|
27.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 353/110 |
P8_TA(2015)0193
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2015 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Janusz Korwin-Mikke (2015/2049(IMM))
(2016/C 353/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Janusz Korwin-Mikke, mibgħuta fid-29 ta’ Diċembru 2014 mill-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja f’konnessjoni ma’ proċeduri kriminali mressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali fil-Varsavja (Każ Nru V Ds 223/14), u mħabbra fis-seduta plenarja tat-28 ta’ Jannar 2015, |
|
— |
wara li sema' lil Janusz Korwin-Mikke skont l-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja u l-Artikoli 7b(1) u 7c(1) tal-Att tal-Polonja, tad-9 ta’ Mejju 1996, dwar l-eżerċizzju tal-mandat ta’ Membru jew Senatur, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0150/2015), |
|
A. |
billi l-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Polonja ressaq talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali fil-Varsavja għall-awtorizzazzjoni biex jinfetħu proċeduri kriminali kontra Membru tal-Parlament Ewropew, Janusz Korwin-Mikke, fir-rigward ta’ reat skont l-Artikolu 222(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakka; billi, b’mod partikolari, il-proċedimenti jkunu jikkonċernaw l-allegat ksur tal-integrità fiżika ta’ uffiċjal pubbliku; |
|
B. |
billi, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom; |
|
C. |
billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, mill-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament ta' pajjiżhom; |
|
D. |
billi, skont l-Artikolu 105(2) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja, deputat m’għandux ikun soġġett għal responsabbiltà kriminali mingħajr il-kunsens tas-Sejm; |
|
E. |
billi huwa f’idejn il-Parlament biss li jiddeċiedi jekk l-immunità għandhiex tiġi rinunzjata jew le f’każ partikolari; billi l-Parlament jista’ raġonevolment iqis il-pożizzjoni tal-Membru sabiex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu dwar jekk hemmx lok jew le li jirrinunzja l-immunità tiegħu jew tagħha (2); |
|
F. |
billi, kif ġie wkoll ikkonfermat waqt is-seduta ta’ smigħ tiegħu, reat allegat ma għandux parti diretta jew rabta ovvja mal-prestazzjoni tas-Sur Korwin-Mikke tad-dmirijiet tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
|
G. |
billi f'dan il-każ il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ fumus persecutionis, jiġifieri suspett serju u preċiż biżżejjed li l-każ tressaq bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru kkonċernat; |
|
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Janusz Korwin-Mikke; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu immedjatament lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-Polonja u lil Janusz Korwin-Mikke. |
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 1986, Marra vs De Gregorio u Clemente, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C 163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 et T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.
(2) Kawża T-345/05 Mote vs Il-Parlament (ċitata iktar ’il fuq), paragrafu 28.