Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta' żieda tal-ammont ta’ prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ /* COM/2015/046 final - 2015/0026 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA L-għoti ta' "spinta ġdida
għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment" hija prijorità essenzjali
għall-Kummissjoni l-ġdida. Fil-Programm ta' Ħidma tagħha
għall-2015, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tieħu inizjattivi
sabiex tippromwovi l-integrazzjoni u l-impjegabbiltà fis-suq tax-xogħol,
inklużi miżuri ta' appoġġ għall-Istati Membri sabiex
iż-żgħażagħ jitressqu lejn ix-xogħol. Il-proposta
inwkistjoni dwar l-Inizjattiva favur l-Impjieg
taż-Żgħażagħ hija waħda mill-modi kif din
il-prijorità tista' tittieħed 'il quddiem mingħajr dewmien. L-Inizjattiva favur l-Impjieg
taż-Żgħażagħ (l-Inizjattiva) kienet adottata wara
sejħa politika ta' livell għoli mill-Kunsill Ewropew fi Frar tal-2013
sabiex jiġu indirizzati l-livelli bla preċedent ta' qgħad fost
iż-żgħażagħ f'ċerti reġjuni tal-Unjoni
Ewropea (UE) li qed jaffaċċjaw sitwazzjoni partikolarment
diffiċli. Il-Kunsill ta' Frar 2013 u l-konklużjonijiet sussegwenti
tal-Kunsill għal darba oħra enfasizzaw li għandha tingħata
l-ogħla prijorità lill-promozzjoni tal-impjiegi
taż-żgħażagħ. Il-Kunsill Ewropew sejjaħ sabiex
il-baġit tal-UE jkun mobilizzat bħala appoġġ
għall-isforzi tal-Istati Membri biex jegħlbu din it-tendenza.
L-għan tal-Inizjattiva huwa li tipprovdi finanzjament addizzjonali
għall-promozzjoni tal-impjiegi taż-żgħażagħ
fir-reġjuni l-aktar affettwati mill-qgħad fost
iż-żgħażagħ inkluż permezz tal-implimentazzjoni
tar-rakkommandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Garanzija
għaż-Żgħażagħ. L-appoġġ mogħti
bħala parti mill-Inizjattiva jista' jimmira direttament biss
żgħażagħ li mhumiex f'impjieg, edukazzjoni jew
taħriġ u, għall-kuntrarju tal-Fond Soċjali Ewropew, ma
jistax jappoġġa sistemi u strutturi. L-Inizjattiva hija integrata
fl-ipprogrammar tal-FSE u l-arranġamenti tal-ipprogrammar jistgħu
jkunu fl-għamla ta' programm operazzjonali dedikat, assi prijoritarju
dedikat fi ħdan programm operazzjonali jew parti minn assi prijoritarju
wieħed jew aktar. Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni
tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, sa mill-bidu
l-Kummissjoni pproponiet dispożizzjonijiet speċjali biex l-ammont
totali ta' riżorsi allokati għall-Inizjattiva jkunu impenjati
(disponobbli bil-quddiem) fl-ewwel sentejn tal-perjodu ta' programmar
2014-2020, biex tkun permessa l-mobilizzazzjoni mgħaġġla u
sostanzjali ta' miżuri għaż-żgħażagħ u
għal riżultati immedjati. Għaldaqstant, l-operazzjonijiet li
huma parti mill-Inizjattiva għandhom jiġu implimentati,
fil-prinċipju, sa tmiem l-2018 u mhux fl-2023 bħal mhu l-każ ta'
operazzjonijiet oħra appoġġati mill-Fondi Strutturali u ta'
Investiment Ewropej (Fondi SIE), inkluż il-Fond Soċjali Ewropew.
Barra minn hekk, ġie deċiż li n-nefqa li hija parti
mill-Inizjattiva tkun eliġibbli sa mill-1 ta' Settembru 2013 u li mhu
meħtieġ l-ebda kofinanzjament nazzjonali għall-allokazzjoni
speċifika għall-Inizjattiva. Hemm ukoll dispożizzjonijiet
oħra fil-qafas regolatorju għall-2014-2020 biex titħaffef
l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva. L-iqsar perjodu ta’ implimentazzjoni
tal-Inizjattiva jimplika li l-progress fl-implimentazzjoni fuq il-post fl-ewwel
snin se jkun kruċjali għas-suċċess totali tal-Inizjattiva
biex tindirizza l-problema li qed jiffaċċjaw 7 miljun
żagħżugħ u żagħżugħa Ewropej li huma
mingħajr impjieg u li mhumiex qed jieħdu xi edukazzjoni jew
taħriġ. Kwalunkwe dewmien ieħor fl-implimentazzjoni
tal-Inizjattiva aktarx li jikkomprometti l-proċess u l-azzjonijiet
meħuda mill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-qgħad fost
iż-żgħażagħ. Madankollu, sena wara l-adozzjoni
tar-Regolament tal-FSE u l-Inizjattiva favur l-Impjieg
taż-Żgħażagħ, ir-riżultati ma laħqux
l-aspettativi inizjali. Il-finanzjament disponobbli bil-quddiem tal-impenji
tal-Inizjattiva ma wasslux għall-mobilizzazzjoni mħaffa li kienet
mistennija tar-riżorsi mill-istess Inizjattiva. Fost ir-raġunijiet
ewlenin identifikati hemm il-proċessi li għaddejin tan-negozjati
tal-programmi operazzjonali relevanti u t-tnedija ta' arranġamenti ta'
implimentazzjoni rispettivi fl-Istati Membri; il-kapaċità limitata tal-awtoritajiet
li jniedu sejħiet għal proġetti u li jipproċessaw
applikazzjonijiet b'mod mgħaġġel u n-nuqqas ta’ prefinanzjament
li jkun biżżejjed biex jitnedew il-miżuri meħtieġa.
Din tal-aħħar tqajmet fil-livell politiku mill-Istati Membri.
Għadd minnhom irrappurtaw, f’diversi livelli, inkluż fil-kuntest ta’
laqgħat tal-Kunsill dwar l-Impjiegi, Politika Soċjali,
Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) kif ukoll f'laqgħat
bilaterali mal-Kummissjoni, li qed jaffaċċjaw diffikultajiet sinifikanti
biex jibdew jimplimentaw l-operazzjonijiet minħabba n-nuqqas ta'
biżżejjed finanzjament biex jagħtu l-pagamenti
lill-benefiċjarji. Min-naħa tiegħu, il-Parlament Ewropew esprima
tħassib dwar l-użu kajman tal-Inizjattiva. Din is-sitwazzjoni hija partikolarment
akuta fl-Istati Membri bl-ogħla livelli ta’ qgħad fost
iż-żgħażagħ peress li huma wkoll dawk li qed
jiffaċċjaw l-aktar restrizzjonijiet baġitarji u nuqqas ta’
finanzjament. Il-Kummissjoni diġà adottat 28 mill-34
programm operazzjonali li jimplimentaw l-Inizjattiva u għalqet
in-negozjati dwar erba’ programmi oħra minn dawk li qed jistennew li
jiġu adottati. Barra minn hekk, fl-2014 il-Kunsill adotta għadd ta’
rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jitlob
lill-Istati Membri li jintensifikaw l-isforzi tagħhom fit-tnaqqis
tal-qgħad fost iż-żgħażagħ. Il-kapaċità
amministrattiva u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-programmi
għall-perjodu attwali qed jiġu attwati mill-Istati Membri u
l-Kummissjoni ilha tappoġġa dan il-proċess permezz ta’ gwida
teknika. F’termini ta’ azzjoni immedjata min-naħa tal-Kummissjoni dwar
il-prefinanzjament, din il-proposta għandha l-għan li twieġeb
għall-kwistjoni mqajma mill-Istati Membri. Il-livelli attwali ta’ prefinanzjament
inizjali stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ma kinux
biżżejjed biex jagħlqu d-distakk eżistenti fil-finanzjament
u - meta jitqies l-impenn politiku inkluż fl-Inizjattiva - biex ikun
appoġġat l-isforz biex tingħata tweġiba immedjata u
mgħaġġla għal-livell li huwa għoli b'mod
inaċċettabbli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ
fl-UE. Il-livelli attwali tal-prefinanzjament inizjali mħallas
immedjatament mal-adozzjoni ta’ programm operazzjonali jsarrfu għal
1 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal dak il-programm operazzjonali
(jew 1,5 % għall-Istati Membri li qed jieħdu assistenza
finanzjarja). Barra minn hekk, il-ħlasijiet interim lill-Istat Membru
jistgħu jsiru biss abbażi ta’ nefqa diġà mġarrba
mill-benefiċjarji u mħallsa, li tkun iċċertifikata
mill-Istat Membru. Il-ħlasijiet interim għandhom jintużaw
għar-rimborż tal-benefiċjarji għal spejjeż
imħallsa. Għaldaqstant, il-ħlasijiet interim huma
biżżejjed biex isiru ħlasijiet bil-quddiem
lill-benefiċjarji. Din is-sitwazzjoni, flimkien
maż-żieda fir-rata ta’ żgħażagħ f’riskju ta’
faqar jew esklużjoni soċjali, titlob li jitwettqu miżuri
addizzjonali li jindirizzaw l-ispeċifiċitajiet tal-Inizjattiva.
Il-finanzjament disponibbli bil-quddiem tar-riżorsi tal-Inizjattiva
għandu jkun appoġġat minn mekkaniżmi li jistgħu tassew
jiżguraw il-mobilizzazzjoni malajr tal-finanzjament għal operazzjonijiet
fl-ewwel snin tal-perjodu ta’ programmar. B’mod partikolari, huwa
meħtieġ li jiġi żgurat li l-prefinanzjament inizjali li
jitħallas għall-programmi operazzjonali li jimplimentaw l-Inizjattiva
jkun biżżejjed biex jiffinanzjaw pagamenti lill-benefiċjarji
biex jibdew u jimplimentaw l-operazzjonijiet. Bil-kontra tal-programmi
l-oħra b'ġestjoni kondiviża, l-Inizjattiva favur l-Impjiegi
taż-Żgħażagħ hija appoġġata minn
allokazzjoni speċifika li hija ffinanzjata kompletament mill-baġit
tal-UE. Għaldaqstant, l-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva
hija l-uniku sors ta’ finanzjament b'ġestjoni kondiviża li
tibbenefika mill-eżenzjoni tar-rekwiżit ta' kofinanzjament
nazzjonali. B’din il-proposta, il-prefinanzjament inizjali magħmul
disponibbli mill-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur
l-Impjiegi taż-Żgħażagħ fl-2015 se jiżdied
għal madwar EUR biljun (1). Din il-proposta ma tbiddilx il-prefinanzjament
inizjali mħallas mill-FSE għal programmi operazzjonali li
jimplimentaw l-Inizjattiva favur l-Impjiegi
taż-Żgħażagħ, u lanqas ma tbiddel il-prefinanzjament
inizjali li għandu jitħallas fl-2016 mill-allokazzjoni speċifika
għall-istess Inizjattiva. Barra minn hekk, din ma taffettwax
il-prefinanzjament inizjali mħallas lil programmi oħra kofinanzjati
minn fondi oħra tas-SIE. Din iż-żieda tal-prefinanzjament
inizjali mill-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva mħallsa
għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva
(irrispettivament mill-għamla tal-arranġamenti ta’ programmar) hija
meqjusa xierqa u konformi bis-sħiħ mar-regoli speċifiċi
applikabbli għall-istess Inizjattiva. Barra minn hekk, din il-proposta
għandha l-għan li taġġusta l-profil ta’ prefinanzjament
tal-Inizjattiva għal dak tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u
b’hekk tippermetti l-istess livell ta’ prefinanzjament b'rabta mal-istess
Inizjattiva kif normalment ikun il-każ għal programmi oħra.
F’dan is-sens, il-proposta għandha l-għan li tiżgura
t-trattament ugwali bejn il-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ
u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Barra minn hekk, il-prefinanzjament inizjali
għandu jintuża biss mill-Istati Membri għal ħlasijiet
lill-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm appoġġat
mill-Inizjattiva, skont l-Artikolu 81(2) tar-Regolament dwar
Dispożizzjonijiet Komuni u għandu jkun disponibbli lill-korp
responsabbli mingħajr dewmien. Barra minn hekk, sabiex ikun żgurat li
l-prefinanzjament addizjonali jirriżulta fl-implimentazzjoni immedjata
tal-Inizjattiva, din il-proposta tipprevedi għal dawn il-programmi operazzjonali
li jekk tnax-il (12) xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan
ir-Regolament il-Kummissjoni ma tkunx irċeviet applikazzjonijiet għal
ħlas interim li fihom il-kontribuzzjoni tal-Unjoni mill-Inizjattiva
tammonta għal mill-anqas 50% tal-prefinanzjament addizjonali,
il-prefinanzjament addizjonali se jkun meħtieġ li jiġi
rimborżat lill-Kummissjoni. Din il-proposta hija konformi mal-impenn
politiku tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi appoġġ immedjat
għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq
tax-xogħol. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, din
il-proposta ta’ żieda tal-pagamenti ta’ prefinanzjament lill-Istati Membri
ma tibdilx il-profil finanzjarju ġenerali li diġà ġie maqbul
tal-allokazzjonijiet nazzjonali: din il-proposta sempliċiment tipproponi li
tavvanza fil-waqt l-allokazzjonijiet li diġà ġew ivvutati
fil-baġit tal-UE għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi
taż-Żgħażagħ. Għaldaqstant, din il-proposta
żżid il-flessibbiltà għall-Istati Membri biex ikollhom aċċess
għal dan il-finanzjament u biex jimmobilizzawh aħjar, u dan
iħaffef l-implimentazzjoni tiegħu u b'hekk jintuża biex jitnedew
miżuri li jkunu direttament ta' benefiċju għall-integrazzjoni
ta' żgħażagħ Ewropej fis-suq tax-xogħol, notevolment
permezz tal-provvediment ta' impjiegi, apprendistati u skemi ta'
taħriġ. Jekk il-proposta attwali ma tiġix
adottata, l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva se tkompli tkun imdewma ħafna
- kuntrarjament għas-sejħa tal-Kunsill Ewropew għal azzjoni
urġenti. Bħala riżultat tan-nuqqas ta’ finanzjament disponibbli
faċilment, miżuri kruċjali tant meħtieġa ta' politika
għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq
tax-xogħol ikunu serjament imfixkla. F’dan il-kuntest, hemm ħtieġa
urġenti li jiżdied l-ammont ta’ finanzjament disponibbli kmieni matul
il-perjodu ta’ programmar għal operazzjonijiet appoġġati
mill-Inizjattiva. Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiżdied
il-prefinanzjament inizjali tal-allokazzjoni speċifika
għall-Inizjattiva biex tippermetti li titħaffef l-implimentazzjoni
tal-istess Inizjattiva. Ir-rata ta’ prefinanzjament propost tipprovdi impatt
massimu mingħajr ma tinqabeż id-disponibbiltà tal-baġit
għall-Inizjattiva. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Ma kienx hemm konsultazzjoni mal-partijiet
interessati esterni. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Huwa propost li tiġi introdotta
dispożizzjoni addizzjonali fl-Artikolu 22a tar-Regolament (UE)
Nru 1304/2013, dwar il-prefinanzjament inizjali addizzjonali għal
programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjiegi
taż-Żgħażagħ. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil
fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji
u ħlasijiet skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013.
Il-proposta hija newtrali għall-finijiet tal-baġit għall-perjodu
ta’ programmar 2014-2020. Ir-rendikont dettaljat annwali
tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Inizjattiva jibqa’ l-istess. Il-ħtieġa miżjuda għal
approprjazzjonijiet ta’ pagamenti għall-prefinanzjament inizjali
addizjonali tal-Inizjattiva fl-2015 se jkun kompletament kopert
b'appropjazzjonijiet tal-baġit tal-2015 għall-allokazzjoni
speċifika tal-Inizjattiva. Konsegwentement, il-modifika proposta ma
għandhiex twassal għal akkumulazzjoni ta' talbiet mhux imħallsa
għall-perjodu 2014-2020. 2015/0026 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1304/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew,
fir-rigward ta' żieda tal-ammont ta’ prefinanzjament inizjali mħallas
għal programmi operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur
l-Impjiegi taż-Żgħażagħ IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 164
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2], Filwaqt li jaġixxu f'konformità
mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Fid-dawl tal-livelli
għolja persistenti ta' qgħad fost
iż-żgħażagħ fl-Unjoni, ġiet stabbilita
Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ biex
tagħti appoġġ liż-żgħażagħ li huma
barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ fir-reġjuni l-aktar
affettwati. Biex ikun żgurat rispons mgħaġġel
għall-ġlieda kontra l-qgħad fost
iż-żgħażagħ, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[3]
u r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[4] jistabbilixxu
dispożizzjonijiet biex tkun permessa l-mobilizzazzjoni aktar
mgħaġġla tar-riżorsi allokati lill-Inizjattiva,
inkluż, fost l-oħrajn, l-impenn tar-riżorsi kollha fl-ewwel
sentejn tal-perjodu ta' programmar, il-possibbiltà li jkunu adottati programmi
operazzjonali dedikati għall-Inizjattiva qabel ma l-Ftehim ta'
Sħubija jitressaq quddiem il-Kummissjoni u l-eliġibbiltà tan-nefqa
mġarrba mill-operazzjonijiet bħala parti mill-Inizjattiva sa mill-1 ta'
Settembru 2013. (2) Il-limitazzjonijiet
baġitarji ffaċċjati mill-Istati Membri u n-nuqqas ta’
finanzjament disponibbli fl-istadju inizjali tal-perjodu ta’ programmar
ikkawżaw dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva.
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jistabbilixxi l-livelli għall-ammont
ta' prefinanzjament inizjali li għandu jitħallas biex ikun
żgurat li l-Istati Membri għandhom il-mezzi biex jagħtu
l-appoġġ lill-benefiċjarji mill-bidu tal-implimentazzjoni
tal-programmi operazzjonali. Fil-kuntest tal-Inizjattiva favur l-Impjiegi
taż-Żgħażagħ dawn l-ammonti ġew meqjusa li
mhumiex biżżejjed sabiex jagħtu l-ħlasijiet
meħtieġa lill-benefiċjarji għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet.
(3) Biex ikunu indirizzati
l-limitazzjonijiet baġitarji ffaċċjati mill-Istati Membri
fl-istadju inizjali tal-perjodu ta' programmar u, filwaqt li titqies
il-ħtieġa urġenti li jiġi indirizzat il-qgħad fost
iż-żgħażagħ u l-elementi speċifiċi tal-Inizjattiva,
huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex ikun
ikkumplimentat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, bil-għan li jiżdied
il-livell tal-prefinanzjament inizjali mħallas lill-programmi
operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva fl-2015. Biex jiġi
żgurat li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed mezzi biex
jagħmlu ħlasijiet lill-benefiċjarji responsabbli
mill-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet li jindirizzaw il-qgħad fost
iż-żgħażagħ, fl-2015 għandu jitħallas ammont
tal-prefinanzjament inizjali addizjonali mill-allokazzjoni speċifika
għall-Inizjattiva għall-programmi operazzjonali appoġġati
mill-istess Inizjattiva, biex ikunu kkumplimentati l-ammonti ta'
prefinanzjament imħallsa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. (4) Sabiex ikun żgurat li
l-ammont inizjali ta’ prefinanzjament addizzjonali jintuża
għall-implimentazzjoni immedjata tal-Inizjattiva, għandu jkun previst
li dan l-ammont jiġi rimborżat lill-Kummissjoni, jekk
il-kontribuzzjoni tal-Unjoni mill-Inizjattiva ma tammontax għal livell
xieraq fl-applikazzjonijiet ta’ ħlas interim mressqa quddiem
il-Kummissjoni tnax-il (12) xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan
ir-Regolament. (5) Sabiex tkun tista' ssir
applikazzjoni fil-pront tal-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament, dan
ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara
l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. (6) Ir-Regolament (UE) Nru
1304/2013 għandu għaldaqstant jiġi emendat, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fir-Regolament (UE) Nru 1304/2013,
jiddaħħal l-Artikolu 22a li ġej: "Artikolu 22a Ħlas
ta’ prefinanzjament addizzjonali għal programmi operazzjonali
appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjiegi
taż-Żgħażagħ 1. Minbarra l-ammont ta’
prefinanzjament inizjali mħallas skont il-punt (b)
tal-Artikolu 134(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ammont ta’
prefinanzjament inizjali mill-allokazzjoni speċifika
għall-Inizjattiva għandu jitħallas fl-2015 għall-programmi
operazzjonali kollha appoġġati mill-istess Inizjattiva,
irrispettivament mill-għamla tal-arranġament ta’ programmar
f'konformità mal-Artikolu 18, sabiex il-prefinanzjament inizjali
mill-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva jiżdied għal
30 %. 2. Għall-finijiet
tal-kalkolu tal-prefinanzjament addizzjonali li għandu jitħallas
skont il-paragrafu 1, l-ammonti mħallsa mill-allokazzjoni speċifika
għall-Inizjattiva għall-programm operazzjonali f'konformità mal-punt
(b) tal-Artikolu 134(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
għandhom jitnaqqsu. 3. Jekk tnax-il (12) xahar wara
d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri ma
jressqux applikazzjonijiet ta’ ħlas interim fejn il-kontribuzzjoni
tal-Unjoni mill-Inizjattiva jkun mill-inqas ugwali għal 50 %
tal-prefinanzjament addizzjonali, huma għandhom jirrimborżaw
lill-Kummissjoni l-ammont totali ta’ prefinanzjament addizzjonali mħallas
f'konformità mal-paragrafu 1. Il-kontribuzzjoni mill-allokazzjoni
speċifika għall-Inizjattiva għall-programm operazzjonali
kkonċernat ma għandhiex tiġi affettwata minn tali rimborż.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President RAPPORT FINANZJARJU
LEĠIŻLATTIV 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
tal-politika konċernat/i fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/tal-inizjattiva 1.4. Għan/ijiet
1.5. Raġunijiet
għall-proposta/għall-inizjattiva 1.6. Tul
u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/metodi
ta’ mmaniġġjar previst/i 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1. Regoli
ta’ monitoraġġ u rappurtar 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u rregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwati 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul RAPPORT
FINANZJARJU LEĠIŻLATTIV 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva
Proposta
għal emenda tar-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew, fir-rigward ta' żieda
tal-ammont ta’ prefinanzjament inizjali mħallas għal programmi
operazzjonali appoġġati mill-Inizjattiva favur l-Impjiegi
taż-Żgħażagħ 1.2. Qasam/oqsma tal-politika
konċernat/i fl-istruttura ABM/ABB[5]
4
Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni 040264
Inizjattiva favur l-Impjiegi 1.3. Natura
tal-proposta/tal-inizjattiva ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
hija relatata ma' azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni
preparatorja[6] x Il-proposta/l-inizjattiva
tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/l-inizjattiva
tirrigwarda azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Għan/ijiet 1.4.1. L-għan/ijiet
strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/tal-inizjattiva Mhux
Applikabbli 1.4.2. L-għan/ijiet
speċifiku/speċifiċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i
Nru tal-għan speċifiku Mhux
Applikabbli Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernat/i Mhux
Applikabbli 1.4.3. Riżultat/i u impatt
mistennija Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Mhux
Applikabbli 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati
u l-impatt Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/tal-inizjattiva. Mhux
Applikabbli 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/għall-inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit/i li
għandu/hom jiġi/u sodisfat/i fuq terminu qasir jew twil Mhux
Applikabbli 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE Mhux
Applikabbli 1.5.3. Tagħlim miksub minn
esperjenzi simili fl-imgħoddi Mhux
Applikabbli 1.5.4. Kompatibbiltà u sinerġija
possibbli ma’ strumenti xierqa oħra Mhux
Applikabbli 1.6. Tul u impatt finanzjarju ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul limitat –
x Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2015 sal-31/12/2023 –
x Impatt finanzjarju fl-2015 ¨ Proposta/inizjattiva ta' tul
taż-żmien mhux limitat –
Implimentazzjoni b'perjodu ta' bidu minn SSSS sa
SSSS, –
segwit minn tħaddim fuq skala sħiħa. 1.7. Metodu/metodi ta’
ġestjoni previst/i[7] ¨ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni –
¨ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha
fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni; –
¨ mill-aġenziji eżekuttivi x Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni indiretta permezz tad-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja
lil: –
¨ pajjiżi terzi jew il-korpi nnominati minnhom; –
¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom
(iridu jiġu speċifikati); –
¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment; –
¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju; –
¨ korpi tal-liġi pubblika; –
¨ korpi regolati mid-dritt privat b'missjoni ta’ servizz pubbliku sa
fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati; –
¨ korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li jkunu fdati
bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji
finanzjarji adegwati; –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi
fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku
rilevanti. – Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed
ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima
“Kummenti”. Kummenti Mhux
Applikabbli 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Regoli ta’
monitoraġġ u rappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Mhux
Applikabbli 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u
kontroll 2.2.1. Riskju(i) identifikat(i) Mhux
Applikabbli 2.2.2. Tagħrif li
jikkonċerna s-sistema ta’ kontroll intern Mhux
Applikabbli 2.2.3. Stima tal-kosti u
tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni
tar-riskju ta’ żball Mhux
Applikabbli 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u rregolaritajiet Speċifika
l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti. Mhux
Applikabbli 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i) tal-qafas
finanzjarju multiannwali u linja(i) baġitarja(i) tan-nefqa affettwati · Il-linji baġitarji eżistenti Fl-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Intestatura….............................................….] || Diff./mhux-diff.[8] || minn pajjiżi tal-EFTA[9] || minn pajjiżi kandidati[10] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju 1 Tkabbir intelliġenti u inklussiv || 04.0264 [Inizjattiva favur l-Impjiegi] || Diff. || LE || LE || LE || LE · Linji baġitarji ġodda mitluba Fl-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u linji baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Intestatura….............................................….] || Diff./mhux-diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju || [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil
fil-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u
ħlasijiet skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013. Ir-rendikont dettaljat annwali
tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Inizjattiva favur l-Impjiegi
taż-Żgħażagħ jibqa’ l-istess. Il-ħtieġa miżjuda għal
approprjazzjonijiet ta’ pagamenti għall-prefinanzjament inizjali
addizjonali tal-Inizjattiva fl-2015 se jkun kopert mill-appropjazzjonijiet
tat-TITOLU 4 (Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni)
tal-baġit tal-2015 għall-FSE u l-Inizjattiva favur l-Impjiegi
taż-Żgħażagħ. 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq
in-nefqa EUR miljun (sa tliet punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Numru 1 || Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv DĠ: EMPL || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018[11] || 2019 || 2020 || TOTAL Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || 04.0264 Inizjattiva favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ || Impenji || (1) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Pagamenti || (2) || 0 || 930.000 || 0 || 0 || -930.000 || 0 || 0 || 0 Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[12] || || || || || || || || Mhux Applikabbli || || (3) || || || || || || || || TOTAL tal-approprazzjonijiet għal DĠ EMPL || Impenji || =1+1a +3 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Pagamenti || =2+2a +3 || 0 || 930.000 || 0 || 0 || -930.000 || 0 || 0 || 0 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Pagamenti || (5) || 0 || 930.000 || 0 || 0 || -930.000 || 0 || 0 || 0 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL tal-approprazzjonijiet taħt INTESTATURA 1 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Pagamenti || =5+ 6 || 0 || 930.000 || 0 || 0 || -930.000 || 0 || 0 || 0 Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata
mill-proposta / mill-inizjattiva: TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || || Pagamenti || (5) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || TOTAL tal-approprazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || || Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarjupluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva" EUR miljun (sa tliet punti deċimali) || || || SenaN || SenaN+1 || SenaN+2 || SenaN+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL DĠ: <…….> || Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || TOTAL DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || || TOTAL tal-approprazzjonijiet taħt INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || || || || || || || || EUR miljun (sa tliet punti deċimali) || || || Sena N[13] || SenaN+1 || SenaN+2 || SenaN+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL TOTAL tal-approprazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || || || || || || || || Pagamenti || || || || || || || || 3.2.2. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali –
x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
Euro (sat-tielet punt deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || SenaN || SenaN+1 || SenaN+2 || SenaN+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL RIŻULTATI Tip[14] || Kost medju || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Le || Kost || Nru totali || Spiża totali GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[15]… || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ... || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || || 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
x Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt: EUR miljun (sa tliet
punti deċimali) || SenaN [16] || SenaN+1 || SenaN+2 || SenaN+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Barra INTESTATURA 5[17]tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa oħrata’ natura amministrattiva || || || || || || || || Subtotal barra INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || TOTAL || || || || || || || || L-approprjazzjonijiet
meħtieġa għar-riżorsi umani u spejjeż oħrajn ta’
natura amministrattiva se jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet
mid-DĠ li diġà huma assenjati lill-immaniġġjar tal-azzjoni
u/jew kienu riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk neċessarju,
ma’ xi allokazzjoni addizjonali li tista’ tkun mogħtija lid-DĠ ta’
ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl
tal-limitazzjonijiet tal-baġit. 3.2.3.2. Ħtiġijiet stmati ta’
riżorsi umani –
x Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani. –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi
umani, kif spjegat hawn taħt: Stima li trid tingħata f’unitajiet
ekwivalenti għal full time || || SenaN || SenaN+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Postijiet tal-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) || || || XX 01 01 01 (il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || || || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (Ekwivalenti għal unità ta' ingaġġ full-time: FTE)[18] || || XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-‘pakkett globali’) || || || || || || || || XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || || XX 01 04 yy [19] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || || || - f'Delegazzjonijiet || || || || || || || || XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || || || 10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta) || || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || || TOTAL || || || || || || || XX huwa l-qasam
ta' politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jkunu milħuqa mill-persunal tad-DĠ li diġà
huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati
mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ,
ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li
jkun qed iġesti skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u
fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji eżistenti. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u persunal temporanju || Persunal estern || 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
x Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
pluriennali kurrenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva ser teħtieġ programmar
mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega x’riprogrammar huwa meħtieġ, filwaqt
li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti
korrispondenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument
ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li
tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u
l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal
kofinanzjament minn partijiet terzi. –
Il-proposta/inizjattiva tistipula l-kofinanzjament
stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti
deċimali) || SenaN || SenaN+1 || SenaN+2 || SenaN+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Totali Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
x Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju
fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq dħul mixxellanju EUR
miljun (sa tliet punti deċimali) Il-linja tad-dħul baġitarju: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti || Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva[20] SenaN || SenaN+1 || SenaN+2 || SenaN+3 || Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) L-Artikolu …. || || || || || || || || Għal dħul
mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit
affettwat(i). Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. [1] ĠU C , , p. . [2] ĠU C , , p. . [3] Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li
jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond
ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u
l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet
ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali,
il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew
għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, ĠU L 347,
20.12.2013, p. 320. [4] Ir-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewrolpew
u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006, ĠU L 347,
20.12.2013, p. 470. [5] ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività;
ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività. [6] Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament
Finanzjarju. [7] Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinsabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [8] Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. =
Approprjazzjonijiet mhux differenzjati [9] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [10] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi
kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [11] F’konformità mal-Art. 136 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013
il-prefinanzjament għandu jkun ġustifikat (ikklerjat) bin-nefqa
tal-Inizjattiva ddikjarata sal-31/12/2018. [12] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet
tal-UE (dawk li kienu linji "BA"), riċerka indiretta,
riċerka diretta. [13] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [14] Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li
għandhom jiġu forniti (eż.: għadd ta' skambji ta' studenti
ffinanzjati, għadd ta' kilometri ta' toroq mibnija, u l-bqija) [15] Kif deskritt fil-punt 1.4.2. "Għan/ijiet
speċifiku/speċifiċi …". [16] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [17] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa
b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet
tal-UE (dawk li kienu linji "BA"), riċerka indiretta,
riċerka diretta. [18] AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END=
Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JED= Esperti
Żgħażagħ f'Delegazzjonijiet. [19] Sottolimitu massimu, għall-persunal estern kopert
mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA"). [20] Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji
doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu
ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25 %
għall-ispejjeż tal-ġbir.