22.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/155 |
P8_TA(2015)0310
Implimentazzjoni tal-White Paper tal-2011 dwar it-Trasport
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli (2015/2005(INI))
(2017/C 316/16)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti”(COM(2011)0144), |
— |
wara li kkunsidra s-smigħ pubbliku intitolat “White Paper dwar it-Trasport: it-teħid tal-kont u t-triq 'il quddiem lejn mobbiltà sostenibbli” li sar mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu fis-17 ta’ Marzu 2015, |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' April 2015 intitolat “Pjan direzzjonali għal żona unika Ewropea ta' trasport – progress u sfidi”, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar il-Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti (1), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar futur sostenibbli għat-trasport (2), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Lulju 2007 bit-titolu Inżommu lill-Ewropa miexja – Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna (3), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Frar 2003 dwar il-“White Paper” tal-Kummissjoni “Il-politika Ewropea tat-trasport għall-2010: il-ħin biex niddeċiedu” (4), |
— |
wara li kkunsidra l-“White Paper” tal-Kummissjoni “Il-politika Ewropea tat-trasport għall-2010: il-ħin biex niddeċiedu”(COM(2001)0370), |
— |
wara li kkunsidra l-Konferenza dwar il-Klima tal-COP 21 li jmiss li se ssir f'Diċembru 2015 f'Pariġi, |
— |
wara li kkunsidra l-Pakkett dwar l-Unjoni tal-Enerġija u l-Komunikazzjoni tiegħu bit-titolu “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li Tħares 'il Quddiem” (COM(2015)0080), |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 dwar il-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030; |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Strateġija għas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” (COM(2015)0192), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn mobilità urbana kompetittiva u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi” (COM(2013)0913), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Settembru 2011 dwar is-sikurezza fit-toroq Ewropej 2011-2020 (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0246/2015), |
A. |
billi l-White Paper dwar it-Trasport stabbilixxiet aġenda għat-trasformazzjoni tas-sistema tat-trasport Ewropea u l-ħolqien ta’ Żona Unika Ewropea tat-Trasport; |
B. |
billi s-settur tat-trasport jirrappreżenta mutur tal-ekonomija tal-UE, li jimpjega madwar 10 miljun persuna u jammonta għal madwar 5 % tal-PGD, li għandu jibqa' fuq quddiem nett fil-ġenerazzjoni ta' tkabbir ekonomiku u ħolqien ta' xogħol ulterjuri, u jippromwovi l-kompetittività, l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni territorjali; |
C. |
billi t-trasport huwa settur fejn l-Ewropa hija mexxejja dinjija, kemm fil-manifattura u fl-operazzjonijiet tat-trasport, u huwa kruċjali li t-trasport Ewropew ikompli jiżviluppa, jinvesti u jiġġedded b'mod sostenibbli, sabiex tinżamm it-tmexxija teknoloġika tagħha fil-livell dinji, tkompli tesporta l-istandards tagħha madwar id-dinja u żżomm il-pożizzjoni kompetittiva tagħha fil-mezzi kollha tat-trasport f'ekonomija globali dejjem aktar karatterizzata mill-emerġenza ta' atturi ġodda potenti u mudelli ġodda ta' negozju; |
D. |
billi l-premessi tas-soċjetà tagħna qed jinbidlu bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni, l-urbanizzazzjoni, il-globalizzazzjoni u t-tibdil demografiku, u għandna bżonn bidla fil-paradigmi tal-politika tat-trasport eżistenti li jkunu jistgħu jiffaċċjaw l-isfidi tal-futur; |
E. |
billi t-trasport huwa fundamentali għall-moviment ħieles ta' persuni, oġġetti u servizzi, li fuqhom jissejjes is-Suq Uniku, u l-moviment liberu huwa kemm mutur b'saħħtu għall-integrazzjoni fi ħdan l-Unjoni kif ukoll fattur kruċjali fil-prestazzjoni tal-industrija Ewropea u l-kummerċ; |
F. |
billi t-trasport ikompli jkun dipendenti kważi b'mod sħiħ fuq il-fjuwils fossili u huwa l-uniku settur fejn l-emissjonijiet ta' gass serra kibru matul l-aħħar 25 sena, u mingħajr it-tnaqqis ekonomiku riċenti t-tkabbir seta' kien anki akbar; |
G. |
billi hemm ħtieġa urġenti li tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija u s-sostenibilità tas-sistema tat-trasport u titnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt u fuq ir-riżorsi tal-enerġija fossili b'mod kosteffiċjenti mingħajr ma tiġi sagrifikata l-kompetittività tagħha u mingħajr trażżin tal-mobilità, f'konformità mal-objettivi stabbiliti fil-White Paper; |
H. |
billi bijokarburanti sostenibbli avvanzati, b'mod partikolari dawk prodotti minn proċessar ta' skart u residwi konformi mal-ġerarkija tal-ġestjoni tal-iskart (6), jirrappreżentaw potenzjal mhux sfruttat għat-tnaqqis tad-dipendenza tas-sistema Ewropea tat-trasport fuq iż-żejt u biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gass serra mis-settur tat-trasport; |
I. |
billi huwa essenzjali li jiġi żgurat l-iżvilupp b'suċċess tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) fi ħdan il-perjodi ta' żmien maqbula, biex jorbtu b'mod effettiv in-netwerks tat-trasport tar-reġjuni kollha tal-UE, li jgħaqqdu reġjuni ġeografikament periferiċi maċ-ċentru tal-UE, u biex jelimina differenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tal-infrastruttura u tal-manutenzjoni, b'mod partikolari bejn il-Lvant u l-Punent tal-Unjoni; |
J. |
billi l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport għandu impatt pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kummerċ, u huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġu eliminati l-ostakli li jxekklu l-investiment privat fl-infrastruttura tat-trasport; |
K. |
billi l-infrastruttura tat-trasport ġeneralment tirrikjedi finanzjament fit-tul, u l-livelli ta' investiment naqsu f'dawn l-aħħar snin minħabba nuqqas ta' fiduċja fost dawk li jfasslu l-liġi, żviluppaturi ta' proġetti u s-settur finanzjarju; |
L. |
billi għal ħafna snin kien hemm nuqqas serju ta' investiment fl-infrastruttura tat-trasport pubbliku madwar l-UE, u billi faċilitajiet imtejba għal persuni bil-mixi, għall-anzjani u għall-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa huma parti mill-għanijiet tal-Unjoni u jeħtieġu fondi addizzjonali; |
M. |
billi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-White Paper għandu jkun li tagħmel lin-nies u d-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri l-objettiv ċentrali tal-politika tat-trasport; |
N. |
billi l-innovazzjoni u sistemi tat-trasport intelliġenti għandhom jaqdu rwol ewlieni fl-iżvilupp ta' suq modern, effiċjenti, sostenibbli u interoperabbli ta' sistema Ewropea tat-trasport li tkun aċċessibbli għal kulħadd; |
O. |
billi n-netwerks multimodali u l-integrazzjoni ta' mezzi differenti ta' trasport u servizzi huma potenzjalment ta' benefiċċju għat-titjib tal-konnessjonijiet u l-effiċjenza tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, u b'hekk jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u emissjonijiet oħrajn li huma ta' ħsara; |
P. |
billi l-ħolqien ta' Żona Unika Ewropea tat-Trasport ġenwina mhux se tkun possibbli mingħajr l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-Istati Membri u, fejn meħtieġ, is-simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju eżistenti sabiex tiġi żgurata ċarezza ġuridika u infurzar imtejjeb; |
Q. |
billi jeħtieġ li jiġu eliminati l-ostakli residwi kollha, l-inkompatibilitajiet tekniċi u l-proċeduri amministrattivi ta' piż żejjed li jfixklu l-kisba ta' sistema tat-trasport integrata b'mod sħiħ, u jopponi kwalunkwe miżuri ġodda introdotti mill-Istati Membri li joħolqu ostakli għall-moviment ħieles ta' prodotti u servizzi; |
R. |
billi ftuħ tas-suq ulterjuri jeħtieġ li jimxi id f'id ma' impjiegi ta' kwalità u kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, livell għoli ta' servizzi u kompetizzjoni ġusta fl-Istati Membri kollha; |
S. |
billi l-aħħar rapport tal-Kummissjoni dwar is-Sikurezza fit-Toroq fl-Unjoni Ewropea (7) żvela li l-għadd ta' mwiet fit-toroq tal-Ewropa naqas b'1 % fl-2014, li hija figura ferm baxxa mill-waqgħa ta' 8 % reġistrata fl-2012 u għal darb'oħra fl-2013; |
Implimentazzjoni u reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-White Paper
1. |
Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex twettaq rieżami ta' nofs it-terminu tal-White Paper, bl-għan li tivvaluta l-progress miksub u tipproponi azzjonijiet ulterjuri biex tilħaq l-objettivi tagħha; jikkunsidra li, filwaqt li għadu kmieni wisq biex jiġi valutat bis-sħiħ l-impatt ta' numru ta' miżuri tal-politika meħuda mill-adozzjoni tal-White Paper, eżerċizzju ta' rendikont huwa meħtieġ biex tinkiseb ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali fl-implimentazzjoni tal-40 inizjattiva u l-131 punt ta' azzjoni elenkati fl-Anness tagħha; |
2. |
Itenni l-appoġġ tiegħu favur il-miri stabbiliti fil-White Paper u l-“Għaxar għanijiet għal sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti: parametri ta' referenza għall-ksib tal-mira ta' tnaqqis ta' 60 % tal-gassijiet serra”; jenfasizza li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu għandha għall-inqas iżżomm il-livell ta' ambizzjoni tal-għanijiet stipulati fl-2011 u tipproponi miżuri u inizjattivi konkreti, realistiċi u bbażati fuq evidenza biex iżidu, iħaffu u jissimplifikaw l-isforzi biex jilħquhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta sa fejn il-lista ta' azzjonijiet imniżżlin fil-White Paper hija biżżejjed biex jinkisbu l-għanijiet ġenerali tagħha, u biex tipproponi miżuri leġiżlattivi addizzjonali; |
3. |
Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fil-White Paper f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta' Frar 2014 dwar il-qafas għall-politiki għall-klima u l-enerġija (8) għall-2030 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 dwar il-qafas għall-Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, u tipproponi miżuri mmirati lejn tnaqqis ulterjuri ta' emissjonijiet mit-trasport, sabiex jgħinu lill-Istati Membri jilħqu b'mod ġenerali “mira vinkolanti tal-UE ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet tal-gass serra sal-2030 meta mqabbla mal-1990” (“bit-tnaqqis fis-setturi li jaqgħu taħt l-ETS u s-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % sal-2030 meta mqabbla mal-2005, rispettivament”); |
4. |
Jenfasizza li l-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass serra mit-trasport għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jippermetti l-kisba tal-mira fuq perjodu twil ta' żmien tal-White Paper ta' tnaqqis ta' mill-inqas 60 % fl-emissjonijiet ta' gass serra mit-trasport sal-2050; f'dan il-kuntest jistieden lill-Kummissjoni tipproponi strateġija komprensiva għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport; |
Prinċipji ġenerali: bidla modali u komodalità
5. |
Jenfasizza li l-politika tal-mobilità sostenibbli Ewropea għandha tibni fuq firxa wiesa' ta' għodod tal-politika biex tersaq lejn il-mezzi tat-trasport li jniġġsu l-inqas u l-aktar effiċjenti fl-enerġija b'mod kosteffiċjenti; jirrimarka li ċ-ċaqliq tal-bilanċ bejn il-mezzi tat-trasport mhux għan aħħari fih innifsu, iżda huwa neċessarju li jisseparaw il-mobilità mill-effetti avversi tagħha bħall-konġestjoni, it-tniġġis tal-arja, l-istorbju, l-inċidenti u t-tibdil fil-klima; jirrikonoxxi li l-politika ta' bidla modali s'issa ma tatx riżultati sodisfaċenti; jenfasizza, għaldaqstant, li kull mezz ta' trasport għandu jittejjeb u jsir aktar favur l-ambjent, sikur u effiċjenti fl-użu tal-enerġija sabiex jintlaħaq livell għoli ta' mobilità u ta' ħarsien ambjentali; |
6. |
Jinnota li l-iżvilupp tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija huwa dipendenti ħafna fuq l-użu effettiv tal-mezzi differenti tat-trasport, u li l-politika Ewropea tat-trasport għaldaqstant għandha tkun ibbażata fuq il-komodalità effiċjenti, fejn l-użu tal-aktar mezzi ta' trasport sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija għandu jingħata prijorità meta jkun possibbli; jemmen li dan se jwassal għal riallokazzjoni ottimali bejn il-mezzi ta' trasport differenti, u se jipprovdi għal interoperabilità fi ħdan u bejn il-mezzi, jippromwovi trasport aktar sostenibbli u ktajjen loġistiċi u jtejjeb il-flussi tat-traffiku bla xkiel fil-mezzi u n-nodi; |
Infrastruttura moderna u finanzjament intelliġenti
7. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tissottometti proposti biex tippjana l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tal-mezzi kollha tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri, permezz tal-applikazzjoni ta' metodoloġija tal-UE komuni, koerenti u trasparenti u filwaqt li tqis l-ispeċifiċità ta' kull mezz, inkluż analiżi koerenti ta' riperkussjonijiet li jkunu diġà ġew internalizzati sabiex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja; jitlob miżuri konkreti biex jiżgura applikazzjoni aktar estiża tal-prinċipji ta' “l-utent iħallas” u ta' “min iniġġes iħallas”, inklużi linji gwida u l-aħjar prattiki, u biex kundizzjonijiet ekwi jkunu żgurati bejn il-mezzi tat-trasport, jitneħħew sussidji tat-taxxa dannużi għall-ambjent fejn xieraq, filwaqt li tinżamm il-kompetittività tar-reġjuni kollha tal-UE; |
8. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas ġenerali għal skemi ta' tariffi stradali nazzjonali għall-karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief, li għandhom ikunu mhux diskriminatorji lejn residenti ta' pajjiżi terzi u tingħata prijorità lil tariffi bbażati fuq id-distanza; jistieden lill-Istati Membri biex jallokaw id-dħul minn tariffi għall-użu tal-infrastruttura għall-bini u l-manutenzjoni ta' infrastruttura tat-trasport sikura u l-mitigazzjoni ta' problemi ambjentali relatati mat-trasport; |
9. |
Jenfasizza li t-tlestija tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport jibqa' wieħed mill-prekundizzjonijiet għal sistema tat-trasport multimodali aktar sostenibbli, effiċjenti u mingħajr xkiel u għal distribuzzjoni aktar bilanċjata tal-merkanzija u tal-passiġġieri fost il-mezzi tat-trasport; jenfasizza li l-għażla ta' proġetti eliġibbli għal finanzjament tal-UE għandha tiffoka fuq id-disa' kurituri ewlenin tan-netwerk, it-tlestija tal-konnessjonijiet nieqsa, b'mod partikolari taqsimiet transkonfinali, l-eliminazzjoni ta' konġestjonijiet, it-titjib tal-infrastruttura eżistenti, soluzzjonijiet innovattivi tat-trasport, l-interoperabilità, u l-iżvilupp ta' terminals multimodali u nodi urbani; hija għandha wkoll tagħmel aktar enfasi fuq il-valur miżjud Ewropew, fuq l-iżvilupp ta' infrastruttura ta' konnettività ta' reġjuni periferiċi, gżejjer, reġjuni muntanjużi u reġjuni l-aktar imbiegħda, u fuq l-appoġġ għal proġetti li jgħaqqdu n-Netwerk ta' Trasport Trans-Ewropew ma' netwerks tal-infrastruttura ta' pajjiżi ġirien u kandidati; |
10. |
Iqis li l-finanzjament tal-UE għandu jirrifletti l-ħtiġijiet reali tal-investiment għat-tlestija tan-netwerk ewlieni TEN-T sal-2030, u li l-istrument tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u mezzi oħra ta' finanzjament għandhom jistimulaw l-investiment fl-infrastruttura tat-trasport skont il-kriterji stabbiliti fil-linji gwida dwar it-TEN-T u l-CEF, li jagħti prijorità lil mezzi ta' trasport sostenibbli bħall-ferrovija, l-ilmijiet navigabbli interni u t-trasport marittimu fuq distanzi qosra; jenfasizza li proġetti kofinanzjati għandhom jirriflettu l-ħtieġa għal infrastruttura li tibbenefika lill-Unjoni f'termini ta' kompetittività u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, li tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent, li tkun reżiljenti għall-impatt possibli tat-tibdil fil-klima u li tiggarantixxi s-saħħa u s-sikurezza tal-utenti; |
11. |
Jitlob żieda drastika fil-fondi allokati għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u għal aktar kompetenzi Ewropej fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta' ppjanar u finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport transnazzjonali; |
12. |
Jenfasizza li l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq, li għandha impatt dirett fuq is-sikurezza tat-triq, tvarja b'mod sinifikanti madwar l-UE u li aktar minn 90 fil-mija ta' mwiet minħabba inċidenti tat-triq fl-Istati Membri jseħħu fit-toroq urbani u rurali; jenfasizza li finanzjament effiċjenti ta' din it-tip ta' infrastruttura għandu jiġi promoss permezz ta' politiki u strumenti differenti tal-UE, speċjalment fil-pajjiżi ta' koeżjoni; jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' manutenzjoni xierqa tal-infrastruttura eżistenti, inkluż in-netwerk tat-toroq sekondarji; |
13. |
Jenfasizza li l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI), propost mill-Kummissjoni bħala parti mill-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa ta' Juncker, għandu jagħti prijorità lit-trasport sostenibbli u lil proġetti ta' infrastruttura li huma ta' importanza vitali li jagħtu valur soċjetali, ekonomiku u ambjentali għoli, u għandu jimmira lejn proġetti li jippromwovu l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja, it-tkabbir fit-terminu twil, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-koeżjoni territorjali, inklużi proġetti urbani sostenibbli u proġetti ferrovjarji, skont l-objettivi tal-politika tat-trasport tal-UE u l-leġiżlazzjoni (Linji gwida TEN-T u CEF); f'dan il-kuntest, mezzi ġodda ta' finanzjament bħal sħubijiet pubbliċi privati u konċessjonijiet jistħoqqilhom aktar attenzjoni u applikazzjoni; jenfasizza li l-proċess għall-għażla ta' proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-EFSI għandu jkun trasparenti u jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti mis-settur pubbliku u privat; |
14. |
Iqis li l-EFSI għandu jiġi ffinanzjat bħala prijorità minn riżorsi mhux allokati fi ħdan il-baġit tal-UE u biss bħala l-aħħar għażla minn fondi mhux użati ta' programmi taħt l-intestatura 1A tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020; jenfasizza li l-finanzjament tal-fond ta' garanzija għandu jkun rieżaminat fil-qafas tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP tal-2016 u, abbażi tal-analiżi tal-prestazzjoni u rati ta' eżekuzzjoni tal-programmi differenti, l-għażliet alternattivi ta' finanzjament għandhom jiġu identifikati sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riallokazzjoni ta' fondi mill-intestatura 1A għall-perjodu 2016-2020; jenfasizza li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jesploraw ukoll modi biex jikkumpensaw, sa fejn l-aktar ikun possibbli għal riallokazzjonijiet mill-programmi tal-UE maqbula fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali bħala sors ta' finanzjament għall-EFSI fis-snin preċedenti għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP; |
15. |
Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għal strumenti finanzjarji innovattivi li jippermettu li l-infiq pubbliku jiġi ottimizzat permezz ta' mobilizzazzjoni aħjar ta' finanzjament privat, iżda jfakkar li bosta proġetti fis-settur tat-trasport ma jiġġenerawx biżżejjed dħul biex jibbażaw ruħhom esklużivament fuq dawn it-tipi ta' strument, u għalhekk jeħtieġu appoġġ f'forma ta' sussidji; |
16. |
Jenfasizza li t-tnedija u l-applikazzjoni rapidi ta' sistemi tat-trasport intelliġenti huma meħtieġa biex jippermettu użu aktar effiċjenti, sostenibbli u sikur tal-vetturi u tal-infrastruttura eżistenti u jipprovdu kapaċità addizzjonali mingħajr il-ħin, l-ispiża u t-teħid tal-art meħtieġa għall-kostruzzjoni ta' infrastruttura ġdida; jenfasizza l-importanza ta' użu effikaċi tal-frekwenzi u l-interoperabilità bejn is-sistemi tat-trasport intelliġenti sabiex isiru possibbli l-flussi tat-traffiku bla ostakli fil-mezzi u l-interkonnessjonijiet differenti; jitlob l-implimentazzjoni f'waqtha tal-fażijiet ta' tnedija u esplojtazzjoni tal-Programmi ta' Navigazzjoni Satellitari tal-UE, u l-iżvilupp effettiv tal-applikazzjonijiet tat-trasport fis-sistemi Galileo u EGNOS; |
Trasport sostenibbli u mobilità urbana
17. |
Jenfasizza li t-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija għandha tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-politika Ewropea tat-trasport; jiddikjara li hemm ħtieġa akuta li tittejjeb l-effiċjenza tar-riżorsi tas-sistema tat-trasport b'mod ġenerali, bil-ħsieb li jsir użu aktar effiċjenti mill-kapaċità eżistenti, li ttejjeb ir-rata ta' utilizzazzjoni tal-vetturi u tiżgura li l-finanzjament pubbliku huwa allokat fuq livell nazzjonali u tal-UE għal miżuri bl-aktar impatt għoli; |
18. |
Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-elettromobilità u sistemi tat-trasport pubbliku tal-elettriku, flimkien mal-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-settur tal-elettriku, li jagħtu prijorità lil elettrifikazzjoni ulterjuri tan-netwerk ferrovjarju u l-promozzjoni ta' tramvieri, karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku (trolleybuses), karozzi elettriċi, mezzi elettriċi b'żewġ/tlieta/erba'-roti, ir-roti elettriċi u dgħajjes żgħar tal-elettriku; jenfasizza l-potenzjal ta' tramvieri moderni tal-ajru (karozzi teleferiċi), bħala mezz tat-trasport irħis u faċli biex jinbena, biex tiġi estiża l-kapaċità tas-sistemi tat-trasport urban pubbliku; |
19. |
Jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-introduzzjoni ta' fjuwils alternattivi u sistemi ta' propulsjoni, b'mod partikolari dawk li kumparata magħhom, l-Ewropa għandha vantaġġ teknoloġiku kbir, sabiex titnaqqas id-dipendenza tat-trasport fuq il-fjuwils fossili, ittejjeb il-kwalità tal-arja u tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra; jiddeplora l-fatt li dawn it-teknoloġiji għadhom ma ġewx suffiċjentement imnedija, b'mod partikolari fit-trasport pubbliku; |
20. |
Jinnota li l-użu tat-trasport pubbliku fiż-żoni urbani mhux iddikjarat b'mod ċar fost l-għaxar għanijiet tal-White Paper; jemmen li l-għan il-ġdid għandu jkun li jirdoppja l-użu tat-trasport pubbliku fiż-żoni urbani sal-2030; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jipprovdu għal faċilitajiet u infrastrutturi li jiffaċilitaw il-mobilità bieb bieb bla periklu għal min juża t-trasport pubbliku, inklużi l-anzjani jew persuni b'diżabilità u ċiklisti li jużaw it-trasport pubbliku għal parti tar-rikba tagħhom; jissottolinja li biex jintlaħaq dan l-għan hemm bżonn ta' investiment xieraq, speċjalment sabiex tiġi żgurata manutenzjoni konsistenti u espansjoni tal-infrastruttura għat-trasport pubbliku; iħeġġeġ lill-Istati Membri, għaldaqstant, biex jipprovdu, finanzjament xieraq, fit-tul u affidabbli għall-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport pubbliku urban; |
21. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tgħin lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u lill-partijiet ikkonċernati jutilizzaw l-opportunitajiet ta' finanzjament tal-UE eżistenti u ġodda għat-trasport pubbliku u jiżviluppaw skemi innovattivi ta' sħubijiet pubbliċi-privati; jiġbed l-attenzjoni għal-lezzjonijiet li għandhom jittieħdu mir-Rapport Speċjali (Nru 1/2014) tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, bl-isem “L-effettività tal-proġetti għat-trasport urban pubbliku appoġġati mill-UE”, li vvaluta l-implimentazzjoni u l-effettività ta' proġetti ta' trasport urban pubbliku kofinanzjati mill-fondi strutturali tal-UE u sa liema punt dawn jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti u jilħqu l-objettivi tagħhom f'termini ta' utilizzazzjoni; |
22. |
Jenfasizza l-importanza ta' Pjanijiet ta' Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPs) bħala għodda biex tgħin il-bliet jagħmlu użu aktar effiċjenti mill-infrastruttura tat-trasport u s-servizzi u jtejbu l-integrazzjoni ta' mezzi differenti ta' mobilità b'mod sostenibbli, biex b'hekk jingħata kontribut għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u tat-tniġġis akustiku, l-emissjonijiet tas-CO2, il-konġestjoni u l-inċidenti fit-toroq; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġa l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-SUMPs; jenfasizza li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej għandhom jintużaw b'mod aktar sistematiku għall-bliet li żviluppaw pjan integrat ta' trasport lokali, bħal SUMP, u identifikaw l-azzjonijiet xierqa skont il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti; |
23. |
Jistieden lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-operaturi tat-trasport pubbliku u mal-awtoritajiet sabiex jipprovdu lill-utenti informazzjoni dwar il-vjaġġi permezz ta' mezzi differenti, inkluża informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilità, u biex taqdi rwol akbar sabiex jiġu identifikati l-aħjar prattiki madwar l-UE u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għat-titjib tas-sistemi tat-trasport pubbliku urban; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iħarsu l-obbligu għal sistemi ta' trasport urban li jgħaqqdu ċentri ta' bliet maż-żoni periferiċi tagħhom; |
24. |
Jenfasizza li ż-żoni urbani jeħtieġu ċertu livell ta' flessibilità biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt il-liġi tal-UE b'rispett sħiħ tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u biex jiġi żgurat li soluzzjonijiet ta' mobilità huma adattati għaċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom; |
25. |
Jenfasizza li l-imġiba tal-utenti tat-trasport hija essenzjali għall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport aktar sostenibbli; jitlob li jkun hemm inizjattivi li jimmotivaw u jippermettu lill-utenti, speċjalment liż-żgħażagħ, biex jużaw mezzi tat-trasport aktar sikuri u aktar sostenibbli (il-mixi, iċ-ċikliżmu, inkluż bike sharing u kiri tar-roti, it-trasport pubbliku, car sharing, car pooling), li għandhom ikunu imnedija f'infrastruttura sikura, u għall-ippjanar ta' vjaġġ u informazzjoni f'ħin reali li għandha tkun disponibbli sabiex tiffaċilita l-użu intermodali ta' mezzi differenti ta' trasport permezz ta' Sistemi tat-Trasport Intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tidentifika eżempji tal-aħjar prattika li jikkombinaw diversi mezzi ta' trasport bil-potenzjal li jiġu implimentati f'agglomerazzjonijiet urbani; |
26. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal data aħjar tat-trasport nazzjonali u tal-UE dwar l-imġiba tal-utenti tat-trasport, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-mixi, iċ-ċikliżmu u x-xejriet ta' ivvjaġġar differenzjati skont il-ġeneru, li għandha tintuża mill-awtoritajiet lokali fid-definizzjoni tal-politiki ta' mobilità urbana tagħhom; |
27. |
Jenfasizza l-importanza li jittieħdu passi biex jiġu appoġġati programmi reġjonali għall-ħolqien u l-espansjoni ta' netwerks taċ-ċikliżmu f'bosta reġjuni Ewropej, sabiex iċ-ċittadini jitħeġġu jieħdu aktar responsabilità fi kwistjonijiet ambjentali, li kulħadd jingħata l-opportunità li juża r-roti, u li jitnaqqas it-tniġġis akustiku, il-konġestjoni u t-tniġġis urban; |
28. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu analizzati l-effetti pożittivi fuq is-soċjetà ta' forom ġodda ta' mobilità appoġġati mill-mudell ta' Ekonomija Kollaborattiva, inkluż ride-sharing; iqis li huwa importanti li jkun hemm skambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri sabiex isir aġġustament regolatorju sabiex jittieħed kont ta' dawn il-pjattaformi innovattivi ta' mobilità bieb bieb; |
29. |
Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja s-sitwazzjoni fi Stati Membri differenti fir-rigward tal-operat ta' kumpaniji tan-netwerk tat-trasport li jqabblu s-sewwieqa mal-passiġġieri (bl-aktar eżempju prominenti jkun l-Uber), u biex twettaq valutazzjoni tal-konsegwenzi legali, soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw mill-operat ta' tali kumpaniji, akkumpanjata, jekk xieraq, minn miżuri jew rakkomandazzjonijiet rilevanti għall-iżvilupp ta' servizzi ġodda fl-Ewropa, filwaqt li jittieħed kont tas-servizzi eżistenti tat-taksi; |
30. |
Jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jipprovdu kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta bejn kumpaniji ta' trasport kondiviżi, taxksis tradizzjonali u kumpaniji tat-trasport bejn belt u oħra fir-rigward ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tat-taxxa, is-sikurezza, l-obbligi tas-servizz pubbliku u l-kundizzjonijiet tal-impjieg; |
31. |
Jenfasizza li mezzi tat-trasport b'żewġ roti li jaħdmu b'mutur (muturi, skuters u ċiklomuturi) u, dejjem aktar, mezzi tat-trasport b'żewġ jew tliet roti li jaħdmu bl-elettriku, għandhom rwol importanti fil-mobilità sostenibbli, speċjalment f'żoni urbani fejn jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-problemi ta' konġestjoni u ta' parkeġġ kif ukoll jipprovdu soluzzjoni għal loġistika żgħira; jinsisti għaldaqstant li d-disinn speċifiku u l-benefiċċji afferenti ta' dawn il-vetturi għandhom jiġu meħuda inkonsiderazzjoni b'mod adegwat u jiġu riflessi fil-leġiżlazzjoni u fil-linji gwida tal-UE dwar it-trasport; |
32. |
Jitlob li jkun hemm użu aħjar tal-katina tal-provvista f'żoni urbani; il-vetturi tal-merkanzija urbana jikkontribwixxu b'mod sproporzjonat għat-tniġġis tal-arja u għat-tniġġis akustiku u jkollhom impatt negattiv fuq il-konġestjoni; il-loġistika urbana għandha trawwem it-titjib tat-trasport u l-introduzzjoni kosteffetiva ta' tipi ġodda ta' operazzjonijiet, teknoloġiji u mudelli ta' negozju; għażla aħjar ta' mezzi u vetturi tista' tiżgura li soluzzjoni tat-trasport titqabbel bl-aħjar mod mar-rekwiżiti speċifiċi tal-vjeġġ u l-belt in kwistjoni; |
33. |
Jenfasizza l-importanza tad-depożiti tal-loġistika li jinsabu fit-tarf ta' żoni urbani, li tippermetti li l-oġġetti jkunu trasportati lejn id-destinazzjoni tagħhom, b'mod koordinat, bl-użu tal-aktar mezzi tat-trasport effiċjenti fl-użu tal-enerġija; |
It-tqegħid tan-nies fil-qalba tal-politika tat-trasport
34. |
Jitlob, fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq, għal:
|
35. |
Jenfasizza li għalkemm sar titjib sinifikanti fis-sikurezza tat-toroq matul dawn l-aħħar snin, id-differenzi bejn l-Istati Membri għadhom jippersistu u hemm bżonn ta' miżuri ulterjuri biex jinkiseb l-objettiv tal-Viżjoni Żero; jinnota li s-sikurezza fit-toroq timxi id f'id ma' aġir rispettuż tal-utenti kollha tat-toroq, u li l-edukazzjoni fil-familji u l-iskejjel għandu jkollha rwol akbar fil-ksib ta' dan l-objettiv; |
36. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal tlestija tal-qafas leġiżlattiv stabbilit għad-drittijiet tal-passiġġieri b'miżuri li għandhom l-għan li jeliminaw il-lakuni possibbli kollha fil-leġiżlazzjoni, li jkopru passiġġieri fi vjaġġi multimodali u li jiżguraw kompetizzjoni intermodali ġusta, filwaqt li jqisu d-differenzi speċifiċi bejn il-mezzi tat-trasport, ir-responsabilità legali għal taqsimiet individwali tal-vjaġġ u l-interazzjoni bejn il-mezzi differenti; itenni t-talba tiegħu għall-Karta tad-Drittijiet tal-Passiġġieri li tistabbilixxi d-drittijiet fundamentali tal-passiġġieri applikabbli għall-mezzi kollha tat-trasport, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull mezz tat-trasport u li fihom taqsima separata dwar vjaġġi multimodali, sabiex tittejjeb il-viżibilità tar-regoli tal-UE u jiġi żgurat infurzar aħjar; jitlob li jkun hemm inizjattivi li jippromwovu u jagħmlu disponibbli għall-passiġġieri informazzjoni dwar servizzi tal-ivvjaġġar multimodali, tal-ippjanar u ħruġ ta' biljetti; jitlob ukoll, miżuri li jtejbu l-kwalità tat-trasport u li jiffaċilitaw l-aċċessibilità mingħajr ostakli għall-anzjani, għall-passiġġieri b'mobilità mnaqqsa u passiġġieri b'diżabilità u li tingħata aktar attenzjoni lill-bżonnijiet speċjali tal-passiġġieri, bħal dawk taċ-ċiklisti li jġorru r-roti tagħhom fuq il-ferroviji; |
37. |
Jistieden, b'rabta mad-dritt fundamentali ta' kull persuna għall-mobilità individwali, speċjalment persuni b'diżabilità u l-anzjani, għal aktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp ta' sistemi ta' assistenza tas-sewwieq xierqa; |
38. |
Jinnota li t-titjib tad-disponibilità ta' broadband b'xejn jew irħis, netwerks ċellulari, Wi-Fi u servizzi diġitali oħra fuq it-trasport pubbliku u fl-istazzjonijiet ittejjeb il-mobilità personali; |
39. |
Jitlob Pjan Direzzjonali tal-UE bl-għan li jiġi stabbilit il-qafas għal sistema Ewropea tat-trasport multimodali tal-passiġġieri mingħajr xkiel; Dan il-Pjan Direzzjonali għandu jidentifika il-kurituri multimodali Ewropej tal-passiġġieri fil-qafas tan-netwerk TEN-T, jiġbru flimkien riżorsi pubbliċi u privati, jallinjaw inizjattivi eżistenti u jikkonċentraw l-appoġġ finanzjarju mill-UE; |
40. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jindirizzaw il-kwalità tax-xogħol fil-mezzi kollha tat-trasport, partikolarment fir-rigward tat-taħriġ, iċ-ċertifikazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-iżvilupp tal-karriera, bil-ħsieb li jinħolqu impjiegi ta' kwalità, l-iżvilupp tal-ħiliet neċessarji u t-tisħiħ tal-kompetittività u l-mobilità tal-operaturi tat-trasport fl-UE; jenfasizza l-importanza ta' soluzzjoni għall-kwistjoni tal-fatturat tax-xogħol u ta' ħaddiema li qed jixjieħu fis-settur tat-trasport, u l-ħtieġa urġenti biex ix-xogħol fis-settur jingħamel/isir attraenti għall-ġenerazzjonijiet il-ġodda; |
41. |
Jenfasizza l-importanza kruċjali li jkunu żgurati trattament ugwali u ġust, termini u kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u ambjent tax-xogħol sikur għall-ħaddiema fil-qasam tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tippreżenta miżuri/inizjattivi konkreti u immedjati biex jindirizzaw l-aspetti soċjali tal-mezzi differenti tat-trasport, bl-għan li jippromwovu impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol ta' kwalità għolja għall-ħaddiema tat-trasport u li jiżguraw kompetizzjoni ġusta u mhux distorta bejn l-operaturi tat-trasport; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali tal-UE mill-Istati Membri fil-mezzi kollha tat-trasport; |
42. |
Jenfasizza li jinħtieġu miżuri biex tingħata spinta qawwija lill-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol tat-trasport, jitneħħew l-ostakli eżistenti, u jiżguraw trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet eżistenti fir-rimunerazzjoni u fl-avvanz; |
43. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-proposti dwar il-ftuħ tas-swieq tas-servizzi tat-trasport kollha jimxu id f'id ma' infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni soċjali tal-UE u, fejn meħtieġ, b'miżuri ta' appoġġ sabiex jiġu evitati d-differenzi bejn il-kundizzjonijiet soċjali fl-Istati Membri differenti; jenfasizza li l-ftuħ tas-swieq tat-trasport m'għandux iwassal għal dumping soċjali, servizzi ta' kwalità inferjuri, servizz pubbliku mnaqqas, piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, prattiki kummerċjali inġusti jew tgħawwiġ tal-kompetizzjoni ġusta; għandu, wkoll, itemm il-frammentazzjoni tas-suq intern u jevita l-ħolqien ta' monopolji jew il-ġirja lejn l-aktar livell baxx rigward il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport; |
Sistema tat-trasport kompetittiva, effiċjenti, sikura, integrata u interoperabbli
44. |
Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni hija vitali biex ittejjeb l-effiċjenza u l-produttività tas-settur tat-trasport; jenfasizza l-ħtieġa li jsir użu aħjar mill-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji diġitali, u biex tippromwovi servizzi tat-trasport ġodda, kif ukoll mudelli ta' negozju u distribuzzjoni ġodda, sabiex jitrawmu t-tkabbir, il-kompetittività u l-impjiegi; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas regolatorju li jippermetti proġetti pilota mmirati lejn it-tnedija ta' trasport awtomatizzat intelliġenti fl-Ewropa; jinnota f'dan ir-rigward l-irwol ewlieni tal-SMEs u n-negozji li jkunu għadhom jibdew fit-trawwim tal-innovazzjoni fis-settur tat-trasport; |
45. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tpoġġi l-approċċ integrat (l-interoperabilità, l-interkonnettività u l-intermodalità), inklużi sistemi tal-ICT, fil-qalba tar-rieżami tal-White Paper; ifakkar lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tgħaqqad l-avvanzi teknoloġiċi ma' bidla fl-imġiba sabiex tinkiseb bidla modali ambizzjuża, kif ukoll l-evitar tat-trasport permezz tal-loġistika ekoloġika, għodod xierqa tal-ġestjoni tal-mobilità u l-applikazzjoni tad-diġitalizzazzjoni; |
46. |
Jenfasizza li politika Ewropea dwar il-mobilità sostenibbli għandha tħares lejn sinerġiji bejn il-mezzi, kurituri u netwerks kollha tat-trasport, u tiffoka fuq il-ħtiġijiet ta' nodi ewlenin, żoni urbani, punti ta' interkonnettività, pjattaformi tat-trasbord u portijiet; il-mobilità għandha tiġi kkunsidrata bħala sistema aktar milli bħala kollezzjoni ta' mezzi individwali; |
47. |
Jitlob għal standardizzazzjoni ta' unitajiet ta' tagħbija intermodali, li jieħdu in kunsiderazzjoni l-unitajiet ta' tagħbija użati fit-trasport globali u d-dimensjonijiet tal-vetturi tat-trasport, u għal dispożizzjonijiet uniformi dwar tagħbija, sabiex jottimizzaw it-trasport multimodali u titjieb is-sikurezza; |
48. |
Jinsisti li għandhom jitnaqqsu l-ostakli burokratiċi għall-forom kollha ta' trasport; jitlob simplifikazzjoni u armonizzazzjoni akbar ta' dokumenti u proċeduri amministrattivi u doganali, li għandhom ikunu prattiċi, effiċjenti u fattibbli għall-partijiet kollha tul il-katina loġistika; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għall-istabbiliment ta' qafas elettroniku għat-trasport multimodali tal-merkanzija (trasport elettroniku tal-merkanzija), mingħajr l-użu ta' karti, bi flussi ta' informazzjoni bla xkiel tul il-katina loġistika sħiħa, b'kont meħud tal-għodod u s-sinerġiji eżistenti li jiffunzjonaw tajjeb, l-iżviluppi globali u l-aħjar prattiki; |
49. |
Jitlob l-introduzzjoni ta' għan ġdid, akkumpanjat mill-miżuri neċessarji, ta' trasferiment ta' 50 % tat-trasport ta' merkanzija perikoluża attwali fi ħdan l-UE lejn mezzi ta' trasport aktar sostenibbli bħat-trasport bil-ferrovija u l-passaġġi tal-ilma interni sal-2030 f'konformità sħiħa mad-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi; |
50. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tissimplifika r-regoli għat-trasport intermodali tal-oġġetti perikolużi biex tiġi żgurata l-interoperabilità bejn il-mezzi differenti; |
51. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw il-potenzjal u jappoġġaw it-tnedija tat-trasport tal-merkanzija tat-tubu u loġistika ċikliċi/taċ-ċikliżmu? bħala kunċetti promettenti għal sistema tat-trasport sostenibbli; |
52. |
Jenfasizza r-rwol ewlieni tas-settur tat-trasport fl-iżvilupp tat-turiżmu, b'mod partikolari f'dawk ir-reġjuni tal-Unjoni li huma aktar remoti u li attwalment għandhom aċċess diffiċli ħafna; |
53. |
Jenfasizza li ċentri Ewropej jgħaqqdu l-Ewropa mal-bqija tad-dinja u li l-Ewropa teħtieġ iżżomm il-kollegament dirett tagħha mal-partijiet kollha tad-dinja, billi tipprovdi titjiriet diretti minn trasportaturi Ewropej miċ-ċentri tagħhom għal destinazzjonijiet internazzjonali u ż-żamma tal-impjiegi u t-tkabbir fis-settur Ewropew tal-avjazzjoni; jenfasizza li t-titjiriet fl-UE mhux biss jipprovdu l-mobilità fis-suq intern iżda wkoll għandhom rwol vitali bħala titjiriet li jwasslu lill-passiġġieri fl-ajruporti ċentrali (feeder) biex iżommu konnettività f'dawk l-ajruporti ċentrali tal-UE; il-politika tal-UE trid tiżgura netwerk li twassal lill-passiġġieri fl-ajruporti ċentrali li tkun effiċjenti u kompetittiva biex jissaħħu ċ-ċentri Ewropej billi jitnaqqsu l-ispejjeż globalment għal livelli kompetittivi u tiżgura kompetizzjoni ġusta ma' trasportaturi minn pajjiżi terzi; l-Istati Membri tal-UE għandhom bżonn ta' politika komuni u koerenti sabiex ma jitilfux aktar konnettività diretta bejn l-Ewropa, l-Asja u l-Afrika lejn ċentri fil-Golf u t-Turkija; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, timplimenta dawn l-għanijiet f'kull leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-avjazzjoni u tapplikahom f'negozjati ma' pajjiżi terzi; |
54. |
Jitlob li jkun hemm politika ta' riċerka u teknoloġija mtejba bl-għan ta' promozzjoni tal-innovazzjoni fis-settur tat-trasport; iqis li din il-politika, li għandha tkun akkumpanjata minn miżuri xierqa ta' finanzjament, għandha titfassal f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi ċ-ċittadini u r-rappreżentanti tal-utenti, sabiex jiġu mifhuma l-ħtiġijiet tas-settur u, għaldaqstant, tittejjeb l-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE, b'mod partikolari permezz tal-programm Orizzont 2020; huwa tal-fehma li għandha tingħata prijorità lill-proġetti b'valur miżjud Ewropew ċar li jimmiraw lejn id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-promozzjoni ta' mezzi ta' trasport li huma effiċjenti fl-enerġija (inklużi l-mixi u l-użu tar-roti), tiżdied l-effiċjenza u t-trasparenza tal-katina tal-provvista, titjieb l-aċċessibilità, is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport, titjieb il-ġestjoni tat-traffiku u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi; huwa tal-fehma li għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll għal teknoloġiji li jfixklu l-qasam tat-trasport, pereżempju fil-forma ta' vetturi awtomatizzati jew ikkontrollati mill-bogħod bħal inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ u vetturi mingħajr sewwieqa; |
55. |
Jitlob l-istess livell ta' sforz fil-qasam tal-edukazzjoni biex jitħeġġeġ il-ħolqien ta' studji u proċessi ta' taħriġ ġodda u, b'mod partikolari fuq livelli professjonali u ogħla, jiffoka fuq ħiliet u professjonijiet ġodda li se joħorġu bħala riżultat ta' mobilità intelliġenti; |
56. |
Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ ta' programmi ta' qafas tal-UE għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni sabiex jinkisbu fjuwils aktar nodfa u grad għoli ta' avvanz teknoloġiku, pereżempju fir-rigward ta' bijokarburanti raffinati; |
57. |
Jitlob fi ħdan il-qafas tal-programm REFIT u matul il-valutazzjoni sussegwenti tal-leġiżlazzjoni Ewropea għal rieżami ġenerali ta' liċenzja tas-sewqan Ewropea u kundizzjonijiet ta' sikurezza u rekwiżiti ta' rappurtar relatati mat-trasport bil-ħsieb li jinkiseb tnaqqis sostanzjali fil-piżijiet amministrattivi; |
58. |
Jirrikonoxxi l-importanza ta' frekwenzi tar-radju mingħajr interferenza, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-infurzar tal-ħin tas-sewqan u l-perjodi ta' serħan tal-ħaddiema tat-trasport bit-triq u t-tnedija ta' sistemi ta' trasport intelliġenti; jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq, fejn meħtieġ, il-qafas regolatorju rilevanti; |
Id-dimensjoni globali tat-trasport
59. |
Jenfasizza li l-ħolqien ta' żona Ewropea tat-trasport hija prijorità importanti li tiddependi ħafna fuq l-aċċettazzjoni internazzjonali fil-qafas ta' ftehimiet negozjati globalment mal-imsieħba tal-kummerċ għall-mezzi kollha tat-trasport, b'mod partikolari f'konnessjoni mat-trasport bl-ajru u bil-baħar, u li l-UE għandu jkollha rwol dejjem aktar formattiv fl-entitajiet internazzjonali rilevanti; |
60. |
Huwa tal-fehma li l-UE għandha żżomm ir-rwol prinċipali tagħha fl-isforzi globali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Klima ta' Pariġi tal-2015 (COP21) billi tipprommwovi fil-livell globali d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-iżvilupp ta' mezzi tat-trasport sostenibbli u għaldaqstant tikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira miftiehma internazzjonalment li t-tisħin globali jinżamm taħt iż-2 oC; |
61. |
Jitlob approċċ aktar integrat bejn l-Istati Membri dwar il-possibilità li jiġi applikat il-prinċipju tar-reċiproċità fir-relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi u għal eżami fi ħdan il-politika ta' finanzjament tal-UE, għat-trasport dwar jekk finanzjament addizzjonali minn pajjiżi terzi huwiex xieraq; |
62. |
Jenfasizza li l-esplojtazzjoni ta' riżorsi internazzjonali għall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport tagħna (żejt, litju, metalli prezzjużi, bijokarburanti) għandha tirrispetta l-interessi leġittimi tal-persuni li jgħixu fiż-żoni minn fejn dawn ir-riżorsi huma nnegozjati u importati; |
Integrazzjoni tal-mezzi kollha tat-trasport fi ħdan il-viżjoni ta' sistema tat-trasport aktar effiċjenti, sostenibbli, kompetittiva, aċċessibbli u faċli biex tintuża mill-utent u miċ-ċittadin
63. |
Jitlob, fir-rigward tat-trasport bl-ajru:
|
64. |
Jitlob, fir-rigward tat-trasport bit-triq, għal:
|
65. |
Jitlob, fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, għal:
|
66. |
Jitlob, fir-rigward tat-trasport marittimu:
|
67. |
Jitlob, fir-rigward tal-passaġġi tal-ilma interni:
|
o
o o
68. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-proposti li jinsabu f'din ir-riżoluzzjoni fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-White Paper u f'inizjattivi futuri fil-qasam tat-trasport; |
69. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-progress sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-White Paper, u biex tirrapporta annwalment dwar l-implimentazzjoni tagħha; |
70. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.
(2) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 13.
(3) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 556.
(4) ĠU C 43 E, 19.2.2004, p. 250.
(5) ĠU C 56 E, 26.2.2013, p. 54.
(6) Kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi.
(7) Is-sikurezza fit-toroq fl-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, Marzu 2015.
(8) Testi adottati, P7_TA(2014)0094.