Brussell, 16.11.2015

COM(2015) 804 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Valutazzjoni tal-azzjoni meħuda mir-RENJU UNIT

b'reazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2015 bil-ħsieb li tinġieb fi tmiemha s-sitwazzjoni ta' żbilanċ eċċessiv tal-gvern

{SWD(2015) 615 final}


KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Valutazzjoni tal-azzjoni meħuda mir-RENJU UNIT

b'reazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2015 bil-ħsieb li tinġieb fi tmiemha s-sitwazzjoni ta' żbilanċ eċċessiv tal-gvern

1.Introduzzjoni

Fid-19 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni lir-Renju Unit skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat bil-ħsieb li s-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv tinġieb fi tmiemha sal-2016-17. Ir-Renju Unit ngħata rakkomandazzjoni biex jilħaq defiċit nominali ta’ 4,1 % tal-PDG fl-2015-16 u ta’ 2,7 % tal-PDG fl-2016-17. Abbażi tat-tbassir makroekonomiku sottostanti r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, dan kien ikkunsidrat konsistenti ma' titjib fil-bilanċ strutturali ta' 0,5 % tal-PDG fl-2015-16 u ta' 1,1 % tal-PDG fl-2016-17. Il-Kunsill ma jeħtieġx miżuri addizzjonali minbarra dawk li huma diġà inkorporati fil-baġits kollha tal-gvern tar-Renju Unit u fid-dikjarazzjonijiet tal-ħarifa sa u inkluż fil-baġit 2015.

F’konformità mal-Artikolu 3(4a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97, il-Kunsill stabbilixxa l-iskadenza tal-15 ta’ Ottubru 2015 biex ir-Renju Unit jirrapporta fid-dettall dwar l-azzjoni meħuda dwar l-istrateġija tiegħu ta’ konsolidazzjoni. Fl-iskadenza stipulata, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ressqu rapport lill-Kummissjoni li jippreżenta l-miżuri li ttieħdu sabiex jinkisbu l-miri stabbiliti mill-Kunsill.

Il-Kummissjoni eżaminat l-istrateġija baġitarja tar-Renju Unit, abbażi tal-informazzjoni inkluża fir-rapport dwar l-azzjoni meħuda u t-tbassir ekonomiku tal-Uffiċċju għar-Responsabbiltà tal-Baġit (OBR), sabiex tivvaluta jekk ir-Renju Unit ikkonformax mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2015.

2.Miżuri inklużi fir-rapport dwar l-azzjoni meħuda u projezzjonijiet baġitarji aġġornati

Ir-rapport dwar l-azzjoni meħuda fl-istrateġija baġitarja deskritta fil-baġit tas-sajf għandu l-għan li jikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2016-17, bl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill. Ir-rapport ma jinkludix miżuri ġodda minħabba li l-baġit tal-gvern il-ġdid ġie ppubblikat fit-8 ta’ Lulju. Madankollu, huwa jippreżenta ħarsa ġenerali tal-miżuri li huma konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 2015. Għalkemm ir-Rakkomandazzjoni ma teħtieġx miżuri addizzjonali biex iġġib id-defiċit eċċessiv għal taħt it-3 % tal-PDG, miżuri ulterjuri ġew imħabbra fil-baġit għat-tnaqqis tal-iżbilanċ b’mod aktar deċiżiv fl-2016-17, b’GBP 5 biljun (0,25 % tal-PDG) tal-iffrankar fil-benessri soċjali u GBP biljun (0,05 % tal-PDG) ta’ żidiet netti tat-taxxa.

Il-biċċa l-kbira tat-titjib hu minħabba l-iffrankar fil-benessri soċjali fl-2016-17 li ġej minn limiti ta' dħul f’krediti ta’ taxxa u benefiċċji mħallsa f'Kreditu Universali (GBP 2,9 biljun) u żieda ta’ 48 % fir-rata ta’ krediti tat-taxxa b'rata tat-taxxa mislut (GBP 1,5 biljun). Il-miżura fiskali l-ġdida ewlenija ppreżentata fil-baġit hija żieda fil-primjum tal-assigurazzjoni tat-taxxa minn 6 % għal 9,5 %. Din tieħu effett mill-1 ta’ Novembru 2015 għalhekk parti minn dan kollu huwa attribwibbli għall-2015-16 u l-bqija sa 2016-17; GBP 0,5 biljun u GBP 1 biljun, rispettivament.

Fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta fir-rapport dwar l-azzjoni meħuda, it-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni tal-2015 jipprevedi li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika se jonqos għal 3,9 % tal-PDG fl-2015-16 u 2,4 % tal-PDG fl-2016-17, taħt il-mira ewlenija tad-defiċits ta’ 4,1 % u 2,7 % tal-PDG, rispettivament, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Ir-riskji għall-prospettiva baġitarja għall-2015-16 u 2016-17, kif ipprojettati fit-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni tal-2015, jidhru li huma bbilanċjati b’mod ġenerali sakemm ma jkunx hemm xi riskji ta’ implimentazzjoni. Filwaqt li l-ebda nuqqasijiet kbar ma huma mistennija, ir-rendiment ekonomiku hu espost kemm għal riskji pożittivi kif ukoll għal dawk negattivi. Fuq naħa waħda investiment aktar qawwi milli mistenni jista' jimplika livell ogħla ta’ tkabbir, filwaqt li min-naħa l-oħra, l-esportazzjonijiet jistgħu jillimitaw munita b’saħħitha aktar milli kien mistenni.

3.Valutazzjoni tal-azzjoni meħuda

Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata fir-rapport dwar l-azzjoni meħuda, it-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni jipprojetta defiċit nominali ta’ 3,9 % tal-PDG fl-2015-16 u ta’ 2,4 % fl-2016-17, li huma taħt il-miri stabbiliti mill-Kunsill L-aġġustament fil-bilanċ strutturali huwa mistenni li jaqbeż ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill fis-sentejn li huma.

It-titjib fil-bilanċ strutturali li jirriżulta fit-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni tal-2015 jammonta għal 0,7 % tal-PDG fl-2015-16 u 1,3 % fl-2016-17, 'il fuq mill-isforz ta' 0,5 tal-PDG u 1,1% tal-PDG rispettivament, irrakkomandat mill-Kunsill.

Hekk kif il-miri ewlenin u l-aġġustament fil-bilanċ strutturali rakkomandati mill-Kunsill huma mistennija li jintlaħqu fl-2015-16 u l-2016-17, ma tkunx meħtieġa analiżi bir-reqqa tal-isforz fiskali. Fil-fatt, ibbażat fuq il-metodoloġija maqbula, flimkien mal-osservanza kkombinata tal-mira tad-defiċit nominali u t-titjib sottostanti fil-bilanċ strutturali huwa biżżejjed biex jiġi stabbilit li ġiet mogħtija azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Tabella 1. Tqabbil tal-projezzjonijiet baġitarji

% tal-PDG

Bilanċ nominali tal-baġit

Aġġustament fil-
bilanċ strutturali

2015-16

2016-17

2015-16

2016-17

Tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni 2015

-3.9%

-2.4%

0.7%

1.3%

Rapport dwar azzjoni li ttieħdet

-4.0%

-2.3%

0.7%

1.5%

Xenarju ta' referenza (tbassir aġġornat tar-rebbiegħa 2015)*

-4.1%

-2.7%

0.5%

1.1%

Mira EDP

-4.1%

-2.7%

0.5%

1.1%

Noti:

 

 

 

 

*Xenarju sottstanti r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2015

 

 

 

4.
Konklużjonijiet

Ir-rapport dwar l-azzjoni meħuda ppreżentat mir-Renju Unit fid-19 ta' Ottubru 2015 jikkonferma l-pjan tal-gvern tar-Renju Unit biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2016-17, bl-iskadenza stabbilita mill-Kunsill, u jipprovdi dettalji dwar il-miżuri li fuqhom hija mfassla l-istrateġija baġitarja. Miżuri addizzjonali ma kinux neċessarji biex jikkonformaw mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, madankollu, ġew imħabbra miżuri żejda fil-baġit ta' Lulju, li huma wkoll inklużi fir-rapport dwar l-azzjoni meħuda.

Minn perspettiva globali, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika mistenni li jilħaq 3,9 % tal-PDG fl-2015-16 u 2,4 % fl-2016-17, f’konformità mal-miri rrakkomandati mill-Kunsill fid-19 ta' Ġunju 2015. It-titjib fil-bilanċ strutturali, kif stmat mill-Kummissjoni abbażi tat-tbassir tal-ħarifa ta’ 0,7 % tal-PDG fl-2015-16 u 1,3 % tal-PDG fl-2016-17, jidher ukoll f’konformità mal-miri ta’ 0,5 % tal-PDG u 1,1 % tal-PDG, rispettivament. Skont il-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-azzjoni effettiva, hekk kif ir-Renju Unit huwa konformi mal-miri tad-defiċit nominali u t-titjib sottostanti fil-bilanċ strutturali, kif rakkomandat matul 2015-16 u 2016-17, il-Kummissjoni tqis li l-proċedura titqiegħed fi stat ta’ sospensjoni.