Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jistipula miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq iddħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax /* COM/2015/0150 final - 2015/0075 (NLE) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Wara l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill
2003/48/KE, id-Direttiva dwar it-Tfaddil, u sabiex jinżammu
l-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni tal-atturi ekonomiċi, l-UE
iffirmat Ftehimiet mal-Iżvizzera, ma' Andorra, mal-Liechtenstein, ma'
Monaco u ma' San Marino li jistipulaw miżuri ekwivalenti għal dawk
stipulati fid-Direttiva. L-Istati Membri wkoll iffirmaw ftehimiet
mat-territorji dipendenti tar-Renju Unit u tan-Netherlands. Dan l-aħħar, l-importanza tal-iskambju
awtomatiku ta' informazzjoni bħala mezz biex jingħelbu l-frodi
tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa transkonfinali billi jiġi
żgurat li jkun hemm trasparenza fiskali sħiħa u kooperazzjoni
sħiħa bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa fid-dinja kollha
ġiet ukoll rikonoxxuta fil-livell internazzjonali. L-Organizzazzjoni
għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ingħatat
mandat mill-G20 sabiex tiżviluppa standard globali uniku
għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji.
L-Istandard Globali nħareġ mill-Kunsill tal-OECD f’Lulju 2014. Wara l-adozzjoni ta’ proposta ta’
aġġornament tad-Direttiva dwar it-Tfaddil,
fis-17 ta’ Ġunju 2011 il-Kummissjoni adottat
rakkomandazzjoni għal mandat biex jingħata bidu għal negozjati
mal-Iżvizzera, mal-Liechtenstein, ma' Andorra, ma' Monaco u ma' San
Marino, sabiex jiġu aġġornati l-Arranġamenti tal-UE ma’
dawk il-pajjiżi f’konformità mal-iżviluppi internazzjonali u sabiex
ikun żgurat li dawk il-pajjiżi jkomplu japplikaw miżuri ekwivalenti
għal dawk użati fl-UE. Fl-14 ta’ Mejju 2013,
il-Kunsill wasal għal ftehim dwar il-Mandat ta’ Negozjar billi kkonkluda
li n-negozjati għandhom ikunu allinjati mal-iżviluppi li
seħħew dan l-aħħar fil-livell globali fejn kien miftiehem
li l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni għandu jiġi
mħeġġeġ bħala standard internazzjonali. Fil-komunikazzjoni tagħha
tas-6 ta’ Diċembru 2012 li tinkludi Pjan ta’ Azzjoni
maħsub biex tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-frodi
tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, il-Kummissjoni enfasizzat
il-ħtieġa li l-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni jiġi
promoss b'mod attiv bħala l-istandard Ewropew u internazzjonali futur
għat-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni f’dak li jirrigwarda
t-taxxa. Fuq il-bażi ta’ proposta ppreżentata
mill-Kummissjoni f’Ġunju 2013,
fid-9 ta’ Diċembru 2014 il-Kunsill adotta
d-Direttiva 2014/107/UE li temenda d-Direttiva 2011/16/UE u li
testendi l-iskambju awtomatiku obbligatorju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet
tat-taxxa tal-UE għal firxa sħiħa ta’ oġġetti
finanzjarji skont l-Istandard Globali. L-emenda tiżgura li jkun hemm
approċċ koerenti, konsistenti u komprensiv fl-Unjoni kollha
fir-rigward tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet
finanzjarji fis-Suq Intern. Minħabba li
d-Direttiva 2014/107/UE għandha ambitu ġeneralment usa’
mid-Direttiva 2003/48/KE, u minħabba li din tistipula li
f’każijiet ta’ koinċidenza fl-ambitu għandha tipprevali
d-Direttiva 2014/107/UE, fit-18 ta’ Marzu 2015
il-Kummissjoni adottat proposta biex id-Direttiva 2003/48/KE tiġi
revokata. Biex jitnaqqsu
l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi kemm
għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għall-operaturi
ekonomiċi, huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-emenda
għall-Ftehim dwar it-Tfaddil eżistenti mal-Iżvizzera jkun
konformi mal-iżviluppi fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali. Dan
għandu jżid it-trasparenza fiskali fl-Ewropa u se jkun il-bażi
legali għall-implimentazzjoni tal-Istandard Globali tal-OECD dwar
l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-Iżvizzera u l-UE. Minħabba
r-rekwiżiti kostituzzjonali Żvizzeri għar-ratifika, biex
l-Iżvizzera tkun tista’ tagħti bidu għal proċeduri ta’
diliġenza dovuta f’Jannar 2017 u sabiex l-ewwel skambji skont
l-Istandard Globali jsiru sa Settembru 2018, jeħtieġ li
l-Protokoll Emendatorju jiġi ffirmat sa Mejju 2015. Dan jagħti
lill-Istati Membri kollha l-aktar kooperazzjoni bikrija possibbli li
l-Iżvizzera tinsab impenjata fiha fil-livell internazzjonali. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-Protokoll
Emendatorju jimplimenta l-Istandard Globali bejn l-Istati Membri tal-UE u
l-Iżvizzera. Id-diversi partijiet interessati kienu diġà ġew
ikkonsultati f’diversi okkażjonijiet waqt l-iżvilupp tal-Istandard
Globali tal-OECD. L-Istati Membri
tal-UE ukoll ġew ikkonsultati u informati waqt in-negozjati bejn
il-Kummissjoni u l-Iżvizzera. Il-Kummissjoni rrapportat lill-Kunsill
Ewropew waqt il-laqgħat li saru f’Marzu u f’Diċembru 2014 dwar
is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati mal-Iżvizzera. Il-Kummissjoni
kkonsultat ukoll lill-Grupp ta’ Esperti l-ġdid dwar l-iskambju awtomatiku
ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji li jipprovdi pariri sabiex
jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskambju
awtomatiku ta’ informazzjoni fit-tassazzjoni diretta tkun allinjata b’mod
effettiv u tkun għalkollox kompatibbli mal-Istandard Globali tal-OECD.
Il-Grupp ta’ Esperti jinkludi rappreżentanti minn organizzazzjonijiet li
jirrappreżentaw lis-settur finanzjarju u minn organizzazzjonijiet li
jaħdmu kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-bażi legali
għal din il-proposta hija pprovduta mill-Artikolu 115 tat-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (8),
it-tieni subparagrafu. Il-bażi legali sostantiva hija pprovduta
mill-Artikolu 115 tat-TFUE. L-Artikolu 1
tal-Protokoll Emendatorju Anness ma' din il-Proposta għal
Deċiżjoni tal-Kunsill jibdel it-titolu tal-Ftehim eżistenti
sabiex jirrifletti aħjar il-kontenut tal-Ftehim, kif emendat b'dak
il-Protokoll Emendatorju. L-Artikolu 2
jissostitwixxi l-artikoli u l-annessi eżistenti b’sett ġdid ta’
dispożizzjonijiet li jinkludi 11-il Artikolu, Anness I li jirrifletti
l-Istandard Komuni ta' Rappurtar tal-OECD li huwa parti mill-Istandard Globali,
Anness II li jirrifletti partijiet importanti tal-Kummentarji tal-OECD
dwar l-Istandard Globali u Anness III li jelenka l-Awtoritajiet Kompetenti
tal-Iżvizzera u ta’ kull Stat Membru. L-Artikoli
l-ġodda jirriflettu l-artikoli tal-Mudell ta’ Ftehim bejn l-Awtoritajiet
Kompetenti tal-OECD għall-implimentazzjoni tal-Istandard Globali,
b’adattamenti żgħar li jirriflettu l-kuntest legali partikolari ta’
Ftehim tal-UE. Fl-Artikolu 1 ma hemmx definizzjoni tan-Numru ta’ Identifikazzjoni
tat-Taxxa (NIT), peress li diġà hemm definizzjoni tan-NIT
fit-Taqsima VIII(E)(5) tal-Anness I. L-Artikolu 5 jinkludi sett
sħiħ ta’ dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta’ informazzjoni fuq
talba li jsegwi l-aktar test reċenti tal-Mudell ta’ Konvenzjoni tat-Taxxa
tal-OECD. L-Artikolu 6 jinkludi sett ta’ dispożizzjonijiet aktar
dettaljati dwar il-protezzjoni tad-data. L-Artikolu 7 jipprevedi stadju
addizzjonali ta’ konsultazzjoni qabel kwalunkwe Stat Membru jew
l-Iżvizzera jipproċedu biex jissospendu l-Ftehim. L-Artikolu 8
jinkludi dispożizzjonijiet dwar emendi għall-Ftehim, inkluż
mekkaniżmu rapidu għall-applikazzjoni provviżorja minn Parti
Kontraenti ta’ emendi għall-Istandard Globali, diment li l-Parti l-oħra
taqbel. L-Artikolu 9 jinkorpora s-sett sħiħ ta’
dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tal-Ftehim qabel ma ġie
emendat mill-Protokoll Emendatorju, peress li n-negozjaturi tal-Partijiet
Kontraenti qablu li ma jibdlu xejn minn dawn id-dispożizzjonijiet relatati
mat-tassazzjoni tan-negozju, u li mhumiex affettwati mill-Istandard Globali.
L-Artikolu 11 jiddefinixxi l-ambitu territorjali. L-Anness I isegwi
kemm l-Istandard Komuni ta' Rappurtar tal-OECD kif ukoll l-Anness I
tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva. L-Anness II
jimplimenta partijiet ewlenin tal-kummentarji tal-Istandard Komuni ta'
Rappurtar (CRS), u jikkorrispondi għall-Anness II
tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva. Id-devjazzjonijiet
żgħar mill-Anness I jew II tad-Direttiva dwar
il-Kooperazzjoni Amministrattiva huma ġġustifikati mill-allinjament
mill-ġdid tat-test mal-Istandard Komuni ta' Rappurtar tal-OECD mitlub
min-negozjaturi Żvizzeri. Dawn jinkludu dawn li ġejjin: 1.
Fit-Taqsima I(D) ir-referenza għar-rapportar tal-post tat-twelid hija
allinjata mill-ġdid mas-CRS. 2.
It-Taqsima I(A) dwar l-assigurazzjonijiet li huma effettivament ipprojbiti
bil-liġi milli jinbiegħu lir-residenti ta’ Ġurisdizzjoni
Rapportabbli ġiet introdotta mill-ġdid. Biex jiġu evitati
r-riskji ta’ abbuż minn dik l-eżenzjoni, fl-aħħar
tal-Protokoll Emendatorju ġiet inkluża Dikjarazzjoni Konġunta
korrispondenti. 3.
L-għażliet rilevanti kollha pprovduti fil-Kummentarji tas-CRS
tal-OECD u fid-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva
tħallew għad-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru u tal-Iżvizzera,
u mhumiex eżerċitati direttament fil-Ftehim. Minflok, ġie
stipulat l-obbligu li l-Istati Membri u l-Iżvizzera jinnotifikaw lil
xulxin u lill-Kummissjoni dwar jekk eżerċitawx xi għażla
partikolari. Dan huwa maħsub biex jissalvagwardja l-applikazzjoni korretta
tad-definizzjoni alternattiva ta’ “Entità Relatata” b’rabta
mal-għażla dwar il-kontijiet ġodda ta’ klijenti attwali. 4.
Id-definizzjonijiet ta’ “Organizzazzjoni Internazzjonali” u ta' “Bank
Ċentrali” fit-Taqsima VIII(B)(3) u (4) ġew allinjati
mill-ġdid mas-CRS sabiex ikunu jistgħu japplikaw ukoll fil-kuntest
tal-eżenzjoni mit-trasparenza għal entitajiet mhux finanzjarji
Passivi (NFEs) fit-Taqsima VIII(D)(9)(c). 5.
Fl-Anness II, id-definizzjoni ta’ “Residenza ta’ Istituzzjoni Finanzjarja”
ġiet allinjata mal-Kummentarji tas-CRS sabiex tkopri l-każijiet fejn
ir-residenza ta’ Istituzzjoni Finanzjarja oħra għandha tkun
iddeterminata, eż. għat-trasparenza għall-NFEs Passivi. L-Artikolu 3
tal-Protokoll Emendatorju jinkludi dispożizzjonijiet dwar id-dħul
fis-seħħ u l-applikazzjoni. Dan jittratta l-kwistjonijiet relatati
mat-tranżizzjoni mill-Ftehim eżistenti għall-Ftehim emendat,
fir-rigward ta’ talbiet għal informazzjoni, krediti disponibbli għal
sidien benefiċjarji għat-taxxa minn ras il-għajn, pagamenti
finali ta’ taxxa minn ras il-għajn mill-Iżvizzera lill-Istati Membri
u l-iskambji finali ta’ informazzjoni bħala parti mill-mekkaniżmu ta’
żvelar volontarju. L-Artikolu 4
jinkludi Protokoll dwar is-salvagwardji addizzjonali relatati mal-iskambju ta’
informazzjoni fuq talba, li l-Iżvizzera tinkludi fit-trattati tagħha
dwar it-taxxa. It-test jispeċifika li l-iskambji fuq il-bażi ta’
talba minn grupp mhumiex impediti. Il-Protokoll dwar salvagwardji addizzjonali
huwa konformi mat-Termini ta’ Referenza tal-Forum Globali dwar l-iskambju ta’
informazzjoni fuq talba. L-Artikolu 5
jelenka l-lingwi li fihom ġie ffirmat il-Protokoll Emendatorju. Il-Ftehim rivedut
huwa ssupplimentat minn erba’ Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-partijiet
kontraenti, u minn Dikjarazzjoni Unilaterali mill-Iżvizzera. L-ewwel
Dikjarazzjoni Konġunta tirrigwarda d-data mistennija tad-dħul fis-seħħ
tal-Ftehim rivedut. It-tieni u t-tielet Dikjarazzjonijiet jagħmlu
konnessjoni rispettivament mal-Kummentarji dwar l-Istandard Globali u
mal-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni tat-Taxxa tal-OECD dwar
id-Dħul u dwar il-Kapital. Ir-raba’ Dikjarazzjoni għandha l-għan
li tipprevjeni l-interpretazzjoni żbaljata tat-Taqsima III(A)
tal-Anness I u tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ notifikazzjoni
reċiproka tal-każijiet fejn dik l-eżenzjoni jkollha
raġunijiet sabiex tapplika. Il-ħames Dikjarazzjoni hija waħda
unilaterali min-naħa tal-Iżvizzera. 4. IMPLIKAZZJONIJIET
BAĠITARJI Il-proposta ma għandha l-ebda
implikazzjonijiet baġitarji. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI 2015/0075 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea,
tal-Protokoll Emendatorju għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u
l-Konfederazzjoni Żvizzera li jistipula miżuri ekwivalenti għal
dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta'
riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 115
flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fl-14 ta’ Mejju 2013
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tagħti bidu lin-negozjati
mal-Konfederazzjoni Żvizzera biex temenda l-Ftehim bejn il-Komunità
Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jipprevedi miżuri ekwivalenti
għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar
tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’
imgħax, sabiex dak il-Ftehim jiġi allinjat mal-iżviluppi
reċenti fil-livell globali fejn ġie miftiehem li l-iskambju
awtomatiku ta’ informazzjoni jiġi promoss bħala standard
internazzjonali. (2) It-test tal-Protokoll
Emendatorju li huwa r-riżultat tan-negozjati jirrifletti b'mod dovut
id-direttivi tan-negozjati maħruġa mill-Kunsill waqt li jallinja
l-Ftehim mal-aktar żviluppi reċenti fil-livell internazzjonali
rigward l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, jiġifieri l-Istandard
Globali għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet
finanzjarji fi kwistjonijiet tat-taxxa żviluppat mill-Organizzazzjoni
għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp (OECD). L-Unjoni, l-Istati Membri
tagħha u l-Konfederazzjoni Żvizzera pparteċipaw b’mod attiv
fil-ħidma tal-OECD. It-test tal-Ftehim, kif emendat bil-Protokoll
Emendatorju, huwa l-bażi legali għall-implimentazzjoni tal-Istandard
Globali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u l-Konfederazzjoni Żvizzera. (3) Għalhekk, il-Protokoll
Emendatorju għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, soġġett
għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Protokoll Emendatorju
għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li
jistipula miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati
fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta'
riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax huwa
b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni
ta’ dak il-Protokoll Emendatorju. It-test tal-Protokoll Emendatorju li
għandu jiġi ffirmat huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
għandu jistabbilixxi l-istrument tas-setgħat sħaħ
għall-iffirmar tal-Protokoll Emendatorju, soġġett
għall-konklużjoni tiegħu, għall-persuna/persuni
indikata/indikati min-negozjatur tal-Protokoll Emendatorju. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni
tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President Protokoll Emendatorju
għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li
jistipula miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva
tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma
ta’ pagamenti ta’ imgħax Protokoll Emendatorju li
jemenda
'Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u
l-Konfederazzjoni Żvizzera li jistipula miżuri ekwivalenti għal
dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta'
riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ imgħax', minn
hawn ’il quddiem imsejjaħ il-‘Ftehim’ L-UNJONI EWROPEA, u IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, minn hawn
'il quddiem imsejħa ‘l-Iżvizzera’, it-tnejn imsejħa minn hawn ’il quddiem
‘Parti Kontraenti’ jew ‘Partijiet Kontraenti’, Bl-għan li jiġi implimentat
l-Istandard tal-OECD għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni dwar
Kontijiet Finanzjarji, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘Standard Globali’, f’qafas
ta’ kooperazzjoni li jikkunsidra l-interessi leġittimi
taż-żewġ Partijiet Kontraenti, Billi l-Partijiet Kontraenti għandhom
relazzjoni fit-tul u mill-qrib f’dak li jirrigwarda l-assistenza reċiproka
fil-kwistjonijiet fiskali, b’mod partikolari b'rabta mal-applikazzjoni ta’
miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill
2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’
pagamenti ta’ imgħax, u jixtiequ jtejbu l-konformità fiskali internazzjonali
billi jkomplu jibnu fuq dik ir-relazzjoni, Billi l-Partijiet Kontraenti jixtiequ
jikkonkludu ftehim sabiex itejbu l-konformità fiskali internazzjonali
bbażata fuq l-iskambju awtomatiku reċiproku ta’ informazzjoni,
soġġett għal ċerta kunfidenzjalità u protezzjonijiet oħrajn,
inklużi dispożizzjonijiet li jillimitaw l-użu tal-informazzjoni
skambjata, Billi l-Artikolu 10 tal-Ftehim fil-forma
preċedenti tiegħu qabel ġie emendat b’dan il-Protokoll
Emendatorju, li attwalment jipprevedi l-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba
biss għal imġiba li tikkostitwixxi evażjoni tat-taxxa u elementi
simili, għandu jiġi allinjat mal-istandard tal-OECD dwar
it-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar kwistjonijiet fiskali, Billi l-Partijiet Kontraenti se japplikaw
il-liġijiet u l-prattiki rispettivi tagħhom dwar il-protezzjoni
tad-data għall-ipproċessar ta’ data personali skambjata skont
il-Ftehim kif emendat b’dan il-Protokoll Emendatorju u jintrabtu li
jinnotifikaw lil xulxin mingħajr dewmien żejjed f’każ ta’ kwalunkwe
bidla fis-sustanza ta’ dawn il-liġijiet u prattiki, Billi l-Istati Membri u l-Iżvizzera
għandhom fis-seħħ (i) salvagwardji xierqa sabiex jiġi
żgurat li l-informazzjoni riċevuta skont il-Ftehim kif emendat b’dan
il-Protokoll Emendatorju tibqa’ kunfidenzjali u tintuża biss għall-finijiet
ta’, u mill-persuni jew l-awtoritajiet involuti, fil-valutazzjoni jew
il-ġbir jew l-irkupru ta’, l-infurzar jew il-prosekuzzjoni fir-rigward
ta’, jew id-determinazzjoni ta’ appelli relatati mat-taxxa, jew is-sorveljanza
tagħhom, kif ukoll għal finijiet awtorizzati oħrajn, u (ii)
l-infrastruttura għal relazzjoni effettiva ta’ skambju (li tinkludi
proċessi stabbiliti għall-iżgurar ta’ skambji ta’ informazzjoni
f’waqthom, eżatti, siguri u kunfidenzjali, komunikazzjonijiet effettivi u
affidabbli, u kapaċitajiet biex jissolvew kwistjonijiet u tħassib
dwar skambji jew talbiet għal skambji u sabiex jamministraw
id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tal-Ftehim kif emendat b’dan
il-Protokoll Emendatorju), Billi l-kategoriji ta’ Istituzzjonijiet
Finanzjarji Rapportanti u kontijiet rapportabbli koperti mill-Ftehim kif
emendat b’dan il-Protokoll Emendatorju huma mfassla biex jillimitaw
l-opportunatijiet għal min iħallas it-taxxa biex jevitaw li jiġu
rrappurtati billi jċaqilqu l-assi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji
jew jinvestu fi prodotti finanzjarji li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni
ta' dan il-Ftehim kif emendat b’dan il-Protokoll Emendatorju. Madankollu,
ċertu Istituzzjonijiet Finanzjarji u kontijiet li jippreżentaw riskju
baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa għandhom ikunu
esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni. Ġeneralment, ma għandhomx
jiġu inklużi limiti, għaliex dawn jistgħu faċilment
jinħarbu billi l-kontijiet jinqasmu f'Istituzzjonijiet Finanzjarji
differenti. L-informazzjoni finanzjarja li jeħtieġ li tiġi
rrappurtata u skambjata ma għandhiex tikkonċerna biss id-dħul
rilevanti kollu (interessi, dividendi u tipi simili ta' dħul) iżda
wkoll bilanċi tal-kontijiet u dħul mill-bejgħ minn Assi Finanzjarji,
sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn min iħallas it-taxxa
jfittex jaħbi kapital li fih innifsu jirrappreżenta dħul jew
assi li fir-rigward tagħhom tkun ġiet evitata t-taxxa. Għalhekk,
l-ipproċessar ta' informazzjoni skont il-Ftehim kif emendat b’dan il-Protokoll
Emendatorju huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex l-amministrazzjonijiet
tat-taxxa tal-Istati Membri u tal-Iżvizzera jkunu jistgħu
jidentifikaw b'mod korrett u inekwivoku lill-persuni li jħallsu t-taxxa
kkonċernati, jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tat-taxxa tagħhom
f'sitwazzjonijiet transkonfinali, jevalwaw kemm hu possibbli li ssir
evażjoni tat-taxxa u jevitaw li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri li
mhumiex meħtieġa, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 It-titolu tal-Ftehim għandu jkun
sostitwit b’dan it-titolu li ġej: “Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni
dwar kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità fiskali
internazzjonali” Artikolu 2 L-Artikoli 1 sa 22 u l-Annessi għandhom
jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 1 Definizzjonijiet 1. Għall-finijiet ta’ dan il-ftehim (“Ftehim”), it-termini li
ġejjin għandhom it-tifsiriet li ġejjin: a) “Unjoni Ewropea” tfisser l-Unjoni kif stabbilita bit-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea u tinkludi t-territorji li fihom jiġi applikat it-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kundizzjonijiet stipulati
f’dak it-Trattat. b) “Stat Membru” tfisser Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. c) “Żvizzera” tfisser it-territorju tal-Konfederazzjoni
Żvizzera kif definit bil-liġijiet tagħha skont id-dritt
internazzjonali. d) Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim l-Awtoritajiet Kompetenti
tal-Iżvizzera u tal-Istati Membri għandhom ifissru dawk
l-awtoritajiet elenkati fl-Anness III. L-Anness III għandu jifforma parti
integrali minn dan il-Ftehim. Il-lista ta’ Awtoritajiet Kompetenti fl-Anness
III tista’ tiġi emendata permezz ta’ notifika sempliċi lill-Parti
Kontraenti l-oħra mingħand l-Iżvizzera għall-awtorità
msemmija (a) hemmhekk u mill-Unjoni Ewropea għall-awtoritajiet
l-oħrajn imsemmija f’(b) sa (ac). e) “Istituzzjoni Finanzjarja ta’ Stat Membru” tfisser (i) kwalunkwe
Istituzzjoni Finanzjarja residenti fi Stat Membru, iżda jeskludi kwalunkwe
fergħa ta’ dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra dak l-Istat
Membru, u (ii) kwalunkwe fergħa ta’ Istituzzjoni Finanzjarja li mhijiex
residenti f’dak l-Istat Membru, jekk dik il-fergħa tinsab f’dak l-Istat
Membru. f) “Istituzzjoni Finanzjarja Żvizzera” tfisser (i) kwalunkwe
Istituzzjoni Finanzjarja residenti fl-Iżvizzera, iżda jeskludi
kwalunkwe fergħa ta’ dik l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra
l-Iżvizzera, u (ii) kwalunkwe fergħa ta’ Istituzzjoni Finanzjarja li
mhijiex residenti fl-Iżvizzera, jekk dik il-fergħa tinsab
l-Iżvizzera. g) “Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti” tfisser kwalunkwe Istituzzjoni
Finanzjarja ta' Stat Membru jew tal-Iżvizzera, skont kif jeħtieġ
il-kuntest, li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti. h) “Kont Rapportabbli” tfisser Kont Rapportabbli ta’ Stat Membru jew
Kont Rapportabbli Żvizzeru, skont kif jeħtieġ il-kuntest, diment
li jkun ġie identifikat bħala tali skont proċeduri ta’
diliġenza dovuta, konsistenti mal-Annessi I u II, stabbiliti f’dak l-Istat
Membru jew fl-Iżvizzera. i) “Kont Rapportabbli ta’ Stat Membru” tfisser Kont Finanzjarju li jkun
miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti Żvizzera u
miżmum minn persuna jew aktar tal-Istat Membru li huma Persuni
Rapportabbli jew minn NFE Passiva b’Persuna Kontrollanti waħda jew aktar
li jkunu Persuni Rapportabbli ta’ Stat Membru. j) “Kont Rapportabbli Żvizzeru tfisser Kont Finanzjarju li jkun
miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta’ Stat Membru u
miżmum minn persuna jew aktar Żvizzeri li huma Persuni Rapportabbli
jew minn NFE Passiva b’Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu
Persuni Rapportabbli Żvizzeri. k) “Persuna ta’ Stat Membru” tfisser individwu jew Entità identifikati
minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti Żvizzera bħala residenti fi
Stat membru skont il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta konsistenti
mal-Annessi I u II, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti
ta’ Stat Membru. l) “Persuna Żvizzera” tfisser individwu jew Entità identifikati
minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ta’ Stat Membru bħala residenti
fl-Iżvizzera skont il-proċeduri ta’ diliġenza dovuta konsistenti
mal-Annessi I u II, jew proprjetà ta' persuna deċeduta li kienet residenti
tal-Iżvizzera. 2. Kwalunkwe terminu b'ittra inizjali kapitali li mhuwiex definit mod
ieħor f’dan il-Ftehim għandu jkollu t-tifsira li kellu meta nkiteb,
(i) fil-każ tal-Istati Membri, fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE
dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni jew, fejn
applikabbli, fil-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru li japplika
l-Ftehim, u (ii) fil-każ tal-Iżvizzera, fil-liġijiet nazzjonali
tagħha, u t-tifsira għandha tkun konsistenti mat-tifsira stipulata
fl-Annessi I u II. Kwalunkwe terminu
li mhuwiex definit mod ieħor f’dan il-Ftehim jew fl-Annessi I jew II
għandu jkollu, sakemm il-kuntest ma jkunx jeħtieġ mod ieħor
jew sakemm l-Awtorità Kompetenti ta’ Stat Membru u tal-Iżvizzera ma
jaqblux dwar tifsira komuni kif stipulat fl-Artikolu 7 (b'konformità
mal-liġijiet nazzjonali), it-tifsira li jkollu f’dak il-waqt skont
il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni kkonċernata li tapplika dan
il-Ftehim, (i) fil-każ tal-Istati Membri, skont id-Direttiva tal-Kunsill
2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni jew,
fejn applikabbli, il-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat,
u (ii) fil-każ tal-Iżvizzera, skont il-liġi nazzjonali tagħha,
bi kwalunkwe tifsira skont il-liġijiet fiskali applikabbli
tal-ġurisdizzjoni kkonċernata (li tkun Stat
Membru jew l-Iżvizzera) tipprevali fuq tifsira mogħtija
lit-terminu skont liġijiet oħrajn ta’ dik il-ġurisdizzjoni. Artikolu 2 Skambju
Awtomatiku ta’ Informazzjoni dwar Kontijiet Rapportabbli 1. Skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u
soġġett għar-regoli applikabbli dwar ir-rapportar u
d-diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, li għandhom
jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim, kull sena l-Awtorità Kompetenti
tal-Iżvizzera għandha tiskambja mal-Awtoritajiet Kompetenti ta’ kull
Stat Membru, u l-Awtoritajiet Kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom
jiskambjaw kull sena mal-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera, fuq bażi
awtomatika, l-informazzjoni miksuba skont dawn ir-regoli u li huma
speċifikati fil-paragrafu 2. 2. L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata fir-rigward ta’
kull Kont Rapportabbli Żvizzeru, fil-każ ta’ Stat Membru, u kull Kont
Rapportabbli ta’ kull Stat Membru fil-każ tal-Iżvizzera, hija: a) l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid
(fil-każ ta’ individwu) ta’ kull Persuna Rapportabbli li hija Detentur ta’
Kont tal-kont u, fil-każ ta’ Entità li hija Detentur ta’ Kont u li, wara
l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ diliġenza dovuta konsistenti
mal-Annessi I u II, hija identifikata bħala li għandha Persuna
Kontrollanti waħda jew aktar li hija Persuna Rapportabbli, l-isem,
l-indirizz u in-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, in-NIT u d-data u l-post
tat-twelid ta’ kull Persuna Rapportabbli; b) in-numru tal-kont (jew ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta’ numru
tal-kont); c) l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni (jekk ikun hemm)
tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti; d) il-bilanċ jew il-valur tal-kont (inkluż, fil-każ ta’
Kuntratt tal-Assigurazzjoni b’Valur fi Flus jew Kuntratt ta’ Vitalizju,
il-Valur fi Flus jew il-valur ta’ ċessjoni) fl-aħħar tas-sena
kalendarja rilevanti jew ta' perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor jew, jekk
il-kont ikun ingħalaq matul sena jew perjodu partikolari, l-għeluq
tal-kont; e) fil-każ ta' kwalunkwe Kont ta' Kustodja: (i) l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta'
dividendi, u l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat
fir-rigward tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew
ikkreditat lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew
perjodu ta’ rapportar xieraq ieħor; u (ii) ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew l-amortizzazzjoni ta'
Assi Finanzjarji mħallsas jew ikkreditati lill-kont matul is-sena
kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor li fir-rigward
tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala
kustodju, intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent
tad-Detentur ta' Kont; f) fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju, l-ammont gross
totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont matul is-sena
kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor; u g) fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu 2(e)
jew (f), l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta'
Kont fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar
xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti tkun l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta'
kwalunkwe pagament ta' amortizzazzjoni magħmul lid-Detentur ta' Kont matul
is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor. Artikolu 3 Iż-żmien u l-mod ta’ Skambju
Awtomatiku ta’ Informazzjoni 1. Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni fl-Artikolu 2,
l-ammont u l-karatterizzazzjoni ta' pagamenti magħmula fir-rigward ta'
Kont Rapportabbli għandhom ikunu ddeterminati f'konformità
mal-prinċipji tal-liġijiet fiskali tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) li
tiskambja l-informazzjoni. 2. Għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni fl-Artikolu 2,
l-informazzjoni skambjata għandha tidentifika l-munita li fiha huwa
ddenominat kull ammont rilevanti. 3. Fir-rigward tal-Artikolu 2(2), l-informazzjoni għandha
tiġi skambjata fir-rigward tal-ewwel sena li tibda mid-dħul
fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fl-[XXXX] u s-snin kollha
sussegwenti, u għandha tiġi skambjata fi żmien disa’ xhur wara
t-tmiem tas-sena kalendarja li magħha hija marbuta l-informazzjoni. 4. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni
deskritta fl-Artikolu 2 b’mod awtomatiku, permezz ta' skema ta’ standard komuni
ta' rapportar f’Extensible Markup Language. 5. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar metodu jew
diversi metodi għat-trażmissjoni tad-data, inkluż dwar standards
ta’ kriptaġġ. Artikolu 4 Kollaborazzjoni dwar il-Konformità u
l-Infurzar L-Awtorità Kompetenti ta’ Stat Membru
għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera u
l-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera għandha tinnotifika lill-Awtorità
Kompetenti ta’ Stat Membru meta l-ewwel Awtorità Kompetenti msemmija (dik li
tinnotifika) jkollha raġunijiet biex tissuspetta li seta’ kien hemm
żball li wassal għal rapportar ħażin jew mhux komplut ta' informazzjoni
skont l-Artikolu 2, jew li seta’ kien hemm nuqqas ta’ konformità minn
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mar-rekwiżiti ta’ rapportar
applikabbli u mal-proċeduri ta’ diliġenza dovuta konsistenti
mal-Annessi I u II. L-Awtorità Kompetenti notifikata għandha tieħu
l-miżuri kollha xierqa disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali
tagħha sabiex tindirizza dawk l-iżbalji jew in-nuqqas ta’ konformità
deskritt fl-avviż. Artikolu 5 Skambju ta’ Informazzjoni fuq Talba 1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u ta’ kwalunkwe ftehim
ieħor li jipprevedi l-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba bejn
l-Iżvizzera u kwalunkwe Stat Membru, l-Awtoritajiet Kompetenti
tal-Iżvizzera u ta’ kwalunkwe Stat Membru għandhom jiskambjaw fuq
talba dik l-informazzjoni li tkun tidher li hi rilevanti għat-twettiq
tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jew għall-amministrazzjoni
jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardaw it-taxxi ta’ kull
tip u deskrizzjoni imposti f’isem l-Iżvizzera u l-Istati Membri, jew
f'isem is-sottodiviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet lokali
tagħhom, sakemm it-tassazzjoni skont dawn il-liġijiet nazzjonali ma
tmurx kontra ftehim applikabbli dwar it-taxxa doppja bejn l-Iżvizzera u
l-Istat Membru kkonċernat. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u
tal-Artikolu 6 bl-ebda mod ma għandhom jinftiehmu bħala li jimponu
fuq l-Iżvizzera jew fuq Stat Membru l-obbligu: a) li jwettqu miżuri amministrattivi li ma jaqblux
mal-liġijiet u mal-prattika amministrattiva tal-Iżvizzera jew ta’ dak
l-Istat Membru; b) li jipprovdu informazzjoni li ma tistax tinkiseb jekk mhux
b'konformità mal-liġijiet jew fl-andament normali tal-amministrazzjoni
tal-Iżvizzera jew ta’ dak l-Istat Membru; c) li jipprovdu informazzjoni li tiżvela kwalunkwe sigriet
kummerċjali, tan-negozju, industrijali, jew professjonali jew proċess
jew informazzjoni kummerċjali, li l-iżvelar tagħha tmur kontra
l-ordni pubbliku (ordre public). 3. Jekk tintalab informazzjoni minn Stat Membru li jkun, jew
mill-Iżvizzera li tkun, qed taġixxi bħala l-ġurisdizzjoni
li qed tagħmel it-talba skont dan l-Artikolu, l-Iżvizzera jew l-Istat
Membru li jkun qed jaġixxi bħala l-ġurisdizzjoni li lilha tkun
ġiet ippreżentata t-talba għandu juża il-miżuri ta’
ġbir ta’ informazzjoni tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni mitluba,
anki jekk il-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata
t-talba ma tkunx teħtieġ tali informazzjoni għall-iskopijiet
fiskali tagħha stess. L-obbligu li jinsab fis-sentenza preċedenti
huwa soġġett għal-limitazzjonijiet tal-paragrafu 2, iżda
dawn il-limitazzjonijiet fl-ebda każ ma għandhom jinftiehmu
bħala li jippermettu lill-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet
ippreżentata t-talba li tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni
għas-sempliċi raġuni li ma għandha l-ebda interess
nazzjonali f’din l-informazzjoni. 4. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 fl-ebda każ ma
għandhom jinftiehmu bħala li jippermettu lill-Iżvizzera jew lil
Stat Membru jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni biss minħabba li
l-informazzjoni tkun qed tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja
oħra, persuna nominata jew persuna li taġixxi f’aġenzija jew
f’kapaċità fiduċjarja, jew minħabba li hija relatata ma’
interessi proprjetarji f’persuna. 5. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar il-forom
standard li jridu jintużaw kif ukoll dwar metodu jew diversi metodi ta’
trażmissjoni tad-data, inklużi standards ta’ kriptaġġ. Artikolu 6 Kunfidenzjalità u protezzjoni ta’ data
personali 1. Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn ġurisdizzjoni (li tkun
Stat Membru jew l-Iżvizzera) skont dan il-Ftehim għandha tkun
ittrattata bħala kunfidenzjali u għandha tiġi protetta bl-istess
mod li bih tiġi ttrattata u protetta l-informazzjoni miksuba skont
il-liġijiet nazzjonali ta’ dik il-ġurisdizzjoni u, safejn ikun meħtieġ
għall-protezzjoni tad-data personali, skont il-liġi nazzjonali
applikabbli, u salvagwardji li jistgħu jkunu speċifikati
mill-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kif meħtieġ
skont il-liġi nazzjonali tagħha. 2. Tali informazzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi
żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi
amministrattivi jew superviżorji) ikkonċernati bil-valutazzjoni,
il-ġbir jew l-irkupru ta’, l-infurzar jew il-prosekuzzjoni fir-rigward
ta’, jew id-determinazzjoni ta’ appelli b’rabta ma’ taxxi ta’ dik
il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera), jew
is-sorveljanza ta’ dawn kollha msemmija hawn fuq. Il-persuni jew l-awtoritajiet
imsemmija hawn fuq biss jistgħu jużaw l-informazzjoni u dan biss
għall-finijiet spjegati fis-sentenza preċedenti. Dawn, minkejja
d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, jistgħu jiżvelawha fi
proċeduri ta’ qrati pubbliċi jew f’deċiżjonijiet
ġudizzjarji relatati ma’ tali taxxi. 3. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti,
informazzjoni riċevuta minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew
l-Iżvizzera) tista’ tintuża għal skopijiet oħrajn meta tali
informazzjoni tista’ tintuża għal tali skopijiet oħrajn skont
il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni (li tkun, rispettivament,
l-Iżvizzera jew Stat Membru) u l-Awtorità Kompetenti ta’ dik
il-ġurisdizzjoni tawtorizza dak użu. Informazzjoni pprovduta minn
ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) lil
ġurisdizzjoni oħra (li tkun, rispettivament, l-Iżvizzera jew
Stat Membru) tista’ tintbagħat minn din tal-aħħar lil
ġurisdizzjoni terza (li tkun Stat Membru ieħor), diment li
tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-ewwel
ġurisdizzjoni msemmija, li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni.
Informazzjoni pprovduta minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor skont
il-liġijiet applikabbli tiegħu li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill
2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
tista’ tintbagħat lill-Iżvizzera diment li tingħata awtorizzazzjoni
minn qabel mill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru li minnu tkun
oriġinat l-informazzjoni. 4.
Kull Awtorità Kompetenti ta’ Stat Membru jew tal-Iżvizzera għandha
tinnotifika minnufih lill-Awtorità Kompetenti l-oħra, jiġifieri dik
tal-Iżvizzera jew tal-Istat Membru speċifiku, rigward kwalunkwe ksur
ta’ kunfidenzjalità, nuqqas ta’ salvagwardji u kwalunkwe sanzjonijiet jew
azzjonijiet ta’ rimedju li eventwalment jistgħu jiġu imposti. Artikolu 7 Konsultazzjonijiet u sospensjoni tal-Ftehim 1. Jekk jitfaċċaw xi diffikultajiet fl-implimentazzjoni jew
l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim, kwalunkwe waħda mill-Awtoritajiet
Kompetenti tal-Iżvizzera jew ta’ Stat Membru tista’ titlob
konsultazzjonijiet bejn l-Awtorità Kompetenti tal-Iżvizzera u Awtorità
Kompetenti jew diversi Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri sabiex
jiġu żviluppati miżuri xierqa li jiżguraw li dan il-Ftehim
jiġi ssodisfat. Dawk l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jinnotifikaw
minnufih lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati
Membri l-oħrajn dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet
tagħhom. B’rabta ma’ kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni l-Kummissjoni
Ewropea tista’ tieħu sehem fil-konsultazzjonijiet fuq talba ta’ kwalunkwe
waħda mill-Awtoritajiet Kompetenti. 2. Jekk il-kwistjoni tkun relatata ma’ nuqqas ta’ konformità
sinifikanti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, u l-proċedura
deskritta fil-paragrafu 1 ma tipprovdix soluzzjoni adegwata, l-Awtorità
Kompetenti ta’ Stat Membru jew tal-Iżvizzera tista’ tissospendi l-iskambju
ta’ informazzjoni skont dan il-Ftehim lejn, rispettivament, l-Iżvizzera
jew Stat Membru speċifiku, billi tavża bil-miktub lill-Awtorità
Kompetenti kkonċernata l-oħra. Din is-sospensjoni għandu jkollha
effett immedjat. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, nuqqas ta’ konformità
sinifikanti jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal, nuqqas ta’
konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim dwar is-salvagwardja
tal-kunfidenzjalità u tad-data, in-nuqqas tal-Awtorità Kompetenti ta’ Stat
Membru jew tal-Iżvizzera li tipprovdi informazzjoni fil-ħin jew
xierqa kif meħtieġ skont dan il-Ftehim jew id-definizzjoni
tal-istatus ta’ Entitajiet jew kontijiet bħala Istituzzjonijiet
Finanzjarji Mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi b’mod li jxekkel
il-finijiet ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 8 Emendi 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin f’kull
okkażjoni fejn tiġi adottata bidla importanti fil-livell tal-OECD fi
kwalunkwe element tal-Istandard Globali jew – jekk ikun meqjus bħala
meħtieġ mill-Partijiet Kontraenti – sabiex jittejjeb il-funzjonament
tekniku ta’ dan il-Ftehim jew biex jiġu vvalutati u riflessi żviluppi
internazzjonali oħrajn. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi
żmien xahar minn meta ssir talba minn kwalunkwe waħda mill-Parti Kontraenti,
jew mill-aktar fis possibbli f’każijiet urġenti. 2. Abbażi ta’ tali kuntratt, il-Partijiet Kontraenti jistgħu
jikkonsultaw lil xulxin sabiex jeżaminaw jekk humiex meħtieġa
bidliet f’dan il-Ftehim. 3. Għall-finijiet tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1
u 2, kull Parti Kontraenti għandha tinforma lill-Parti Kontraenti
l-oħra rigward żviluppi possibbli li jistgħu jaffettwaw
il-funzjonament korrett ta’ dan il-Ftehim. Dan għandu jinkludi wkoll
kwalunkwe ftehim rilevanti bejn waħda mill-Partijiet Kontraenti u Stat
terz. 4. Wara l-konsultazzjonijiet, dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat
permezz ta’ protokoll jew ftehim ġdid bejn il-Partijiet Kontraenti. 5. Meta Parti Kontraenti tkun implimentat xi bidla, li tkun ġiet
adottata mill-OECD, fl-Istandard Globali, u tkun tixtieq tagħmel bidla
korrispondenti fl-Annessi I u/jew II ta' dan il-Ftehim, hija għandha
tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra dwar dan. Proċedura ta’
konsultazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għandha sseħħ fi
żmien xahar min-notifika. Minkejja l-paragrafu 4, fejn il-Partijiet
Kontraenti jilħqu kunsens f’din il-proċedura ta’ konsultazzjoni dwar
il-bidla li għandha ssir fl-Anness I u/jew II ta' dan il-Ftehim, u
għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni
tal-bidla permezz ta’ emenda formali tal-Ftehim, il-Parti Kontraenti li talbet
il-bidla tista’ tapplika b’mod provviżorju l-verżjoni riveduta
tal-Annessi I u/jew II ta' dan il-Ftehim, kif approvata permezz
tal-proċedura ta’ konsultazzjoni, mill-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena ta’
wara l-konklużjoni tal-proċedura li ġiet imsemmija. Parti Kontraenti
titqies bħala li implimentat bidla, li tkun ġiet adottata mill-OECD,
fl-Istandard Globali: a) fil-każ tal-Istati Membri: meta l-bidla tkun ġiet
inkorporata fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni
amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni b) fil-każ tal-Iżvizzera: meta l-bidla tkun ġiet
inkorporata fi ftehim ma’ Stat terz jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Artikolu 9 Ħlas ta' dividendi, u pagamenti ta’
mgħax u ta' drittijiet dovuti għall-użu ta' propjetà bejn
il-kumpaniji 1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’
dispożizzjonijiet nazzjonali jew ibbażati fuq ftehim
għall-prevenzjoni ta’ frodi jew abbuż fl-Iżvizzera u fl-Istati
Membri, id-dividendi mħallsa minn kumpaniji sussidjarji lill-kumpaniji
prinċipali m'għandhomx ikunu soġġetti għat-tassazzjoni
fl-Istat sors meta: - il-kumpanija
prinċipali jkollha parteċipazzjoni minima diretta ta’ 25 %
tal-kapital ta’ sussidjarja ta' dan it-tip għal mill-inqas sentejn, u, - kumpanija minnhom
tkun residenti, għal finijiet ta’ taxxa, fi Stat Membru u l-kumpanija
l-oħra tkun residenti fl-Iżvizzera għal finijiet ta’ taxxa, u, - skont kwalunkwe
ftehim dwar it-taxxa doppja ma’ kwalunkwe Stat terz, l-ebda waħda
mill-kumpaniji ma tkun residenti f’dak l-Istat terz għal finijiet ta’
taxxa, u, -
iż-żewġ kumpaniji jkunu soġġetti għat-taxxa fuq
il-kumpaniji mingħajr ma jkunu eżentati, filwaqt li t-tnejn ikunu
adottaw il-forma ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata [1]. 2. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’
dispożizzjonijiet nazzjonali jew ta' dispożizzjonijiet ibbażati
fuq ftehim għall-prevenzjoni ta’ frodi jew abbuż fl-Iżvizzera u
fl-Istati Membri, il-pagamenti ta’ mgħax u drittijiet dovuti
għall-użu ta' propjetà magħmula bejn kumpaniji assoċjati
jew l-istabbilimenti permanenti tagħhom m'għandhomx ikunu
soġġetti għat-tassazzjoni fl-Istat sors, meta: - dawn il-kumpaniji
jkunu affiljati permezz ta’ parteċipazzjoni minima diretta ta’ 25 %
għal mill-inqas sentejn, jew meta t-tnejn li huma jkunu miżmuma minn
kumpanija terza li għandha parteċipazzjoni minima diretta ta’ 25 %
kemm fil-kapital tal-ewwel kumpanija kif ukoll fil-kapital tat-tieni kumpanija
għal mill-inqas sentejn, u; - meta kumpanija
tkun residenti għal finijiet ta' taxxa jew stabbiliment permanenti jkun
jinsab fi Stat Membru u l-kumpanija l-oħra tkun residenti għal
finijiet ta' taxxa jew stabbiliment permanenti jkun jinsab fl-Iżvizzera,
u; - skont kwalunkwe
ftehim dwar it-taxxa doppja ma’ kwalunkwe Stat terz l-ebda kumpanija ma tkun
residenti għall-finijiet tat-taxxa f’dak l-Istat terz u l-ebda wieħed
mill-istabbilimenti permanenti ma jinsab f’dak l-Istat terz, u; - il-kumpaniji
kollha huma soġġetti għat-taxxa fuq il-kumpaniji mingħajr
ma jkunu eżentati b’mod partikolari fuq il-ħlasijiet tal-imgħax
jew tad-drittijiet dovuti għall-użu ta' propjetà u kull waħda
tadotta l-forma ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata [1]. 3. Ftehimiet eżistenti dwar it-taxxa doppja bejn l-Iżvizzera
u l-Istati Membri li jipprevedu trattament ta’ tassazzjoni aktar favorevoli ta’
ħlasijiet ta’ dividendi, imgħax u drittijiet dovuti
għall-użu ta' propjetà m'għandhomx ikunu affettwati. Artikolu 10 Terminazzjoni tal-Ftehim Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti
tista’ tittermina dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta’ terminazzjoni
bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Din it-terminazzjoni ssir
effettiva fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 12-il
xahar wara d-data tal-avviż ta’ terminazzjoni. Fil-każ ta’
terminazzjoni, l-informazzjoni kollha riċevuta qabel skont dan il-Ftehim
għandha tibqa’ kunfidenzjali u soġġetta għall-Artikolu 6
ta’ dan il-Ftehim. Artikolu 11 Ambitu Territorjali Dan il-Ftehim għandu japplika, minn
naħa, għat-territorji tal-Istati Membri li fih it-Trattat li
jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea jiġi applikat u skont il-kundizzjonijiet
preskritti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra,
għall-Iżvizzera. ANNESS I Standard Komuni dwar
ir-Rappurtar Komplementari u d-Diliġenza Dovuta għal informazzjoni
ta' kont finanzjarju ("Standard Komuni ta' Rappurtar") Sezzjoni I: Obbligi
Ġenerali ta' Rappurtar A. Soġġett għall-paragrafi C sa E, kull Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta lill-Awtorità Kompetenti
tal-ġurisdizzjoni tagħha (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera)
din l-informazzjoni li ġejja f’dak li jirrigwarda kull Kont Rapportabbli
ta’ tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti: 1.
l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) ta’ residenza, in-NIT u d-data
u l-post tat-twelid (f’każ ta’ individwu) ta' kull Persuna Rapportabbli li
tkun Detentur ta' Kont ta' kont u, fil-każ ta' kwalunkwe Entità li tkun
Detentur ta' Kont u li, wara l-applikazzjoni tal-proċedura ta'
diliġenza dovuta konsistenti mat-Taqsimiet V, VI u VII, tkun identifikata
bħala li għandha Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li tkun
Persuna Rapportabbli, l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun
Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) ta’ residenza u
n-NIT tal-Entità u l-isem, l-indirizz, il-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat
Membru jew l-Iżvizzera) ta’ residenza, in-NIT u d-data u l-post tat-twelid
ta’ kull Persuna Rapportabbli; 2.
in-numru tal-kont (jew l-ekwivalenti funzjonali fin-nuqqas ta' numru ta' kont);
3.
l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni (jekk ikun hemm) tal-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti; 4.
il-bilanċ jew il-valur tal-kont (inkluż, fil-każ ta' Kuntratt
tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, il-Valur fi Flus
jew il-valur ta' ċessjoni) fl-aħħar tas-sena kalendarja
rilevanti jew ta' perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor jew, jekk il-kont
ikun ingħalaq matul tali sena jew perjodu, meta jkun ingħalaq
il-kont; 5. fil-każ ta'
kwalunkwe Kont ta' Kustodja: a)
l-ammont gross totali ta' interessi, l-ammont gross totali ta' dividendi, u
l-ammont gross totali ta' dħul ieħor iġġenerat fir-rigward
tal-assi miżmuma fil-kont, f'kull każ imħallas jew ikkreditat
lill-kont (jew fir-rigward tal-kont) matul is-sena kalendarja jew perjodu ta'
rappurtar xieraq ieħor; u b)
ir-rikavat gross totali mill-bejgħ jew mill-amortizzazzjoni ta' Assi
Finanzjarji mħallas jew ikkreditat lill-kont matul is-sena kalendarja jew
il-perjodu ta' rapportar xieraq ieħor li fir-rigward tiegħu
l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti aġixxiet bħala kustodju,
intermedjarju, persuna nominata, jew inkella bħala aġent tad-Detentur
ta' Kont; 6. fil-każ ta' kwalunkwe Kont Depożitarju,
l-ammont gross totali ta' interessi mħallsa jew ikkreditati lill-kont
matul is-sena kalendarja jew matul perjodu ta' rapportar xieraq ieħor; u 7.
fil-każ ta' kwalunkwe kont mhux deskritt fis-subparagrafu A(5) jew (6),
l-ammont gross totali mħallas jew ikkreditat lid-Detentur ta' Kont
fir-rigward tal-kont matul is-sena kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq
ieħor li fir-rigward tiegħu l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun
l-obbligant jew id-debitur, inkluż l-ammont aggregat ta' kwalunkwe
pagamenti ta' tifdija magħmula lid-Detentur ta' Kont matul is-sena
kalendarja jew matul perjodu ta' rapportar xieraq ieħor. B. L-informazzjoni
rrapportata għandha tidentifika l-munita li fiha jkun iddenominat kull
ammont. C. Minkejja s-subparagrafu A(1), fir-rigward ta'
kull Kont Rapportabbli li jkun Kont Preeżistenti, ma hemmx għalfejn
jiġu rrapportati n-NIT jew id-data ta' twelid jekk tali NIT jew data ta'
twelid ma tkunx fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u ma jkunx
meħtieġ li din l-informazzjoni tinġabar b'mod ieħor minn
tali Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont il-liġi nazzjonali jew
kwalunkwe strument legali tal-Unjoni Ewropea (jekk applikabbli). Madankollu,
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tagħmel sforzi
raġonevoli biex tikseb in-NIT u d-data ta' twelid fir-rigward ta'
Kontijiet Preeżistenti sal-aħħar tat-tieni sena kalendarja wara
s-sena li fiha Kontijiet Preeżistenti jkunu ġew identifikati
bħala Kontijiet Rapportabbli. D. Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx
għalfejn jiġi rrapportat in-NIT jekk ma jinħariġx NIT
mill-Istat Membru rilevanti, mill-Iżvizzera jew minn ġurisdizzjoni
oħra ta’ residenza. E. Minkejja s-subparagrafu A(1), ma hemmx
għalfejn jiġi rrapportat il-post ta' twelid sakemm l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti ma tkunx obbligata tiksbu u tirrapportah b’mod
ieħor skont il-liġijiet nazzjonali u sakemm dan ma jkunx disponibbli
fid-data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma
mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti. Taqsima II: Rekwiżiti
Ġenerali ta' Diliġenza Dovuta A. Kont għandu jibda jiġi ttrattat
bħala Kont Rapportabbli mid-data li fiha jiġi identifikat bħala
tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta fit-Taqsimiet II sa VII
u, sakemm mhux previst mod ieħor, informazzjoni fir-rigward ta' Kont
Rapportabbli għandha tiġi rapportata annwalment fis-sena kalendarja
wara s-sena li għaliha tirreferi l-informazzjoni. B. Il-bilanċ jew
il-valur ta' kont jiġi ddeterminat fl-aħħar jum tas-sena
kalendarja jew perjodu ta' rapportar xieraq ieħor. C. Fejn livell ta' bilanċ jew valur
għandu jiġi ddeterminat fl-aħħar jum ta' sena kalendarja,
il-bilanċ jew valur rilevanti għandu jiġi ddeterminat
fl-aħħar jum tal-perjodu ta' rapportar li jintemm fl-aħħar
ta', jew waqt, dik is-sena kalendarja. D. Kull Stat Membru jew l-Iżvizzera jista'
jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw
fornituri ta' servizz biex jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar u ta' diliġenza
dovuta imposti fuq tali Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, kif stipulati
fil-liġijiet nazzjonali, iżda dawn l-obbligi għandhom
jibqgħu r-responsabbiltà tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti. E. Kull Stat Membru jew l-Iżvizzera jista'
jippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti japplikaw
il-proċeduri ta' diliġenza dovuta għall-Kontijiet Ġodda lil
Kontijiet Preeżistenti, u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta
għal Kontijiet ta' Valur Għoli lil Kontijiet ta' Valur Aktar Baxx. Fejn
Stat Membru jew l-Iżvizzera jippermetti li proċeduri ta'
diliġenza dovuta ta' Kont Ġdid jintużaw għal Kontijiet
Preeżistenti, għandhom ikomplu japplikaw ir-regoli applikabbli mod
ieħor għal Kontijiet Preeżistenti. Taqsima III: Diliġenza
Dovuta għal Kontijiet Individwali Preeżistenti Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal
finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet
Individwali Preeżistenti. A. Kontijiet li ma Jeħtieġux
Reviżjoni, Identifikazzjoni jew Rapportar. Kont Individwali
Preeżistenti li huwa Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew
Kuntratt ta' Vitalizju m'għandux għalfejn jiġi rivedut,
identifikat jew rapportat, sakemm il-liġi tipprevjeni b'mod effettiv
lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti milli tbiegħ tali Kuntratt lil
residenti ta’ Ġurisdizzjoni Rapportabbli. B. Kontijiet ta’ Valur Aktar Baxx.
Il-proċeduri li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur
Aktar Baxx. 1.
Indirizz tar-Residenza. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha fir-rekords
tagħha indirizz tar-residenza attwali għad-Detentur ta' Kont
individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentata, l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti tista' tittratta lid-Detentur ta' Kont individwali bħala
resident għal finijiet ta' taxxa tal-Istat Membru jew l-Iżvizzera jew
ġurisdizzjoni oħra li fiha jkun jinsab l-indirizz biex jiġi
ddetermint jekk it-tali Detentur ta' Kont individwali jkunx Persuna
Rapportabbli. 2.
Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti ma tiddependix fuq indirizz ta' residenza attwali
għad-Detentur ta' Kont individwali bbażat fuq Evidenza Dokumentarja
kif stipulat fis-subparagrafu B(1), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
għandha teżamina data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod
elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal
kwalunkwe indicium li ġejja u tapplika s-subparagrafi B(3) sa (6): a)
identifikazzjoni tad-Detentur ta' Kont bħala resident ta'
Ġurisdizzjoni Rapportabbli; b)
indirizz postali jew ta' residenza attwali (inkluż kaxxa postali)
f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli; c)
numru tat-telefon wieħed jew aktar f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli u
l-ebda numru tat-telefon fl-Iżvizzera jew fl-Istat Membru tal-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ il-kuntest; d)
struzzjonijiet permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont Depożitarju)
biex jiġu trasferiti fondi għal kont miżmum f’Ġurisdizzjoni
Rapportabbli; e)
prokura jew awtorità firmatarja attwalment effettiva mogħtija lil persuna
b'indirizz f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew f)
istruzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ f’Ġurisdizzjoni
Rapportabbli jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma jkollha l-ebda
indirizz ieħor fir-rekord tagħha għad-Detentur ta' Kont. 3.
Jekk fit-tiftixa b'mod elettroniku ma jiġi skopert l-ebda indicium elenkat
fis-subparagrafu B(2), ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni ulterjuri
sakemm isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi li twassal biex
jiġi assoċjat indicium wieħed jew aktar mal-kont, jew sakemm
il-kont isir Kont ta' Valur Għoli. 4.
Jekk kwalunkwe wieħed mill-indicia elenkati fis-subparagrafu B(2)(a) sa
(e) jiġi skopert fit-tiftixa b'mod elettroniku, jew jekk isseħħ
bidla fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta'
indicium wieħed jew aktar mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
għandha tittratta d-Detentur ta' Kont bħala resident għal
finijiet ta' taxxa ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li għaliha
jkun ġie identifikat indicium, sakemm ma tagħżilx li tapplika s-subparagrafu
B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak is-subparagrafu tapplika
fir-rigward ta' dak il-kont. 5.
Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care-of’ tiġi
skoperta fit-tiftixa b'mod elettroniku u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda
indicium ieħor elenkat fis-subparagrafu B(2)(a) sa (e) ma jiġu
identifikati għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti għandha tapplika, fl-ordni l-aktar xierqa
għaċ-ċirkostanzi, it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi
tal-karta deskritta fis-subparagrafu C(2), jew tfittex li tikseb mingħand
id-Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja biex
tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta' taxxa ta' tali Detentur ta'
Kont. Jekk it-tiftixa analoga ma tistabbilixxix indicium u t-tentattiv ta' ksib
tal-awtoċertifikazzjoni jew tal-Evidenza Dokumentata ma jirnexxix,
l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-kont
lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha jew tal-Iżvizzera,
kif jitlob il-kuntest, bħala kont mhux dokumentat. 6.
Minkejja s-sejba ta' indicia mniżżla fis-subparagrafu B(2),
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex obbligata li tittratta Detentur
ta' Kont bħala resident ta' Ġurisdizzjoni Rapportabbli jekk: a) l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont jkun fiha
indirizz postali jew ta' residenza attwali fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli,
numru tat-telefon wieħed jew aktar f’dik il-Ġurisdizzjoni
Rapportabbli (u l-ebda numru tat-telefon fl-Iżvizzera jew fl-Istat Membru
tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, skont kif jeħtieġ
il-kuntest) jew struzzjonijiet permanenti (fir-rigward ta' Kontijiet
Finanzjarji ħlief Kontijiet Depositorji) biex jiġu ttrasferiti fondi
għal kont miżmum f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti tikseb, jew kienet eżaminat qabel u
żżomm rekord ta': i.
awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta’
residenza (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjonijiet
oħrajn) ta' tali Detentur ta' Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni
Rapportabbli; u ii.
Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus mhux rapportabbli tad-Detentur
ta' Kont. b) l-informazzjoni dwar id-Detentur ta' Kont fiha prokura
effettiva attwali jew awtorità firmatarja mogħtija lil persuna b'indirizz
fil-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, u l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
tikseb, jew tkun eżaminata minn qabel u żżomm rekord ta': i. awtoċertifikazzjoni mid-Detentur ta' Kont
tal-ġurisdizzjoni(jiet) ta’ residenza (li tkun Stat Membru,
l-Iżvizzera jew ġurisdizzjonijiet oħrajn) ta' tali Detentur ta'
Kont li ma tinkludix tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli; jew ii. Evidenza Dokumentarja li tistabbilixxi l-istatus mhux
rapportabbli tad-Detentur ta' Kont. C. Proċeduri ta'
Eżami Mtejba għal Kontijiet ta' Valur Għoli. Il-proċeduri
ta' eżami mtejba li ġejjin japplikaw fir-rigward ta' Kontijiet ta'
Valur Għoli. 1.
Tiftix ta' Rekords b'Mod Elettroniku. Fir-rigward ta' Kontijiet ta' Valur
Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha teżamina
data li jistgħu jsiru tfittxijiet fiha b'mod elettroniku miżmuma
mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għal kwalunkwe indicium deskritt
fis-subparagrafu B(2). 2.
Tiftix fl-Arkivji Fiżiċi tal-Karta. Jekk id-databases
tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li jistgħu jsiru tfittxijiet
fihom b'mod elettroniku jinkludu oqsma għal, u jinkludu l-informazzjoni
kollha deskritta fis-subparagrafu C(3), ma jkunx meħtieġ li ssir
tiftixa ulterjuri fl-arkivji fiżiċi tal-karta. Jekk id-databases
elettroniċi ma jinkludux din l-informazzjoni kollha, fir-rigward ta' Kont
ta' Valur Għoli l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha
teżamina wkoll il-fajl prinċipali attwali tal-klijenti u, sa fejn ma
jinsabux fil-fajl prinċipali attwali tal-klijenti, id-dokumenti li
ġejjin li huma assoċjati mal-kont u li jkunu ġew miksuba
mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tul l-aħħar ħames
snin, għal kwalunkwe indicium deskritt fis-subparagrafu B(2): a)
l-Evidenza Dokumentata l-aktar reċenti miġbura fir-rigward tal-kont; b)
il-kuntratt jew id-dokumentazzjoni ta' ftuħ ta' kont l-aktar reċenti;
c)
id-dokumentazzjoni l-aktar reċenti miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti skont il-Proċeduri tal-Ġlieda kontra l-Ħasil
tal-Flus (AML/KYC) jew għal finijiet regolatorji oħra; d)
kwalunkwe dokumenti ta' prokura jew ta' awtorità firmatarja attwalment
fis-seħħ; u e)
kwalunkwe struzzjoni permanenti (ħlief fir-rigward ta' Kont
Depożitarju) biex jiġu ttrasferiti fondi attwalment
fis-seħħ. 3. Eċċezzjoni Għall-Punt Li Databases Ikun
Fihom Informazzjoni Suffiċjenti. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mhijiex
mitluba twettaq it-tiftixa fl-arkivji fiżiċi tal-karta deskritta
fis-subparagrafu C(2) sa fejn l-informazzjoni li tista' tiġi mfittxija
b'mod elettroniku tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tinkludi dawn li
ġejjin: a)
l-istatus ta' residenza tad-Detentur ta' Kont; b)
l-indirizz postali u l-indirizz ta' residenza ta' Detentur ta' Kont attwalment
fir-rekords tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti; c)
in-numru(i) tat-telefon ta' Detentur ta' Kont attwalment fir-rekords, jekk ikun
hemm, tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti; d)
fil-każ ta' Kontijiet Finanzjarji għajr Kontijiet Depożitarji,
jekk ikun hemm struzzjonijiet permanenti biex jiġu ttrasferiti fondi
fil-kont għal kont ieħor (inkluż kont f'fergħa oħra
tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew Istituzzjoni Finanzjarja
oħra); e)
jekk ikun hemm struzzjoni attwali ta' ‘in-care-of’ jew ‘hold mail’ jew
għad-Detentur ta' Kont; u f)
jekk ikun hemm kwalunkwe prokura jew awtorità firmatarja għall-kont. 4.
Rikjesta tal-Maniġer tal-Kuntatti għal Għarfien Attwali.
Minbarra t-tiftix b'mod elettroniku u t-tiftix fl-arkivji fiżiċi
tal-karta deskritti fis-subparagrafi C(1) u (2), l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti għandha tittratta bħala Kont Rapportabbli kwalunkwe Kont
ta' Valur Għoli assenjat lil maniġer tal-kuntatti (inkluż kwalunkwe
Kont Finanzjarju aggregat ma' dak il-Kont ta' Valur Għoli) jekk
il-maniġer tal-kuntatti jkollu għarfien attwali li d-Detentur ta'
Kont ikun Persuna Rapportabbli. 5.
Effett ta' Sejbien ta' Indicia. a)
Jekk l-ebda indicium elenkat fis-subparagrafu B(2) ma jiġi skopert
fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt
fil-paragrafu C, u jekk il-kont ma jiġix identifikat bħala li hu
miżmum minn Persuna Rapportabbli skont is-subparagrafu C(4), ma tkunx
meħtieġa azzjoni ulterjuri sakemm ma jkunx hemm bidla
fiċ-ċirkostanzi li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium
wieħed jew aktar mal-kont. b)
Jekk kwalunkwe indicium elenkat fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) jiġi
skopert fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt
fil-paragrafu C, jew jekk ikun hemm bidla sussegwenti fiċ-ċirkostanzi
li tirriżulta fl-assoċjazzjoni ta' indicium wieħed jew aktar
mal-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont
bħala Kont Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli
li għalih indicium jkun ġie identifikat sakemm ma tagħżilx
li tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet
f'dak is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont. c)
Jekk struzzjoni ta' ‘hold mail’ jew indirizz ta' ‘in-care of’ jiġi skopert
fir-rieżami mtejjeb ta' Kontijiet ta' Valur Għoli deskritt
fil-paragrafu C, u l-ebda indirizz ieħor u l-ebda indicium ieħor
elenkati fis-subparagrafi B(2)(a) sa (e) ma jiġu identifikati
għad-Detentur ta' Kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
għandha tikseb minn tali Detentur ta' Kont awtoċertifikazzjoni jew
Evidenza Dokumentarja biex tistabbilixxi r-residenza/i għal finijiet ta'
taxxa tad-Detentur ta' Kont. Jekk l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma
tkunx tista' tikseb tali awtoċertifikazzjoni jew Evidenza Dokumentarja,
din għandha tirrapporta l-kont lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru
tagħha jew tal-Iżvizzera, skont kif jeħtieġ il-kuntest,
bħala kont mhux dokumentat. 6.
Jekk Kont Individwali Preeżistenti ma jkunx Kont ta' Valur Għoli
fil-31 ta' Diċembru ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX], iżda jsir Kont ta' Valur Għoli
fl-aħħar jum ta' sena kalendarja sussegwenti, l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti għandha tikkompleta l-proċeduri mtejba ta' rieżami
deskritti fil-paragrafu C fir-rigward ta' tali kont fis-sena kalendarja wara
s-sena li fiha l-kont isir Kont ta' Valur Għoli. Jekk, abbażi ta' dan
ir-rieżami tali kont ikun identifikat bħala Kont Rapportabbli,
l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tirrapporta l-informazzjoni
meħtieġa dwar tali kont fir-rigward tas-sena li fiha jkun identifikat
bħala Kont Rapportabbli u fis-snin sussegwenti fuq bażi annwali,
sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli. 7.
Ladarba Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tapplika l-proċeduri mtejba
ta' rieżami deskritti fil-paragrafu C għall-Kont ta' Valur
Għoli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx meħtieġa
tapplika tali proċeduri mill-ġdid, minbarra r-rikjesta
tal-maniġer għall-kuntatti deskritta fis-subparagrafu C(4),
għall-istess Kont ta' Valur Għoli fi kwalunkwe sena sussegwenti
sakemm il-kont ikun mhux dokumentat, f'liema każ l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti għandha terġa' tapplikahom mill-ġdid kull
sena sakemm tali kont ma jibqax mhux dokumentat. 8.
Jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta' Valur
Għoli li twassal biex wieħed jew aktar indicia deskritti
fis-subparagrafu B(2) jiġu assoċjati mal-kont, l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont
Rapportabbli fir-rigward ta' kull Ġurisdizzjoni Rapportabbli li
għaliha jkun ġie indikat indicium, sakemm ma tagħżilx li
tapplika s-subparagrafu B(6) u waħda mill-eċċezzjonijiet f'dak
is-subparagrafu tapplika fir-rigward ta' dak il-kont. 9.
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha timplimenta proċeduri
biex tiżgura li maniġer tal-kuntatti jidentifika kwalunkwe bidla
fiċ-ċirkostanzi ta' kont. Pereżempju, jekk maniġer
tal-kuntatti jiġi nnotifikat li d-Detentur tal-Kont ikollu indirizz postali
ġdid f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti tkun meħtieġa tittratta l-indirizz il-ġdid
bħala bidla fiċ-ċirkostanzi u, jekk tagħżel li
tapplika s-subparagrafu B(6), tkun meħtieġa tikseb id-dokumentazzjoni
xierqa mingħand id-Detentur tal-Kont. D. Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali
Preeżistenti ta' Valur Għoli għandu jitlesta fi żmien sena
mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju
ffirmat fil-[XXXX].
Ir-rieżami ta' Kontijiet Individwali Preeżistenti ta' Valur Inqas
għandu jitlesta fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX]. E. Kwalunkwe Kont Individwali Preeżistenti
li jkun ġie identifikat bħala Kont Rapportabbli skont din it-Taqsima
għandu jiġi trattat bħala Kont Rapportabbli fis-snin sussegwenti
kollha, sakemm id-Detentur tal-Kont ma jibqax Persuna Rapportabbli. Taqsima IV: Diliġenza
Dovuta Għal Kontijiet Individwali Ġodda Il-proċeduri li ġejjin
japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli
fost Kontijiet Individwali Ġodda. A. Fir-rigward ta' Kontijiet Individwali
Ġodda, malli jinfetaħ il-kont, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
għandha tikseb awtoċertifikazzjoni, li tista' tkun parti
mid-dokumentazzjoni tal-ftuħ tal-kont, li tippermetti lill-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti tiddetermina r-residenza/i tad-Detentur tal-Kont
għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma r-raġonevolezza ta' tali
awtoċertifikazzjoni bbażata fuq l-informazzjoni miksuba
mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont,
inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura skont il-Proċeduri
tal-AML/KYC. B. Jekk l-awtoċertifikazzjoni tistabbilixxi
li d-Detentur tal-Kont huwa residenti għal finijiet ta' taxxa
f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli u
l-awtoċertifikazzjoni trid tinkludi wkoll in-NIT tad-Detentur tal-Kont
fir-rigward ta' tali Ġurisdizzjoni Rapportabbli (soġġett
għall-paragrafu D tat-Taqsima I) u d-data tat-twelid. C. Jekk ikun hemm bidla
fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont Individwali Ġdid li
tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf, jew li
jkollha raġuni biex tkun taf, li l-awtoċertifikazzjoni oriġinali
hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
ma tistax tiddependi fuq l-awtoċertifikazzjoni oriġinali u
għandha tikseb awtoċertifikazzjoni valida li tistabbilixxi
r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont. Taqsima V: Diliġenza
Dovuta Għal Kontijiet Ta' Entità Preeżistenti Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal
finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta'
Entità Preeżistenti. A. Kontijiet ta' Entità Mhux Meħtieġa
li Jiġu Eżaminati, Identifikati jew Rapportati. Sakemm l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti ma tiddeċidix mod ieħor, jew fir-rigward
tal-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti kollha jew, separatament,
fir-rigward ta' kwalunkwe grupp identifikat b'mod ċar ta' tali kontijiet,
Kont ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont aggregat jew b'valur
li ma jaqbiżx USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita
nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera fil-31 ta’ Diċembru
ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll
Emendatorju ffirmat fil-[XXXX],
mhuwiex meħtieġ li jiġi rieżaminat, identifikat, jew
rappurtat bħala Kont Rapportabbli sakemm il-bilanċ tal-kont aggregat
jew il-valur ma jaqbiżx dak l-ammont fl-aħħar jum ta' kwalunkwe
sena kalendarja sussegwenti. B. Kontijiet ta' Entità soġġetti
għal Eżami. Kontijiet ta' Entità Preeżistenti li għandhom
bilanċ tal-kont jew valur aggregat akbar minn USD 250 000 jew ammont
ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew
tal-Iżvizzera fil-31 ta’ Diċembru ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX], u Kontijiet ta' Entità Preeżistenti li ma
jaqbżux, fil-31 ta' Diċembru ta’ qabel id-dħul
fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat
fil-[XXXX], dak l-ammont
iżda l-bilanċ tal-kont jew il-valur aggregat tagħhom jaqbeż
tali ammont mill-aħħar jum ta' kwalunkwe sena kalendarja sussegwenti,
għandhom jiġu eżaminati skont il-proċeduri stipulati iktar
'il quddiem fil-paragrafu D. C. Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward
Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Fir-rigward tal-Kontijiet ta'
Entità Preeżistenti deskritti fil-paragrafu B, huma biss dawk il-kontijiet
li huma miżmuma minn Entità waħda jew aktar li huma Persuni
Rapportabbli, jew minn NFEs Passivi b’Persuna Kontrollanti waħda jew aktar
li jkunu Persuni Rapportabbli, li għandhom jiġu ttrattati bħala Kontijiet
Rapportabbli. D. Proċeduri ta' Rieżami biex
jiġu Identifikati Kontijiet tal-Entità li fir-Rigward Tagħhom
Jeħtieġ Rappurtar. Għall-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti
deskritti fil-paragrafu B, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha
tapplika l-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex jiġi
ddeterminat jekk il-kont huwiex miżmum minn Persuna Rapportabbli
waħda jew aktar, jew minn NFEs Passivi b’Persuna Kontrollanti waħda
jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli: 1.
Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli. a)
L-informazzjoni tal-eżami li tinżamm għal finijiet regolatorji
jew ta' kuntatt mal-klijent (inkluża informazzjoni miġbura skont
il-proċeduri tal-AML/KYC) biex jiġi ddeterminat jekk l-informazzjoni
tindikax li d-Detentur tal-Kont huwiex residenti f’Ġurisdizzjoni
Rapportabbli. Għal dan il-għan, l-informazzjoni li tindika li
d-Detentur ta' Kont ikun residenti f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli tinkludi
post ta' inkorporazzjoni jew organizzazzjoni, jew indirizz f’Ġurisdizzjoni
Rapportabbli. b)
Jekk l-informazzjoni tindika li d-Detentur ta' Kont ikun residenti
f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
għandha tittratta l-kont bħala Kont Rapportabbli sakemm ma tiksibx
awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont, jew b'mod raġonevoli
tiddetermina, abbażi tal-informazzjoni li jkollha jew li tkun pubblikament
disponibbli, li d-Detentur tal-Kont mhuwiex Persuna Rapportabbli. 2. Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva bi
Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli.
Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Preeżistenti (inkluż
Entità li tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
għandha tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva bi
Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk
kwalunkwe waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna
Rapportabbli, il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont
Rapportabbli. Meta tagħmel dawn id-determinazzjonijiet, l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi D(2)(a) sa
(c) fl-ordni l-aktar xierqa għaċ-ċirkostanzi. a) Determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx NFE
Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont
ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tikseb
awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont biex jiġi
stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma tiddeterminax b'mod raġonevoli
abbażi ta' informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament
disponibbli, li d-Detentur tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni
Finanzjarja li ma tkunx Entità tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu
A(6)(b) tat-Taqsima VIII li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti
tal-Ġurisdizzjoni. b) Id-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur
tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta'
Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq
l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri
tal-AML/KYC. c) Id-determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta'
NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għall-finijiet tad-determinazzjoni
dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli,
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq: i. informazzjoni miġbura u miżmuma skont
il-Proċeduri tal-AML/KYC fil-każ ta' Kont ta' Entità
Preeżistenti miżmum minn NFE waħda jew aktar b'bilanċ jew
valur aggregat tal-kont li ma jaqbiżx USD 1 000 000, jew ammont
ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew
tal-Iżvizzera; jew ii.
awtoċertifikazzjoni mid-Detentur tal-Kont jew tali Persuna Kontrollanti
tal-ġurisdizzjoni(jiet) (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew
ġurisdizzjonijiet oħrajn) fejn il-Persuna Kontrollanti tkun residenti
għal finijiet ta' taxxa. E. It-twaqqit taż-żmien tar-Rieżami u ta' Proċeduri
Addizzjonali Applikabbli għall-Kontijiet tal-Entità Preeżistenti. 1. L-eżami ta'
Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur aggregat
li jaqbeż USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita
nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, fil-31 ta’
Diċembru ta’ qabel id-dħul fis-seħħ
tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX], irid jitlesta fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ.
2. L-eżami ta'
Kontijiet ta' Entità Preeżistenti b'bilanċ tal-kont jew valur
aggregat li ma jaqbiżx USD 250 000 jew ammont ekwivalenti denominat
fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, fil-31 ta’
Diċembru ta’ qabel id-dħul fis-seħħ
tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX], iżda li jaqbeż dak l-ammont mill-31 ta'
Diċembru ta' sena sussegwenti, irid jitlesta fis-sena kalendarja ta' wara
s-sena li fiha l-bilanċ jew valur aggregat tal-kont jaqbeż tali
ammont. 3. Jekk
isseħħ bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward ta' Kont ta'
Entità Preeżistenti li bħala riżultat tagħha l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti ssir taf, jew ikollha raġuni li tkun taf, li
l-awtoċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni oħra assoċjata ma'
kont hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti għandha terġa' tiddetermina l-istatus tal-kont skont
il-proċeduri stipulati fil-paragrafu D. Taqsima VI: Diliġenza
Dovuta għal Kontijiet ta' Entità Ġodda Il-proċeduri
li ġejjin japplikaw għal finiijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet
Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Ġodda. A. Proċeduri ta'
Rieżami biex jiġu Identifikati Kontijiet ta' Entità li fir-Rigward
Tagħhom Hu Meħtieġ Rappurtar. Għal Kontijiet ta' Entità
Ġodda, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika
l-proċeduri ta' eżami li ġejjin biex jiġi determinat jekk
il-kont ikunx miżmum minn Persuna Rapportabbli waħda jew aktar, jew
minn NFEs Passivi b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni
Rapportabbli: 1. Id-Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità Tkunx Persuna Rapportabbli. a) Għandha tinkiseb awtoċertifikazzjoni, li
tista' tkun parti mid-dokumentazzjoni għall-ftuħ tal-kont, li biha
l-Istituzzjoni finanzjarja Rapportanti tkun tista' tiddetermina r-residenza(i)
tad-Detentur tal-Kont għal finijiet ta' taxxa u tikkonferma
r-raġonevolezza ta' tali awtoċertifikazzjoni abbażi
tal-informazzjoni miksuba mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti b'rabta
mal-ftuħ tal-kont, inkluża kwalunkwe dokumentazzjoni miġbura
skont il-Proċeduri tal-AML/KYC. Jekk l-entità tiċċertifika li ma
għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq l-indirizz
tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità biex tiġi determinata
r-residenza tad-Detentur tal-Kont. b) Jekk l-awtoċertifikazzjoni tindika li d-Detentur
ta' Kont ikun residenti f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli, l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti għandha tittratta l-kont bħala Kont
Rapportabbli, sakemm hija ma tiddeterminax b'mod raġonevoli abbażi
tal-informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun disponibbli pubblikament,
li d-Detentur tal-Kont huwa Persuna Rapportabbli fir-rigward ta' tali
Ġurisdizzjoni Rapportabbli. 2. Id-Determinazzjoni Dwar Jekk l-Entità tkunx NFE Passiva
b'Persuna Kontrollanti Waħda jew Aktar li Jkunu Persuni Rapportabbli.
Fir-rigward ta' Detentur ta' Kont ta' Entità Ġdid (inkluż Entità li
tkun Persuna Rapportabbli), l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha
tiddetermina jekk id-Detentur tal-Kont huwiex NFE Passiva b'Persuna
Kontrollanti waħda jew aktar li jkunu Persuni Rapportabbli. Jekk kwalunkwe
waħda mill-Persuni Kontrollanti ta' NFE Passiva tkun Persuna Rapportabbli,
il-kont għandu jiġi ttrattat bħala Kont Rapportabbli. Meta
tagħmel dawn id-determinazzjonijiet l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
għandha ssegwi l-gwida fis-subparagrafi A(2)(a) sa (c) fl-ordni l-aktar
xierqa għaċ-ċirkostanzi. a) Id-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur tal-Kont ikunx
NFE Passiva. Għall-finijiet tad-determinazzjoni dwar jekk id-Detentur
tal-Kont ikunx NFE Passiva, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha
toqgħod fuq awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont
biex jiġi stabbilit l-istatus tiegħu, sakemm ma jkollhiex
informazzjoni fil-pussess tagħha jew li tkun pubblikament disponibbli, li
abbażi tagħha tista' tiddetermina b'mod raġonevoli li d-Detentur
tal-Kont ikun NFE Attiva jew Istituzzjoni Finanzjarja li ma tkunx Entità
tal-Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) tat-Taqsima VIII li ma tkunx
Istituzzjoni Finanzjarja ta’ Ġurisdizzjoni Parteċipanti. b) Id-Determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta' Detentur
tal-Kont. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Persuni Kontrollanti ta'
Detentur tal-Kont, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq
l-informazzjoni miġbura u miżmuma skont il-Proċeduri
tal-AML/KYC. c) Id-Determinazzjoni dwar jekk Persuna Kontrollanti ta'
NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli. Għal finijiet tad-determinazzjoni
dwar jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva tkunx Persuna Rapportabbli,
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' toqgħod fuq
awtoċertifikazzjoni mingħand id-Detentur tal-Kont jew tali Persuna
Kontrollanti. Taqsima VII:
Regoli Speċjali Dwar id-Diliġenza Dovuta Ir-regoli
addizzjonali li ġejjin japplikaw fl-implimentazzjoni tal-proċeduri
ta' diliġenza dovuta deskritti hawn fuq: A. Dipendenza fuq Awtoċertifikazzjonijiet u
Evidenza Dokumentata. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax
toqgħod fuq l-awtoċertifikazzjoni jew fuq l-Evidenza Dokumentata jekk
l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf jew għandha raġuni
biex tkun taf li l-awtoċertifikazzjoni jew l-Evidenza Dokumentata hija
żbaljata jew mhux affidabbli. B. Proċeduri alternattivi għal
Kontijiet Finanzjarji Miżmuma minn Benefiċjarji Individwali ta'
Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju u
għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt
ta' Vitalizju ta' Grupp. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista'
tippreżumi li benefiċjarju individwali (għajr is-sid) ta'
Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju li
jirċievi benefiċċju tal-mewt ma jkunx Persuna Rapportabbli u
tista' tittratta tali Kont Finanzjarju bħala differenti minn Kont Rapportabbli
sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ikollha għarfien dwar
il-fatt, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li l-benefiċjarju jkun
Persuna Rapportabbli. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollha raġuni
biex tkun taf li benefiċjarju ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi
Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju jkun Persuna Rapportabbli jekk l-informazzjoni
miġbura mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti u assoċjata
mal-benefiċjarju jkun fiha indicia kif deskritt fil-paragrafu B
tat-Taqsima III. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun taf
biċ-ċert, jew ikollha raġuni biex tkun taf, li
l-benefiċjarju jkun Persuna Rapportabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti għandha ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu B
tat-Taqsima III. Stat Membru jew
l-Iżvizzera għandu jkollhom l-għażla li jippermettu
lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti jittrattaw Kont Finanzjarju li
jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta'
Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp bħala Kont Finanzjarju li ma
jkunx Kont Rapportabbli qabel id-data li fiha jkun pagabbli ammont
lill-impjegat/lid-detentur taċ-ċertifikat jew lill-benefiċjarju,
jekk il-Kont Finanzjarju li jkun l-interess ta' membru f'Kuntratt
tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju ta'
Grupp jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: a) il-Kuntratt
tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp jew Kuntratt ta' Vitalizju
jinħareġ lil impjegatur u jkopri 25 impjegat/detentur ta'
ċertifikat jew aktar; b) l-impjegat/id-detenturi
ta' ċertifikat huma intitolati li jirċievu kwalunkwe valur
tal-kuntratt relatat mal-interessi tagħhom u li jinnominaw
benefiċjarji għall-benefiċċju pagabbli mal-mewt
tal-impjegat; u c) l-ammont aggregat
pagabbli lil kwalunkwe impjegat/detentur taċ-ċertifikat jew
benefiċjarju ma jaqbiżx USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti
denominat fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew l-Iżvizzera. ‘Kuntratt
tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus ta' Grupp’ tfisser Kuntratt
tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus li (i) jipprovdi kopertura għal
individwi li jkunu affiljati permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni
kummerċjali, union tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp
ieħor; u li (ii) jimponi primjum fuq kull membru tal-grupp (jew membru ta'
klassi fi ħdan grupp) li jkun determinat bla ma jiġu kkunsidrati
l-karatteristiki individwali tas-saħħa għajr l-età, is-sess, u
d-drawwiet tat-tipjip ta' membru (jew klassi ta' membri) tal-grupp. ‘Kuntratt ta' Vitalizju ta' Grupp’ tfisser Kuntratt
ta' Vitalizju skont liema l-interessati huma individwi li jkunu affiljati
permezz ta' impjegatur, assoċjazzjoni kummerċjali, union
tal-ħaddiema, jew assoċjazzjoni jew grupp ieħor. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat
fil-[XXXX], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-iżvizzera u
l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk
eżerċitawx l-opzjoni prevista f’dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni
Ewropea tista’ tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand
l-Istati Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha
tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati
Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta’ dik
l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha
tiġi kkomunikata bl-istess mod. C. Aggregat tal-Bilanċ tal-Kont u Regoli tal-Munita. 1.
Aggregat ta' Kontijiet Individwali. Bl-għan li jiġi ddeterminat
il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma
minn individwu, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li
tiġbor flimkien il-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma
mill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda
biss sa fejn is-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti jkollhom konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta'
referenza għal element ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li
jippermettu li l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull
detentur ta' Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu
jiġi attribwit il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju
miżmum b'mod konġunt għall-fini li jiġu applikati
r-rekwiżiti ta' aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu. 2.
Aggregazzjoni tal-Kontijiet ta' Entità. Bl-għan li jiġi determinat
il-bilanċ jew il-valur aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma
minn Entità, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha l-obbligu li
tikkunsidra l-Kontijiet Finanzjarji kollha miżmuma mill-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti, jew minn Entità Relatata, iżda biss sal-punt li
s-sistemi kompjuterizzati tal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jkollhom
konnessjoni mal-Kontijiet Finanzjarji permezz ta' referenza għal element
ta' data bħal numru tal-klijent jew NIT, u li jippermettu li
l-bilanċi jew il-valuri tal-kont jiġu aggregati. Kull detentur ta'
Kont Finanzjarju miżmum b'mod konġunt għandu jiġi attribwit
il-bilanċ jew il-valur totali tal-Kont Finanzjarju miżmum b'mod
konġunt għall-fini li jiġu applikati r-rekwiżiti ta'
aggregazzjoni deskritti f'dan is-subparagrafu. 3.
Regola ta' Aggregazzjoni Speċjali Applikabbli għal Maniġers
tal-Kuntatti. Bl-għan li jiġi ddeterminat il-bilanċ jew il-valur
aggregat ta' Kontijiet Finanzjarji miżmuma minn persuna biex jiġi
ddeterminat jekk Kont Finanzjarju huwiex Kont ta' Valur Għoli,
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha wkoll, fil-każ ta'
kwalunkwe Kont Finanzjarju li dwaru maniġer tal-kuntatti jkun jaf jew
ikollu raġuni biex ikun jaf, li dan ikun jappartjeni b'mod dirett jew
indirett lil, jew li jkun ikkontrollat, jew stabbilit (ħlief
f'kapaċità fiduċjarja) mill-istess persuna, tiġbor flimkien dawn
il-kontijiet kollha. 4.
Ammonti Moqrija bħala li Jinkludu l-Ekwivalenti f'Muniti Oħra.
L-ammonti kollha denominati fil-munita nazzjonali ta' kull Stat Membru jew
tal-Iżvizzera għandhom jinqraw bħala li jinkludu ammonti
ekwivalenti f'muniti oħrajn, kif iddeterminat mil-liġijiet
nazzjonali. Taqsima VIII: Termini Mfissra Id-definizzjonijiet
li ġejjin għandhom it-tifsiriet stipulati hawn taħt: A. Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti 1.
“Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti” tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja
ta' Stat Membru jew Istituzzjoni Finanzjarja Żvizzera, skont kif jitlob
il-kuntest, li mhijiex Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti. 2.
“Istituzzjoni Finanzjarja ta’ Ġurisdizzjoni Parteċipanti” tfisser (i)
kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li hija residenti f'Ġurisdizzjoni
Parteċipanti, iżda t-terminu jeskludi kwalunkwe fergħa ta' dik
l-Istituzzjoni Finanzjarja li tinsab barra dik il-Ġurisdizzjoni
Parteċipanti, u (ii) kwalunkwe fergħa ta' Istituzzjoni Finanzjarja li
mhijiex residenti f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti, jekk dik
il-fergħa tkun tinsab f'dik il-Ġurisdizzjoni Parteċipanti. 3.
“Istituzzjoni Finanzjarja” ffisser Istituzzjoni ta' Kustodja, Istituzzjoni
Depożitorja, Entità ta' Investiment, jew Kumpanija tal-Assigurazzjoni
Speċifikata. 4.
“Istituzzjoni ta’ Kustodja” tfisser Entità li żżomm Assi Finanzjarji
akkont ta' oħrajn bħala porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha.
Entità żżomm Assi Finanzjarji akkont ta' oħrajn bħala
porzjon sostanzjali tan-negozju tagħha jekk l-introjtu gross tal-Entità
attribwibbli għaż-żamma ta' Assi Finanzjarji u servizzi
finanzjarji relatati jkun ugwali jew jaqbeż l-20 % tal-introjtu gross
tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i) il-perjodu ta' tliet snin li
jintemm fil-31 ta' Diċembru (jew l-aħħar jum ta' perjodu
tal-kontabilità ta' sena mhux kalendarja) qabel is-sena li fiha ssir
id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu l-Entità tkun ilha
teżisti. 5.
“Istituzzjoni Depożitorja” tfisser kwalunkwe Entità li taċċetta
depożiti bħala parti mit-twettiq ordinarju ta' negozju bankarju jew
ta' negozju simili. 6.
“Entità tal-Investiment” tfisser kwalunkwe entità: a) li primarjament twettaq bħala negozju wieħed
jew aktar mill-attivitajiet jew operazzjonijiet li ġejjin għal jew
f'isem klijent: i. kummerċ fi strumenti tas-suq monetarju
(ċekkijiet, kambjali, ċertifikati tad-depożitu, derivati,
eċċ.); kambju barrani, kambju, rati tal-imgħax u strumenti
tal-indiċi; titoli trasferibbli; jew negozju f'futuri tal-komoditajiet; ii. ġestjoni individwali jew kollettiva ta'
portafolji; jew iii. investiment, amministrar, jew maniġġar mod
ieħor ta' Assi Finanzjarji jew flus f'isem persuni oħra; jew b)
li l-introjtu gross tagħha jkun attribwibbli primarjament
għall-investiment, l-investiment mill-ġdid jew in-negozjar f’Assi
Finanzjarji, jekk l-Entità hija ġestita minn Entità oħra li tkun
Istituzzjoni Depożitorja, Istituzzjoni ta' Kustodja, Kumpanija
tal-Assigurazzjoni Speċifikata, jew Entità tal-Investiment kif deskritt
fis-subparagrafu A(6)(a). Entità tiġi
trattata bħala li primarjament tkun qed tmexxi bħala negozju
waħda jew aktar mill-attivitajiet tagħha deskritti fis-subparagrafu
A(6)(a), jew introjtu gross ta' Entità jiġi primarjament attribwibbli għal
investiment, investiment mill-ġdid, jew negozju f'Assi Finanzjarji
għall-finijiet tas-subparagrafu A(6)(b), jekk l-introjtu gross tal-Entità
attribwibbli għall-attivitajiet rilevanti jkun ugwali jew jaqbeż
il-50 % tal-introjtu gross tal-Entità matul l-iqsar wieħed minn: (i)
il-perjodu ta' tliet snin li jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta'
qabel is-sena li fiha ssir id-determinazzjoni; jew (ii) il-perjodu li matulu
l-Entità tkun ilha teżisti. “Entità tal-Investiment” ma tinkludix Entità
li tkun NFE Attiva għaliex dik l-Entità tissodisfa kwalunkwe kriterju
fis-subparagrafi D(8)(d) sa (g). Dan il-paragrafu
għandu jiġi interpretat b'mod konsistenti mal-lingwaġġ
simili stipulat fid-definizzjoni ta' “istituzzjoni finanzjarja”
fir-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja. 7.
It-terminu “Assi Finanzjarju” jinkludi titolu (pereżempju, sehem minn
stokk f'korporazzjoni; sħubija jew interess fuq sjieda benefiċjarja
fi sħubija jew fiduċjarja korporattiva miżmuma b'mod wiesa' jew
innegozjata pubblikament; kambjala, bond, obbligazzjoni, jew evidenza oħra
ta' pożizzjoni ta' dejn), interess fi sħubija, prodotti, swap
(pereżempju, swaps tar-rata ta' interess, swaps ta' munita, basis swaps,
limiti fuq ir-rati ta' imgħax, rati ta' imgħax minimi (interest rate
floors), swaps ta' komoditajiet, swaps ta' ekwità, swaps tal-indiċi ta'
ekwità, u ftehimiet simili), Kuntratt tal-Assigurazzjoni jew Kuntratt ta'
Vitalizju, jew kwalunkwe interess (inkluż kuntratt tal-futuri jew forward,
jew opzjoni forward) f'titolu, interess fi sħubija, prodott, swap,
Kuntratt tal-Assigurazzjoni, jew Kuntratt ta' Vitalizju. It-terminu “Assi
Finanzjarju” ma jinkludix interess dirett mingħajr dejn fi proprjetà
immobbli. 8.
“Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata” tfisser Entità li tkun
kumpanija tal-assigurazzjoni (jew il-kumpanija azzjonarja ta' kumpanija
tal-assigurazzjoni) li toħroġ, jew li tkun obbligata tagħmel
pagamenti fir-rigward ta', Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew
Kuntratt ta' Vitalizju. B. Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti 1. “Istituzzjoni
Finanzjarja Nonrapportanti” tfisser kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja li tkun:
a)
Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali,
ħlief fir-rigward ta' pagament li huwa derivat minn obbligu li jkun hemm
f'konnessjoni ma' attività finanzjarja kummerċjali tat-tip li tkun attiva
fiha Kumpanija tal-Assigurazzjoni Speċifikata, Istituzzjoni ta' Kustodja,
jew Istituzzjoni Depożitorja; b)
Fond għall-Irtirar b’Parteċipazzjoni Wiesgħa; Fond għall-Irtirar
b’Parteċipazzjoni Limitata; Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità
Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali; jew
Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu; c)
kwalunkwe Entità oħra li tippreżenta riskju baxx li tintuża
għall-evażjoni tat-taxxa, b'karatteristiki sostanzjalment simili
għal kwalunkwe waħda mill-Entitajiet deskritti fis-subparagrafi
B(1)(a) u (b), u li hija definita fil-liġijiet nazzjonali bħala
Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti, u, fil-każ tal-Istati Membri,
hija pprovduta fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar
il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikata
lill-Iżvizzera u fil-każ tal-Iżvizzera, hija kkomunikata
lill-Kummissjoni Ewropea, sakemm l-istatus ta' tali Entità bħala
Istituzzjoni Finanzjarja Nonrapportanti ma jfixkilx l-għanijiet ta' dan
il-Ftehim; d)
Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat; jew e)
trust sal-punt li l-fiduċjarju tat-trust ikun Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti u jirrapporta l-informazzjoni kollha li għandha tiġi
rrappurtata skont it-Taqsima I fir-rigward tal-Kontijiet Rapportabbli kollha
tat-trust. 2. “Entità Governattiva” tfisser il-gvern ta' Stat Membru,
tal-Iżvizzera jew ta’ ġurisdizzjoni oħra, kwalunkwe
suddiviżjoni politika ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta’
ġurisdizzjoni oħra (li, biex jiġi evitat id-dubju, jinkludi
stat, provinċja, kontea, jew muniċipalità), jew kwalunkwe
aġenzija jew mezz strumentali akkwiżita totalment ta' Stat Membru,
tal-Iżvizzera jew ta’ ġurisdizzjoni oħra jew ta' kwalunkwe
wieħed jew iktar ta' dan ta' qabel (kull waħda minnhom, “Entità
Governattiva”). Din il-kategorija hi magħmula mill-partijiet integrali,
l-entitajiet ikkontrollati, u s-suddiviżjonijiet politiċi ta' Stat
Membru, tal-Iżvizzera jew ta’ ġurisdizzjoni oħra. a)
“Parti integrali” ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta’
ġurisdizzjoni oħra tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni,
aġenzija, bureau, fond, strument, jew korp ieħor, jissemma kif
jissemma, li jikkostitwixxi awtorità governattiva ta' Stat Membru,
tal-Iżvizzera jew ta’ ġurisdizzjoni oħra. Il-qligħ nett
tal-awtorità governattiva għandu jiġi akkreditat lill-kont proprju
jew lil kontijiet oħra tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew ta’ ġurisdizzjoni
oħra, u ebda sehem ma għandu jkun għall-benefiċċju ta'
xi persuna privata. Parti integrali ma tinkludi ebda individwu li huwa sovran,
uffiċjal, jew amministratur li jaġixxi f'kapaċità privata jew
personali. b)
‘Entità kkontrollata’ tfisser Entità li fil-forma tagħha hija separata
mill-Istat Membru, mill-Iżvizzera jew minn ġurisdizzjoni oħra,
jew li inkella tikkostitwixxi entità ġuridika separata, diment li: i.
l-Entità hija akkwiżita totalment u hija kkontrollata direttament minn
Entità Governattiva waħda jew aktar, jew minn entità kkontrollata
waħda jew aktar; ii.
il-qligħ nett tal-Entità jkun akkreditat fil-kont proprju jew
fil-kontijiet ta' Entità Governattiva waħda jew aktar, filwaqt li ebda
sehem tal-introjtu tagħha ma għandu jkun
għall-benefiċċju ta' xi persuna privata; u iii.
mal-likwidazzjoni, l-assi tal-Entità huma vestiti f'Entità Governattiva
waħda jew aktar. c) L-introjtu ma jkunx għall-benefiċċju ta'
persuni privati jekk tali persuni jkunu l-benefiċjarji intenzjonati ta'
programm governattiv, u l-attivitajiet tal-programm jitwettqu
għall-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-benesseri komuni jew
jirrigwardaw l-amministrazzjoni ta' xi fażi tal-gvern. Minkejja dan ta'
hawn fuq, l-introjtu jitqies bħala li jkun għall-benefiċċju
ta' persuni privati jekk l-introjtu jkun derivat mill-użu ta' Entità
Governattiva għat-tmexxija ta' negozju kummerċjali, bħal negozju
bankarju kummerċjali, li jipprovdi servizzi finanzjarji lil persuni
privati. 3. “Organizzazzjoni Internazzjonali” tfisser kwalunkwe
organizzazzjoni internazzjonali jew aġenzija akkwiżita totalment jew
mezz strumentali tagħha. Din il-kategorija tinkludi kull organizzazzjoni
intergovernattiva (inkluża organizzazzjoni supranazzjonali) (1) li hi
primarjament magħmula minn gvernijiet; (2) li għandha fil-fatt
kwartieri ġenerali jew ftehim sostanzjalment simili mal-Istat Membru,
mal-Iżvizzera jew mal-ġurisdizzjoni l-oħra; u (3) li l-introjtu
tagħha ma jkunx għall-benefiċċju ta' persuni privati. 4. “Bank Ċentrali” tfisser istituzzjoni li,
bil-liġi jew sanzjoni tal-gvern, hija l-awtorità prinċipali, minbarra
l-gvern tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew tal-ġurisdizzjoni
l-oħra stess, li toħroġ strumenti maħsuba biex
jiċċirkolaw bħala munita. Tali istituzzjoni tista' tinkludi
strument li jkun separat mill-gvern tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew
tal-ġurisdizzjoni l-oħra, irrispettivament minn jekk tkunx
akkwiżita totalment jew parzjalment mill-Istat Membru, mill-Iżvizzera
jew mill-ġurisdizzjoni l-oħra. 5. “Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni
Wiesgħa” tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji
għal irtirar, diżabbiltà, jew mewt, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta'
dawn, għal benefiċjarji li attwalment huma, jew qabel kienu,
impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta' wieħed jew aktar
impjegaturi f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija, sakemm il-fond:
a)
ma jkollux benefiċjarju wieħed bi dritt għal aktar minn 5 %
tal-assi tal-fond; b)
huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u jipprovdi
r-rappurtar ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa; u c)
jissodisfa mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin: i.
il-fond ġeneralment huwa eżentat mit-taxxa fuq l-introjtu
mill-investiment, jew it-tassazzjoni ta' tali introjtu tkun differita jew
intaxxata b'rata mnaqqsa, minħabba l-istatus tiegħu ta' pjan
tal-irtirar jew tal-pensjoni; ii.
il-fond jirċievi tal-anqas 50 % tat-total ta' kontribuzzjonijiet
tiegħu (minbarra trasferimenti ta' assi minn pjanijiet oħra deskritti
fis-subparagrafi B(5) sa (7) jew minn kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni
deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)) mill-impjegaturi li jkun qed jisponsorjaw;
iii.
id-distribuzzjonijiet jew il-ġbid ta' flus mill-fond huma permessi biss
meta jseħħu avvenimenti speċifiċi relatati ma' rtirar,
diżabbiltà, jew mewt (ħlief għal distribuzzjonijiet imġedda
għal fondi oħrajn tal-irtirar deskritti fis-subparagrafi B(5) sa (7)
jew kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti fis-subparagrafu C(17)(a)),
jew japplikaw penali għal distribuzzjonijiet jew għal ġbid ta'
flus li jseħħu qabel tali avvenimenti speċifikati; jew iv.
il-kontribuzzjonijiet (minbarra ċerti kontribuzzjonijiet make-up li jkunu
permessi) mill-impjegati għall-fond huma limitati b'referenza
għall-introjtu ggwadanjat tal-impjegat, jew ma jistgħux ikunu ta'
aktar minn USD 50 000 fis-sena, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita
nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, bl-applikazzjoni
tar-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII
għall-aggregazzjoni tal-kont u tal-qlib tal-munita. 6. “Fond għall-Irtirar bi Parteċipazzjoni
Limitata” tfisser fond stabbilit biex jipprovdi benefiċċji għal
irtirar, diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji li attwalment huma,
jew qabel kienu, impjegati (jew persuni maħtura minn dawn l-impjegati) ta'
sid wieħed jew aktar f'konsiderazzjoni għal servizzi mogħtija,
sakemm: a)
il-fond ikollu inqas minn 50 parteċipant; b)
il-fond huwa sponsorjat minn wieħed jew aktar impjegaturi li mhumiex
Entitajiet tal-Investiment jew NFEs passivi; c)
il-kontribuzzjonijiet tal-impjegati u ta' impjegatur għall-fond (għajr
trasferimenti ta' assi minn kontijiet ta' rtirar u tal-pensjoni deskritti
fis-subparagrafu C(17)(a)) huma limitati b'referenza għall-introjtu
ggwadanjat u l-kumpens tal-impjegati, rispettivament; d)
il-parteċipanti li mhumiex residenti tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat
Membru jew l-Iżvizzera) li fiha huwa stabbilit il-fond mhumiex intitolati
għal aktar minn 20 % tal-assi tal-fond; u e)
il-fond huwa soġġett għal regolamentazzjoni mill-gvern u
jipprovdi r-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa. 7. “Fond għall-Pensjonijiet ta' Entità Governattiva,
Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank Ċentrali” tfisser fond stabbilit
minn Entità Governattiva, Organizzazzjoni Internazzjonali jew Bank
Ċentrali għall-provvediment ta' benefiċċji għal irtirar,
diżabbiltà, jew mewt lil benefiċjarji jew parteċipanti li
attwalment huma, jew qabel kienu impjegati (jew persuni maħtura minn dawn
l-impjegati), jew li attwalment mhumiex, jew qabel ma kinux impjegati, jekk
il-benefiċċji pprovduti lil tali benefiċjarji jew
parteċipanti huma b'konsiderazzjoni ta' servizzi personali mwettqa
għall-Entità Governattiva, l-Organizzazzjoni Internazzjonali jew il-Bank
Ċentrali. 8. “Emittent Kwalifikat tal-Karti ta' Kreditu” tfisser
Istituzzjoni Finanzjarja li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: a)
l-Istituzzjoni Finanzjarja tkun Istituzzjoni Finanzjarja unikament għaliex
tkun emittenti ta' karti tal-kreditu li taċċetta depożiti biss
meta konsumatur jagħmel pagament f'eċċess ta' bilanċ dovut
fir-rigward tal-karta u l-pagament żejjed ma jiġix irritornat
lill-klijent immedjatament; u b)
mad-dħul fis-seħħ, jew qabel id-dħul fis-seħħ
tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX], l-Istituzzjoni Finanzjarja
timplimenta politiki u proċeduri jew biex timpedixxi lil klijent milli
jagħmel pagament żejjed ogħla minn USD 50 000 jew ta' ammont
ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew
tal-Iżvizzera, jew biex tiżgura li kwalunkwe pagament żejjed ta'
klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas lura lill-klijent fi
żmien 60 jum, filwaqt li f'kull każ tapplika r-regoli stipulati iktar
'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal aggregazzjoni
tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini, pagament żejjed
ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi tal-kreditu sal-punt ta'
imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi tal-kreditu li
jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija. 9.
“Veikolu ta' Investiment Kollettiv Eżentat” tfisser Entità tal-Investiment
li tkun regolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv, sakemm l-interessi
kollha fil-veikolu ta' investiment kollettiv huma miżmuma minn jew permezz
ta' individwi jew Entitajiet li ma jkunux Persuni Rapportabbli, ħlief NFE
Passiva b'Persuni li Jikkontrollaw li jkunu Persuni Rapportabbli. Entità tal-Investiment
li hija rregolata bħala veikolu ta' investiment kollettiv ma
għandhiex ma tikkwalifikax skont is-subparagrafu B(9) bħala Veikolu
ta' Investiment Kollettiv Eżentat, unikament minħabba li l-veikolu
ta' investiment kollettiv ikun ħareġ ishma fiżiċi f'forma
ta' portatur, sakemm: a)
il-veikolu ta' investiment kollettiv, ma jkunx ħareġ, u ma
joħroġx, xi ishma fiżiċi f’forma ta’ portatur wara l-31 ta’
Diċembru ta’ qabel id-dħul fis-seħħ
tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX]; b)
il-veikolu ta' investiment kollettiv jirtira l-ishma kollha ta' dan it-tip
maċ-ċessjoni; c)
il-veikolu ta' investiment kollettiv iwettaq il-proċeduri ta'
diliġenza dovuta stipulati iktar 'il quddiem fit-Taqsimiet II sa VII u
jirrapporta kwalunkwe informazzjoni li għandha tiġi rrapportata fir-rigward
ta' kwalunkwe sehem bħal dan meta tali ishma jkunu ppreżentati
għal amortizzazzjoni jew pagament ieħor; u d)
il-veikolu ta' investiment kollettiv ikollu fis-seħħ politiki u
proċeduri biex jiġi żgurat li tali ishma jinfdew jew jiġu
mmobilizzati kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien
sentejn mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll
Emendatorju ffirmat fil-[XXXX]. C. Kont Finanzjarju 1. “Kont Finanzjarju” tfisser kont miżmum minn Istituzzjoni
Finanzjarja, u t-terminu jinkludi Kont Depożitarju, Kont ta' Kustodja u: a)
fil-każ ta' Entità tal-Investiment, kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta'
dejn fl-Istituzzjoni Finanzjarja. Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu “Kont
Finanzjarju” ma jinkludi l-ebda interess fuq ekwità jew dejn f'Entità li tkun
Entità tal-Investiment unikament minħabba li (i) tagħti pariri dwar
l-investiment, u taġixxi f'isem, jew (ii) timmaniġġja portafolji
għal klijent u taġixxi f'ismu għall-finijiet ta' investiment,
maniġġjar, jew amministrar ta' Assi Finanzjarji depożitati f'isem
il-klijent ma' Istituzzjoni Finanzjarja għajr dik l-Entità; b)
fil-każ ta' Istituzzjoni Finanzjarja mhux deskritta fis-subparagrafu
C(1)(a), kwalunkwe interess ta' ekwità jew ta' dejn fl-Istituzzjoni
Finanzjarja, jekk il-klassi ta' interessi kienet stabbilita għall-fini li
jiġi evitat ir-rappurtar li għandu jsir skont it-Taqsima I; u c)
kwalunkwe Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u kwalunkwe Kuntratt ta'
Vitalizju maħruġ jew miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja,
għajr annwalità immedjata tal-ħajja mhux marbuta ma' investiment u
mhux trasferibbli li tinħareġ lil individwu u tiffissa l-valur fi
flus ta' pensjoni jew benefiċċju ta' diżabbiltà previst
bħala parti minn kont li jkun Kont Eskluż. It-terminu “Kont
Finanzjarju” ma jinkludi l-ebda kont li jkun Kont Eskluż. 2. It-terminu “Kont Depożitarju” jinkludi kwalunkwe
kont kummerċjali, taċ-ċekkijiet, ta' tifdil, fiss, jew thrift,
jew kont li huwa evidenzjat minn ċertifikat ta' depożitu,
ċertifikat ta' tifdil għall-irtirar, ċertifikat ta' investiment,
ċertifikat ta' dejn, jew strument ieħor simili miżmum minn
Istituzzjoni Finanzjarja matul negozju ordinarju bankarju jew wieħed
simili. Kont Depożitarju jinkludi wkoll ammont miżmum minn kumpanija
tal-assigurazzjoni skont kuntratt ta' investiment garantit jew ftehim simili
biex jitħallas jew jiġi akkreditat interess fuqu. 3. “Kont ta' Kustodja” tfisser kont (minbarra Kuntratt ta'
Assigurazzjoni jew Kuntratt ta' Vitalizju) li jkollu Assi Finanzjarju
wieħed jew aktar għall-benefiċċju ta' persuna oħra. 4. “Interess fuq Ekwità”, fil-każ ta' sħubija li
hija Istituzzjoni Finanzjarja, tfisser jew interess fuq kapital jew interess
fuq il-qligħ fi sħubija. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni
Finanzjarja, interess fuq Ekwità hu meqjus li jkun miżmum minn kwalunkwe
persuna ttrattata bħala settlor jew benefiċjarju tat-trust kollha jew
ta' parti minnha, jew kwalunkwe persuna fiżika oħra li
teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust. Persuna
Rapportabbli tiġi ttrattata bħala benefiċjarju ta' trust jekk
tali Persuna Rapportabbli jkollha d-dritt li tirċievi direttament jew
indirettament (pereżempju, permezz ta' nominat) distribuzzjoni mandatorja
jew tista' tirċievi, direttament jew indirettament, distribuzzjoni
diskrezzjonarja mit-trust. 5. “Kuntratt ta' Assigurazzjoni” tfisser kuntratt (minbarra
Kuntratt ta' Vitalizju) skont liema l-emittent jaqbel li jħallas ammont
mal-okkorrenza ta' kontinġenza speċifikata li tinvolvi mortalità,
morbożità, inċident, responsabbiltà, jew riskju tal-proprjetà. 6. “Kuntratt ta' Vitalizju” tfisser kuntratt li bih
l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal perjodu ta' żmien
determinat bis-sħiħ jew b'mod parzjali b'referenza
għall-istennija tal-ħajja ta' individwu wieħed jew aktar.
It-terminu jinkludi wkoll kuntratt li huwa meqjus bħala kull Kuntratt ta'
Vitalizju skont il-liġi, ir-regolament jew il-prattika
tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew
ġurisdizzjoni oħra) li fiha nħareġ il-kuntratt, u li skont
liema l-emittent jaqbel li jagħmel pagamenti għal terminu ta' snin. 7. “Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus” tfisser
Kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tar-riassigurazzjoni ta'
indennizz bejn żewġ kumpanniji tal-assigurazzjoni) li għandu
Valur fi Flus. 8. “Valur fi Flus” tfisser l-ikbar minn (i) l-ammont li
d-detentur tal-polza huwa intitolat li jirċievi meta sseħħ
iċ-ċessjoni jew it-terminazzjoni tal-kuntratt (determinat
mingħajr tnaqqis għal kwalunkwe ħlas
għaċ-ċediment jew self għall-polza), u (ii) l-ammont li
d-detentur tal-polza jista' jissellef skont jew fir-rigward tal-kuntratt.
Minkejja dan ta' hawn fuq, it-terminu “Valur fi Flus” ma jinkludix ammont
pagabbli skont Kuntratt tal-Assigurazzjoni: a)
unikament minħabba l-mewt ta' individwu assigurat skont kuntratt
tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja; b)
bħala benefiċċju għal korriment personali jew
għall-mard jew bħala benefiċċju ieħor li jipprovdi
indennizz ta' telf ekonomiku mġarrab malli jseħħ l-avveniment
kopert mill-assigurazzjoni; c)
bħala rifużjoni ta' primjum imħallas qabel (nieqes l-ispiża
tal-ħlasijiet tal-assigurazzjoni kemm jekk attwalment imposti jew le)
skont kuntratt tal-Assigurazzjoni (minbarra kuntratt tal-assigurazzjoni fuq
il-ħajja marbut ma' investiment jew kuntratt ta' Vitalizju) minħabba
kanċellazzjoni jew terminazzjoni tal-kuntratt, tnaqqis
fl-espożizzjoni tar-riskju matul il-perjodu effettiv tal-kuntratt, jew
b'riżultat tal-korrezzjoni ta' kollokament jew żball simili rigward
il-primjum għall-kuntratt; d)
bħala dividend ta' dententur tal-polza (minbarra dividend tat-terminazzjoni)
sakemm id-dividend jirrigwarda Kuntratt tal-Assigurazzjoni skont liema
l-uniċi benefiċċji pagabbli huma deskritti fis-subparagrafu
C(8)(b); jew e)
bħala redditu ta' primjum bil-quddiem jew depożitu tal-primjum
għal Kuntratt tal-Assigurazzjoni li għalih il-primjum għandu
jitħallas mill-inqas annwalment jekk l-ammont tal-primjum bil-quddiem jew
id-depożitu tal-primjum ma jaqbiżx il-primjum annwali li jmiss li se
jkun pagabbli skont il-kuntratt. 9. “Kont Preeżistenti” tfisser: a) Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti mill-31 ta' Diċembru ta’ qabel id-dħul
fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX]. b) Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom
l-għażla li jestendu t-terminu “Kont Preeżistenti” sabiex ikun
tfisser ukoll kwalunkwe Kont Finanzjarju ta’ Detentur ta’ Kont,
irrispettivament mid-data li fiha nfetaħ dan il-Kont Finanzjarju, jekk: i. id-Detentur tal-Kont
iżomm ukoll mal-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti jew ma' Entità
Relatata fl-istess ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew
l-Iżvizzera) bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, Kont
Finanzjarju li huwa Kont Preeżistenti skont is-subparagrafu C(9)(a); ii. l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti u, kif applikabbli, l-Entità Relatata fl-istess
ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew l-Iżvizzera)
bħall-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti, tittratta
ż-żewġ Kontijiet Finanzjarji msemmijin hawn fuq, u kwalunkwe
Kont Finanzjarju ieħor tad-Detentur tal-Kont li jiġi ttrattat
bħala Kont Preeżistenti skont il-punt (b), bħala Kont
Finanzjarju uniku sabiex jiġu ssodisfati l-istandards tar-rekwiżiti
ta' għarfien stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu A tat-Taqsima VII,
u sabiex jiġi determinat il-bilanċ jew il-valur ta' kwalunkwe wieħed
mill-Kontijiet Finanzjarji meta jiġi applikat kwalunkwe wieħed
mil-limiti tal-kont; iii. fir-rigward ta' Kont
Finanzjarju li huwa soġġett għall-Proċeduri tal-AML/KYC,
l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti hija permessa tissodisfa dawn
il-Proċeduri tal-AML/KYC għall-Kont Finanzjarju billi toqgħod
fuq il-Proċeduri tal-AML/KYC mwettqa għall-Kont Preeżistenti
deskritt fis-subparagrafu C(9)(a); u iv. il-ftuħ tal-Kont
Finanzjarju ma jeħtieġx l-għoti ta' informazzjoni ġdida,
addizzjonali jew emendata tal-klijent mid-Detentur tal-Kont ħlief
għall-finijiet ta' dan il-Ftehim. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat
fil-[XXXX], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera, u
l-Iżvizzera għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea, jekk
eżerċitawx l-opzjoni prevista f’dan il-punt. Il-Kummissjoni Ewropea
tista’ tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand
l-Istati Membri lill-Iżvizzera, u l-Kummissjoni Ewropea għandha
tibgħat il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati
Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta’ dik
l-għażla minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha
tiġi kkomunikata bl-istess mod. 10.
“Kont Ġdid” tfisser Kont Finanzjarju miżmum minn Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti miftuħ mad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX] jew wara, sakemm ma jkunx ittrattat bħala Kont
Preeżistenti skont id-definizzjoni estiża ta’ Kont Preeżistenti
fis-subparagrafu C(9). 11.
“Kont Individwali Preeżistenti” tfisser Kont Preeżistenti miżmum
minn individwu wieħed jew aktar. 12.
“Kont Individwali Ġdid” tfisser Kont Ġdid miżmum minn individwu
wieħed jew aktar. 13.
“Kont ta' Entità Preeżistenti” tfisser Kont Preeżistenti miżmum
minn Entità waħda jew aktar. 14.
“Kont ta' Valur Aktar Baxx” tfisser Kont Individwali Preeżistenti b'bilanċ
jew valur aggregat fil-31 ta' Diċembru ta’ qabel id-dħul
fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat
fil-[XXXX] li ma jaqbiżx USD
1 000 000, jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat
Membru jew tal-Iżvizzera. 15.
“Kont ta' Valur Għoli” tfisser Kont Individwali Preeżistenti
b'bilanċ jew valur aggregat li jaqbeż USD 1 000 000 jew ammont
ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew
tal-Iżvizzera fil-31 ta’ Diċembru ta’ qabel id-dħul
fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat
fil-[XXXX] jew mill-31 ta’
Diċembru ta’ kwalunkwe sena sussegwenti. 16.
“Kont ta' Entità Ġdid” tfisser Kont Ġdid miżmum minn Entità
waħda jew aktar. 17. “Kont Eskluż”
tfisser kwalunkwe wieħed mill-kontijiet li ġejjin: a) kont ta' rtirar jew tal-pensjoni li jissodisfa
r-rekwiżiti li ġejjin: i.
il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala kont ta'
rtirar personali jew huwa parti minn pjan ta' rtirar jew tal-pensjoni
rreġistrat jew irregolat għall-provvediment ta' benefiċċji
ta' rtirar jew tal-pensjoni (inklużi benefiċċji ta'
diżabilità jew mewt); ii.
il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri
l-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti
għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu
gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni
ta' introjtu minn investiment mill-kont tiġi differita jew intaxxata
b'rata mnaqqsa); iii.
ir-rappurtar tal-informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa huwa
meħtieġ fir-rigward tal-kont; iv.
il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li tintlaħaq età ta' rtirar
speċifika, id-diżabilità, jew il-mewt, jew penali japplikaw
għall-ġbid tal-flus li jkun sar qabel dawn l-avvenimenti
speċifiċi; u v.
jew (i) il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal USD 50 000
jew ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew
tal-Iżvizzera jew inqas, jew (ii) hemm limitu ta' kontribuzzjoni massima
tul il-ħajja għall-kont ta' USD 1 000 000 jew ammont ekwivalenti
denominat fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera jew
inqas, f'kull każ japplikaw ir-regoli stipulati iktar 'il quddiem
fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib
tal-munita. Kont Finanzjarju li b’mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu
C(17)(a)(v) mhux se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament
minħabba li dan il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi
trasferiti minn Kont Finanzjarju wieħed jew aktar li jissodisfaw
ir-rekwiżiti tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn fond tal-irtirar
jew tal-pensjoni wieħed jew aktar li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta'
kwalunkwe wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7). b) kont li jissodisfa
r-rekwiżiti li ġejjin: i.
il-kont huwa soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument
ta' investiment għal finijiet oħra għajr għall-irtirar u
jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit, jew il-kont huwa
soġġett għal regolamentazzjoni bħala strument ta' tfaddil
għal finijiet oħra għajr għall-irtirar; ii.
il-kont jibbenifika minn benefiċċji tat-taxxa (jiġifieri,
il-kontribuzzjonijiet għall-kont li jkunu soġġetti
għat-taxxa mod ieħor jiġu mnaqqsa jew esklużi mill-introjtu
gross tad-Detentur tal-Kont jew intaxxati b'rata mnaqqsa, jew it-tassazzjoni
ta' introjtu minn investiment mill-kont tkun differita jew intaxxata b'rata
mnaqqsa); iii.
il-ġbid tal-flus isir bil-kondizzjoni li jissodisfa kriterji
speċifiċi dwar il-fini tal-kont ta' investiment jew ta' tfaddil
(pereżempju, l-għoti ta' benefiċċji edukattivi jew
mediċi), jew il-penali japplikaw għall-ġbid tal-flus li jsir
qabel dawn il-kriterji jkunu ssodisfati; u iv.
il-kontribuzzjonijiet annwali huma limitati għal USD 50 000 jew ammont
ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta’ kull Stat Membru jew
tal-Iżvizzera jew inqas, billi jiġu applikati r-regoli stipulati
iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għall-aggregazzjoni
tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Kont Finanzjarju li
b’mod ieħor jissodisfa r-rekwiżit tas-subparagrafu C(17)(b)(iv) mhux
se jonqos milli jissodisfa dan ir-rekwiżit unikament minħabba li dan
il-Kont Finanzjarju jista' jirċievi assi jew fondi trasferiti minn
wieħed jew aktar kontijiet finanzjarji li jissodisfaw ir-rekwiżiti
tas-subparagrafu C(17)(a) jew (b) jew minn wieħed jew aktar fondi
tal-irtirar jew tal-pensjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' kwalunkwe
wieħed mis-subparagrafi B(5) sa (7). c) kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja b'perjodu
ta' kopertura li jintemm qabel ma l-individwu assigurat jilħaq l-età ta'
90 sena, sakemm il-kuntratt jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: i. primjums perjodiċi, li ma jonqsux matul
iż-żmien, ikunu pagabbli mill-inqas kull sena matul il-perjodu li
l-kuntratt ikun fis-seħħ jew sakemm l-assigurat jilħaq l-età ta'
90 sena, skont liema jkun l-iqsar; ii. il-kuntratt ma għandu l-ebda valur tal-kuntratt li
kwalunkwe persuna tista' taċċessa (permezz ta' ġbid ta' flus,
self, jew mod ieħor) mingħajr ma jintemm il-kuntratt; iii. l-ammont (minbarra benefiċċju tal-mewt)
pagabbli malli jiġi kkanċellat jew malli jintemm il-kuntratt ma
jistax jaqbeż l-aggregat ta' primjums imħallsa għall-kuntratt,
wara li jitnaqqsu l-ammonti tal-ispejjeż ta' mortalità, morbożità, u
l-ħlasijiet għal spejjeż (jekk effettivament imposti jew le)
għall-perjodu jew għall-perjodi tal-eżistenza tal-kuntratt u
kwalunkwe ammont imħallas qabel il-kanċellazzjoni jew
it-terminazzjoni tal-kuntratt; u iv. il-kuntratt ma jinżammx minn ċessjonarju
għal valur. d) kont li jinżamm biss minn patrimonju jekk
id-dokumentazzjoni għal kont ta' dan it-tip tinkludi kopja tat-testment
jew iċ-ċertifikat tal-mewt tal-persuna mejta. e) kont stabbilit b'konnessjoni ma' kwalunkwe waħda
minn dawn li ġejjin: i. ordni jew sentenza tal-qorti. ii. bejgħ, skambju, jew kiri ta' proprjetà immobbli
jew personali, sakemm il-kont jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: - il-kont huwa ffinanzjat biss bi ħlas parzjali,
kapparra, depożitu f'ammont xieraq biex jiġi żgurat obbligu
direttament marbut mat-tranżazzjoni, jew ħlas simili, jew huwa
ffinanzjat b'Assi Finanzjarju li hu ddepożitat fil-kont b'konnessjoni
mal-bejgħ, l-iskambju, jew il-kiri tal-proprjetà; -
il-kont huwa stabbilit u użat biss biex jiġi żgurat l-obbligu
tax-xerrej li jħallas il-prezz għax-xiri tal-proprjetà, li
l-bejjiegħ iħallas kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti, jew li s-sid
jew il-kerrej iħallas għal kwalunkwe dannu li jirrigwarda l-proprjetà
mikrija kif miftiehem skont il-kuntratt tal-kera; -
l-assi tal-kont, inkluż l-introjtu rikavat fuqhom, jitħallsu jew b'xi
mod ieħor jitqassmu għall-benefiċċju tax-xerrej, il-bejjiegħ,
is-sid, jew il-kerrej (inkluż biex jiġi ssodisfat l-obbligu ta' din
il-persuna) meta tinbiegħ, tiġi skambjata jew ċeduta
l-proprjetà, jew meta tintemm il-kirja; -
il-kont mhuwiex marġni jew kont simili stabbilit b'rabta ma' bejgħ
jew skambju ta' Assi Finanzjarju; u -
il-kont mhuwiex assoċjat ma' kont deskritt fis-subparagrafu C(17)(f). iii. obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja li tagħti
servizz ta' self garantit minn proprjetà immobbli biex jitwarrab fil-ġenb
porzjon ta' pagament biss sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas ta'
taxxi jew assigurazzjoni relatata ma' proprjetà immobbli aktar tard. iv. obbligu ta' Istituzzjoni Finanzjarja biss sabiex
jiġi ffaċilitat il-ħlas ta' taxxi aktar tard. f)
Kont Depożitarju li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: i. il-kont jeżisti biss minħabba li klijent
jagħmel pagament żejjed minn bilanċ dovut fir-rigward ta' karta
ta' kreditu jew ta' faċilità ta’ kreditu rinnovabbli oħra u
l-pagament żejjed ma jmurx immedjatament lura għand il-klijent; u ii. mad-dħul fis-seħħ, jew qabel
id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX]l,
l-Istituzzjoni Finanzjarja timplimenta linji politiċi u proċeduri jew
biex timpedixxi lil klijent milli jagħmel pagament żejjed ogħla
minn USD 50 000 jew ta' ammont ekwivalenti denominat fil-munita nazzjonali ta’
kull Stat Membru jew tal-Iżvizzera, jew biex tiżgura li kwalunkwe
pagament żejjed ta' klijent ogħla minn dak l-ammont jitħallas
lura lill-klijent fi żmien 60 jum, filwaqt li f'kull każ tapplikat
r-regoli stipulati iktar 'il quddiem fil-paragrafu C tat-Taqsima VII għal
aggregazzjoni tal-kontijiet u l-qlib tal-munita. Għal din il-fini,
pagament żejjed ta' klijent ma jirreferix għal bilanċi
tal-kreditu sal-punt ta' imposti kkontestati iżda jinkludi bilanċi
tal-kreditu li jirriżultaw mir-redditu minn merkanzija. g) kwalunkwe kont ieħor li jippreżenta riskju
baxx li jintuża għall-evażjoni tat-taxxa, għandu
sostanzjalment karatteristiki simili għal kwalunkwe wieħed
mill-kontijiet deskritti fis-subparagrafi C(17)(a) sa (f), u huwa definit fil-liġijiet
nazzjonali bħala Kont Eskluż u, fil-każ tal-Istati Membri, huwa
previst fl-Artikolu 8(7)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar
il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u kkomunikat
lill-Iżvizzera u fil-każ tal-Iżvizzera, huwa kkomunikat
lill-Kummissjoni Ewropea, diment li l-istatus ta’ tali kont bħala Kont
Eskluż ma jfixkilx l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim. D. Kont Rapportabbli 1. “Kont Rapportabbli” tfisser kont miżmum minn Persuni
Rapportabbli jew minn NFE Passiva b'Persuna Kontrollanti waħda jew aktar
li hija Persuna Rapportabbli, sakemm dan ikun ġie identifikat bħala
tali skont il-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti fit-Taqsimiet
II sa VII. 2. “Persuna Rapportabbli” tfisser Persuna ta’ Ġurisdizzjoni
Rapportabbli minbarra: (i) korporazzjoni li l-istokk tagħha jiġi
nnegozjat b'mod regolari f'wieħed jew aktar swieq tat-titoli stabbiliti;
(ii) kwalunkwe korporazzjoni li hija Entità Relatata ta' korporazzjoni
deskritta fil-klawsola (i); (iii) Entità Governattiva; (iv) Organizzazzjoni
Internazzjonali; (v) Bank Ċentrali; jew (vi) Istituzzjoni Finanzjarja. 3. “Persuna ta’ Ġurisdizzjoni Rapportabbli” tfisser individwu jew
Entità li hija residenti f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont
il-liġijiet tat-taxxa ta’ dik il-ġurisdizzjoni, jew patrimonju ta’
persuna deċeduta li kienet residenti ta’ Ġurisdizzjoni Rapportabbli.
Għal din il-fini, Entità bħal sħubija, sħubija
b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili, li
m'għandhiex residenza għall-finijiet tat-taxxa għandha tkun
ittrattata bħala residenti fil-ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta'
ġestjoni effettiva tagħha. 4. “Ġurisdizzjoni Rapportabbli” tfisser l-Iżvizzera
fir-rigward ta’ Stat Membru jew Stat Membru fir-rigward tal-Iżvizzera
fil-kuntest tal-obbligu li tingħata l-informazzjoni speċifikata
fit-Taqsima I, . 5. It-terminu “Ġurisdizzjoni Parteċipanti” fir-rigward ta'
Stat Membru jew l-Iżvizzera jfisser: a) kwalunkwe Stat Membru
fir-rigward tar-rappurtar lill-Iżvizzera, jew b) l-Iżvizzera
fir-rigward tar-rappurtar lil Stat Membru, jew c) kwalunkwe
ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Istat Membru rilevanti jew
l-Iżvizzera, skont kif jitlob il-kuntest, għandu ftehim
fis-seħħ skont liema dik il-ġurisdizzjoni tipprovdi
l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata
f'lista ppubblikata minn dak l-Istat Membru jew mill-Iżvizzera u
nnotifikata lill-Iżvizzera, rispettivament lill-Kummissjoni Ewropea; d) fir-rigward tal-Istati
Membri, kwalunkwe ġurisdizzjoni oħra (i) li magħha l-Unjoni
Ewropea għandha ftehim fis-seħħ skont liema dik
il-ġurisdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I,
u (ii) li hija identifikata f'lista ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea. 6. “Persuni Kontrollanti” tfisser il-persuni fiżiċi li
jeżerċitaw kontroll fuq Entità. Fil-każ ta' trust, dak
it-terminu jfisser is-settlor(s), il-fiduċjarju(i), il-protettur(i) (jekk
ikun hemm), il-benefiċjarju(i) jew klassi(jiet) ta' benefiċjarji, u
kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll
effettiv aħħari fuq it-trust, u fil-każ ta' arranġament
legali għajr trust, dan it-terminu jfisser persuni f'pożizzjonijiet
ekwivalenti jew simili. It-terminu “Persuni Kontrollanti” għandu jiġi
interpretat b'mod konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta'
Azzjoni Finanzjarja. 7. “NFE” tfisser kwalunkwe Entità li mhijiex Istituzzjoni
Finanzjarja. 8. “NFE Passiva” tfisser kwalunkwe: (i) NFE li mhijiex NFE Attiva; jew
(ii) Entità ta' Investiment deskritta fis-subparagrafu A(6)(b) li mhijiex
Istituzzjoni Finanzjarja Parteċipanti tal-Ġurisdizzjoni. 9. “NFE Attiva”
tfisser kwalunkwe NFE li tissodisfa kwalunkwe wieħed mill-kriterji li
ġejjin: a) inqas minn 50 % tal-introjtu gross
tal-NFE għas-sena kalendarja preċedenti jew perjodu ta' rappurtar
xieraq ieħor huwa introjtu passiv u inqas minn 50 % tal-assi miżmuma
mill-NFE matul is-sena kalendarja preċedenti jew għall-perjodu ta'
rappurtar xieraq ieħor huma assi li jipproduċu jew jinżammu
għall-produzzjoni ta' introjtu passiv; b) l-istokk tal-NFE jiġi nnegozjat
b'mod regolari f'suq tat-titoli stabbilit jew l-NFE hija Entità Relatata ta'
Entità li l-istokk tagħha jiġi nnegozjat b'mod regolari f'suq
tat-titoli stabbilit; c) l-NFE hija Entità Governattiva,
Organizzazzjoni Internazzjonali, Bank Ċentrali, jew Entità akkwiżita
totalment ta' wieħed jew aktar minn ta' qabel; d) sostanzjalment l-attivitajiet kollha
tal-NFE jikkonsistu miż-żamma (b'mod totali jew parzjali) tal-istokk
pendenti ta', jew mill-għoti ta' finanzjament u servizzi lil, waħda
jew aktar sussidjarji li jidħlu f'kummerċ jew negozji oħra
għajr in-negozju ta' Istituzzjoni Finanzjarja, ħlief li Entità ma
tikkwalifikax għal dan l-istatus jekk l-Entità tiffunzjona (jew isservi)
bħala fond ta' investiment, bħal fond ta' ekwità privata, fond ta'
kapital ta' riskju, leveraged buyout fund, jew kwalunkwe strument ta'
investiment li l-għan tiegħu hu li jakkwista jew jiffinanzja
kumpaniji u mbagħad ikollu interessi f'dawk il-kumpaniji bħala assi
kapitali għal finijiet ta' investiment; e) l-NFE għadha mhux qed topera
negozju u ma għandha l-ebda storja preċedenti ta' operat, iżda
qiegħda tinvesti kapital f’assi bl-intenzjoni li topera negozju għajr
dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja, sakemm l-NFE ma tikkwalifikax għal din
l-eċċezzjoni wara d-data li hija 24 xahar wara d-data tal-organizzazzjoni
inizjali tal-NFE; f) l-NFE ma kinitx Istituzzjoni
Finanzjarja f'dawn l-aħħar ħames snin, u tinsab fil-proċess
li tillikwida l-assi tagħha jew qed torganizza lilha nnifisha
mill-ġdid bl-intenzjoni li tkompli jew terġa' tibda l-operazzjonijiet
f'negozju ieħor għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja; g) l-NFE primarjament tinvolvi
ruħha fil-finanzjament u t-tranżazzjonijiet ta' hedging ma', jew
għal, Entitajiet Relatati li mhumiex Istituzzjonijiet Finanzjarji, u ma
tipprovdix finanzjament jew servizzi ta' hedging lil ebda Entità li mhijiex
Entità Relatata, sakemm il-grupp ta' kwalunkwe tali Entità Relatata huwa
primarjament involut f'negozju għajr dak ta' Istituzzjoni Finanzjarja; jew
h) l-NFE tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
i. hija stabbilita u topera
fil-ġurisdizzjoni ta’ residenza tagħha (li tkun Stat Membru,
l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) esklussivament għal
finijiet reliġjużi, ta' karità, xjentifiċi, artistiċi,
kulturali, atletiċi, jew edukattivi; jew hija stabbilita u topera fil-ġurisdizzjoni
ta’ residenza tagħha (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew
ġurisdizzjoni oħra) u hija organizzazzjoni professjonali, league
tan-negozju, kamra tal-kummerċ, organizzazzjoni tax-xogħol,
organizzazzjoni agrikola jew ortikulturali, league ċiviku jew
organizzazzjoni mħaddma esklussivament għall-promozzjoni
tal-benesseri soċjali; ii. hija eżenti
mit-taxxa fuq l-introjtu fil-ġurisdizzjoni ta’ residenza tagħha (li
tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra); iii. ma għandha l-ebda
azzjonist jew membru li għandu dritt jew interess benefiċjali
fl-introjtu jew tal-assi tagħha; iv. il-liġijiet
applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta’ residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru,
l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti
tal-formazzjoni tal-NFE ma jippermettu li l-ebda introjtu jew assi tal-NFE
jitqassmu lil, jew jiġu applikati għall-benefiċċju ta',
persuna privata jew Entità mhux ta' karità għajr skont l-aġir
tal-attivitajiet ta' karità tal-NFE, jew bħala ħlas ta' kumpens
raġonevoli għal servizzi mogħtija, jew bħala ħlas li
jirrappreżenta l-valur ġust tas-suq ta' proprjetà li tkun xtrat
l-NFE; u v. il-liġijiet
applikabbli tal-ġurisdizzjoni ta’ residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru,
l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni oħra) jew dokumenti
tal-formazzjoni tal-NFE jeħtieġu li, mal-likwidazzjoni jew
ix-xoljiment tal-NFE, l-assi kollha tagħha jitqassmu lil Entità
Governattiva jew lil organizzazzjoni oħra mingħajr skop ta'
qligħ, jew jiġu ttrasferiti lill-Gvern tal-ġurisdizzjoni ta’
residenza tal-NFE (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew ġurisdizzjoni
oħra) jew lil kwalunkwe suddiviżjoni politika tagħha. E. Mixxellanji 1.
“Detentur ta' Kont” tfisser il-persuna elenkata jew identifikata bħala
d-detentur ta' Kont Finanzjarju mill-Istituzzjoni Finanzjarja li żżomm
il-kont. Persuna, għajr Istituzzjoni Finanzjarja, li għandha Kont
Finanzjarju għall-benefiċċju jew kont ta' persuna oħra
bħala aġent, kustodju, persuna nominata, firmatarja, konsulent
tal-investiment, jew intermedjarja, mhijiex trattata bħala detentur tal-kont
għall-finijiet ta' dan l-Anness, filwaqt li din il-persuna oħra hija
ttrattata bħala detentur tal-kont. Fil-każ ta' Kuntratt
tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, id-Detentur
tal-Kont huwa kwalunkwe persuna intitolata li taċċessa l-Valur fi
Flus jew li tibdel il-benefiċjarju tal-kuntratt. Jekk l-ebda persuna ma
tkun tista' taċċessa l-Valur fi Flus jew tibdel il-benefiċjarju,
id-Detentur tal-Kont huwa kwalunkwe persuna indikata bħala s-sid
fil-kuntratt, u kwalunkwe persuna b'intitolament proprju għal pagament
skont it-termini tal-kuntratt. Mal-maturità ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni
b'Valur fi Flus jew Kuntratt ta' Vitalizju, kull persuna intitolata li
tirċievi pagament skont il-kuntratt hija ttrattata bħala Detentur
tal-Kont. 2.
“Proċeduri tal-AML/KYC” tfisser proċeduri ta' diliġenza dovuta
tal-klijent ta' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti skont ir-rekwiżiti
kontra l-ħasil tal-flus jew rekwiżiti simili li għalihom hija
soġġetta din l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti. 3.
“Entità” tfisser persuna ġuridika jew arranġament legali, bħal
korporazzjoni, sħubija, trust, jew fondazzjoni. 4.
Entità hija “Entità Relatata” ta' Entità oħra jekk kwalunkwe Entità
tikkontrolla lill-Entità l-oħra, jew iż-żewġ Entitajiet
huma taħt kontroll komuni. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi
sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur
f'Entità. Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-opzjoni li
jiddefinixxu Entità bħala “Entità Relatata” ta’ Entità oħra jekk (a)
kwalunkwe Entità tikkontrolla lill-Entità l-oħra; (b)
iż-żewġ Entitajiet huma taħt kontroll komuni; jew (c)
iż-żewġ Entitajiet huma Entitajiet ta' Investiment deskritti
fis-subparagrafu A(6)(b), taħt ġestjoni komuni, u din
il-ġestjoni tissodisfa l-obbligi ta' diliġenza dovuta ta' dawn
l-Entitajiet ta' Investiment. Għal dan l-għan il-kontroll jinkludi
sjieda diretta jew indiretta ta' aktar minn 50 % tal-votazzjoni u l-valur
f'Entità. Qabel id-dħul
fis-seħħ tal-Protokoll Emendatorju ffirmat fil-[XXXX], l-Istati
Membri għandhom jikkomunikaw lill-Iżvizzera u l-Iżvizzera
għandha tikkomunika lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx
l-opzjoni prevista f’dan is-subparagrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista’
tikkoordina t-trażmissjoni tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati
Membri lill-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat
il-komunikazzjoni mingħand l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha.
Kwalunkwe bidla oħra fl-eżerċitar ta’ dik l-għażla
minn Stat Membru jew mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata
bl-istess mod. 5.
“NIT” tfisser in-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent (jew l-ekwivalenti
funzjonali fin-nuqqas ta' Numru ta' Identifikazzjoni tal-Kontribwent). 6.
It-terminu “Evidenza Dokumentata” jinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li
ġejjin: a)
ċertifikat ta' residenza maħruġ minn korp governattiv awtorizzat
(pereżempju, gvern jew aġenzija tiegħu, jew muniċipalità)
tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew
ġurisdizzjoni oħra) li l-benefiċjarju jiddikjara li hu residenti
fiha. b)
fir-rigward ta' individwu, kwalunkwe identifikazzjoni valida maħruġa
minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew aġenzija
tiegħu, jew muniċipalità), li tinkludi l-isem tal-individwu
tipikament tintuża għal finijiet ta' identifikazzjoni. c)
fir-rigward ta' Entità, kwalunkwe dokumentazzjoni uffiċjali
maħruġa minn korp governattiv awtorizzat (pereżempju, gvern jew
aġenzija tiegħu, jew muniċipalità) li tinkludi l-isem tal-Entità
u jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha
fil-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew
ġurisdizzjoni oħra) li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew
il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew
ġurisdizzjoni oħra) fejn l-Entità kienet inkorporata jew organizzata.
d)
kwalunkwe dikjarazzjoni finanzjarja awditjata, rapport tal-kreditu minn
partijiet terzi, dikjarazzjoni ta' falliment, jew rapport tar-regolatur
tat-titoli. Fir-rigward ta' Kont ta' Entità Preeżistenti,
kull Stat Membru jew l-Iżvizzera għandu jkollhom l-opzjoni li
jippermettu lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti li jużaw
bħala Evidenza Dokumentata kwalunkwe klassifikazzjoni fir-rekords
tal-Istituzzjoni Finanzjarj Rapportanti fir-rigward tad-Detentur ta' Kont li
kien iddeterminat abbażi ta' sistema ta' kodiċi tal-industrija
standardizzata, li kien irreġistrat minn Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti konsistenti mal-prattiki tan-negozju normali tagħha għal
finijiet ta' Proċeduri tal-AML/KYC jew finijiet regolatorji oħra
(ħlief għal finijiet tat-taxxa) u li ġiet implimentata minn
Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti qabel id-data użata
għall-klassifikazzjoni tal-Kont Finanzjarju bħala Kont
Preeżistenti, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tkunx taf
jew ma jkollhiex raġuni biex tkun taf li din il-klassifikazzjoni hija
żbaljata jew mhux affidabbli. “Sistema standardizzata ta' kkowdjar
tal-industrija” tfisser sistema ta' kodiċi użata
għall-klassifikazzjoni ta' stabbilimenti skont it-tip ta' negozju
għal finijiet oħra li mhumiex finijiet tat-taxxa. Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll
Emendatorju ffirmat fil-[XXXX], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw
lill-Iżvizzera u l-Iżvizzera għandha tikkomunika
lill-Kummissjoni Ewropea jekk eżerċitawx l-opzjoni prevista f’dan
is-subparagrafu. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tikkoordina t-trażmissjoni
tal-komunikazzjoni mingħand l-Istati Membri lill-Iżvizzera u
l-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat il-komunikazzjoni mingħand
l-Iżvizzera lill-Istati Membri kollha. Kwalunkwe bidla oħra
fl-eżerċitar ta’ dik l-għażla minn Stat Membru jew
mill-Iżvizzera għandha tiġi kkomunikata bl-istess mod. Taqsima
IX: Implimentazzjoni Effettiva Kull Stat Membru u
l-Iżvizzera għandu jkollhom regoli u proċeduri amministrattivi
fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta', u
l-konformità ma', ir-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta
stabbiliti hawn fuq, inkluż: 1. regoli li jipprevjenu kwalunkwe Istituzzjoni
Finanzjarja, persuni jew intermedjarji milli jadottaw prattiki maħsuba
biex jiġu evitati r-rappurtar u l-proċeduri ta' diliġenza
dovuta; 2. regoli li jeħtieġu li l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti żżomm rekords tal-passi li ttieħdu u
kwalunkwe evidenza użata għat-twettiq tal-proċeduri ta' hawn
fuq, u miżuri xierqa biex jinkisbu dawk ir-rekords; 3. proċeduri amministrattivi biex tiġi
vverifikata l-konformità tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti
mal-proċeduri ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta; proċeduri
amministrattivi biex isir segwitu ma' Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti meta
jiġu rappurtati kontijiet mhux dokumentati; 4. proċeduri amministrattivi biex jiġi
żgurat li l-Entitajiet u l-kontijiet definiti fil-liġi domestika
bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji mhux Rapportanti u Kontijiet
Esklużi jibqa' jkollhom riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni
tat-taxxa; u 5. dispożizzjonijiet ta' infurzar effettivi
biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' konformità. ANNESS II Rappurtar
Komplementari u Regoli ta' Diliġenza Dovuta għal Informazzjoni ta'
Kont Finanzjarju 1. Bidla
fiċ-ċirkostanzi 'Bidla
fiċ-ċirkostanzi' tinkludi kwalunkwe bidla li tirriżulta
fiż-żieda ta' informazzjoni rilevanti għall-istatus ta' persuna
jew li b’xi mod ieħor tkun f’kunflitt mal-status ta' dik il-persuna. Barra
minn hekk, bidla fiċ-ċirkostanzi tinkludi kwalunkwe bidla jew żieda
ta' informazzjoni fil-kont tad-Detentur tal-Kont (inkluż
iż-żieda, is-sostituzzjoni, jew bidla oħra ta' Detentur
tal-Kont) jew kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fi kwalunkwe
kont assoċjat ma' tali kont (bl-applikazzjoni tar-regoli ta' aggregazzjoni
tal-kont deskritti fis-subparagrafi C(1) sa (3) tat-Taqsima VII
tal-Anness I) jekk tali bidla jew żieda ta' informazzjoni taffettwa
l-istatus tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti tkun ibbażat ruħha fuq it-test tal-indirizz tar-residenza
deskritt fis-subparagrafu B(1) tat-Taqsima III tal-Anness I u
jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tikkawża lill-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti li tkun taf jew ikollha raġuni biex tkun taf li
l-Evidenza Dokumentata oriġinali (jew dokumentazzjoni ekwivalenti
oħra) hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti għandha, sal-iktar tard mill-aħħar jum tas-sena
kalendarja rilevanti jew perjodu ta' rappurtar xieraq ieħor, jew 90 jum
kalendarju wara l-avviż jew l-iskoperta ta' tali bidla
fiċ-ċirkostanzi, tikseb awtoċertifikazzjoni u Evidenza
Dokumentata ġdida biex tiġi stabbilita r-residenza(i) għal
finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti ma tistax tikseb l-awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata
ġdida sa tali data, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha
tapplika l-proċedura tat-tiftix ta' rekords b'mod elettroniku deskritta
fis-subparagrafi B(2) sa (6) tat-Taqsima III tal-Anness I. 2. Awtoċertifikazzjoni għal Kontijiet tal-Entità Ġodda Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Ġodda,
għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE
Passiva hijiex Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti
tista' tibbaża ruħha biss fuq awtoċertifikazzjoni jew
mingħand id-Detentur tal-Kont jew il-Persuna Kontrollanti. 3. Residenza ta' Istituzzjoni Finanzjarja Istituzzjoni Finanzjarja hija
‘residenti’ fi Stat Membru, fl-Iżvizzera jewf' Ġurisdizzjoni
Parteċipanti oħra jekk hija soġġetta
għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, tal-Iżvizzera jew
ta’ Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (jiġifieri
l-Ġurisdizzjoni Parteċipanti tista’ tinforza r-rappurtar
mill-Istituzzjoni Finanzjarja). B'mod ġenerali, meta Istituzzjoni
Finanzjarja tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru,
fl-Iżvizzera jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, hija
soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru,
tal-Iżvizzera jew ta’ Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra u
hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru, Istituzzjoni
Finanzjarja Żvizzera jew Istituzzjoni Finanzjarja ta’ Ġurisdizzjoni
Parteċipanti oħra. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni
Finanzjarja (irrispettivament minn jekk hijiex residenti għall-finijiet
ta' taxxa fi Stat Membru, fl-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni
Parteċipanti oħra), it-trust hija meqjusa li hija soġġetta
għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta’
Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk wieħed jew aktar
mill-fiduċjarji tagħha huma residenti f'dak l-Istat Membru,
fl-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra ħlief
jekk it-trust tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li
għandha tiġi rrapportata skont dan il-Ftehim jew ftehim ieħor li
jimplimenta l-Istandard Globali fir-rigward ta' Kontijiet Rapportabbli
miżmuma mit-trust lil Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (li
tkun Stat Membru, l-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti
oħra), għax hija residenti għall-finijiet ta' taxxa f'tali
Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Madankollu, meta Istituzzjoni
Finanzjarja (għajr trust) ma għandhiex residenza għal finijiet
ta' taxxa (pereżempju, għax tiġi ttrattata bħala fiskalment
trasparenti, jew tinsab f'ġurisdizzjoni li ma għandhiex taxxa fuq
l-introjtu), din hija meqjusa bħala li hi soġġetta
għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, tal-Iżvizzera jew ta’
Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, u għalhekk hija
Istituzzjoni Finanzjarja ta’ Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra
jekk: a)
hija inkorporata skont il-liġijiet tal-Istat Membru, tal-Iżvizzera
jew ta’ Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra; b)
għandha l-post ta' ġestjoni tagħha (inkluża l-ġestjoni
effettiva) fl-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew f’Ġurisdizzjoni
Parteċipanti oħra; jew c)
hija soġġetta għal superviżjoni finanzjarja fl-Istat
Membru, fl-Iżvizzera jew f’Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Meta
Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) hija residenti f'żewġ
Ġurisdizzjonijiet Parteċipanti jew aktar (li jkunu Stat Membru,
l-Iżvizzera jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), tali
Istituzzjoni Finanzjarja tkun soġġetta għall-obbligi ta'
rappurtar u ta' diliġenza dovuta tal-Ġurisdizzjoni Parteċipanti
li fiha żżomm Kont(ijiet) Finanzjarju/i. 4. Kont miżmum B'mod ġenerali, kont
jitqies bħala li huwa miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja kif
ġej: a) fil-każ ta' Kont ta' Kustodja, mill-Istituzzjoni
Finanzjarja li jkollha kustodja fuq l-assi fil-kont (inkluża Istituzzjoni
Finanzjarja li żżomm assi f'isem ta' triq għal Detentur ta' Kont
f'tali istituzzjoni). b) fil-każ ta' Kont Depożitarju, mill-Istituzzjoni
Finanzjarja li tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kont
(bl-esklużjoni ta' aġent ta' Istituzzjoni Finanzjarja
irrispettivament minn jekk tali aġent huwiex Istituzzjoni Finanzjarja). c) fil-każ ta' kwalunkwe ekwità jew ta' interess ta'
dejn f'Istituzzjoni Finanzjarja li tikkostitwixxi Kont Finanzjarju, minn tali
Istituzzjoni Finanzjarja. d) fil-każ ta' Kuntratt tal-Assigurazzjoni b'Valur fi
Flus jew kwalunkwe Kuntratt ta' Vitalizju, mill-Istituzzjoni Finanzjarja li
tkun obbligata tagħmel pagamenti fir-rigward tal-kuntratt. 5. Trusts li huma NFEs
Passivi Entità bħal
sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament
legali simili li m'għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa,
skont is-subparagrafu VIII(3) tat-Taqsima I tal-Anness I, għandha
tiġi ttrattata bħala residenti f'ġurisdizzjoni fejn tinsab
is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. Għal dawn il-finijiet,
persuna ġuridika jew arranġament legali huma meqjusa bħala li
huma ‘simili’ għal sħubija u sħubija b'responsabbiltà limitata
fejn din ma tiġix trattata bħala unità taxxabbli f'Ġurisdizzjoni
Rapportabbli skont il-liġijiet dwar it-taxxa ta’ dik il-Ġurisdizzjoni
Rapportabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat rapportar doppju
(minħabba l-ambitu wiesgħa tat-terminu “Persuni Kontrollanti”
fil-każ ta' trusts), trust li huwa NFE Passiva ma jistax jitqies
bħala li hu arranġament legali simili. 6. Indirizz
tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità Wieħed
mir-rekwiżiti deskritti fis-subparagrafu E(6)(c) tat-Taqsima VIII
tal-Anness I huwa li, fir-rigward ta' Entità, id-dokumentazzjoni uffiċjali
tinkludi jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità
fl-Istat Membru, fl-Iżvizzera jew f’ġurisdizzjoni oħra li fiha
hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru, l-Iżvizzera jew
ġurisdizzjoni oħra li fiha l-Entità kienet inkorporata jew
organizzata. L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità
ġeneralment huwa l-post fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva
tagħha. L-indirizz ta' Istituzzjoni Finanzjarja li magħha l-Entità
żżomm kont, kaxxa postali, jew indirizz użati biss għal
finijiet postali mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali
tal-Entità sakemm dan l-indirizz ma jkunx l-uniku indirizz użat
mill-Entità u jidher bħala l-indirizz reġistrat tal-Entità
fid-dokumenti organizzattivi tal-Entità. Barra minn hekk, indirizz li jiġi
pprovdut soġġett għall-istruzzjonijiet sabiex tinżamm
il-posta kollha għal dak l-indirizz mhuwiex l-indirizz
tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità. ANNESS III LISTA TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI
TAL-PARTIJIET KONTRAENTI Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim,
l-Awtoritajiet Kompetenti huma: (a) fl-Iżvizzera, Le chef du Département fédéral des
finances ou son représentant autorisé / Der Vorsteher oder die Vorsteherin des
Eidgenössischen Finanzdepartements oder die zu seiner oder ihrer Vertretung
bevollmächtigte Person / Il capo del Dipartimento federale delle finanze o la
persona autorizzata a rappresentarlo,
(b) fir-Renju tal-Belġju: De Minister van
Financiën/Le Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat, (c) fir-Repubblika tal-Bulgarija:
Изпълнителният
директор на
Националната
агенция за
приходите jew
rappreżentant awtorizzat, (d) fir-Repubblika Ċeka: Ministr financí
jew rappreżentant awtorizzat, (e) fir-Renju tad-Danimarka: Skatteministeren,
jew rappreżentant awtorizzat, (f) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja:
Der Bundesminister der Finanzen jew rappreżentant awtorizzat, (g) fir-Repubblika tal-Estonja:
Rahandusminister jew rappreżentant awtorizzat, (h) fir-Repubblika Ellenika: Ο
Υπουργός
Οικονομίας και
Οικονομικών jew
rappreżentant awtorizzat, (i) fir-Renju ta’ Spanja: El Ministro de
Economía y Hacienda jew rappreżentant awtorizzat, (j) fir-Repubblika Franċiża: Le
Ministre chargé du budget jew rappreżentant awtorizzat, (k) fir-Repubblika tal-Kroazja: Ministar financija jew rappreżentant awtorizzat (l) fl-Irlanda: The Revenue Commissioners, jew
ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom, (m) fir-Repubblika Taljana: Il Capo del
Dipartimento per le Politiche Fiscali jew rappreżentant awtorizzat, (n) fir-Repubblika ta’ Ċipru:
Υπουργός
Οικονομικών, jew
rappreżentant awtorizzat, (o) fir-Repubblika tal-Latvja: Finanšu
ministrs jew rappreżentant awtorizzat, (p) fir-Repubblika tal-Litwanja: Finansu
ministras jew rappreżentant awtorizzat, (q) fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu: Le
Ministre des Finances jew rappreżentant awtorizzat, (r) fir-Repubblika tal-Ungerija: A
pénzügyminiszter jew rappreżentant awtorizzat, (s) fir-Repubblika ta’ Malta: Il-Ministru
responsabbli għall-Finanzi jew rappreżentant awtorizzat, (t) fir-Renju tan-Netherlands: De Minister van
financiën jew rappreżentant awtorizzat, (u) fir-Repubblika tal-Awstrija: Der
Bundesminister für Finanzen jew rappreżentant awtorizzat, (v) fir-Repubblika tal-Polonja: Minister
Finansów jew rappreżentant awtorizzat, (w) fir-Repubblika Portugiża: O Ministro
das Finanças jew rappreżentant awtorizzat, (x) fir-Rumanija: Președintele
Agenției Naționale de Administrare Fiscală jew
rappreżentant awtorizzat, (y) fir-Repubblika tas-Slovenja: Minister za
financií jew rappreżentant awtorizzat, (z) fir-Repubblika Slovakka: Minister financií
jew rappreżentant awtorizzat, (aa) fir-Repubblika tal-Finlandja: Valtiovarainministeriö/Finansministeriet
jew rappreżentant awtorizzat, (ab) fir-Renju tal-Isvezja: Chefen för
Finansdepartementet jew rappreżentant awtorizzat, (ac) fir-Renju Unit tal-Gran
Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fit-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet
esterni tagħhom huwa responsabbli r-Renju Unit: the Commissioners of
Inland Revenue jew ir-rappreżentant awtorizzat tagħhom u l-awtorità
kompetenti f’Ġibilterra, li r-Renju Unit jaħtar skont
l-Arranġamenti Miftiehma relatati mal-awtoritajiet ta’ Ġibilterra
fil-kuntest ta’ strumenti tal-UE u tal-KE u trattati relatati nnotifikati
lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ April
2000, li kopja tagħhom għandha tiġi notifikata
lill-Iżvizzera mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea, u li għandhom japplikaw għal dan il-Ftehim. [1] Fir-rigward tal-Iżvizzera, it-terminu
“kumpanija b’responsabbiltà limitata” tkopri: - société anonyme/Aktiengesellschaft/società
anonima; - société à responsabilité limitée/Gesellschaft
mit beschränkter Haftung/società a responsabilità limitata; - société en commandite par
actions/Kommanditaktiengesellschaft/società in accomandita per azioni.” Artikolu 3 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni 1.
Dan il-Protokoll Emendatorju jeħtieġ li jiġi rratifikat jew
approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri proprji.
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija
ta' dawn il-proċeduri. Il-Protokoll Emendatorju għandu jidħol
fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar wara l-aħħar notifika. 2.
Fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba, l-iskambju ta’
informazzjoni pprovdut f’dan il-Protokoll Emendatorju għandu japplika
għat-talbiet li jsiru fid-data tad-dħul fis-seħħ
tiegħu jew wara fil-każ ta’ informazzjoni relatata mas-snin fiskali
li jibdew fl-ewwel jum ta’ Jannar tas-sena tad-dħul fis-seħħ ta’
dan il-Protokoll Emendatorju jew wara. L-Artikolu 10 tal-Ftehim fil-forma
preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta’ dan il-Protokoll
Emendatorju għandu jibqa’ japplika sakemm ma japplikax l-Artikolu 5
tal-Ftehim kif emendat permezz ta’ dan il-Protokoll Emendatorju. 3.
It-talbiet ta’ individwi skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim fil-forma
preċedenti tiegħu qabel ġie emendat permezz ta’ dan il-Protokoll
Emendatorju għandhom jibqgħu mhux affettwati wara d-dħul
fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll Emendatorju. 4.
L-Iżvizzera għandha tistabbilixxi kont finali sal-aħħar
tal-perjodu ta’ applikabbiltà tal-Ftehim fil-forma preċedenti tiegħu
qabel ġie emendat permezz ta’ dan il-Protokoll Emendatorju, għandha
tagħmel ħlas finali lill-Istati Membri u għandha tirrapporta
l-informazzjoni, li hija rċeviet mingħand l-aġenti ta’ pagament
stabbiliti fl-Iżvizzera, skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim fil-forma preċedenti
tiegħu qabel ġie emendat permezz ta’ dan il-Protokoll Emendatorju
fir-rigward tal-aħħar sena ta’ applikabbiltà tal-Ftehim fil-forma
preċedenti għall-emenda tiegħu permezz ta’ dan il-Protokoll
Emendatorju, jew fir-rigward ta’ kwalunkwe sena preċedenti, jekk applikabbli.
Artikolu 4 Il-Ftehim huwa ssupplimentat minn Protokoll
b'dan il-kontenut: “Protokoll għall-Ftehim bejn l-Unjoni
Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-iskambju awtomatiku ta’
informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji sabiex tittejjeb il-konformità
fiskali internazzjonali. Fl-okkażjoni tal-iffirmar ta’ dan
il-Protokoll Emendatorju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni
Żvizzera, is-sottoskritti debitament awtorizzati qablu dwar
id-dispożizzjonijiet li ġejjin li għandhom jiffurmaw parti
integrali tal-Ftehim kif emendat permezz ta’ dan il-Protokoll Emendatorju: 1. Huwa mifhum li skambju ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta’
dan il-Ftehim jintalab biss ladarba l-Istat rikjedenti (li jkun Stat Membru jew
l-Iżvizzera) ikun eżawrixxa s-sorsi kollha regolari ta’ informazzjoni
disponibbli skont il-proċedura ta’ tassazzjoni interna. 2. Huwa mifhum li l-Awtorità Kompetenti tal-Istat rikjedenti (li
jkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) għandu jipprovdi l-informazzjoni li
ġejja lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat li ssirlu t-talba (li jkun,
rispettivament, l-Iżvizzera jew Stat Membru) meta jagħmel talba
għall-informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim: (i) l-identità tal-persuna li tkun qed tiġi eżaminata jew
investigata; (ii) il-perjodu ta’ żmien li għalih hija mitluba l-informazzjoni; (iii) dikjarazzjoni tal-informazzjoni mfittxija inkluża n-natura
tagħha u l-forma li fiha l-Istat rikjedenti jixtieq li jirċievi
l-informazzjoni mingħand l-Istat li ssirlu t-talba; (iv) il-fini tat-taxxa li għalih tkun qed tintalab
l-informazzjoni; (v) safejn ikun magħruf, l-isem u l-indirizz ta’ kwalunkwe
persuna maħsuba li għandha l-informazzjoni mitluba. 3. Huwa mifhum li r-referenza għal “rilevanza prevedibbli”
hija maħsuba biex tipprovdi għall-iskambju ta’ informazzjoni skont
l-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim safejn huwa l-aktar possibbli u, fl-istess waqt,
biex tiċċara li l-Istati Membri u l-Iżvizzera mhumiex liberi li
jagħmlu talbiet ġeneriċi għal informazzjoni jew li jitolbu
informazzjoni li x'aktarx ma tkunx rilevanti għall-kwistjonijiet ta’ taxxa
ta’ kontribwent partikolari. Għalkemm il-paragrafu 2 fih rekwiżiti
proċedurali importanti li huma maħsuba biex jiġi żgurat li
ma jsirux talbiet ġeneriċi għal informazzjoni, madankollu
l-klawsoli (i) sa (v) tal-paragrafu 2 m'għandhomx jiġu interpretati
bħala li jfixklu l-iskambju effettiv ta' informazzjoni. L-istandard
ta’ “rilevanza prevedibbli” jista’ jiġi ssodisfat kemm f’każijiet li
jirrigwardaw kontribwent wieħed (kemm jekk identifikat b’ismu jew b’xi mod
ieħor) jew diversi kontribwenti (kemm jekk identifikati b’isimhom jew b’xi
mod ieħor). 4. Huwa mifhum li dan il-Ftehim ma jinkludix l-iskambju ta’
informazzjoni fuq bażi spontanja. 5. Huwa mifhum li f’każ ta’ skambju ta’ informazzjoni skont
l-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim, ir-regoli dwar il-proċeduri
amministrattivi rigward id-drittijiet tal-kontribwenti pprovduti fl-Istat li
ssirlu t-talba (li jkun Stat Membru jew l-Iżvizzera) jibqgħu
japplikaw. Huwa mifhum ukoll li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom
l-għan li jiggarantixxu proċedura ġusta għall-kontribwent u
mhux biex jipprevjenu jew itawlu b'mod muux dovut il-proċess tal-iskambju
ta’ informazzjoni.' Artikolu 5 Lingwi Dan il-Protokoll Emendatorju ġie mfassal
f’żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża,
Netherlandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża,
Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana,
Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka,
Slovena, Spanjola u Svediża, u kull waħda minn dawn
il-verżjonijiet lingwistiċi għandha titqies bħala awtentika
b'mod ugwali. Irid jiġi
aġġornat fil-lingwi kollha B’XIEHDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji
sottoskritti ffirmaw dan il-Protokoll. Irid jiġi
aġġornat fil-lingwi kollha Magħmul fi [XXXX] fil-[XX] jum ta’ [XXXX]
fis-sena [XXXX]. Irid jiġi
aġġornat fil-lingwi kollha Għall-Unjoni Ewropea Für die Schweizerische Eidgenossenschaft Pour la Confédération suisse Per la Confederazione svizzera Dikjarazzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti: Dikjarazzjoni
konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar id-dħul fis-seħħ
tal-Protokoll Emendatorju Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li huma jistennew li
r-rekwiżiti kostituzzjonali tal-Iżvizzera u r-rekwiżiti
tal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea rigward id-dħul fi ftehimiet
internazzjonali jiġu ssodisfati fil-ħin sabiex il-Protokoll
Emendatorju jkun jista' jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ Jannar
2017. Huma sejrin jieħdu l-miżuri kollha fis-setgħa tagħhom
sabiex jilħqu dan l-għan. Dikjarazzjoni
konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar il-Ftehim u l-Annessi Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni
tal-Ftehim u tal-Annessi, li l-Kummentarji tal-Mudell ta’ Ftehim bejn
l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u l-Istandard Komuni ta' Rapportar
għandhom ikunu sors ta’ spjegazzjoni jew ta' interpretazzjoni sabiex
tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti. Dikjarazzjoni
konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni
tal-Artikolu 5 dwar l-Iskambju ta’ Informazzjoni fuq Talba, li l-kummentarju
dwar l-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni tat-Taxxa tal-OECD dwar
id-Dħul u dwar il-Kapital għandu jkun sors ta’ interpretazzjoni. Dikjarazzjoni
konġunta tal-Partijiet Kontraenti dwar it-Taqsima III (A) tal-Anness I
tal-Ftehim Il-Partijiet
Kontraenti jaqblu li se jeżaminaw ir-rilevanza prattika tat-Taqsima III
(A) tal-Anness I li tistipula li Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus
Preeżistenti u Kuntratti ta’ Vitalizju li ma jeħtieġux
reviżjoni, identifikazzjoni jew rapportar, sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja
Rapportanti effettivament ma titħalliex, bil-liġi, tbiegħ tali
Kuntratti lil residenti ta’ Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Il-Partijiet Kontraenti għandhom
interpretazzjoni komuni li skont it-Taqsima III (A) tal-Anness I l-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti effettivament ma titħalliex, bil-liġi,
tbiegħ Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta’
Vitalizju lil residenti ta’ Ġurisdizzjoni Rapportabbli biss meta
l-liġi Ewropea u dik nazzjonali tal-Istati Membri jew il-liġi Żvizzera
applikabbli għal Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti residenti
f’Ġurisdizzjoni Parteċipanti (li tkun Stat Membru jew
l-Iżvizzera) mhux biss effettivament tipprevjeni bil-liġi lil dik
l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti milli tbiegħ Kuntratti
tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta’ Vitalizju
f’Ġurisdizzjoni Rapportabbli (li tkun, rispettivament, l-Iżvizzera
jew Stat Membru), iżda dawk il-liġijiet jipprevjenu wkoll b’mod
effettiv lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti bil-liġi milli
tbiegħ Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta’
Vitalizju lil residenti ta’ dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli fi kwalunkwe
ċirkostanza oħra. F’dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu
jinforma lill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha għandha
tinnotifika lill-Iżvizzera, f’każ li Istituzzjonijiet Finanzjarji
Rapportanti fl-Iżvizzera ma jitħallewx, bil-liġi, ibiegħu
tali Kuntratti lir-residenti tagħha abbażi ta’ liġijiet Ewropej
u nazzjonali applikabbli f’dak l-Istat Membru. Għaldaqstant,
l-Iżvizzera għandha tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea, li
min-naħa tagħha għandha tinnotifika lill-Istati Membri,
f’każ li Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti ta’ Stat Membru
wieħed jew aktar ma jitħallewx, bil-liġi, ibiegħu tali
Kuntratti lir-residenti Żvizzeri abbażi tal-liġi Żvizzera.
Dawn in-notifiki għandhom isiru qabel id-dħul fis-seħħ
tal-Protokoll Emendatorju rigward is-sitwazzjoni legali prevista mad-dħul
fis-seħħ. Fin-nuqqas ta’ tali notifika jiġi kkunsidrat li
l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti mhumiex effettivament impediti
mil-liġijiet tal-Ġurisdizzjoni Rapportabbli f’ċirkostanza
waħda jew aktar milli jbiegħu Kuntratti tal-Assigurazzjoni b'Valur fi
Flus u Kuntratti ta’ Vitalizju lir-residenti ta’ dik il-Ġurisdizzjoni
Rapportabbli. Diment li l-liġi tal-ġurisdizzjoni tal-Istituzzjoni
Finanzjarja Rapportanti ma tipprevjenix ukoll b’mod effettiv
lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti milli jbiegħu Kuntratti
tal-Assigurazzjoni b'Valur fi Flus u Kuntratti ta’ Vitalizju lir-residenti
tal-Ġurisdizzjoni Rapportabbli, it-Taqsima III (A) tal-Anness I
m'għandhiex tapplika għall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u
għall-Kuntratti rilevanti. Dikjarazzjoni
tal-Iżvizzera dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim Id-delegazzjoni Żvizzera infurmat
lill-Kummissjoni Ewropea li l-Iżvizzera mhijiex se tiskambja informazzjoni
b'rabta ma’ talba bbażata fuq data miksuba b’mod illegali. Il-Kummissjoni
Ewropea ħadet nota tal-pożizzjoni tal-Iżvizzera.