015) 420 final

2015/0187(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fejn tidħol l-adozzjoni ta' Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Fl-20 ta' Mejju 1987 ġiet konkluża l-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni ("il-Konvenzjoni") bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi tal-EFTA.

Bl-adeżjoni tar-Repubblika tas-Serbja għall-Konvenzjoni, fit-test tal-Konvenzjoni żdiedu referenzi lingwistiċi ġodda li jikkonċernaw dan il-pajjiż. Barra minn hekk, hemm bżonn li jinbidlu d-dokumenti ta' garanzija fejn jissemmew il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni biex ikunu jirriflettu dan.

L-iskop hu li l-UE tadotta pożizzjoni komuni dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li temenda l-Konvenzjoni.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet attwali ta’ politika fil-qasam ta’ politika

Fil-qasam tal-proposta ma teżisti l-ebda dispożizzjoni.

Il-konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Unjoni

Ma japplikax.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar il-proċedura ta' tranżitu komuni.

Il-Konvenzjoni tistabbilixxi l-miżuri li jiffaċilitaw il-moviment tal-merkanzija bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika tat-Turkija.

Wara li ssodisfat ir-rekwiżiti legali, strutturali u tat-teknoloġija tal-informatika, li huma prirekwiżiti għall-adeżjoni, ir-Repubblika tas-Serbja tixtieq taderixxi għall-Konvenzjoni.

Ġaladarba r-Repubblika tas-Serbja tkun issodisfat kull prirekwiżit u l-pajjiż ikun ġie mistieden jaderixxi u jressaq l-istrument ta' adeżjoni tiegħu, il-Konvenzjoni jkun jeħtiġilha tiġi emendata b'referenzi lingwistiċi ġodda bis-Serb u jkunu jridu jsiru l-adattamenti xierqa tad-dokumenti ta' garanzija. Dawn l-emendi jridu jiddaħħlu u jiġu applikati minn dakinhar li r-Repubblika tas-Serbja tibda tħaddem is-sistema ta' tranżitu komuni.

Dan l-abbozz tad-Deċiżjoni approvawh minn qabel il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali – l-Istatus Doganali u s-Sezzjoni tat-Tranżitu u l-Grupp ta' Ħidma UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tapprova dan l-abbozz tad-Deċiżjoni bi proċedura bil-miktub, sabiex tippreżentaha lill-Kunsill biex jistabbilixxi pożizzjoni komuni għall-adozzjoni finali tagħha permezz tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni.

Il-proporzjonalità

Il-proposta hi konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet:

   L-unika azzjoni possibbli hi din il-forma ta' azzjoni proposta.

   Il-forma ta' azzjoni proposta ma tinvolvix spejjeż finanzjarji.

L-għażla tal-istrument

L-istrumenti proposti: Deċiżjoni.

Ma jeżisti l-ebda strument adegwat ieħor.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, IL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Mal-Istati Membri fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali – l-Istatus Doganali u s-Sezzjoni tat-Tranżitu u mal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni fil-Grupp ta' Ħidma UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni saret konsultazzjoni b'approvazzjoni dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li temenda l-Konvenzjoni.

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu:

Opinjoni favorevoli.

Il-kisba u l-użu tal-għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn għarfien espert estern.

Il-valutazzjoni tal-impatt

L-adeżjoni għall-Konvenzjoni hija parti mill-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Serbja fl-Unjoni Ewropea. B'hekk isir allinjament mal-acquis communautaire fiż-żona tat-tranżitu. Bl-introduzzjoni tat-tranżitu komuni fir-Repubblika tas-Serbja, bħala alternattiva għall-proċedura TIR, it-tranżitu se jkompli jeħfief, jonqsu l-ispejjeż u jaf jiżdied il-kummerċ.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-UE.

2015/0187 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fejn tidħol l-adozzjoni ta' Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar proċedura ta' tranżitu komuni 1 (il-"Konvenzjoni") jippermetti li pajjiż terz isir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni wara deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni biex jistieden lill-pajjiż.

(2)L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt UE-EFTA biex permezz ta' deċiżjonijiet jirrakkomanda u jadotta emendi għall-Konvenzjoni u l-Appendiċijiet tagħha.

(3)Ir-Repubblika tas-Serbja esprimiet formalment ix-xewqa li tingħaqad mas-sistema ta' tranżitu komuni.

(4)Ir-Repubblika tas-Serbja ssodisfat ir-rekwiżiti legali, strutturali u dawk tat-teknoloġija tal-informazzjoni meħtieġa, li huma prirekwiżiti għall-adeżjoni, u wara l-proċedura formali tal-adeżjoni, tista' taderixxi għall-Konvenzjoni.

(5)It-tkabbir tas-sistema ta’ tranżitu komuni se jkun jeħtieġ jemenda l-Konvenzjoni fejn jidħlu referenzi lingwistiċi ġodda bis-Serb u l-adattamenti xierqa tad-dokumenti ta' garanzija.

(6)L-emendi proposti ġew ippreżentati u diskussi fil-Grupp ta' Ħidma UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni u dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija, u t-test ġie approvat b'mod preliminari.

(7)Għaldaqstant il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emenda proposta għandha tibbaża fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni għandha tibbaża fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jsiru xi bidliet żgħar jekk ikunu jaqblu dwarhom ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA.

Artikolu 2

Meta tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni, dik id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

Brussell, 3.9.2015

COM(2015) 420 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fejn tidħol l-adozzjoni ta' Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni


ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fejn tidħol l-adozzjoni ta' Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni

ANNESS

Proposta għal Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni 1 , u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1) Ir-Repubblika tas-Serbja tixtieq taderixxi għall-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni (il-"Konvenzjoni") u ġiet mistiedna tagħmel dan wara d-Deċiżjoni Nru.../2015 ta' ...2015 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni.

(2) Għalhekk il-verżjonijiet lingwistiċi tar-referenzi bis-Serb li jintużaw fil-Konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni xierqa.

(3) L-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tas-Serbja għall-Konvenzjoni.

(4) Sabiex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli ta' garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tas-Serbja, għandu jiġi stabbilit perjodu ta' tranżizzjoni li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw il-formoli stampati b'xi adattamenti.

(5) Il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandu jiġi emendat l-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni kif jistipula l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Din id-Deċiżjoni tapplika mill-[1 ta' Diċembru 2015].

2. Il-formoli bbażati fuq il-formoli mudell fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5, C6 tal-Appendiċi III kif kienu fis-seħħ fl-[1 ta' Diċembru 2015] jistgħu jibqgħu jintużaw, soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u għall-adattamenti li jikkonċernaw l-indirizz għal servizz jew l-aġent awtorizzat, sal-1 ta' Mejju 2016.

Magħmul fi Brussell, ……….

                       Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

ANNESS

1. Fl-Anness B1, fil-kaxxa 51 bejn ir-Rumanija u l-Iżvezja jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS     Is-Serbja

2. Fl-Anness B6, it-Titolu III jiġi emendat kif ġej:

2.1. Fl-ewwel parti tat-tabella "Validità limitata – 99200", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Ограничена важност

2.2. Fit-tieni parti tat-tabella "Rinunzja – 99201", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Ослобођење

2.3. Fit-tielet parti tat-tabella "Prova alternattiva – 99202", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Алтернативни доказ

2.4. Fir-raba' parti tat-tabella "Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati (isem u pajjiż) – 99203", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Разлике: царински орган којем је предата роба …… (назив и земља)

2.5. Fil-ħames parti tat-tabella "Ħruġ mill-… soġġett għar-restrizzjonijiet jew ħlasijiet taħt Regolament/Direttiva/Deċiżjoni Nru... – 99204", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Излаз из …………… подлеже ограничењима или дажбинама на основу Уредбе/Директиве/Одлуке бр...

2.6. Fis-sitt parti tat-tabella "Tneħħija tal-itinerarju preskitt – 99205", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Ослобођено од прописаног плана пута

2.7. Fis-seba' parti tat-tabella "Awtorizzat li jibgħat – 99206", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Овлашћени пошиљалац

2.8. Fit-tmien parti tat-tabella "Firma mhux meħtieġa – 99207", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Ослобођено од потписа

2.9. Fid-disa' parti tat-tabella "MHUX PERMESS GARANZIJA KOMPRENSIVA – 99208", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    ЗАБРАЊЕНО ЗАЈЕДНИЧКО ОБЕЗБЕЂЕЊЕ

2.10. Fl-għaxar parti tat-tabella "UŻU MHUX RISTRETT – 99209", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    НЕОГРАНИЧЕНА УПОТРЕБА

2.11. Fil-ħdax-il parti tat-tabella "Maħruġ b'mod retrospettiv – 99210", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Накнадно издато

2.12. Fit-tnax-il parti tat-tabella "Diversi – 99211", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Разно

2.13. Fit-tlettax-il parti tat-tabella "Bil-kwantità – 99212", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Расуто

2.14. Fl-erbatax-il parti tat-tabella "Konsenjatur – 99213", qabel SL jiżdied l-inċiż li ġej:

- RS    Пошиљалац

3. L-Anness C1 jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS C1

PROĊEDURA TA' TRANŻITU KOMUNI/KOMUNITARJU

DOKUMENT TA' GARANZIJA

GARANZIJA INDIVIDWALI

I. Impenn mill-garanti

1. Is-sottoskritt 2 … residenti f'dan l-indirizz 3 … hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' … sa ammont massimu ta' … favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino 4 , kull ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri – iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal 5 … hu jew jista’ jsir responsabbli għall-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-merkanzija deskritta hawn taħt imqiegħda fil-proċedura ta' tranżitu komuni jew ta' tranżitu Komunitarju mill-uffiċċju tat-tluq ta’ … lejn l-uffiċċju tal-wasla …

Deskrizzjoni tal-merkanzija: ………………………………………….

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, iħallas l-ammonti mitluba sakemm hu jew xi persuna oħra kkonċernata ma tkunx stabbiliet, qabel jiskadi dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-operazzjoni tkun intemmet.

Meta jitlob is-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusa validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari xi mgħax, iridu jkunu kkalkulati b'tali mod li l-ammont ikun bħal dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3. Dan l-impenn għandu jibda jgħodd minn meta jaċċettah l-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kull dejn li jsir waqt operazzjonijiet ta' tranżitu komuni jew Komunitarju koperti b'dan l-impenn u mibdijin qabel tidħol fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz 6 f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li l-paragrafu 1 jirreferi għalihom bħala:

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jibdel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, dan javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …, nhar il-…..

………

(Firma) 7  

II. L-aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar il- … sabiex ikopri l-operazzjoni ta' tranżitu komuni/Komunitarju effettwata bid-dikjarazzjoni ta' tranżitu Nru … ta' … 8 .

(Timbru u firma)

4. L-Anness C2 jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS C2

PROĊEDURA TA' TRANŻITU KOMUNI/KOMUNITARJU

DOKUMENT TA' GARANZIJA

GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA' VAWĊERS

I. Impenn mill-garanti

1. Is-sottoskritt 9 … residenti f'dan l-indirizz 10 ... hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ … favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino 11 , kull ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri – iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal hu jew jista’ jsir responsabbli għall-Istati hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-merkanzija mqiegħda fil-proċedura ta' tranżitu komuni jew ta' tranżitu Komunitarju li fir-rigward tagħha s-sottoskritt intrabat li joħroġ vawċers ta' garanzija individwali sa massimu ta' EUR 7 000 għal kull vawċer.

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, iħallas l-ammonti mitluba sa EUR 7 000 għal kull vawċer ta' garanzija individwali, sakemm hu jew xi persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix, qabel l-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.

Meta jitlob is-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusa validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari xi mgħax, iridu jkunu kkalkulati b'tali mod li l-ammont ikun bħal dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3. Dan l-impenn għandu jibda jgħodd minn meta jaċċettah l-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kull dejn li jsir waqt operazzjonijiet ta' tranżitu komuni jew Komunitarju koperti b'dan l-impenn u mibdijin qabel tidħol fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz 12 f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li l-paragrafu 1 jirreferi għalihom bħala:

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jibdel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, dan javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …, nhar il-…..

……

(Firma) 13

II. L-aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

…………………

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar il-

..........................

………………

(Timbru u firma)

5. L-Anness C4 jinbidel b'dan li ġej:

ANNESS C4

PROĊEDURA TA' TRANŻITU KOMUNI/KOMUNITARJU

DOKUMENT TA' GARANZIJA

GARANZIJA KOMPRENSIVA

I. Impenn mill-garanti

1. Is-sottoskritt 14 … residenti f'dan l-indirizz 15 … hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' … sa ammont massimu ta' …, jiġifieri 100/50/30% 16 tal-ammont ta' referenza, favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino 17 , kull ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri – iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal 18 … hu jew jista’ jsir responsabbli għall-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-merkanzija deskritta hawn taħt imqiegħda fil-proċedura ta' tranżitu komuni jew ta' tranżitu Komunitarju mill-uffiċċju tat-tluq ta’ … lejn l-uffiċċju tal-wasla …

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, iħallas l-ammonti mitluba sa mhux aktar mill-ammonti massimi msemmija hawn fuq, sakemm hu jew xi persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix, qabel l-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.

Meta jitlob is-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusa validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikolari xi mgħax, iridu jkunu kkalkulati b'tali mod li l-ammont ikun bħal dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

L-ammont ma jistax jitnaqqas b'xi ammonti li jkunu diġà tħallsu skont it-termini ta' dan l-impenn, sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas dejn maħluq waqt operazzjoni ta' tranżitu komuni jew Komunitarju li tkun bdiet qabel tkun waslet it-talba preċedenti għall-ħlas jew sa 30 jum wara.

3. Dan l-impenn għandu jibda jgħodd minn meta jaċċettah l-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kull dejn li jsir waqt operazzjonijiet ta' tranżitu komuni jew Komunitarju koperti b'dan l-impenn u mibdijin qabel tidħol fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz 19 f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li l-paragrafu 1 jirreferi għalihom bħala:

Il-pajjiż

Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jibdel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, dan javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …, nhar il-…..

………

(Firma) 20

II. L-aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

……………

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar il-

...................

……………

(Timbru u firma)

6. Fil-kaxxa 7 tal-Anness C5, bejn il-kliem "in-Norveġja" u "l-Iżvizzera" tiddaħħal il-kelma "is-Serbja".

7. Fil-kaxxa 6 tal-Anness C6, bejn il-kliem "in-Norveġja" u "l-Iżvizzera" tiddaħħal il-kelma "is-Serbja".

(1) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.
(2) Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża
(3) L-indirizz sħiħ
(4) Ħassar l-isem tal-Parti/Partijiet Kontraenti jew tal-Istati (Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jiġix tranżitat. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għall-operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju.
(5) Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża
(6) Jekk fil-liġi tal-pajjiż ma teżisti l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għal servizz, f'dan il-pajjiż, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat biex jirċvievi xi komunikazzjonijiet mibgħuta lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom ikunujikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiżi fejn jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni f'tilwimiet rigward din il-garanzija.
(7) Qabel il-firma, il-firmatarju tad-dokument irid iniżżel dan li ġej bil-miktub: "Garanzija għall-ammont ta' …", l-ammont jinkiteb b'ittri.
(8) Din irid jimlieha l-uffiċċju tal-garanzija
(9) Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża
(10) L-indirizz sħiħ
(11) Għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju biss.
(12) Jekk fil-liġi tal-pajjiż ma teżisti l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għal servizz, f'dan il-pajjiż, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat biex jirċvievi xi komunikazzjonijiet mibgħuta lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom ikunu jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiżi fejn jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni f'tilwimiet rigward din il-garanzija.
(13) Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub: "Garanzija"
(14) Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża
(15) L-indirizz sħiħ
(16) Ħassar dak li ma japplikax.
(17) Ħassar l-isem tal-Parti/Partijiet Kontraenti jew tal-Istati (Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jiġix tranżitat. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għall-operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju.
(18) Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża
(19) Jekk fil-liġi tal-pajjiż ma teżisti l-ebda dispożizzjoni għall-indirizz għal servizz, f'dan il-pajjiż, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat biex jirċvievi xi komunikazzjonijiet mibgħuta lilu, u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 għandhom ikunu jikkorrispondu. Il-qrati tal-pajjiżi fejn jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni f'tilwimiet rigward din il-garanzija.
(20) Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid iniżżel bil-miktub: "Garanzija għall-ammont ta'…" bl-ammont miktub sħiħ.