Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (Għargħar fir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja) /* COM/2015/0162 final */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM)
Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi
l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[1], u b’mod partikolari
l-Artikolu 10 tiegħu jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’
Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, fil-limitu massimu annwali ta’
EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011), b'żieda mal-intestaturi
relevanti tal-qafas finanzjarju. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità
għall-Fond jinsabu fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 2012/2002 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 661/2014
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li
jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Fuq il-bażi
tal-applikazzjonijiet mir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja, il-kalkolu
tal-għajnuna mill-Fond, abbażi tal-istima tal-ħsara totali
kkawżata huwa kif ġej: Diżastru || Ħsarat diretti (f'EUR miljuni) || Il-limitu massimu ta’ diżastru reġjonali applikat (f’miljuni ta’ EUR) || Livell limitu ta' diżastru maġġuri (f'EUR miljuni) || Spiża totali tal-operazzjonijiet eliġibbli (f'EUR miljuni) || 2,5 % ta’ ħsara diretta sal-limitu (f'EUR) || Limitu massimu applikat || Somma totali tal-għajnuna proposta (f’EUR) Ir-RUMANIJA għargħar tar-rebbiegħa || 167,927 || ~ || 783,738 || 145,527 || 4 198 175 || Le || 4 198 175 Ir-RUMANIJA għargħar tas-sajf || 171,911 || 157,200 || 783,738 || 93,955 || 4 297 775 || Le || 4 297 775 IL-BULGARIJA || 79,344 || 40,980 || 232,502 || 69,108 || 1 983 600 || Le || 1 983 600 L-ITALJA || 2 241,052 || 1 832,944 || 3 183,624 || 434,314 || 56 026 300 || Le || 56 026 300 TOTALI || || || || || || || 66 505 850 Fid-dawl tal-eżaminazzjoni
tal-applikazzjonijiet[2],
u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien
mal-possibilità ta' riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni
tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal
ammont totali ta' EUR 66 505 850. Il-Kummissjoni se tressaq abbozz ta’
baġit emendatorju (ABE) sabiex fil-baġit tal-2015 jiddaħħlu
l-approprjazzjonijiet speċifiċi tal-impenji u l-pagamenti.
Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, se tinbeda proċedura ta' trilogu skont
il-Punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni
f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[3]. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’
Solidarjetà tal-UE (Għargħar fir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja) IL-PARLAMENT EWROPEW U
L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi
l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[4]
u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw l-Ftehim Interistituzzjonali
tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar
il-kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja
tajba[5],
u b’mod partikolari l-punt 11 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni[6], Billi: (1)
Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
(il-“Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi
b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’
emerġenza u turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta
minn diżastri. (2)
Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont
massimu annwali ta ' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat
fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013[7]. (3)
Ir-Rumanija ressqet żewġ applikazzjonijiet
biex timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar. (4)
Il-Bulgarija ressqet applikazzjoni biex
timmobilizza l-Fond, minħabba għargħar. (5)
L-Italja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza
l-Fond, minħabba għargħar. (6)
Il-Fond għandu għalhekk jiġi
mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’
EUR 66 505 850 fir-rigward tal-applikazzjonijiet
ippreżentati mir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Italja. (7)
Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-ħin li
jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond, din id-Deċiżjoni
għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni
Ewropea jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’
EUR 66 505 850 f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tapplika minn [data tal-adozzjoni
tagħha biex jiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni
fil-ĠU]. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884. [2] Komunikazzjoni lill-Kummissjoni C(2015) 2285
tad-09.04.2015. [3] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. [4] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta'
Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea,
ĠU L 311 tal-14.11.2002, p. 3. [5] ĠU C 373, tal-20.12.2013, p. 1. [6] COM(2015) 160 finali tal-15.04.2015. [7] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li
jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU
L 347, 20.12.2013, p. 884).