52015PC0153

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fejn tidħol l-adozzjoni ta' Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni /* COM/2015/0153 final - 2015/0078 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Fl-20 ta' Mejju 1987 ġiet konkluża l-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni ("il-Konvenzjoni") bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi tal-EFTA.

Bl-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-Konvenzjoni, fit-test tal-Konvenzjoni żdiedu referenzi lingwistiċi ġodda li jikkonċernaw dan il-pajjiż. Barra minn hekk, hemm bżonn li jinbidlu d-dokumenti ta' garanzija fejn jissemmew il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni biex ikunu jirriflettu dan.

U b'hekk l-UE tadotta pożizzjoni komuni dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru 3/2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li temenda l-Konvenzjoni.

1.2. Il-kuntest ġenerali

Il-Konvenzjoni tistabbilixxi l-miżuri li jiffaċilitaw il-moviment tal-oġġetti bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Repubblika tat-Turkija.

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tixtieq taderixxi formalment għall-Konvenzjoni u ssodisfat ir-rekwiżiti legali, strutturali u tat-teknoloġija tal-informatika, li huma prirekwiżiti għall-adeżjoni.

Ġaladarba l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tkun issodisfat kull prirekwiżit u l-pajjiż jiġi mistieden jaderixxi u jressaq l-istrument ta' adeżjoni tiegħu, il-Konvenzjoni jkun jeħtiġilha tiġi emendata b'referenzi lingwistiċi ġodda bil-Maċedonjan u jkunu jridu jsiru l-adattamenti xierqa tad-dokumenti ta' garanzija. Dawn l-emendi jridu jiddaħħlu u jiġu applikati minn dakinhar li l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tibda tħaddem is-sistema ta' tranżitu komuni.

1.3. Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Fil-qasam tal-proposta ma teżisti l-ebda dispożizzjoni.

1.4. Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

2.1. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi tal-konsultazzjoni, is-setturi ewlenin indirizzati u profil ġenerali ta' min wieġeb

Mal-Istati Membri fil-Kumitat tal-Kodiċi Doganali – l-Istatus Doganali u s-Sezzjoni tat-Tranżitu u mal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni fil-Grupp ta' Ħidma UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni saret konsultazzjoni b'approvazzjoni dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni Nru 3/2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li temenda l-Konvenzjoni.

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu

Opinjoni favorevoli.

Il-kisba u l-użu tal-għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn għarfien espert estern.

2.2. Valutazzjoni tal-impatt

L-adeżjoni għall-Konvenzjoni tista' titqies fi ħdan il-qafas tal-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fl-Unjoni Ewropea. B'hekk isir allinjament mal-acquis communautaire fiż-żona tat-tranżitu. Bl-introduzzjoni tat-tranżitu komuni fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, bħala alternattiva għall-proċedura TIR, it-tranżitu se jkompli jeħfief, jonqsu l-ispejjeż u jaf jiżdied il-kummerċ.

3.           L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

3.1. Sommarju tal-azzjoni proposta

Bl-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-Konvenzjoni jiżdiedu referenzi lingwistiċi ġodda li jikkonċernaw dan il-pajjiż u tkun tista' tiġi implimentata l-proċedura ta' tranżitu komuni bejn il-Partijiet Kontraenti.

Dan l-abbozz tad-Deċiżjoni approvah il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali – l-Istatus Doganali u s-Sezzjoni tat-Tranżitu u anki l-Grupp ta' Ħidma UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni.

Il-Kummissjoni hija mistiedna tapprova dan l-abbozz tad-Deċiżjoni bi proċedura bil-miktub, sabiex tippreżentaha lill-Kunsill biex jistabbilixxi pożizzjoni komuni għall-adozzjoni finali tagħha permezz tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni.

3.2. Il-bażi ġuridika

L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar il-proċedura ta' tranżitu komuni.

3.3. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta taqa' fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea (il-politika kummerċjali komuni) u għalhekk ma għandhiex bżonn tiġi eżaminata rigward il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea).

3.4. Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hi konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet:

            L-unika azzjoni possibbli hi din il-forma ta' azzjoni proposta.

            Il-forma ta' azzjoni proposta ma tinvolvix spejjeż finanzjarji.

3.5. L-għażla tal-istrumenti

L-istrumenti proposti: Deċiżjoni.

Ma jeżistix strument adegwat ieħor.

4.           L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-UE.

5.           L-ELEMENTI FAKULTATTIVI

Simplifikazzjoni

Il-proposta tipprevedi simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi u simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-partijiet privati.

Il-proposta ddaħħal biss proċedura waħda ta' tranżitu komuni għal kull Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni.

Bil-proċedura ta' tranżitu komuni tkun tista' ssir l-awtorizzazzjoni ta' simplifikazzjonijiet rigward il-partijiet privati.

2015/0078 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni fejn tidħol l-adozzjoni ta' Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       L-Artikolu 15a tal-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar proċedura ta' tranżitu komuni[1] (il-"Konvenzjoni") jippermetti li pajjiż terz jsir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni wara deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni biex jistieden lill-pajjiż.

(2)       L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt biex permezz ta' deċiżjonijiet jirrakkomanda u jadotta emendi għall-Konvenzjoni u l-Appendiċijiet tagħha.

(3)       L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja esprimiet formalment ix-xewqa li tingħaqad mas-sistema ta' tranżitu komuni.

(4)       L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ssodisfat ir-rekwiżiti legali, strutturali u tat-teknoloġija tal-informazzjoni meħtieġa, li huma prirekwiżiti għall-adeżjoni, u wara l-proċedura formali tal-adeżjoni, tista' taderixxi għall-Konvenzjoni.

(5)       Għat-tkabbir tas-sistema ta' tranżitu komuni hemm bżonn isiru ċertu emendi fil-Konvenzjoni. Dawn għandhom x'jaqsmu ma' referenzi lingwistiċi ġodda bil-Maċedonjan u l-adattamenti xierqa tad-dokumenti ta' garanzija.

(6)       L-emendi proposti ġew preżentati u diskussi fil-Grupp ta' Ħidma EU-EFTA dwar it-tranżitu komuni u s-simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija, u t-test ingħata approvazzjoni preliminarja.

(7)       Għaldaqstant il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emendi proposti għandha tibbaża fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni għandha tibbaża fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jsiru xi bidliet żgħar jekk ikunu qablu dwarhom ir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA.

Artikolu 2

Meta tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni, dik id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2015.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

Abbozz

tal-proposta għal Deċiżjoni Nru .../2015 tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,

Billi:

(1) L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja esprimiet ix-xewqa tagħha li taderixxi għall-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura ta' tranżitu komuni (il-"Konvenzjoni") u ġiet mistiedna tagħmel dan wara d-Deċiżjoni Nru .../2015 ta' ...  2015* mill-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni.

(2) Għalhekk il-verżjonijiet lingwistiċi tar-referenzi bil-Maċedonjan li jintużaw fil-Konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni xierqa.

(3) L-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-Konvenzjoni.

(4) Sabiex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli ta' garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għall-Konvenzjoni, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw il-formoli stampati b'xi adattamenti.

(5) Għaldaqstant il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għandu jiġi emendat l-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura ta' tranżitu komuni kif jistipula l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1. Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2015.

2. Il-formoli bbażati fuq il-formoli mudell fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5, C6 tal-Appendiċi III li daħlu fis-seħħ mill-1 ta' Diċembru 2012 jistgħu jibqgħu jintużaw sal-1 ta' Mejju 2016, soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u għall-adattamenti li għandhom x'jaqsmu mal-indirizz għal servizz jew l-aġent awtorizzat.

Magħmul fi Brussell, ... 2015

                                                            Għall-Kumitat Konġunt

                                                            Il-President

ANNESS

1. Fl-Anness B1, fil-kaxxa 51 bejn il-Latvja u Malta jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK      L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

2. Fl-Anness B6, it-Titolu III jiġi emendat kif ġej:

2.1. Fl-ewwel parti tat-tabella "Validità limitata – 99200", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Ограничено важење

2.2. Fit-tieni parti tat-tabella "Rinunzja – 99201", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Изземање

2.3. Fit-tielet parti tat-tabella "Prova alternattiva – 99202", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK      Алтернативен доказ

2.4. Fir-raba' parti tat-tabella "Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati (isem u pajjiż) – 99203", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK         Разлики:  Испостава каде стоките се ставени на увид …… (назив и земја)

2.5. Fil-ħames parti tat-tabella "Ħruġ mill-…  soġġett għar-restrizzjonijiet jew ħlasijiet taħt Regolament/Direttiva/Deċiżjoni Nru... – 99204", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Излез од …………предмет на ограничувања или давачки согласно Уредба/Директива/Решение № …….

2.6. Fis-sitt parti tat-tabella "Tneħħija tal-itinerarju preskitt – 99205", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Изземање од пропишан правец на движење

2.7. Fis-seba' parti tat-tabella "Awtorizzat li jibgħat – 99206", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Овластен испраќач

2.8. Fit-tmien parti tat-tabella "Firma mhux meħtieġa – 99207", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Изземање од потпис

2.9. Fid-disa' parti tat-tabella "MHUX PERMESS GARANZIJA KOMPRENSIVA – 99208", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    ЗАБРАНА ЗА УПОТРЕБА НА ОПШТА ГАРАНЦИЈА

2.10. Fl-għaxar parti tat-tabella "UŻU MHUX RISTRETT – 99209", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    УПОТРЕБА БЕЗ ОГРАНИЧУВАЊЕ

2.11. Fil-ħdax-il parti tat-tabella "Maħruġ b'mod retrospettiv – 99210", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Дополнително издадено

2.12. Fit-tnax-il parti tat-tabella "Diversi – 99211", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Различни

2.13. Fit-tlettax-il parti tat-tabella "Bil-kwantità – 99212", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Рефус

2.14. Fl-erbatax-il parti tat-tabella "Konsenjatur – 99213", qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:

-  MK    Испраќач

 

3. L-Anness C1 jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS C1

PROĊEDURA TA' TRANŻITU KOMUNI/KOMUNITARJU

DOKUMENT TA' GARANZIJA

GARANZIJA INDIVIDWALI

I. Impenn mill-garanti

1. Is-sottoskritt[2]… residenti f'dan l-indirizz[3]… hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ … sa ammont massimu ta’ … favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino[4], kull ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri – iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal[5] … hu jew jista’ jsir responsabbli għall-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti deskritti hawn taħt imqiegħda fil-proċedura ta' tranżitu komuni jew ta' tranżitu Komunitarju mill-uffiċċju tat-tluq ta’ … lejn l-uffiċċju tal-wasla…

Deskrizzjoni tal-merkanzija:

………..

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, iħallas l-ammonti mitluba sakemm hu jew xi persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix, qabel l-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.

Meta jitlob is-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusa validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikulari xi mgħax, iridu jkunu kkalkulati b'tali mod li l-ammont ikun bħal dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3. Dan l-impenn għandu jibda jgħodd minn meta jaċċettah l-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kull dejn li jsir waqt operazzjonijiet ta' tranżitu komuni jew Komunitarju koperti b'dan l-impenn u mibdijin qabel tidħol fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz[6]     f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li l-paragrafu 1 jirreferi għalihom bħala:

Il-pajjiż || Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

||

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jibdel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …, nhar il-…..

………

(Firma)[7]

II. L-aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija …

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar il- … sabiex ikopri l-operazzjoni ta' tranżitu komuni/Komunitarju effettwata bid-dikjarazzjoni ta' tranżitu Nru … ta' …[8]. 

(Timbru u firma)"

 

4. L-Anness C2 jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS C2

PROĊEDURA TA' TRANŻITU KOMUNI/KOMUNITARJU

DOKUMENT TA' GARANZIJA

GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA' VAWĊERS

I. Impenn mill-garanti

1. Is-sottoskritt[9] … residenti f'dan l-indirizz[10] ... hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ … favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino[11], kull ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri – iżda mhux multi – li għalihom il-prinċipal hu jew jista’ jsir responsabbli għall-Istati hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti mqiegħda fil-proċedura ta' tranżitu komuni jew ta' tranżitu Komunitarju li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt intrabat li joħroġ vawċers ta' garanzija individwali sa massimu ta' EUR 7 000 għal kull vawċer.

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, iħallas l-ammonti mitluba sa EUR 7 000 għal kull vawċer ta' garanzija individwali, sakemm hu jew xi persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix, qabel l-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.

Meta jitlob is-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusa validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikulari xi mgħax, iridu jkunu kkalkulati b'tali mod li l-ammont ikun bħal dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

3. Dan l-impenn għandu jibda jgħodd minn meta jaċċettah l-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kull dejn li jsir waqt operazzjonijiet ta' tranżitu komuni jew Komunitarju koperti b'dan l-impenn u mibdijin qabel tidħol fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz[12]     f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li l-paragrafu 1 jirreferi għalihom bħala:

Il-pajjiż || Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

||

           

            Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jibdel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …, nhar il-…..

……

(Firma)[13]

II. L-aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

…………………

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar il-

..........................

………………

(Timbru u firma)"

5. L-Anness C4 jinbidel b'dan li ġej:

"ANNESS C4

PROĊEDURA TA' TRANŻITU KOMUNI/KOMUNITARJU

DOKUMENT TA' GARANZIJA

GARANZIJA KOMPRENSIVA

I. Impenn mill-garanti

1. Is-sottoskritt[14]… residenti f'dan l-indirizz[15]… hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta’ … sa ammont massimu ta’ … jiġifieri 100/50/30%[16] tal-ammont ta' referenza, favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino[17], kull ammont ta’ kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri – iżda mhux multi –

li għalihom il-prinċipal[18] … hu jew jista' jsir responsabbli għall-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta’ dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti mqiegħda fil-proċedura ta' tranżitu komuni jew ta' tranżitu Komunitarju.

2. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, iħallas l-ammonti mitluba sa mhux aktar mill-ammonti massimi msemmija hawn fuq, sakemm hu jew xi persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix, qabel l-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.

Meta jitlob is-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusa validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikulari xi mgħax, iridu jkunu kkalkulati b'tali mod li l-ammont ikun bħal dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat.

L-ammont ma jistax jitnaqqas b'xi ammonti li jkunu diġà tħallsu skont it-termini ta' dan l-impenn, sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas dejn maħluq waqt operazzjoni ta' tranżitu komuni jew Komunitarju li tkun bdiet qabel tkun waslet it-talba preċedenti għall-ħlas jew sa 30 jum wara.

3. Dan l-impenn għandu jibda jgħodd minn meta jaċċettah l-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kull dejn li jsir waqt operazzjonijiet ta' tranżitu komuni jew Komunitarju koperti b'dan l-impenn u mibdijin qabel tidħol fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data.

4. Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz[19]     f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra li l-paragrafu 1 jirreferi għalihom bħala:

Il-pajjiż || Il-kunjom u l-isem, jew isem l-impriża, u l-indirizz sħiħ

||

Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati li twasslulu kif xieraq.

Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz.

Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jibdel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem.

Magħmul fi …, nhar il-…..

………

(Firma)[20]

II. L-aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija

L-uffiċċju tal-garanzija

……………

L-impenn tal-garanti aċċettat nhar il-

...................

……………

(Timbru u firma)"

6. Fil-kaxxa 7 tal-Anness C5, bejn "l-Iżlanda" u "in-Norveġja" tiddaħħal "l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja".

7. Fil-kaxxa 6 tal-Anness C6, bejn "l-Iżlanda" u "in-Norveġja" tiddaħħal "l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja".

[1]               ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.

*               ĠU: [Please insert the reference number and the date of adoption of the Decision contained in doc]

[2]               Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża

[3]               L-indirizz sħiħ

[4]               Ħassar l-isem tal-Parti/Partijiet Kontraenti jew tal-Istati (Andorra jew San Marino) li t-tranżitu ma jgħaddix mit-territorju tagħhom. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu tal-Komunità.

[5]               Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża

[6]               Jekk fil-liġi tal-pajjiż m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat f'dan il-pajjiż biex jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 iridu jkunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

[7]               Qabel jiffirma d-dokument, il-firmatarju tad-dokument irid jikteb b'idejh "Garanzija għal ammont ta'..." u l-ammont irid jitniżżel bl-ittri.

[8]               Din irid jimlieha l-uffiċċju tal-garanzija

[9]               Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża

[10]             L-indirizz sħiħ

[11]             Għal operazzjonijiet ta' tranżitu tal-Komunità biss.

[12]             Jekk fil-liġi tal-pajjiż m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat f'dan il-pajjiż biex jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 iridu jkunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

[13]             Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid jikteb b'idejh dan li ġej: "Garanzija"

[14]             Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża

[15]             L-indirizz sħiħ

[16]             Ħassar dak li ma japplikax.

[17]             Ħassar isem il-Parti/Partijiet Kontraenti jew l-Istati (Andorra jew San Marino) li t-tranżitu ma jgħaddix mit-territorju tagħhom. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju

[18]             Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża

[19]             Jekk fil-liġi tal-pajjiż m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat f'dan il-pajjiż biex jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 4 iridu jkunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.

[20]             Qabel jiffirma, il-firmatarju jrid jikteb b'idejh dan li ġej: "Garanzija għall-ammont ta'…" bl-ammont miktub sħiħ.