52015PC0059

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea /* COM/2015/059 final - 2015/0034 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1) Kuntest tal-proposta

110 || · Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha / kuntest ġenerali Il-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova ġie negozjat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2011 li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati. Il-Ftehim ġie ffirmat fis-26 ta’ Ġunju 2012.

120 || Ir-Repubblika tal-Kroazja ngħaqdet mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013. Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-Kundizzjonijiet tal-Adeżjoni, il-Kroazja ntrabtet li taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Istati Membri u l-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali. Il-proċedura simplifikata tapplika għall-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim mal-Moldova msemmi hawn fuq. Għaldaqstant għandu jiġi ffirmat Protokoll skont dik il-proċedura u skont l-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Protokoll jipprevedi l-adattamenti lingwistiċi meħtieġa tal-Ftehim li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja.

130 || · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam kopert mill-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll jieħdu post jew jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet fil-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova.

140 || · Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Il-Ftehim mal-Moldova jifforma parti mill-qafas tal-politika esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni stabbilit permezz tal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005)79: “Developing the agenda for the Community’s external aviation policy” u riċentement riveduta permezz tal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2012)556: “Il-Politika Esterna tal-UE dwar l-Avjazzjoni - Nindirizzaw l-Isfidi tal-Futur" u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill korrispondenti.

2) Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

|| · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

211 || Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Mhux applikabbli

212 || Sommarju tar-risposti u kif dawn ġew ikkunsidrati Mhux applikabbli

3) ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

305 || · Sommarju tal-miżuri proposti Il-Protokoll jiżgura li ssir l-emenda meħtieġa li għandha ssir fil-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE fl-1 ta’ Lulju 2013.

310 || · Bażi legali L-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni.

4) Implikazzjonijiet tal-baġit

409 || Il-proposta ma għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.

5) INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

570 || · Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-Kunsill huwa mitlub japprova l-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova. Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mid-data tal-firma tiegħu.

2015/0034 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati, f’isem l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, biex tikkonkludi Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni, bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova[1], biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

(2)       Dawk in-negozjati ġew konklużi b’suċċess fis-16 ta’ Settembru 2014.

(3)       Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(4)       Skont l-Artikolu 3(2) tiegħu, il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.           L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

2.           It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument ta’ setgħat sħaħ lill-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Protokoll biex jiffirma(w) il-Protokoll, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, skont l-Artikolu 3(2) tiegħu, malli jiġi ffirmat mill-partijiet, sakemm jidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L 292, 20.10.2012, p. 3.

ANNESS

Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

għall-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

PROTOKOLL

Li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

L-UNGERIJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, l-'Istati Membri'), u

L-UNJONI EWROPEA,

minn naħa waħda; kif ukoll

IR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

min-naħa l-oħra;

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti għall-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni ffirmat mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova fis-26 ta' Ġunju 2012 (minn hawn 'il quddiem 'il-Ftehim').

Artikolu 2

It-test tal-Ftehim bil-lingwa Kroata, li huwa mehmuż ma’ dan il-Protokoll, għandu jsir awtentiku taħt l-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.

Artikolu 3

1.         Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Madankollu, jekk dan il-Protokoll jiġi approvat mill-Partijiet wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, f'dak il-każ jidħol fis-seħħ, skont l-Artikolu 29(1) tal-Ftehim, xahar wara d-data tan-nota l-iktar tard fi skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw it-tlestija tal-proċeduri kollha neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll.

2.         Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-iffirmar tiegħu mill-Partijiet.

Artikolu 4

Magħmul fi …, duplikat, fi … 2014, f'kull lingwa uffiċjali tal-Partijiet, fejn kull test huwa ugwalment awtentiku.

GĦALL-ISTATI MEMBRI   GĦAR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

GĦALL-UNJONI EWROPEA