Brussell, 3.9.2015

COM(2015) 417 final

2015/0186(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea rigward l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fir-rigward ta’ stediniet lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għall-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u għall-Konvenzjoni dwar proċedura ta’ tranżitu komuni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Fl-20 ta’ Mejju 1987, il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi tal-EFTA kkonkludew il-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u l-Konvenzjoni dwar proċedura ta’ tranżitu komuni.

Il-Komunikazzjoni tal-2001 tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Strateġija biex il-pajjiżi kandidati jitħejjew għall-adeżjoni għall-Konvenzjonijiet KE-EFTA tal-1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni u dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija, segwita mill-Komunikazzjoni tal-2010 tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Strateġija għat-tħejjija ta' ċertu pajjiżi ġirien għall-adeżjoni għaż-żewġ Konvenzjonijiet u mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' April 2011 li jikkonfermaw l-approċċ adottat fiż-żewġ Komunikazzjonijiet, jipprevedu appoġġ għal għadd ta' pajjiżi fl-isforzi tagħhom biex jissieħbu fil-Konvenzjonijiet.

Din id-Deċiżjoni għandha l-għan li tadotta pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni, li tistieden lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għall-Konvenzjonijiet.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet attwali ta’ politika fil-qasam ta’ politika

Fil-qasam tal-proposta ma teżisti l-ebda dispożizzjoni.

Il-konsistenza ma' politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta hija konformi mal-istrateġija għall-promozzjoni tal-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku tal-UE.

2.IL-BAŻI ĠURIDIKA, IS-SUSSIDJARJETÀ U L-PROPORZJONALITÀ

Il-bażi ġuridika

Il-Konvenzjonijiet jistabbilixxu l-miżuri li jiffaċilitaw il-moviment tal-merkanzija bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika tat-Turkija.

Wara li ssodisfat ir-rekwiżiti legali, strutturali u tat-teknoloġija tal-informatika, li huma prirekwiżiti għall-adeżjoni, ir-Repubblika tas-Serbja xtaqet taderixxi għall-Konvenzjonijiet.

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u mad-dispożizzjoijiet tal-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni, il-Kumitati Konġunti UE-EFTA għandhom jieħdu deċiżjoni biex jistiednu lil pajjiż terz fis-sens tal-Artikolu 1(2) u tal-Artikolu 3(1)(c) rispettivament, biex jaderixxi għall-Konvenzjonijiet skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11a u fl-Artikolu 15a rispettivament.

Il-Kumitati Konġunti UE-EFTA jibagħtu dawn l-istediniet meta l-pajjiż juri li kapaċi jikkonforma mar-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet.

B'mandat mill-grupp ta' ħidma UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni u dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija, minn missjoni ta' evalwazzjoni li tkopri l-aktar l-adattament tal-leġiżlazzjoni doganali nazzjonali tar-Repubblika tas-Serbja, il-ħolqien tal-istrutturi meħtieġa għall-ġestjoni tal-proċedura u l-implimentazzjoni tas-Sistema l-Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS) li tippermetti l-applikazzjoni tal-proċedura ta' tranżitu komuni, ħareġ fid-dieher li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet biex jintbagħtu l-istediniet.

Il-proporzjonalità

Il-proposta hi konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet:

L-unika azzjoni possibbli hi din il-forma ta' azzjoni proposta.

Il-forma ta' azzjoni proposta ma tinvolvix spejjeż finanzjarji.

L-għażla tal-istrument

L-istrumenti proposti: Deċiżjoni.

Ma jeżisti l-ebda strument adegwat ieħor.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, IL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Mal-Istati Membri fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali – l-Istatus Doganali u s-Sezzjoni tat-Tranżitu u mal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjonijiet fil-Gruppi ta' Ħidma UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni u dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija saret konsultazzjoni b'approvazzjoni dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni, biex ir-Repubblika tas-Serbja tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjonijiet.

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu:

Opinjoni favorevoli.

Il-kisba u l-użu tal-għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn għarfien espert estern.

Il-valutazzjoni tal-impatt

L-adeżjoni għall-Konvenzjonijiet hija parti mill-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tas-Serbja fl-Unjoni Ewropea. B'hekk isir allinjament mal-acquis communautaire fiż-żona tat-tranżitu. Bl-introduzzjoni tat-tranżitu komuni fir-Repubblika tas-Serbja, bħala alternattiva għall-proċedura TIR, it-tranżitu se jkompli jeħfief, jonqsu l-ispejjeż u jaf jiżdied il-kummerċ.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-UE.

2015/0186 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea rigward l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fir-rigward ta’ stediniet lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għall-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u għall-Konvenzjoni dwar proċedura ta’ tranżitu komuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Artikolu 11(3) tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija 1 (il-"Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija") jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt UE-EFTA stabbilit minn dik il-Konvenzjoni biex permezz ta' deċiżjoni jadotta stediniet lil pajjiżi terzi fis-sens tal-Artikolu 1(2) biex jaderixxu għal dik il-Konvenzjoni f'konformità mal-Artikolu 11a.

(2)L-Artikolu 15(3) tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar proċedura ta' tranżitu komuni 2 (il-"Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni") jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt UE-EFTA stabbilit minn dik il-Konvenzjoni biex permezz ta' deċiżjoni jadotta stediniet lil pajjiżi terzi fis-sens tal-Artikolu 3(1)(c) biex jaderixxu għal dik il-Konvenzjoni f'konformità mal-Artikolu 15a.

(3)Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fi ħdan dawk il-Kumitati Konġunti fejn jidħlu d-deċiżjonijiet biex tistieden lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għal dawk il-Konvenzjonijiet.

(4)Għaldaqstant il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan dawk il-Kumitati Konġunti għandha tibbaża fuq l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet mehmużin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija fejn tidħol l-istedina lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għall-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija għandha tibbaża fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dak il-Kumitat Konġunt UE-EFTA mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fejn tidħol l-istedina lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għall-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni għandha tibbaża fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dak il-Kumitat Konġunt UE-EFTA mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Ladarba r-Repubblika tas-Serbja tkun issodisfat il-kundizzjonijiet tekniċi għall-adeżjoni, ir-rappreżentant tal-Unjoni fil-Kumitati Konġunti msemmija fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2 rispettivament għandu jipproponi d-deċiżjonijiet li r-Repubblika tas-Serbja tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjonijiet u jivvota fuq dawn id-deċiżjonijiet f'konformità mal-Artikolu 1 u mal-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Wara l-adozzjoni tagħhom, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1) ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2.
(2) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

Brussell, 3.9.2015

COM(2015) 417 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea rigward l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fir-rigward ta’ stediniet lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għall-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u għall-Konvenzjoni dwar proċedura ta’ tranżitu komuni


ANNESSI

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea rigward l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fir-rigward ta’ stediniet lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għall-Konvenzjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija u għall-Konvenzjoni dwar proċedura ta’ tranżitu komuni

ANNESS 1

Proposta għal Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija fejn tidħol l-istedina lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għall-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar is-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija 1 ("il-Konvenzjoni"), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

1)    L-iskambju tal-merkanzija mar-Repubblika tas-Serbja se jeħfief bis-simplifikazzjoni tal-formalitajiet li jaffettwaw il-kummerċ tal-merkanzija bejn ir-Repubblika tas-Serbja u l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika tat-Turkija.

2)    Sabiex jeħfief dan l-iskambju, jixraq li r-Repubblika tas-Serbja tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

F'konformità mal-Artikolu 11a tal-Konvenzjoni, ir-Repubblika tas-Serbja għandha tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjoni mill-1 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi, 2015,

   

Għall-Kumitat Konġunt UE-EFTA

                           Il-President



ANNESS 2

Proposta għal Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fejn tidħol l-istedina lir-Repubblika tas-Serbja biex taderixxi għall-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni

IL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni 2 ("il-Konvenzjoni"), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1)    L-iskambju tal-merkanzija mar-Repubblika tas-Serbja se jeħfief bi proċedura ta' tranżitu komuni għall-merkanzija trasportata bejn ir-Repubblika tas-Serbja u l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika tat-Turkija.

(2)    Sabiex tinkiseb din il-proċedura, jixraq li r-Repubblika tas-Serbja tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

F'konformità mal-Artikolu 15 a tal-Konvenzjoni, ir-Repubblika tas-Serbja għandha tiġi mistiedna taderixxi għall-Konvenzjoni mill-1 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi, 2015,

                           

Għall-Kumitat Konġunt UE-EFTA

                           Il-President

(1) ĠU L 134, 22.5.1987, p. 2.
(2) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.