IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 21.4.2015
COM(2015) 168 final
2013/0273(NLE)
Proposta emendata għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra, rigward il-parteċipazzjoni, bħala parti kontraenti, tar-Repubblika tal-Kroazja, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
Ir-Repubblika tal-Kroazja (minn hawn ’il quddiem “il-Kroazja”)ser tissieħeb issieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013. Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja l-adattament, permezz ta’ Protokoll, tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), dwar il-parteċipazzjoni tal-Kroazja bħala parti kontraenti, fid-dawl tat-tkabbir tal-Unjoni biex tinkludi lil din tal-aħħar lill-Kroazja bħala parti kontraenti, fid-dawl tal-adeżjoni tagħha mal-UE.
F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Protokoll dwar il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tissottometti ppreżentat lill-Kunsill abbozz tal-Protokoll li għandu jkun konkluż proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll, u dwar il-konklużjoni.
Il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-Protokoll fis-7 ta’ Ottubru 2013. Il-Protokoll ġie ffirmat kif dovut fid-29 ta’ Ottubru 2013.
Fit-2 ta’ Awwissu 2013, l-abbozz ta’ Protokoll u l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tiegħu ntbagħtu quddiem il-Parlament Ewropew, f’konformità mal-proċedura fl- Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Fit-23 ta’ April 2014, il-President tal-Parlament Ewropew kiteb lill-President fil-Kariga tal-Kunsill fejn talab għal reviżjoni tal-bażi ġuridika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill.
2.
L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA EMENDATA
Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2002 u jeħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi
lill-Kroazja bħala parti kontraenti. Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fl-14
ta’ Settembru 2012, in-negozjati ġew konklużi ma’ San Marino dwar Protokoll mal-
Ftehim.
Skont l-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-
Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll mal-Ftehim
fi [...].
Il-bażi ġuridika fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll kienet l-Artikoli 207 u 352, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 218(8) TFUE. Il-Parlament Ewropew ikkonkluda li l-bażi ġuridika sostantiva xierqa kienet dik tal-Artikolu 212 TFEU u mhux l-Artikolu 352, minħabba li għandha x'taqsam speċifikament ma' mal-kooperazzjoni ekonomika ma' pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Għaldaqstant, il-Parlament talab lill-Kunsill biex jirrevedi l-bażi ġuridika tad-Deċiżjoni tiegħu.
Il-proposta ġiet emendata skont it-talba tal-Parlament.
Il-Kummissjoni taqbel mal-Parlament li l-Artikolu 207 TFUE huwa l-bażi ġuridika sostantiva xierqa għat-Titolu I dwar “Unjoni doganali” tal-Ftehim u li l-Artikolu 212 TFUE huwa l-bażi ġuridika sostantiva xierqa għat-Titolu II dwar “Kooperazzjoni”.
Madankollu, il-Ftehim għandu wkoll it-Titolu III dwar “Dispożizzjonijiet soċjali”. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-bażi ġuridika sostantiva xierqa għat-Titolu III hija l-Artikolu 79(2)(b) TFEU dwar id-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi skont il-politika tal-immigrazzjoni tal-Unjoni, minħabba li ma hemm l-ebda ftehim bejn l-UE u San Marino li fih dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tagħhom.
F'dan ir-rigward, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit huma marbutin fil-konfront ta' San Marino bid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, inkluż it-Titolu III. B'konsegwenza ta' dan, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom ikunu parti mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit f'kull każ jibqgħu marbutin fil-konfront ta’ San Marino fuq il-bażi tal-Ftehim, kif ġie estiż permezz tal-Protokoll għall-Kroazja.
Sommarju tal-azzjoni proposta
Din il-proposta tikkonsisti minn abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll mal-Ftehim (fl-Anness), li jipprevedi l-parteċipazzjoni tal-Kroazja bħala parti kontraenti wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.
Bażi ġuridika
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 79(2)(b), 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu; it-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja; u l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, b'mod partikolari, it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu.
Għażla ta' strument
Skont l-Artikolu 218(6)(a) TFEU, f’każijiet koperti mill-imsemmi minn dak l-Artikolu, il-Kunsill jadotta għandu jadotta Deċiżjoni li tawtorizza dwar il-konklużjoni tal-Ftehim wara li jkun inkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew. Din hija proposta emendata għal Deċiżjoni ta’ dan it-tip.
Proporzjonalità
Din il-proposta emendata hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi l-effetti tagħha huma strettament limitati għal dak li huwa neċessarju biex jingħata lok għall-parteċipazzjoni tal-Kroazja fil-Ftehim, bħala parti kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea.
2013/0273 (NLE)
Proposta emendata għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra, rigward il-parteċipazzjoni, bħala parti kontraenti, tar-Repubblika tal-Kroazja, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 79(2)(b), 207 u l-Artikolu 352 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1)Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika ta' San Marino għall-adattament, permezz ta' Protokoll, tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja bħala parti kontraenti, fid-dawl tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).
(2)In-negozjati dwar il-Protokoll għall-Ftehim saru mill-Kummissjoni u ġew konklużi reċentamentfis-26 ta' Marzu 2013. Fit-2 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll u dwar il-konklużjoni tiegħu.
(3)Il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-Protokoll imsemmi dwar […] Skont l-Artikolu 218(6)(a) TFEU, il-kunsens tal-Parlament Ewropew huwa meħtieġ għall-konklużjoni tal-Protokoll. Il-Parlament ikkonkluda li l-bażi ġuridika sostantiva xierqa għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll kienet dik tal-Artikoli 207 u 212 TFEU u mhux l-Artikoli 207 u 352 TFEU. Għaldaqstant, fit-23 ta' April 2014, il-President tal-Parlament kiteb lill-President fil-Kariga tal-Kunsill fejn talab għal reviżjoni tal-bażi ġuridika tad-Deċiżjoni.
(4)Għalhekk, il-Kummissjoni qiegħda tippreżenta lill-Kunsill proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll, f’konformità mat-talba tal-Parlament Ewropew.
(5)Il-Kummissjoni hija tal-fehma li għandha wkoll issir referenza għall-Artikolu 79(2)(b) TFEU bħala bażi legali sostantiva għad-Deċiżjoni, billi t-Titolu III (“Dispożizzjonijiet soċjali”) tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali jaqa' fil-politika komuni dwar l-immigrazzjoni tal-Unjoni.
(6)Il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll fil- […].
(7)Il-Protokoll għandu jiġi konkluż f’isem l-Unjoni Ewropea.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, bħala parti kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill jaħtar lill-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tiddepożita l-istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 3 tal-Protokoll, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni European u tal-Istati Membri tagħha li jintrabtu bil-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 21.4.2015
COM(2015) 168 final
ANNESS
Protokoll
għall-
proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' San Marino, min-naħa l-oħra, rigward il-parteċipazzjoni, bħala parti kontraenti, tar-Repubblika tal-Kroazja, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea
ANNESS
PROTOKOLL
għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra, rigward il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, bħala parti kontraenti, wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TAL- L-UNGERIJA,
MALTA,
IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-ISVEZJA, U
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
minn hawn ’il quddiem "l-Istati Membri"
u
L-UNJONI EWROPEA
min-naħa waħda,
u
IR-REPUBBLIKA TA’ SAN MARINO,
min-naħa l-oħra,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda u r-Repubblika ta’ San Marino, min-naħa l-oħra tas-16 ta' Diċembru 1991, ("il-Ftehim"), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2002,
Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,
Billi r-Repubblika tal-Kroazja se ssir parti kontraenti għall-Ftehim,
FTEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taderixxi bħala Parti Kontraenti għall-Ftehim.
Artikolu 2
Dan il-Protokoll ikun parti integrali mill-Ftehim.
Artikolu 3
1. Dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti, skont il-proċeduri rispettivi tagħhom.
2. Il-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija ta’ dawn il-proċeduri. L-istrumenti ta' approvazzjoni jiġu depożitati għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta’ approvazzjoni.
Artikolu 5
Dan il-Protokoll japplika provviżorjament mill-1 ta’ Lulju 2013.
Artikolu 6
It-testi tal-Ftehim u tad-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu tfasslu bl-ilsien Kroat (). Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fl-ilsna l-oħra li bihom tfasslu l-Ftehim u d-Dikjarazzjonijiet annessi miegħu.
Artikolu 7
Dan il-Protokoll tfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku daqs l-ieħor.
Magħmul fi Brussell, fid-disgħa u għoxrin jum ta' Ottubru fis-sena elfejn u tlettax.
Għall-Istati Membri
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika ta' San Marino