IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.12.2015
COM(2015) 630 final
GREEN PAPER
dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur
Prodotti aħjar, aktar għażla u opportunitajiet akbar għall-konsumaturi u għan-negozji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.12.2015
COM(2015) 630 final
GREEN PAPER
dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur
Prodotti aħjar, aktar għażla u opportunitajiet akbar għall-konsumaturi u għan-negozji
Green Paper dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur
Prodotti aħjar, aktar għażla u opportunitajiet akbar għall-konsumaturi u għan-negozji
Taqsima 1 Il-ħolqien ta' suq tassew Ewropew għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur
Is-Suq Uniku tal-Unjoni Ewropea u l-erba’ libertajiet tiegħu 1 joffru opportunitajiet kbar għaċ-ċittadini tal-UE. F’oqsma fejn is-Suq Uniku huwa żviluppat sew, bħal fl-ivvjaġġar bl-ajru, 500 miljun konsumatur jibbenefikaw minn kompetizzjoni wiesgħa, biex kollha kemm aħna jkollna għażla akbar, servizzi aħjar u prezzijiet aktar baxxi. Waħda mill-prijoritajiet tal-Kummissjoni tal-President Juncker hija l-kisba ta’ Suq Uniku aktar fil-fond u aktar ġust.
Il-finanzjament għall-konsumaturi jipprovdi għadd ta’ servizzi li huma essenzjali għaċ-ċittadini: fejn inżommu flus, kif infaddlu għal xjuħitna, kif inħallsu għal dar jew xiri ieħor, kif nassiguraw lilna nfusna jew il-proprjetà tagħna kontra problemi tas-saħħa jew inċidenti. L-iżvilupp ta’ swieq effettivi madwar l-Ewropa kollha għal dawn is-servizzi se jtejjeb l-għażla għall-konsumaturi, se jippermetti li l-fornituri ta' suċċess joffru s-servizzi tagħhom fl-UE kollha, u se jappoġġa parteċipanti ġodda u l-innovazzjoni. Madankollu s-swieq madwar l-Ewropa kollha fis-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi fil-verità ma jeżistux fil-preżent. Minoranza żgħira biss fost l-akkwisti ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumatur isseħħ b'mod transfruntier. Hemm ħafna prodotti tajbin li jeżistu fis-swieq domestiċi, iżda huwa diffiċli għall-konsumaturi f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE li jixtru prodotti pprovduti fi Stat Membru ieħor. Dan mhux biss jillimita l-għażla. L-evidenza turi li l-prezzijiet ivarjaw ħafna madwar l-UE: Pereżempju, l-assigurazzjoni tal-vetturi għall-istess klijent tista' tkun tiswa d-doppju f’xi Stati Membri milli f’oħrajn.
Id-diġitalizzazzjoni – l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju u ta' servizzi ġodda permezz tat-teknoloġija – tagħmel l-informazzjoni disponibbli b’mod aktar faċli għall-konsumaturi potenzjali. Minħabba f'hekk, il-preżenza fiżika tal-partijiet fi tranżazzjoni saret anqas importanti. Id-diġitalizzazzjoni tista’ tgħin biex tbaxxi l-prezzijiet u ttejjeb il-komparabbiltà tal-prodotti, u tagħti s-setgħa lill-konsumaturi fl-għażliet finanzjarji tagħhom. Fuq medda twila ta’ żmien, id-diġitalizzazzjoni għandha tippermetti lill-kumpaniji biex jagħmlu l-prodotti tagħhom disponibbli kullimkien fl-Unjoni, sabiex suq uniku Ewropew isir aktar reali.
It-trawwim tal-fiduċja se jkun kruċjali għall-espansjoni tas-Suq Uniku f’dan il-qasam: il-fiduċja fost il-kumpaniji li jistgħu jagħmlu negozju transfruntier u l-fiduċja fost il-konsumaturi li jekk jużaw servizz bejn il-fruntieri l-interessi tagħhom ikunu protetti. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, is-servizzi u l-prodotti jridu jkunu komprensibbli: fi kliem ieħor, l-informazzjoni dwar il-funzjoni tagħhom, il-prezz tagħhom u kif dawn jitqabblu ma’ prodotti oħra għandhom ikunu disponibbli b’mod li l-konsumaturi jistgħu jifhmuh.
Abbażi ta’ azzjoni preċedenti tal-UE f’dan il-qasam, din il-Green Paper tesplora x’jista’ jsir biex is-Suq Uniku jingħata għajnuna biex iwassal titjib konkret fil-ħajja tan-nies fl-UE. Titjib fis-suq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur joħloq ukoll opportunitajiet ġodda tas-suq għal fornituri, jappoġġa t-tkabbir fl-ekonomija Ewropea u joħloq l-impjiegi.
1.1 Għan
Din il-Green Paper hija opportunità għal kummenti dwar kif is-suq Ewropew għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur — jiġifieri l-assigurazzjoni, is-self, il-ħlasijiet, il-kontijiet kurrenti u l-kontijiet ta’ tfaddil u investimenti oħra fil-livell ta’ konsumatur — jista’ jinfetaħ aktar, u jikseb riżultati aħjar għall-konsumaturi u għall-impriżi, filwaqt li jinżamm livell adegwat ta’ protezzjoni għall-konsumatur u għall-investitur. Tfittex li tidentifika l-ostakli speċifiċi li l-konsumaturi u l-impriżi jiffaċċaw biex jagħmlu użu sħiħ mis-Suq Uniku u modi kif dawn l-ostakli jistgħu jingħelbu, inkluż permezz tal-aħjar użu ta’ teknoloġija ġdida, soġġett għal salvagwardji xierqa. L-għan huwa li jkun aktar faċli:
Għal kumpaniji bbażati f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE li joffru servizzi finanzjarji għall-konsumatur fi Stati Membri oħra tal-UE;
Biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jixtru servizzi finanzjarji għall-konsumatur offruti fi Stati Membri oħra tal-UE; kif ukoll
Biex iċ-ċittadini jieħdu l-prodotti tas-servizzi finanzjarji tagħhom magħhom jekk jiċċaqilqu minn Stat Membru għall-ieħor, kemm jekk biex jistudjaw, jaħdmu jew jirtiraw — l-hekk imsejħa “trasferibbiltà”.
Il-Green Paper għandha l-għan li tistimula dibattitu fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. Hija stedina għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill, għal istituzzjonijiet oħra tal-UE, għall-Parlamenti nazzjonali u għal dawk kollha interessati li jagħtu suġġerimenti dwar l-azzjonijiet ta' politika possibbli fuq terminu qasir u twil li jistgħu jkunu meħtieġa biex jitwettaq suq Ewropew li jiffunzjona tajjeb u kompetittiv f'dan il-qasam. Għalhekk tesplora:
(1)l-istat attwali tas-Suq Uniku għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, u x-xejra reċenti tad-diġitalizzazzjoni (Taqsima 2); kif ukoll
(2)il-ħtieġa għal azzjoni fil-livell tal-UE jew dak nazzjonali sabiex jingħelbu l-ostakli li bħalissa qed iwaqqfu lill-konsumaturi u lin-negozji milli joperaw b'mod transfruntier (Taqsima 3).
1.2 Azzjoni preċedenti tal-UE fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur
Il-fiduċja tal-konsumatur fis-settur finanzjarju u fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur naqset minħabba l-kriżi finanzjarja u d-dannu fir reputazzjoni li ġġarrab mill-industrija finanzjarja. Biex tiġi restawrata l-fiduċja tal-konsumatur, u biex jitwessa’ s-Suq Uniku, l-UE reċentement ħadet għadd ta’ miżuri leġiżlattivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur. Xi wħud minn dawn l-inizjattivi għadhom qed jiġu implimentati fil-livell nazzjonali. Dawn huma diskussi b'mod ulterjuri f’din il-Green Paper, iżda jinkludu:
li l-konsumaturi jingħataw is-setgħa li jagħmlu għażliet informati permezz ta’ aktar rekwiżiti ta’ trasparenza, u parir aħjar f’xi oqsma, qabel il-bejgħ ta’ ċerti prodotti finanzjarji bħal kontijiet ta' pagament, kreditu għall-konsum u kreditu ipotekarju, prodotti ta’ investiment u assigurazzjoni;
l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ swieq kompetittivi fil-kontijiet ta’ pagament billi jkun provdut dritt ta’ aċċess madwar l-UE kollha għal kontijiet bażiċi ta’ pagament, tkun projbita d-diskriminazzjoni abbażi ta’ residenza għal kontijiet ta' pagament u jkun żgurat l-aċċess għal servizzi ta' bdil tal-kontijiet ta' pagament fil-livell nazzjonali;
it-titjib tar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur għall-investimenti, għall-kreditu ipotekarju u għall-assigurazzjoni biex il-konsumaturi jsiru jafdaw fix-xirimis-swieq domestiċi tagħhom u b'mod transfruntier;
l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-assigurazzjoni u tal-kreditu ipotekarju biex titjieb il-kompetizzjoni.
Is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur huma wkoll soġġetti għal varjetà wiesgħa ta’ rekwiżiti u regolamenti fil-livell tal-UE u dak nazzjonali bl-għan li l-konsumaturi jiġu protetti u jkun imħeġġeġ suq intern tal-UE għal dawn is-servizzi. Dawn jinkludu rekwiżiti transsettorjali, bħal dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ termini inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u ma' prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, 2 u leġiżlazzjoni speċifika għas-settur dwar bosta prodotti finanzjari u servizzi ta’ ħlas. Il-Kummissjoni qed tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti mill-Istati Membri u tkompli tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jiġi żgurat li tkun effettiva madwar l-UE 3 . Il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) hija wkoll rilevanti f’dan il-kuntest 4 . Flimkien ma’ dan ix-xogħol, il-Kummissjoni regolarment irrevediet il-qafas regolatorju fis-settur tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, bl-għan li jinħolqu swieq għas-servizzi finanzjarji aktar integrati, kompetittivi u ġusti 5 .
1.3 Kif din il-Green Paper taqbel mal-prijoritajiet ġenerali tal-Kummissjoni
Din il-konsultazzjoni tikkumplimenta l-ħidma tal-Kummissjoni f'partijiet ewlenin oħra:
Is-Suq Uniku Diġitali (DSM, Digital Single Market). L-Istrateġija tad-DSM 6 biħsiebha tiżgura, fost punti oħra, aċċess aħjar għall-konsumaturi u għan-negozji għal prodotti u servizzi onlajn madwar l-Ewropa billi tindirizza l-problema ta’ "imblukkar ġeografiku" mhux ġustifikat (restrizzjonijiet imposti mill-fornitur fuq ix-xiri). Hija tindirizza wkoll il-kwistjoni ta’ “kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni” bejn diversi fornituri ta’ servizzi u tipprevedi valutazzjoni komprensiva ta’ pjattaformi onlajn, b’enfasi partikolari fuq il-ġestjoni tad-dejta. Barra minn hekk, l-Istrateġija tad-DSM għandha l-għan li ttejjeb l-interoperabbiltà teknoloġika permezz ta’ appoġġ ta’ attivitajiet ta’ standardizzazzjoni. Dawn huma kollha rilevanti għad-diġitalizzazzjoni tas-settur finanzjarju, minkejja li mhumiex speċifiċi għal dan.
L-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU, Capital Markets Union). Billi tibni suq uniku aktar b’saħħtu għal kapital, l-għan tas-CMU 7 huwa li toffri lin-negozji aktar għażliet ta’ finanzjament fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom u li tipprovdi aktar għażliet u prospetti aħjar għal dawk li jfaddlu u għall-investituri fil-livell ta’ konsumatur.
L-istrateġija tas-suq uniku (SMS, Single Market Strategy). L-SMS 8 tikkonsisti f'azzjonijiet immirati fi tliet oqsma ewlenin: il-ħolqien ta’ opportunitajiet għal konsumaturi, professjonisti u negozji, l-inkoraġġiment tal-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni u l-iżgurar tar-riżultati fil-prattika li jkunu ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u għan-negozji fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Għandha l-għan li tiffaċilita l-forniment transfruntier tas-servizzi u tindirizza l-ostakli prinċipali għal servizzi tan-negozju u l-kostruzzjoni. Il-Kummissjoni se twettaq rieżami tal-iżviluppi tas-suq u jekk ikun meħtieġ se tieħu azzjoni b’rabta mar-rekwiżiti tal-assigurazzjoni għall-fornituri tas-servizzi tan-negozju u tal-kostruzzjoni.
Din il-Green Paper tqis u tikkumplementa inizjatttivi oħra aktar speċifiċi tal-Kummissjoni bħas-Sejħa għal Evidenza dwar il-qafas regolatorju tal-UE għas-servizzi finanzjarji 9 , il-ħidma li għaddejja biex jitneħħew l-ostakli fis-settur tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-liġi tal-kuntratti 10 , il-valutazzjoni tal-potenzjal tad-Direttiva dwar it-Tqegħid Remot fis-Suq tas-Servizzi Finanzjarji (DMFSD, Distance Marketing of Financial Services Directive) 11 u l-inkjesta attwali fis-settur tal-kummerċ elettroniku 12 .
Taqsima 2 Stat attwali tas-swieq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur
2.1 Swieq frammentati u nuqqas ta’ kompetizzjoni
Hemm differenzi kbar fil-prezz u fl-għażla fost l-Istati Membri tal-UE. Xi swieq juru li ftit konsumaturi jbiddlu l-prodotti, li jista' jnaqqas l-inċentivi għall-kumpaniji biex jikkompetu. Barra minn hekk, is-swieq ta' xi Stati Membri juru livell għoli ta’ konċentrazzjoni ta' fornituri tas-servizzi. Is-swieq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur tal-UE juru wkoll ftit attività transfruntiera. Sa ċertu punt, dan jirrifletti l-preferenzi kulturali u nazzjonali kif ukoll l-għażla tal-konsumatur. Mhux il-konsumaturi kollha jridu jixtru l-prodotti ta' servizzi finanzjarji tagħhom b'mod transfruntier. Madanakollu, ta' min jikkunsidra jekk jistax isir aktar biex titnaqqas il-frammentazzjoni.
L-iżvilupp ta’ xiri onlajn joffri potenzjal sinifikanti biex il-kumpaniji jkunu jistgħu jagħtu servizz mill-bogħod lill-konsumaturi fi Stati Membri oħra. Hemm ukoll suq potenzjali kbir fost konsumaturi li huma mobbli fl-Unjoni: 13,6 miljun ċittadin tal-UE jgħixu fi Stat Membru li mhuwiex pajjiżhom u ħafna aktar jistgħu jagħmlu dan f’xi punt f’ħajjithom 13 . Barra minn hekk, 35 % taċ-ċittadini Ewropej jgħixu f’reġjuni fuq il-fruntiera ma’ Stati Membri oħra 14 , u ħafna minnhom diġà jagħmlu parti mix-xiri tagħhom fiż-żoni transkonfinali “lokali” tagħhom 15 . Dan għandu jkun possibbli wkoll għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, iżda ħafna drabi dan ma jkunx il-każ. Sabiex is-swieq ikunu aċċessibbli għall-impriżi kollha, ostakli bla bżonn u mhux ġustifikati għall-parteċipanti ġodda biex jidħlu fis-suq għandhon jitnaqqsu, speċjalment għal dawk id-ditti li jistgħu jkunu kapaċi jipprovdu l-prodotti tagħhom b’mod transfruntier fl-UE.
Attività transfruntiera limitata
Il-livell attwali ta’ tranżazzjonijiet transfruniera diretti fis-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi huwa limitat, u fil-biċċa l-kbira tal-konsumaturi jixtru dawn il-prodotti fis-suq domestiku tagħhom u d-ditti jservu l-aktar is-swieq li fihom jinsabu fiżikament stabbiliti 16 . Studji reċenti jissuġġerixxu li s-sehem ta’ konsumaturi li diġà xtraw prodotti bankarji minn Stat Membru ieħor kien anqas minn 3 % għall-kards ta’ kreditu, kontijiet kurrenti u ipoteki 17 . Fir-rigward tal-kreditu tal-konsumatur, 5 % biss tas-self kienu nkisbu b’mod transfruntier 18 . Self transfruntier fiż-żona tal-euro jammonta għal anqas minn 1 % tas-self totali tal-unitajiet domestiċi fiż-żona 19 . Fil-qasam tal-assigurazzjoni, il-forniment transfruntier tas-servizzi ammonta għal madwar 3 % tat-total tal-primjums grossi sottoskritti fl-2011 u fl-2012 20 .
Differenzjali tal-prezzijiet u tal-għażla
Hemm evidenza ta’ frammentazzjoni tas-suq fil-prezzijiet li jvarjaw għal prodotti identiċi jew simili disponibbli f’diversi swieq domestiċi, anki mill-istess fornitur. Pereżempju, meta jiġu stabbiliti fergħat fi swieq oħra, id-ditti għandhom tendenza li jaġġustaw il-prezzijiet tagħhom għal kundizzjonijiet lokali u ġeneralment ma jesportawx prezzijiet aktar kompetittivi lejn swieq oħra. Il-frammentazzjoni tas-suq tidher ukoll mill-għażliet ristretti disponibbli għall-konsumaturi f’ċerti Stati Membri; pereżempju, il-konsumaturi f’xi swieq jista’ jkollhom aċċess biss għal ipoteki b’rati fissi, u f’oħrajn ikunu jistgħu jaċċessaw biss rati varjabbli 21 .
Fis-settur bankarju, l-informazzjoni miġbura mill-Grupp għall-Utenti tas-Servizzi Finanzjarji (FSUG, Financial Services User Group) tindika li d-differenzi bejn Stati Membri – lil hinn minn dak li jista' jiġi spjegat permezz ta' differenzi oġġettivi f'termini ta' livelli ta' kapaċità tal-akkwist u ta' prezzijiet nazzjonali – jistgħu jkunu sostanzjali għal għadd ta' prodotti 22 . Tariffi annwali imposti għal kard tal-kreditu jistgħu jvarjaw minn EUR 9,10 fir-Rumanija għal kważi EUR 114 fis-Slovakkja. Trasferimenti ta’ kreditu offlajn huma b’xejn f’ċerti Stati Membri, iżda jistgħu jiswew medja ta’ EUR 3,58 fi Franza. Hemm ukoll dispersjoni sinifikanti fir-rati tal-imgħax li unitajiet domestiċi jħallsu fuq self ipotekarju f’pajjiżi differenti (ara l-Grafika 1) 23 . Teżisti aktar dispersjoni għal kreditu għall-konsumatur milli għall-kreditu ipotekarju.
Grafika 1: Dejta tal-Federazzjoni Ewropea tal-Ipoteki dwar rati tal-imgħax fuq self ipotekarju residenzjali ġdid kull kwart ta’ sena (2012-2014)
|
Fis-settur tal-assigurazzjoni, l-istess detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni bi profil ta’ riskju simili jista' jħallas id-doppju għal polza simili skont il-post ta’ residenza tiegħu. Informazzjoni miġbura mill-FSUG tindika li l-primjums ta' kull xahar għal prodott kumparabbli tal-assigurazzjoni mhux ta’ investiment fuq il-ħajja għal perjodu ta’ 25 sena jvarjaw minn EUR 10 fix-xahar fis-Slovakkja u EUR 12,40 fix-xahar fi Spanja għal GBP 65 fix-xahar fir-Renju Unit. Fil-każ tal-assigurazzjoni tal-vetturi, pereżempju, il-kwoti jistgħu jvarjaw anki għall-istess mudell ta’ karozza (Grafika 2) 24 .
Grafika 2: Medja tal-Primjums Obbligatorji ta' Responsabbiltà ta' Terzi skont il-pajjiż |
Differenzi fil-prezzijiet jistgħu jiġu attribwiti għal fatturi bħal kundizzjonijiet li jvarjaw fl-ekonomiji domestiċi, il-livelli varjabbli tal-kapaċità tal-akkwist, l-istrutturi finanzjarji jew istituzzjonali (pereż. it-tassazzjoni, ir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni), jew spejjeż ta’ finanzjament differenti, proposti ta’ valur (li xi kultant ikunu relatati ma' prodotti abbinati jew f'għamla ta' pakkett) u l-istrutturi tal-prezzijiet fis-swieq lokali. Għall-assigurazzjoni (b’mod partikolari l-assigurazzjoni tal-vetturi) varjazzjonijiet fil-kostijiet u fir-riskji tal-forniment ta’ kopertura jistgħu jvarjaw sostanzjalment bejn l-Istati Membri differenti, li jistgħu jiġġustifikaw xi differenzi fil-prezzijiet. Madankollu, jidher li m’hemm l-ebda ġustifikazzjoni oġġettiva għall-iskala tad-differenza fil-prezzijiet rigward prodotti li huma inqas marbuta mal-post ġeografiku jew mal-karatteristiċi tar-riskju lokali, bħall-assigurazzjoni fuq il-ħajja (anki jekk l-aspettattivi tal-ħajja jistgħu ma jkunux identiċi f’kull Stat Membru). Dawn l-elementi, fil-fatt, mhux dejjem jispjegaw biżżejjed il-grad tal-frammentazzjoni tal-prezzijiet madwar l-UE.
Nuqqas ta’ kompetizzjoni u ftit li xejn bdil mill-konsumaturi
Il-maġġoranza tas-swieq bankarji għall-konsumatur u tas-swieq tal-assigurazzjoni hija kkonċentrata ħafna u turi sinjali ta' nuqqas ta' kompetittività sħiħa , li tillimita l-għażla tal-konsumaturi u l-valur u l-kwalità tal-prodotti li jirċievu. Pereżempju, fl-aħħar tal-2013 is-sehem mis-suq tal-akbar ħames fornituri fis-settur bankarju kien ivarja minn kważi 95 % fil-Greċja għal aktar minn 30 % fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu 25 . Bi tweġiba għall-konsultazzjoni pubblika dwar ir-rieżami tar-Regolament għall-Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-Assigurazzjoni, il-parti l-kbira tal-assiguraturi u tal-assoċjazzjonijiet industrijali tagħhom sostnew li s-swieq tal-assigurazzjoni huma kompetittivi. 26 Madankollu, konċentrazzjoni għolja hija osservata f’assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja; pereżempju, proporzjonijiet ta’ konċentrazzjoni fis-settur tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, kif imkejla skont is-sehem mis-suq tal-akbar ħames kumpaniji tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja mill-2013, ivarjaw minn 100 % fl-Estonja u f'Malta għal inqas minn 40 % fil-Ġermanja u fil-Kroazja 27 . Dawn il-varjazzjonijiet kbar ma jidhirx li huma ġustifikati bid-daqsijiet li jvarjaw ta’ dawn is-swieq.
Il-bdil bejn fornituri differenti tal-prodotti jinsab f’livell baxx fl-UE 28 . Skont dejta mill-Ewrobarometru, fl-2012, aktar minn 85 % ta’ dawk li wieġbu li għandhom self personali jew kard ta’ kreditu ma kinux bidlu jew ippruvaw jibdlu 29 . Barra minn hekk, fuq livell tal-Istati Membri, is-swieq għat-tfaddil tal-flus irriżultaw li ma kinux qed jaħdmu sew, bil-konsumaturi jibqgħu “kkonfinati” mal-istess fornitur u prodott, anki jekk prodotti simili b’riżultati aħjar ikunu disponibbli. 30 Fil-fatt, skont it-tabella ta’ valutazzjoni tal-konsumatur, is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur huma fost l-oqsma li fihom il-konsumaturi huma l-anqas sodisfatti bis-servizzi li jirċievu. 31 Din it-taħlita ta’ livelli għolja ta’ nuqqas ta’ sodisfazzjoni, prezzijiet li jvarjaw, u livelli baxxi ta’ bdil tista' tindika li l-kompetizzjoni mhijiex qed taħdem tajjeb f’dawn is-swieq għall-konsumaturi, jew li l-ostakli għad-dħul u għall-ħruġ minn prodotti għandhom rwol fin-nuqqas ta' azzjoni mill-konsumaturi u jwaqqfuhom milli jfittxu l-aħjar offerti.
Imġiba tal-bdil mill-konsumaturi tista' tinkoraġġixxi kompetittività fost il-kumpaniji u tipprovdi inċentivi għall-parteċipanti ġodda biex jidħlu fi swieq maturi. Li kieku mhux għax jeżistu l-ostakli li jimpedixxu tranżazzjonijiet transfruntiera, l-imġiba tal-bdil tista’ wkoll tinkoraġġixxi ditti biex jipprovdu servizzi minn Stati Membri oħra. Żewġt iswieq li fihom il-bdil tal-fornitur jista' jkun l-aktar diffiċli – il-kontijiet ta' pagamenti u l-ipoteki – kienu s-suġġett ta’ inizjattivi fil-livell tal-UE f’dawn l-aħħar snin, li għadhom qed jiġu trasposti fuq livell nazzjonali, permezz tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju 32 (MCD, Mortgage Credit Directive) li neħħiet l-ostakli għall-ħruġ mill-prodotti u tad-Direttiva dwar il-Kontijiet tal-Pagamenti 33 (PAD, Payment Accounts Directive) li ħolqot servizzi nazzjonali ta' bdil iddedikati għall-kontijiet tal-pagamenti. Madankollu, għad hemm aktar modi li bihom imġiba tal-bdil tista' tkun imħeġġa fil-livell tal-UE – pereżempju, it-trasferibbiltà sħiħa ta’ numri tal-kontijiet tal-bank qed tiġi eżaminata f’xi Stati Membri.
Il-bejgħ abbinat u l-prodotti f'għamla ta' pakkett wkoll jistgħu jkunu ostaklu għall-għażla tal-konsumatur. Flimkien mar-regoli tal-kompetizzjoni, il-bejgħ abbinat tal-prodotti ta' servizzi finanzjarji għall-konsumatur jew il-prodotti ta' servizzi finanzjarji għall-konsumatur f'għamla ta' pakkett bħalissa huma soġġetti għal regoli speċifiċi għas-settur stabbiliti fl-MCD (li se tiżgura li min jissellef ikun jista' jagħżel l-assigurazzjoni minn fornitur ieħor) 34 , fil-PAD, u fid-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni (IDD, Insurance Distribution Directive) 35 . Id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji riveduta (MiFID II, Markets in Financial Instruments Directive) 36 tinkludi wkoll l-għoti tas-setgħa lill-ESMA (b’kooperazzjoni mal-ABE u mal-EIOPA) biex tiżviluppa linji gwida ta’ bejgħ inkroċjat. Il-konsumaturi għandhom ikunu informati jekk humiex liberi li jixtru kull prodott fil-pakkett separatament (pereż assigurazzjoni minn fornitur ieħor) u għandhom ikollhom informazzjoni ċara dwar il-kostijiet. Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja jekk dan huwiex il-każ u jekk hijiex meħtieġa azzjoni ulterjuri f'dan il-qasam.
2.2 Ix-xenarju tas-settur tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur qed jinbidel fid-dawl tad-diġitalizzazzjoni
Id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni malajr bidlu l-forma tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur fl-aħħar snin, u jwegħdu li jkomplu jagħmlu hekk. Id-ditti finanzjarji qed joffru prodotti onlajn jew permezz ta' applikazzjonijiet dejjem iktar u lluil-ġurnata l-parti l-kbira tal-konsumaturi jużaw servizzi bankarji onlajn b'mod regolari biex iġestu l-kontijiet tagħhom u jwettqu tranżazzjonijiet. 37 Fil-prinċipju, dawn l-avvanzi teknoloġiċi joffru l-opportunità biex jiffaċilitaw il-proċess biex ċerti tranżazzjonijiet transfruntiera jespandu l-aċċess għal informazzjoni u pariri aktar effettivi għall-konsumaturi, beix itejbu l-komparabbiltà tal-prodotti u jżidu l-imġiba tal-bdil 38 .
Parteċipanti ġodda u tekniki ġodda f’suq diġitali
Is-settur tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur qed jesperjenza bidla sinifikanti hekk kif huwa qed jintlaqat mid-diġitalizzazzjoni. Qed jemerġu mudell ta' negozju ġodda: fornituri onlajn biss u kumpaniji teknoloġiċi qed jidħlu fis-suq, billi joffru servizzi (fl-Istati Membri u xi kultant b'mod transfruntier) inkluż trasferiment elettroniku ta' flus, intermedjazzjoni f'pagamenti onlajn, aggregazzjoni ta' dejta finanzjarja, finanzjament peer-to-peer u tqabbil tal-prezzijiet. Parteċipanti ġodda li mhumiex fornituri tradizzjonali ta’ servizzi finanzjarji u li l-mudell ta’ negozju ewlieni tagħhom mhuwiex dejjem tas-servizzi finanzjarji, ukoll qed jidħlu fis-suq. Kumpaniji tal-midja soċjali, pereżempju, issa qed ibigħu prodotti finanzjarji. Dawn it-teknoloġiji ġodda jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-konsumaturi, sakemm jinżammu l-istandards ta' sigurtà adattati.
Kemm ditti stabbiliti kif ukoll kumpaniji teknoloġiċi u finanzjarji ġodda (Fintechs) qed jesploraw modi ta’ kif jinteraġixxu mal-klijenti tagħhom, jintegraw il-kanali tad-distribuzzjoni tagħhom għall-prodotti u jipprovdu servizzi li huma aktar rapidi, aktar reattivi u aktar adattati. Għall-parteċipanti stabbiliti, it-teknoloġiji diġitali inklużi reġistri distribwiti (bħall-metodu blockchain użat minn Bitcoin) joffru l-opportunità biex jitfasslu mill-ġdid il-proċessi interni bi standardizzazzjoni, awtomazzjoni u ekonomiji ta' skala mtejba. Il-parteċipanti stabbiliti qed jissieħbu wkoll mal-fintechs jew jinkoraġġuhom, u qed jaħdmu ma’ fornituri diġitali ewlenin, biex isawru din it-tendenza u jaġġornaw ruħhom dwarha. Barra minn hekk, id-ditti qegħdin dejjem aktar jużaw “dejta sostanzjali” (“big data”), meħuda minn punti inkluża l-midja soċjali, biex jiġbru informazzjoni dwar klijenti potenzjali fil-mira tagħhom. Dan jagħtihom fehim akbar tal-klijenti, iżda tqajjem ukoll mistoqsijiet dwar l-użu xieraq ta’ din id-dejta.
Dawn il-bidliet se jkollhom impatt partikolari fuq il-fornituri eżistenti, bħal banek diġà preżenti, minħabba d-dipendenza tagħhom fuq fergħat sinifikanti – u għalja – u r-rwol tal-kontijiet tal-pagament bħala l-punt ta' dħul tradizzjonali għall-konsumaturi, li se jiġi kkontestat mit-tfaċċar ta’ fintechs u ta' kartieri diġitali. Min daħal ġdid iffoka wkoll fuq attivitajiet anċillari ta' qligħ bħal muniti barranin 39 . Il-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni qed jinvestu bil-kbir fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tal-bejgħ u tal-klijenti tagħhom bit-tama li jiffrankaw fl-ispejjeż u jinvolvu ruħhom aktar mill-qrib mal-klijenti eżistenti tagħhom 40 . Il-parteċipanti ġodda fis-suq (li għadhom ma jibbenefikawx minn bażi stabbli ta' klijentela) għandhom il-potenzjal li jixprunaw soluzzjonijiet transfruntiera u jaħtfu swieq ġodda minn operaturi diġà preżenti.
L-iżvilupp ta’ mezzi ta’ distribuzzjoni onlajn huwa ta’ interess partikolari fil-livell tal-UE. Billi tippermetti lill-fornituri u lill-konsumaturi jikkonkludu u jappoġġaw bejgħ mill-bogħod b’mod aktar faċli u b’anqas spejjeż, id-diġitalizzazzjoni toffri aċċess għal bażi kbira ta' konsumaturi fis-Suq Uniku li jistgħu jibbenefikaw mill-aħjar offerti disponibbli. Id-diġitalizzazzjoni għandha fil-prinċipju tippromwovi l-attività transfruntiera, mingħajr ma teħtieġ li d-ditti jistabbilixxu ruħhom fi Stati Membri oħra.
Minkejja li t-teknoloġiji innovattivi joffru opportunitajiet biex itejbu s-servizz għall-klijenti u jnaqqsu l-prezzijiet, jistgħu wkoll joħolqu sfidi regolatorji, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà ċibernetika u mal-protezzjoni tad-dejta. Theddidiet ċibernetiċi huma ta’ tħassib kbir għall-konsumaturi u għan-negozji; din il-kwistjoni x’aktarx li se ssir aktar importanti hekk kif id-diġitalizzazzjoni timxi ’l quddiem u teħtieġ rispons xieraq. Il-parteċipanti l-ġodda mhux dejjem jistgħu jiġu regolati permezz tal-oqfsa regolatorji u superviżorji attwali bl-istess mod bħall-operaturi diġà preżenti, inkluż mill-perspettiva tal-ħarsien tal-konsumatur. L-iżviluppi teknoloġiċi u l-espansjoni ta’ kanali ta’ distribuzzjoni ġodda jistgħu jagħmluha diffiċli biex tiġi pprovduta informazzjoni prekuntrattwali lill-konsumaturi – pereżempju, billi jiġi pprovdut żvelar obbligatorju permezz ta’ apparat mobbli bi skrins żgħar. Ir-rispons adattat għal dawn l-isfidi (inklużi s-sigurtà adegwata u l-protezzjoni tal-konsumatur) u l-opportunitajiet se jkollhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa.
Prodotti finanzjarji u ta’ pagament ġodda
Il-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi u ta’ użu faċli għall-konsumatur u tixtieq tiżgura li dawn huma disponibbli għal firxa wiesgħa ta’ konsumaturi fl-Ewropa kollha, u fejn possibbli b'mod transfruntier. Id-diġitalizzazzjoni ta’ servizzi finanzjarji wasslet għall-ħruġ ta’ prodotti ġodda, bħal self b'test jew self bejn il-pari, xi wħud li jġibu sfidi regolatorji u ta’ protezzjoni tal-konsumatur.
Fil-qasam tal-pagament b’mod partikolari, qed ifeġġu opportunitajiet ġodda u l-iżvilupp ta’ pagamenti bil-mowbajl, bl-internet u pagament immedjat fis-swieq domestiċi. Pagamenti bil-mowbajl qed jiżviluppaw b’rata mgħaġġla fl-Ewropa, b’varjetà wiesgħa ta’ soluzzjonijiet għal pagamenti remoti jew ta' prossimità attwalment disponibbli mingħand il-atturi fis-suq inklużi l-banek, l-iskemi ta’ kards, l-operaturi taċ-ċellulari u atturi tal-internet. Dawn is-servizzi jinkludu pagamenti peer-to-peer, kartieri mobbli, applikazzjonijiet bankarji u applikazzjonijiet għal kards, u jużaw diversi teknoloġiji (Komunikazzjoni Near-Field u kodiċijiet Quick-Response li huma fost l-aktar żviluppati għal pagamenti fil-punt tal-bejgħ). Għall-konsumatur, dan ifisser li huma jkunu jistgħu jħallsu meta jixtru permezz tat-telefon tagħhom, jaqsmu l-prezz ta’ ikla jew jibgħatu fondi lil sħabhom permezz ta’ applikazzjoni. Madankollu, soluzzjonijiet ta’ spiss huma validi biss fil-livell domestiku u ġeneralment mhumiex interoperabbli u kumpaniji jew gruppi ta’ kumpaniji qegħdin jikkompetu biex jimponu l-istandards tagħhom stess. Il-kopertura ġeografika limitata tagħhom u minimu ta’ interoperabbiltà tillimita l-approvazzjoni tagħhom min-negozjanti, li jnaqqas l-użu transfruntier effikaċi tagħhom.
Pagament f'ħin reali (jew istantanji) bħalissa jeżistu f’xi pajjiżi, u attiraw interess sinifikanti f’oħrajn minħabba li l-veloċità tagħhom għandha l-potenzjal li tmexxi l-innovazzjoni u twassal għall-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda ta’ pagament. Dawn huma l-iżvilupp loġiku li jmiss fi ħdan is-Suq Uniku għall-pagamenti bl-imnut wara t-tranżizzjoni lejn iż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) 41 : Il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament tal-UE bdew l-iżvilupp ta’ skema ta’ Trasferiment Istantanju ta’ Kreditu tas-SEPA. Il-Bord għall-Ħlasijiet bl-Imnut bl-Euro u l-Kunsill tal-Ħlasijiet Ewropej 42 qed jaħdmu fuq standard panEwropew u bejn il-pari standard għal pagamenti istantanji mobbli li għandu l-potenzjal li joħloq sistemi interoperabbli. Il-Kummissjoni tappoġġa liż-żewġ korpi f’din il-ħidma.
Taqsima 3 Prodotti aħjar, aktar għażla u opportunitajiet akbar għall-konsumaturi u għan-negozji
Il-benefiċċju sħiħ li jista' jirriżulta minn suq uniku Ewropew għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur għadu ma ġiex sfruttat. Wieħed mill-aktar modi diretti ta’ titjib fil-kompetizzjoni u ta' promozzjoni tal-benessri tal-konsumatur ikun biex jitnaqqsu, fejn possibbli, l-ostakli għall-kummerċ transfruntier f’dawn is-servizzi. Dawn l-ostakli joriġinaw minn żewġ gruppi prinċipali ta’ kawżi ewlenin li jaffettwaw kemm lill-fornituri kif ukoll lill-konsumaturi, li jaġixxu flimkien biex inaqqsu l-għażla u l-kompetizzjoni u jżommu s-suq Ewropew frammentat:
il-konsumaturi m'għandhomx għarfien dwar l-offerti minn Stati Membri oħra jew m'għandhomx biżżejjed fiduċja fihom u jekk għandhom, ikollhom diffikultà biex jaċċedu għalihom (Taqsima 3.1); u
l-fornituri ma joffrux prodotti lill-konsumaturi fi Stati Membri oħra minħabba li, anki fi żmien ta’ diġitalizzazzjoni, swieq frammentati joħolqu wisq kostijiet operazzjonali u ta’ konformità (Taqsima 3.2).
Il-Kummissjoni hija partikolarment interessata f’jekk l-użu ta’ teknoloġija diġitali innovattiva tistax tgħin fis-soluzzjoni ta’ kwalunkwe fost dawn l-ostakli. Nuqqas ta' fiduċja mill-konsumaturi u nuqqas ta' ċertezza legali għall-kummerċjanti dwar tranżazzjonijiet transfruntiera jistgħu wkoll jirriżultaw minn infurzar inkonsistenti ta' leġiżlazzjoni tal-UE madwar l-UE. In-Netwerk tal-Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur ikopri parti mil-leġiżlazzjoni importanti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Jekk l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE tirriżulta bħala problema, jista' jsir iktar permezz ta' netwerks ta' dan it-tip.
Mistoqsijiet ġenerali 1.Għal liema prodotti finanzjarji tista’ l-provvista transfruntiera mtejba żżid il-kompetizzjoni fis-swieq nazzjonali f’termini ta’ għażla u prezzijiet aħjar? 2.X’inhuma l-ostakli li jipprevjenu lill-impriżi milli jipprovdu servizzi finanzjarji transfruntiera direttament u lill-konsumaturi milli jixtru prodotti transfruntiera direttament? 3.Jistgħu kwalunkwe fost dawn l-ostakli jingħelbu fil-futur permezz tad-diġitalizzazzjoni u tal-innovazzjoni fis-settur FinTech? 4.X’jista’ jsir biex jiġi żgurat li d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji ma tirriżultax f’żieda fl-esklużjoni finanzjarja, b’mod partikolari ta’ dawk li m'għandhomx għarfien diġitali? 5.X’għandu jkun l-approċċ tagħna jekk l-opportunitajiet li jġib miegħu t-tkabbir u l-firxa ta’ teknoloġiji diġitali jagħtu lok għal riskji ġodda fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur? 6.Il-klijenti għandhom aċċess għal prodotti finanzjarji sikuri, sempliċi u komprensibbli madwar l-Unjoni Ewropea? Jekk le, x’jista’ jsir sabiex ikollhom dan l-aċċess? 7.Il-kwalita tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur tal-UE madwar l-UE hija problema għall-fiduċja tal-konsumatur u għall-integrazzjoni tas-swieq? 8.Teżisti evidenza oħra li għandha tiġi kkunsidrata jew jeżistu żviluppi oħra li jeħtieġu jiġu kkunsidrati fir-rigward tal-kompetizzjoni transfruntiera u tal-għażla fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur? |
3.1 Għajnuna lill-konsumaturi biex jixtru prodotti finanzjarji b'mod transfruntier
F'bosta stadji matul ħajjithom, il-konsumaturi jkollhom jagħmlu deċiżjonijiet finanzjarji kbar b’implikazzjonijiet fit-tul. Kemm jekk jixtru assigurazzjoni tal-ħajja jew jużaw ipoteka biex jixtru dar, isiefru jew ifaddlu l-flus għall-futur, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu i) ikunu jafu x’hemm disponibbli xi mkien ieħor fl-UE, ii) jiksbu prodotti adatti għall-ħtiġijiet tagħhom bi prezzijiet kompetittivi, u iii) ikunu kunfidenti li l-prodotti tagħhom huma sikuri u tajbin u se jaġixxu bil-mod intiż minnhom.
3.1.1 Li wieħed ikun jaf x’hemm disponibbli 43
Qed infittex l-aħjar soluzzjoni possibbli fl-Istat Membru tiegħi. Ma nafx li hemm prodotti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu irħas jew aħjar. |
Il-konsumaturi spiss m'għandhomx aċċess għal informazzjoni dwar offerti transfruntiera ta' prodotti finanzjarji; għalhekk huwa diffiċli għalihom biex jixtru lil hinn minn pajjiżhom. Ftit fornituri ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumatur ikollhom fil-mira konsumaturi fi Stati Membri fejn dawn mhumiex fiżikament stabbiliti. Barra minn hekk, il-konsumaturi jiffaċċaw għadd ta’ ostakli, inkluża l-lingwa, jekk huma jixtiequ jistaqsu dwar il-prodotti fi Stati Membri oħra.
Informazzjoni aħjar għall-konsumaturi u l-għoti ta' għajnuna biex jibdlu
Mod biex jitrawwem l-għarfien tal-konsumaturi, u jkunu mħeġġa biex jaqilbu għal prodotti aktar xierqa, ikun li jiġi żgurat li jkollhom aċċess għal mezzi li jippermettulhom jiskopru prodotti disponibbli minn Stati Membri oħra u jifhmu l-karatteristiċi tagħhom. Mezzi bħal dawn jistgħu, pereżempju, jinkludu intermedjarji finanzjarji, websites ta’ tqabbil indipendenti jew servizzi ta’ konsulenzi finanzjarji indipendenti b'bażi fuq l-internet.
Siti ta’ tqabbil indipendenti jistgħu jkunu ta’ għajnuna sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jafu li l-prodotti jeżistu, imma l-akbar benefiċċju tagħhom ġej mill-appoġġ li jagħtu lill-konsumaturi biex jibdlu, billi jippermettilhom li jivvalutaw u jagħżlu bejn l-aktar prodotti adattati għall-ħtiġijiet tagħhom. L-EIOPA sabet li s-siti web ta’ paragun jistimulaw il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni u jgħinu biex titjieb it-trasparenza u l-komparabbiltà tal-informazzjoni disponibbli għall-konsumaturi 44 . Dan il-kunċett jista’ japplika wkoll għal segmenti oħra tal-prodott, kif ukoll għal Stati Membri li bħalissa ma għandhomx dawn il-faċilitajiet, għalkemm kwalunkwe azzjoni għandha tqis li bosta siti web ta’ tqabbil huma xi kultant fjakki fid-deskrizzjoni tal-metriċi u l-aspetti mqabbla, u spiss huma ffukati żżejjed fuq il-prezz 45 . Is-siti web ta’ tqabbil huma komuni ħafna fis-settur tal-assigurazzjoni, u l-PAD introduċiet l-obbligu li jkun stabbilit mill-inqas sit web wieħed ta’ tqabbil (b’ kriterji tal-kwalità stabbiliti) fuq livell nazzjonali li tippreżenta l-offerti tas-servizzi ta’ kontijiet bankarji, inklużi t-tariffi imposti, minn istituzzjonijiet finanzjarji differenti.
Metodi oħra ta’ titjib tar-rati ta’ bdil jistgħu jinkludu manuvri biex jiżguraw li l-konsumaturi jkunu jistgħu joħorġu mill-prodotti tagħhom mingħajr ma jkunu soġġetti għal penali iebsa, bħal fil-każ tad-Direttiva dwar il-Kreditu Ipotekarju (MCD) u d-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur (CCD) 46 , jew sforzi biex tingħeleb in-nuqqas ta' azzjoni tal-konsumatur billi jitnaqqsu l-ostakli u l-iskariġġ involuti fil-bdil tal-prodotti 47 . L-użu ta’ divulgazzjoni mmirata f’mumenti kruċjali meta konsumatur jista’ jibbenefika minn bidla fil-prodott jista' wkoll jiżgura li l-konsumaturi jkunu iktar involuti fir-rigward tad-deċiżjonijiet finanzjarji tagħhom u inqas ikkonfinati għall-prodotti li jkunu xtraw 48 .
Mistoqsijiet 9.X’ikun l-aktar mezz adegwat sabiex il-konsumaturi jiġu sensibilizzati dwar servizzi finanzjarji għall-konsumatur differenti u prodotti tal-assigurazzjoni disponibbli fl-Unjoni kollha? 10.X’jista’ jsir aktar biex tiġi ffaċilitata d-distribuzzjoni transfruntiera ta’ prodotti finanzjarji permezz ta’ intermedjarji? 11.Hemm bżonn ta' azzjoni ulterjuri biex tħeġġeġ il-komparabbiltà u/jew jiġi ffaċilitat il-bdil għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur minn fornituri li jinsabu jew fl-istess Stat Membru jew f’ieħor? Jekk iva, x’azzjoni u għal liema segmenti ta’ prodotti? |
L-indirizzar ta' tariffi kumplessi u għoljin b’mod projbittiv għal tranżazzjonijiet barranin
Ngħix fiż-żona tal-euro. Il-bank iżommli tariffi għoljin kull darba li nittrasferixxi flus lejn Stat Membru li ma jinsabx fiż-żona tal-euro. Meta użajt il-kard ta’ kreditu tiegħi barra minn pajjiżi, ġejt u sibt kont għali minħabba li r-rata tal-kambju applikata mill-bank kienet agħar mir-rati tas-suq, u ma kontx infurmat sew u minn qabel dwar ir-rata tal-kambju li kienet se tkun imposta. |
Fir-rigward ta' tariffi fuq it-tranżazzjonijiet, ir-Regolament 924/2009 dwar il-pagamenti transfruntiera 49 jelimina d-differenzi fit-tariffi għal pagamenti transfruntiera u domestiċi f'euro, li huwa ta' benefiċċju sostanzjali għall-konsumaturi meta jagħmlu pagamenti f'euro. Madankollu, iċ-ċittadini li jixtiequ jittrasferixxu l-flus f’pajjiżi oħra tal-UE f’muniti oħra minbarra l-euro spiss iħabbtu wiċċhom ma’ tariffi għoljin ħafna meta mqabbla ma’ dawk li jħallsu għal trasferimenti domestiċi. Dawn it-tariffi jkopru kemm spejjeż tat-tranżazzjoni kif ukoll tariffi ta’ kambju tal-munita u jistgħu jirrappreżentaw parti sinifikanti tal-valur tat-tranżazzjoni. Tariffi fuq tranżazzjoni għall-konsumaturi ordinarji fuq il-pagament transfruntiera u trasferimenti f’muniti oħra minbarra l-euro, għandhom tendenza li jkunu għoljin ħafna fl-Istati Membri kollha u mhux dejjem jiġu żvelati b’mod ċar lill-klijent. Dejjem aktar, is-siti web huma disponibbli għal kambju tal-munita peer-to-peer, li joffri rati aħjar għall-konsumaturi u qed jibda jkollhom impatt reali fuq is-swieq. Għalkemm id-ditti għandhom ikunu trasparenti dwar it-tariffi u r-rati mitluba għal kambju tal-munita, dawn it-tariffi u r-rati mhumiex speċifikament soġġetti għal kwalunkwe regoli Ewropej.
Għal pagamenti bil-kard, il-konsumaturi mhux dejjem huma konxji dwar ir-rata tal-kambju tal-munita li se tiġi applikata għal tranżazzjoni mwettqa barra mill-pajjiż, pereżempju għal ġbid ta’ flus kontanti jew xiri bil-kards ta’ pagament fi Stati Membri b’munita differenti. Il-konverżjoni tal-munita hija normalment offruta mill-bank li ħareġ il-kard. F’dawn l-aħħar snin, in-negozjanti offrew dejjem iżjed l-għażla li jużaw ir-rata tal-kambju tal-bank tagħhom stess (l-hekk imsejħa l-bidla tal-munita b’mod dinamiku), li għall-anqas tipprovdi xi trasparenza għall-konsumaturi u tista’ tipprovdi valur aħjar għall-flus. Madankollu, ir-rati tan-negozjant ma jkunux sistematikament aħjar għall-konsumaturi u ta’ spiss dawn huma diffiċli biex jitqabblu fuq bażi ta’ każ b’każ mar-rati offruti mill-bank tal-konsumatur minħabba li r-rati preċiżi offruti mill-banek mhumiex disponibbli għall-konsumaturi fil-ħin tat-tranżazzjoni. Dan ifisser li, s’issa, il-konsumaturi ma setgħux jieħdu vantaġġ ta’ kompetizzjoni minn opportunitajiet ta’ konverżjoni tal-munita b’mod dinamiku.
Minħabba l-eżistenza ta’ muniti differenti fi ħdan l-UE, u l-integrazzjoni kontinwa tas-swieq tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, din il-kwistjoni x’aktarx se ssir aktar importanti hekk kif jespandi l-kummerċ elettroniku fis-Suq Uniku Diġitali u se tkun meħtieġa analiżi ulterjuri tagħha.
Mistoqsijiet 12.X’jista’ jsir iktar fil-livell tal-UE biex tiġi trattata l-problema ta’ pagamenti eċċessivi imposti fuq il-pagamenti transfruntiera (pereż. trasferimenti ta’ kreditu) li jinvolvu valuti differenti fl-UE? 13.Minbarra r-rekwiżiti ta’ żvelar eżistenti 50 , hemm xi azzjonijiet oħra meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi jkunu jafu x’tariffi fuq il-konverżjoni tal-munita huma imposti meta jagħmlu tranżazzjonijiet transfruntiera? |
3.1.2 L-aċċess għas-servizzi finanzjarji minn kullimkien fl-Ewropa
Aħna morna ngħixu Franza biex nirtiraw, u nixtiequ nżommu l-kont tal-bank tagħna fir-Renju Unit sabiex nirċievu l-pensjoni ta’ kull xahar tagħna. Iżda l-bank tagħna jirrifjuta li jġedded kard ta’ debitu minħabba li ma għandniex indirizz permanenti fir-Renju Unit. Il-bank jaqbel biss li jinżamm kont jekk aħna nagħmlu depożitu kbir. Ħarisna wkoll lejn sit web magħruf tat-tqabbil tal-prezzijiet dwar l-aħjar rati ta' interessi disponibbli fuq it-tfaddil tagħna u rajna dan: “Qabel ma tapplika, ivverifika li qrajt u fhimt it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kont. Għandek tkun ’il fuq minn 18-il sena u tgħix b’mod permanenti fir-Renju Unit.” |
Billi l-fornituri tas-servizzi finanzjarji attwalment ma jagħmlux il-prodotti tagħhom disponibbli b'mod transfruntier sakemm ma jkunux stabbiliti fis-swieq fil-mira, il-konsumaturi tal-UE rarament jkunu jistgħu jaċċessaw kwalunkwe servizz finanzjarju minn Stati Membri oħra (ħlief għal ċertu prodotti ta’ investiment) 51 . Għalkemm il-PAD se trawwem is-suq intern billi tipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tar-residenza kontra l-konsumaturi li japplikaw għal kontijiet tal-pagament jew ikollhom aċċess għalihom, f’ħafna każijiet il-konsumaturi baqgħu jiskopru li mhumiex eliġibbli għal servizzi jekk ma jkunux residenti fil-pajjiż tal-fornitur 52 . Fl-assigurazzjoni, il-postijiet ta’ residenza tal-konsumaturi, aktar milli l-profili tar-riskju individwali tagħhom, jiddefinixxu l-għażliet disponibbli, minħabba li l-assiguraturi jfasslu poloz ibbażati fuq aggregat ta’ riskju, iddeterminat mid-domanda lokali. Il-fornituri onlajn jistgħu japplikaw tekniki ta’ “imblukkar” ġeografiku billi jimblukkaw l-aċċess għal websajts, jiddiriġu lill-utenti għal websajts oħra jew billi ma jippermettux il-konklużjoni tat-tranżazzjoni billi jitolbu għal formati speċifiċi ta’ dejta limitati għal pajjiżi partikolari (pereż. kodiċijiet postali jew informazzjoni dwar il-pagament). Dawn il-prattiki jipprevjenu lill-konsumaturi milli japplikaw għall-prodotti li jkunu għażlu.
Il-konsumaturi m’għandhomx jiġu trattati b’mod differenti minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew il-post ta’ residenza tagħhom meta jagħmlu xi xiri fl-UE, sakemm mhux ġustifikat minn kriterji oġġettivi. Azzjonijiet fuq imblukkar ġeografiku u forom oħra ta' diskriminazzjoni fuq bażi ġeografika ġew imħabbra fl-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali f’Mejju 2015 u fl-Istrateġija tas-Suq Uniku f’Novembru 2015 53 . Il-Kummissjoni se tippreżenta proposti leġiżlattivi sa nofs l-2016 għal tmiem ta' imblukkar ġeografiku mhux ġustifikati u, b’mod aktar ġenerali, biex tipprevjeni d-diskriminazzjoni kontra l-konsumaturi fuq il-bażi ta’ residenza jew nazzjonalità.
Mistoqsijiet 14.X’jista’ jsir biex tiġi limitata diskriminazzjoni mhux ġustifikata fuq il-bażi ta’ residenza fil-qasam finanzjarju għall-konsumaturi inkluża l-assigurazzjoni? |
Żieda fit-trasferibbiltà ta’ prodotti
Irrid immur fi Stat Membru ieħor biex nibda impjieg ġdid. Ili żmien twil li b'assigurazzjoni medika privata fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħi iżda ma nistgħax nittrasferiha għad-dar il-ġdida u se jkolli nagħmel assigurazzjoni medika privata ġdida. Skoprejt li l-primjums tiegħi se jkunu ogħla b’mod sinifikanti fl-Istat Membru l-ġdid tiegħi, peress li l-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħi tiddependi fuq l-informazzjoni l-aktar reċenti aktar milli fuq l-istorja preċedenti tiegħi. |
Jista' jkun li ċ-ċittadini li jiċċaqalqu minn Stat Membru għall-ieħor ma jibqgħux jibbenefikaw minn prodotti finanzjarji miksuba fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom, u dawn jistgħu jsibu ruħhom esklużi mis-settur finanzjarju fl-Istat Membru l-ġdid ta’ residenza tagħhom. Din is-sitwazzjoni tista’ tkun partikolarment ta’ piż żejjed għall-konsumaturi li huma anqas attrezzati biex jinnegozjaw mal-fornituri tas-servizzi fl-Istat Membru l-ġdid ta’ residenza jew għal ċittadini li jiddependu fuq aċċess frekwenti għall-prodotti finanzjarji li jistgħu jkunu akkumulaw matul il-ħajja bħal kopertura medika privata.
Għal assigurazzjoni medika privata jidher li jintużaw termini u kundizzjonijiet kuntrattwali li jillimitaw id-dritt għall-benefiċċji lill-Istat Membru fejn id-detentur ta’ polza huwa abitwalment residenti fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt tal-assigurazzjoni. Ir-residenza abitwali hija, min-natura tagħha, xi ħaġa li tista’ tinbidel maż-żmien. Bħala riżultat, jista' jkun li detenturi ta’ polza ma jkunux jistgħu jiddependu fuq il-poloz attwali tagħhom meta jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor, jitolbu rimborżi ta’ spejjeż ta’ kura fl-isptar jew igawdu mill-pensjonijiet privati tagħhom barra minn pajjiżhom. Dan jaffettwa b’mod partikolari lill-persuni anzjani li ta’ spiss jintalbu jħallsu primjums aktar għaljin tal-assigurazzjoni tas-saħħa jew ta’ kura fuq medda twila.
Il-konsumaturi jiffaċċaw kwistjonijiet partikolari meta jipprovaw jiddependu fuq tfaddil għax-xjuħija bbażati fuq l-assigurazzjoni. Flimkien mad-diffikultajiet sinifikanti li detenturi ta’ polza jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom biex jirrikonċiljaw arranġamenti ta’ tassazzjoni doppji u kontradittorji, ħafna poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja jillimitaw l-assigurazzjoni sabiex tkun valida biss fl-Istat Membru fejn id-detentur tal-polza għandu r-residenza abitwali tiegħu 54 . Dawn ir-restrizzjonijiet inaqqsu l-għażla tal-konsumatur u l-kompetizzjoni transfruntiera u jirrappreżentaw ukoll ostaklu serju għall-konsumaturi li jiċċaqilqu lejn Stati Membri oħra. Dawn l-ostakli jaffettwaw l-aktar liċ-ċittadini tal-UE li jkunu qed jippruvaw ifaddlu għall-irtirar tagħhom fi Stat Membru ieħor.
Mistoqsijiet 15.X’jista’ jsir fil-livell tal-UE biex tiġi ffaċilitata l-portabbiltà ta’ prodotti finanzjarji għall-konsumatur – pereżempju, assigurazzjoni tal-ħajja u l-assigurazzjoni tas-saħħa? |
Il-faċilitazzjoni tal-aċċess u r-rikonoxximent ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali b'mod transfruntier
F'setturi fejn l-assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali hija obbligatorja 55 , il-fornituri tas-servizzi ta’ spiss ikollhom diffikultà biex jakkwistaw prodotti li jkopru t-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed għall-forniment tas-servizzi. L-Istrateġija tas-Suq Uniku ħabbret li l-Kummissjoni se tirrevedi l-iżviluppi tas-suq li jikkonċernaw id-disponibbiltà u r-rikonoxximent reċiproku obbligatorju ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali (PII, Professional Indemnity Insurance) u, jekk ikun meħtieġ, se tieħu azzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni għall-fornituri tas-servizzi tan-negozju u tal-kostruzzjoni.
Mistoqsijiet 16.X’jista’ jsir fil-livell tal-UE biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal fornituri tas-servizzi għal assigurazzjoni obbligatorja ta' indennizz professjonali u r-rikonoxximent transfruntier tagħha? |
3.1.3 Li l-konsumaturi jkollhom il-fiduċja biex jibbenefikaw minn opportunitajiet xi mkien ieħor fl-Ewropa
Sibt offerta tajba ħafna għal self fi Stat Membru ieħor, b’rata ferm iktar baxxa mill-alternattivi lokali tiegħi. Kont imħajra, madankollu kont inkwetata dwar l-implikazzjonijiet jekk xi ħaġa dwar il-prodott tmur ħażin. Għalhekk, għażilt minflok li nixtri prodott li jiswa iktar flus fis-suq lokali. |
Jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu jafu li dawn se jkunu protetti b’mod adegwat qabel u wara x-xiri ta’ prodotti finanzjarji għall-konsumatur, irrispettivament minn fejn jixtru fl-Unjoni 56 .
L-inkoraġġiment ta’ komparabbiltà u l-fehim tal-konsumaturi permezz ta’ żvelar aħjar
Il-konsumaturi jeħtieġu informazzjoni li tkun tista' tinftiehem faċilment. L-informazzjoni għandha tkun ċara u kkonċentrata fuq l-elementi li jippermettu lill-konsumaturi jifhmu prodott kompletament; għandha wkoll tikkunsidra l-imġiba tal-konsumatur. L-edukazzjoni finanzjarja tista’ tgħin, iżda meta l-konsumaturi jixtru prodott, jeħtieġu li jkunu jafu kemm qed jintalbu jħallsu, minn min u kif dawn qed jibbenefikaw minnha. Huma għandhom ikunu jistgħu jqabblu l-kostijiet u l-benefiċċji biex jagħmlu għażla effettiva. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, fost oħrajn, għandhom rwol importanti fil-kondiviżjoni u fit-tixrid ta' reviżjonijiet imparzjali tal-prodotti finanzjarji.
Kwalunkwe azzjoni f’dan il-qasam tista' tibni fuq l-isforzi li saru matul dawn l-aħħar snin sabiex jiġi żgurat li l-iżvelar ikun effettiv, trasparenti u paragunabbli. F’dawn l-aħħar snin, għadd ta’ miżuri tal-UE indirizzaw dan il-qasam, bħall-MCD, is-CCD, il-PAD, id-Direttiva dwar l-Impriżi ta’ Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli (il-UCITS) 57 , il-MiFID II, ir-Regolament PRIIPs 58 u, għall-prodotti tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, l-IDD. Għal tqegħid fis-suq b’distanza (pereż. onlajn) tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur, hemm fis-seħħ rekwiżiti ta’ informazzjoni fid-DMFSD. Skont il-Pjan ta’ Azzjoni tas-CMU, il-Kummissjoni se titlob lill-ASE biex jaħdmu fuq it-trasparenza tal-prodotti fit-tul tal-konsumaturi u tal-pensjoni, inkluża l-prestazzjoni netta reali tagħhom u t-tariffi. Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni, u l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda u ta’ mezzi diġitali ġodda, tipprovdi opportunità biex teżamina ulterjorment kif il-komunikazzjoni tad-ditti mal-klijenti tagħhom, inkluż l-iżvelar meħtieġ mil-liġi tal-UE u r-regolamenti nazzjonali, tista' taħdem aħjar fl-interess tal-konsumaturi, u tappoġġahom biex jifhmu u jafdaw il-prodotti li jixtru.
Mistoqsijiet 17.Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE biex titjieb it-trasparenza u l-kumparabbiltà tal-prodotti finanzjarji (b’mod partikolari permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali) biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur? |
Titjib dwar ir-rimedju fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur
Ħafna drabi huwa diffiċli għall-konsumaturi biex isibu mekkaniżmu ta' rimedju adegwat f’sitwazzjonijiet transfruntiera u din tista’ tiddisswadihom milli jixtru prodotti finanzjarji fi Stati Membri oħrajn.
Biex tgħin lill-konsumaturi f’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni waqqfet netwerk għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim finanzjarju (FIN-NET, Financial Dispute Resolution Network) fl-2001, bl-għan li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni ta’ tilwim transfruntier fis-servizzi finanzjarji 59 . Dan in-netwerk volontarju u informali jgħaqqad flimkien arbitri, ombudsmen, medjaturi u skemi oħra minn madwar l-UE. Il-membri tal-FIN-NET għandhom firxa ta’ approċċi u setgħat differenti, li jvarjaw minn parteċipazzjoni obbligatorja u konformità obbligatorja mad-deċiżjonijiet mill-partijiet għal parteċipazzjoni volontarja fil-konklużjoni tal-proċedimenti ta' aġġudikazzjoni. Barra minn hekk, dan in-netwerk bħalissa la jkopri l-Istati Membri kollha, u lanqas l-oqsma kollha ta’ kull pajjiż fis-settur finanzjarju 60 .
Sabiex il-konsumaturi jafdaw aktar meta jixtru prodotti b’mod transfruntier, il-FIN-NET jista' jkun aġġornat biex jiżgura li l-membri kollha li ġew elenkati fih jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità vinkolanti għal “entitajiet ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim” taħt id-Direttiva dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (l-ADR). 61 Biex jibbenefikaw mill-FIN-NET imsaħħaħ, iktar konsumaturi jeħtieġu jitgħallmu dwar l-eżistenza tan-netwerk. Għalkemm FIN-NET ittratta aktar minn 3 500 każ transfruntier fl-2014, l-għarfien ġenerali dwar FIN-NET huwa baxx. Il-Kummissjoni se teżamina jekk it-tqajjim tal-kuxjenza ta’ FIN-NET għandhiex tkun prijorità bikrija. Fuq medda twila ta’ żmien u f’każ li l-integrazzjoni transfruntiera tiżdied b’mod sinifikanti, jista’ ikun neċessarju li jitqiesu miżuri addizzjonali biex titjieb aktar is-sistema tal-ADR fis-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi abbażi tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tad-Direttiva ADR.
Fl-2013, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni dwar ir-rimedju kollettiv 62 . Din ir-Rakkomandazzjoni tistieden lill-Istati Membri sabiex idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi kollettivi ta’ rimedju għal ksur ta’ drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Azzjonijiet kollettivi ta’ rimedju wrew li huma għodda effettiva biex jiddefendu l-interessi tal-konsumaturi fis-servizzi finanzjarji 63 . Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni skont il-bażi ta’ esperjenza prattika sa Lulju 2017.
Mistoqsijiet 18.Għandhom jittieħdu xi miżuri biex jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi dwar FIN-NET u l-effettività tiegħu fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim? 19.Il-konsumaturi għandhom aċċess adegwat għal kumpens finanzjarju f’każ ta’ bejgħ abbużiv ta’ prodotti finanzjarji u tal-assigurazzjoni għall-konsumatur? Jekk le, x’jista’ jsir sabiex ikun żgurat dan l-aċċess? |
Il-protezzjoni ta’ vittmi meta l-assiguraturi tal-vetturi huma insolventi
Konsumaturi li jisfaw vittmi ta’ inċident tal-karozza fi Stat Membru ieħor iħabbtu wiċċhom mar-riskju li ma jirċevux kumpens jekk l-assiguratur responsabbli jsir insolventi. Bħalissa mhux l-Istati Membri kollha jipparteċipaw fil-ftehim volontarju biex jiġi żgurat il-kumpens lill-vittmi meta inċident fi Stat Membru wieħed ikun ikkawżat minn vettura koperta minn assiguratur insolventi bbażat fi Stat Membru ieħor. F’insolvenza reċenti ta’ assiguratur li jipprovdi assigurazzjoni transfruntiera ta’ vetturi, fond ta’ garanzija fi Stat Membru ieħor kellu jikkumpensa madwar 1 750 applikant.
Mistoqsijiet 20.Hija meħtieġa azzjoni biex jiġi żgurat li l-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku huma koperti mill-fondi ta’ garanzija minn Stati Membri oħra f’każ li kumpanija tal-assigurazzjoni ssir insolventi? |
Iż-żieda fit-trasparenza u fil-komparabbiltà ta’ assigurazzjoni anċillari
Meta mort niġbor il-karozza tal-kiri tiegħi, ġejt mistoqsi jekk ridtx inħallas ammont sostanzjali għal assigurazzjoni addizzjonali fuq il-prezz tal-kiri bażiku u l-assigurazzjoni attwali tiegħi. |
Il-konsumaturi spiss ma jkunux konxji mill-kost jew mill-valur ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni anċillari u jistgħu jiġu esposti għal prezzijiet għolja minħabba nuqqas ta’ kompetizzjoni u ta' żvelar. Eżempju wieħed huwa evidenti fis-settur tal-kiri tal-karozzi: fl-2014, 44,7% tal-1 758 ilment rrappurtati mill-konsumaturi rigward kumpaniji tal-kiri tal-karozzi kienu dwar pagamenti supplimentari (pereż. marbuta ma’ ħsarat u servizzi oħra bħal prodotti tal-assigurazzjoni mhux ippreżentati fl-istadju ta’ prenotazzjoni). 64 Għall-prodotti ta’ assigurazzjoni, inklużi dawk li huma anċillari għal prodott ieħor, l-IDD se ssaħħaħ ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni (iżda mhux ta' prezzijiet), biex jiġi evitat id-detriment għall-konsumatur. Barra minn hekk, fl-4 ta’ Lulju 2015, ħames kumpaniji tal-kiri tal-karozzi ewlenin qablu li jirrevedu kif jitrattaw mal-konsumaturi u li jipprovdu informazzjoni aħjar fil-fażi tal-prenotazzjoni dwar rinunzji u prodotti tal-assigurazzjoni fakultattivi. 65
Mistoqsijiet 21.Liema miżuri ulterjuri jistgħu jittieħdu biex tittejjeb aktar it-trasparenza dwar prodotti ta’ assigurazzjoni anċillari u biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet infurmati sew biex jixtru dawn il-prodotti? Fir-rigward tas-settur tal-kiri tal-karozzi, huma meħtieġa miżuri speċifiċi fir-rigward ta' prodotti supplementari? |
3.2 Il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda tas-suq għall-fornituri
Il-fornituri tas-servizzi jiffaċċaw diffikultajiet meta joffru s-servizzi tagħhom b'mod transfruntier mingħajr ma jistabbilixxu, jiġifieri billi jiftħu fergħa jew sussidjarja fi Stat Membru ieħor. Bħala riżultat ta’ spiss ma joffrux il-prodotti tagħhom fi Stati Membri oħra u lanqas ma jiżguraw li dawn ikunu portabbli. Din it-Taqsima tiffoka fuq kif il-Kummissjoni tista’ tgħin biex jitnaqqsu l-kostijiet u r-riskji inerenti fil-forniment tas-servizzi finanzjarji transfruntiera, filwaqt li permezz tagħhom dan isir possibbli għad-ditti biex il-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumatur madwar l-UE dejjem jikbru.
3.2.1 Nilqgħu l-isfidi u l-opportunitajiet li ġġib magħha d-diġitalizzazzjoni
Hekk kif id-ditti jiddiġitalizzaw, ikollhom opportunitajiet ġodda biex ikunu involuti mal-klijenti tagħhom. Madankollu, huma jiffaċċaw ukoll ħafna sfidi. Għal servizzi li jkunu ġew ipprovduti wiċċ imb wiċċ fil-passat, il-forniment ta' dawn is-servizzi minn distanza jew b'mod transfruntier – permezz tad-diġitalizzazzjoni – jista’ jkun diffiċli. Din it-Taqsima tesplora dawn id-diffikultajiet u l-ħtieġa għal azzjoni tal-UE biex tnaqqashom flimkien mal-ħidma li tirriżulta minn inizjattiva tal-Kummissjoni rigward is-Suq Uniku Diġitali. Dan kien ukoll qasam ta’ interess partikolari għal parteċipanti fl-industrija 66 .
Għajnuna lid-ditti biex jagħmlu użu aħjar ta’ diġitalizzazzjoni
Il-veloċità tad-diġitalizzazzjoni tfisser li xi żviluppi kompetittivi u ta’ użu faċli għall-konsumaturi jistgħu ma jkunux possibbli jew jistgħu jiġu mfixkla minn arranġamenti leġiżlattivi jew arranġamenti oħrajn li ma kinux imfassla għalihom. Il-Kummissjoni hija interessata f’kif servizzi innovattivi, li jiffavorixxu lill-konsumatur jistgħu jitħeġġu fil-livell Ewropew u kif il-frammentazzjoni tas-swieq domestiċi tista' tiġi evitata.
Mistoqsijiet 22.X’jista’ jsir fil-livell tal-UE biex jiġu appoġġati l-intrapriżi fil-ħolqien u fil-forniment ta' servizzi finanzjarji diġitali madwar l-Ewropa, b’livelli xierqa ta’ sigurtà u ta' protezzjoni tal-konsumatur? |
Faċilitar tal-firma elettronika u tal-verifika elettronika tal-identità
Bank joffri rati tal-imgħax relattivament għolja, u ġie avviċinat minn konsumaturi minn Stati Membri oħra li jixtiequ jiddepożitaw flushom. Madankollu, il-bank għandu jidentifika lill-klijenti tiegħu skont ir-rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus – dan huwa diffiċli minn distanza, għalhekk għandu jivverifika l-identitajiet tagħhom f’fergħa. Il-konsumaturi ma jixtiequx jivvjaġġaw lejn il-fergħat tiegħu minħabba l-ispiża u l-ħin, u għalhekk huma jagħżlu li ma jiddepożitawx il-fondi tagħhom hemmhekk. |
Rispons mid-ditti indika li r-rekwiżiti “Kun af lill-Klijent Tiegħek” (KYC, Know Your Customer) kontra l-ħasil tal-flus jillimitaw l-abbiltà tagħhom li jiftħu u jżommu relazzjonijiet ta’ negozju ma’ klijenti minn distanza. Dan huwa ostaklu li ġie kkonfermat ukoll fl-istudju tal-Kummissjoni dwar id-DMFSD 67 . Dan jista’ jaffettwa ħafna servizzi finanzjarji, iżda għandu impatt partikolari fuq prodotti ta’ tfaddil u ta’ investiment 68 .
Dawn ir-rekwiżiti KYC ġeneralment jinkludu rekwiżiti għas-sottomissjoni ta’ dokumenti minn sorsi multipli li jivverifikaw l-identità tal-klijent, kif ukoll konferma wiċċ imb wiċċ. Ir-rekwiżiti preċiżi jvarjaw bejn l-Istati Membri, b’xi wħud jippermettu l-verifika tal-informazzjoni mill-bogħod (soġġetta għal ċerti rekwiżiti), pereżempju permezz tal-użu ta’ webcams u dokumenti skanjati, jew permezz ta' verifika minn parti terza ta' dokumenti oriġinali min-naħa ta’ istituzzjonijiet bħal uffiċċji postali. Mhux l-Istati Membri kollha għandhom possibbiltajiet ta’ din in-natura, u bħala riżultat l-arranġamenti għal kooperazzjoni ma’ partijiet terzi ma jistgħux ikunu aċċessibbli għal ditti li jipprovdu prodotti b’mod transfruntier.
Ir-rekwiżiti f’xi Stati Membri jillimitaw ukoll l-użu ta’ ffirmar ta’ kuntratt mill-bogħod, li jxekklu iżjed il-kapaċità tal-fornituri transfruntiera li jiftħu relazzjonijiet ta’ negozju ma’ klijenti ġodda. Dan jillimita serjament il-bejgħ ta’ prodotti lill-klijenti minn distanza, u jista’ jkollu effett sproporzjonat fuq negozju transfruntier. Ir-Regolament eIDAS 69 jidher promettenti f’dan il-qasam; se jipprovdi soluzzjoni għal użu transfruntier tal-identifikazzjoni elettronika kif ukoll ta' servizzi fiduċjarji elettroniċi – firem elettroniċi, siġilli elettroniċi, timbri tal-ħin, twassil elettroniku rreġistrat u awtentikazzjoni tas-siti web. Dan għandu jippermetti lill-kumpaniji jidentifikaw aktar faċilment lill-klijenti mill-bogħod, jew jawtentikaw bil-qawwa lill-partijiet f'tranżazzjoniijiet taħt id-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas riveduta. F’dan il-kuntest, is-settur finanzjarju ġie identifikat bħala wieħed mill-oqsma li jistgħu jibbenefikaw l-aktar minn soluzzjonijiet ta' identifikazzjoni elettronika.
Dan huwa qasam fejn il-potenzjal għal titjib jista' jkun konsiderevoli. L-estensjoni tal-miżuri għal verifika mill-bogħod attwalment disponibbli f’xi Stati Membri u l-adozzjoni b’suċċess ta’ eIDAS tista’ tgħin biex jitneħħa ostaklu kbir għall-forniment transfruntier tas-servizzi. Soluzzjonijiet oħra jistgħu jinkludu t-tneħħija ta’ limiti amministrattivi fuq il-kuntratti minn distanza, l-iżvilupp ta’ skemi ta' identifikazzjoni elettronika ulterjuri, jew l-espansjoni ta’ miżuri ta’ partijiet terzi biex jivverifikaw l-identità jew li jippermettu lill-konsumaturi jwettqu l-verifika tagħhom bejn il-fornituri. Dawn is-soluzzjonijiet m’għandhomx, naturalment, idgħajfu l-effettività ta’ miżuri tal-UE dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament ta’ attivitajiet illegali.
Mistoqsijiet 23.Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri biex ittejjeb l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni AML fil-livell tal-UE, b’mod partikolari biex tiżgura li l-fornituri tas-servizzi jkunu jistgħu jidentifikaw lill-klijenti mill-bogħod, filwaqt li jinżammu l-istandards tal-qafas attwali? 24.Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri biex jiġu promossi l-adozzjoni u l-użu ta’ identifikazzjoni elettronika u l-firem elettroniċi fis-servizzi finanzjarji għall-konsumaturi, inkluż fir-rigward ta’ standards tas-sigurtà? |
It-titjib tal-aċċess għad-dejta finanzjarja u l-użu tagħha
Sellief jiġi kkuntattjat minn konsumaturi minn Stati Membri oħra li qed jitolbu s-self. Madankollu, meta tipprova tivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tagħhom, issib li hemm informazzjoni limitata disponibbli għalihom, peress li huma minn Stati Membri oħra. Min isellef ma jistax jissostanzja l-informazzjoni li dawn jipprovdu, għalhekk jiddeċiedi li ma jislifx lilhom. |
Mingħajr aċċess għal dejta dwar il-konsumaturi, huwa diffiċli għad-ditti li jipprovdu kreditu jew prodotti finanzjarji (b’mod partikolari l-assigurazzjoni) fi swieq oħra peress li ma jistgħux jivvalutaw ir-riskji li jkunu esposti għalihom. Jinsabu wkoll f’pożizzjoni li ma jkunux jistgħu jivvalutaw ir-riskji ta’ konsumaturi mobbli li d-dejta tagħhom tkun ġiet akkumulata fi Stat Membru ieħor. Bl-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni, l-attitudni tal-impriżi għad-dejta qed tiżdied minħabba li dawn jużaw proċessi aktar sofistikati biex jipprezzaw il-prodotti tagħhom. Fl-istess ħin, f’xi każijiet id-dejta tal-klijenti saret il-prezz għal offerti apparentement mingħajr ħlas mill-fornituri tas-servizzi diġitali, minħabba li dawn id-ditti jipproċessaw u jużaw din id-dejta tal-klijenti huma stess għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ibigħuha lil kumpaniji oħrajn.
Skont is-CCD u l-MCD, il-kredituri għandhom id-dritt li jikkonsultaw il-bażijiet ta’ dejta tal-kreditu fi Stati Membri oħra fuq bażi mhux diskriminatorja biex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja ta’ klijenti potenzjali. Madankollu, il-kumpaniji xorta qed jiffaċċaw kwistjonijiet meta jippruvaw jużaw din id-dejta minħabba li t-tekniki għall-ġbir tagħha, id-distribuzzjoni u l-użu huma diversi ħafna madwar l-UE, u hemm opinjonijiet differenti dwar liema dejta hija rilevanti biex issir il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Ċerti reġistri ta’ kreditu, pereżempju, huma involuti biss fir-rigward tar-rappurtar “negattiv” tad-dejta 70 , filwaqt li bażijiet ta' dejta oħrajn jinkludu wkoll dejta “pożittiva”. 71 Dan ifisser li l-aċċess u l-użu ta' din id-dejta tista’ tkun ta’ sfida u li ħafna kumpaniji jistgħu jsibuha ekonomikament diffiċli li jipprovdu s-servizzi tagħhom fuq livell transfruntier. Arranġamenti privati ta’ kondiviżjoni ta’ dejta ta’ kreditu b'mod transfruntier ġew imnedija mill-Assoċjazzjoni tal-Fornituri tal-Informazzjoni dwar il-Kreditu tal-Konsumatur (ACCIS, Association of Consumer Credit Information Suppliers) 72 , iżda dan attwalment jgħaqqad reġistri tal-kreditu ta’ numru limitat ta’ Stati Membri. Fl-istess ħin, reġistri ta’ kreditu privati spiss jiġbru aktar dejta milli jkun meħtieġ għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, jew dejta li tista’ tkun ta’ rilevanza dubjuża għal valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja.
Hekk kif l-industrija tas-servizzi finanzjarji qed tħaddan id-diġitalizzazzjoni, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u ditti oħra ta' servizzi finanzjarji, qed jużaw IT moderna u analiżi ta' "dejta sostanzjali" biex joffru prodotti tal-assigurazzjoni dejjem aktar personalizzati b'ipprezzar tar-riskju personalizzatli jinvolvi metodi ta' monitoraġġ intensiv tad-dejta bħal apparati telematiċi. Iż-żieda fl-użu tad-dejta joffri opportunitajiet kbar biex jitnaqqsu l-prezzijiet għal ħafna konsumaturi, iżda dawn il-prattiki wkoll iqajmu tħassib dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta li jeħtieġu li jiġu kkunsidrati.
Il-konsumaturi se jkunu jridu jibbenefikaw minn disponibbiltà akbar tad-dejta meta dawn jiddependu fuq storja pożittiva ta' pretensjonijiet jew klassifikazzjoni ta' bonus/malus. Id-Direttiva dwar l-assigurazzjoni tal-Vetturi 73 bħalissa tinkludi dritt għad-detenturi tal-poloz li jitolbu f’kull ħin stqarrija tal-pretensjonijiet tagħhom matul l-aħħar ħames snin mill-assiguratur tagħhom, iżda fil-prattika dan ħafna drabi jissarrafx fi primjum iktar baxx meta jiġi konkluż kuntratt ġdid tal-assigurazzjoni. Fost ir-raġunijiet għaliex jiġri hekk hemm il-metodoloġiji differenti ta’ kalkolu ta’ skontijiet, inklużi tul ta' perjodi differenti li għandhom jiġu koperti minn tali dikjarazzjonijiet, nuqqas ta’ fiduċja f’dikjarazzjonijiet mhux armonizzati, ipprovduti mill-assiguraturi u fatturi ta’ riskju li jvarjaw li jieħdu f’kunsiderazzjoni meta jiddeterminaw il-primjums.
Mistoqsijiet 25.Fl-opinjoni tiegħek, liema tip ta’ dejta hija meħtieġa għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-kreditu? 26.L-użu ta’ dejta personali finanzjarja u mhux finanzjarja mid-ditti (inklużi d-ditti mhux tradizzjonalment finanzjarji) jeħtieġ azzjoni ulterjuri biex jiġi ffaċilitat il-forniment tas-servizzi jew biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur? 27.Ir-rekwiżiti dwar il-forma, il-kontenut jew l-aċċessibbiltà tal-istorja tal-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni għandhom jissaħħu (pereżempju f’dak li għandu x’jaqsam mal-perjodu kopert jew mal-kontenut) sabiex jiġi żgurat li d-ditti jkunu kapaċi jipprovdu servizzi transfruntiera? |
Faċilitazzjoni tal-forniment tas-servizzi ta’ wara l-bejgħ
Assiguratur irid joffri assigurazzjoni fuq il-kontenut tad-dar b'mod onlajn fi Stat Membru ieħor, iżda jekk dan isir ikun jeħtieġ investiment f’ċentru għas-servizzi tal-klijenti bil-lingwa lokali. Ma jaħsibx li se jkollu biżżejjed negozju biex jiġġustifika l-kostijiet involuti. |
Wara bejgħ, il-kumpaniji għandhom obbligi lejn il-klijenti tagħhom li jistgħu jkunu ta’ sfida biex jissodisfawhom mill-bogħod. It-tweġib ta' mistoqsijiet, il-valutazzjoni u l-issodisfar tal-pretensjonijiet tal-assigurazzjoni, id-diskussjonijiet dwar it-tħassib tal-konsumaturi u l-indirizzar tal-ilmenti ġeneralment jeħtieġu intervent manwali minn impjegati ta’ ditta jew minn persunal li jittratta t-talbiet f’impriżi tal-assigurazzjoni. Għalkemm dan jista’ jsir mill-bogħod, dan xorta waħda jista' jkun jeħtieġ investiment sostanzjali minn impriża, b’mod partikolari fejn ikun hemm rekwiżiti ta' forniment ta' servizzi f’lingwi oħra. Din il-kwistjoni taffettwa b’mod partikolari l-assiguraturi minħabba l-obbligi tagħhom ta' trattament tat-talbiet, li għalihom il-preżenza ta’ rappreżentant tal-impriża (bħal fergħa jew sussidjarja) fl-istess Stat Membru tal-klijenti tagħhom tidher li hija kruċjali. Għalkemm jeżistu mezzi ta’ kif din tista’ tingħeleb permezz tal-esternalizzazzjoni b’kuntratt lil partijiet terzi, dawn l-għażliet mhumiex dejjem disponibbli jew attraenti, speċjalment minħabba l-bżonn ta' sorveljanza ta' xi kuntratturi li jkunu qed jaġixxu f’isem id-ditta.
Mistoqsijiet 28.Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri biex tappoġġa intrapriżi fil-forniment ta’ servizzi postkuntrattwali fi Stat Membru ieħor mingħajr uffiċċju ta' sussidjarja jew ta' fergħa? |
Proċeduri ta’ konverġenza għal insolvenza personali, valutazzjoni tal-proprjetà u infurzar tal-kollateral
Sellief ġie avviċinat minn konsumaturi fi Stati Membri oħra li huma interessati fir-rati fissi baxxi li joffri għal ipoteki residenzjali. Madankollu, huwa xettiku dwar kif il-valur tal-proprjetajiet fi Stati Membri jiġu vvalutati u jekk ikunx jista' jinforza l-garanzija, jekk ikun meħtieġ. Ma jistax jipprovdi self lil dawn il-konsumaturi. |
Il-kredituri jistgħu joqogħdu lura milli joffru aktar krediti b'mod transfruntier minħabba li m’għandhomx biżżejjed tagħrif dwar reġimi dwar l-insolvenza personali applikabbli fi Stati Membri oħra (fejn jeżistu dawn ir-reġimi). Filwaqt li l-Pjan ta’ Azzjoni tas-CMU jieħu xi passi lejn aktar konverġenza f’ċerti oqsma ta’ reġimi ta' insolvenza tan-negozji madwar it-28 Stat Membru kollha, bħal dwar ristrutturar bikri u effettività mtejba tal-amministrazzjoni ta' proċedimenti ta' insolvenza tan-negozji transfruntiera, għad hemm diverġenzi sostanzjali fir-rigward ta’ reġimi dwar l-insolvenza personali madwar l-UE. Dan joħloq riskju addizzjonali għad-ditti li jixtiequ jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ klijenti b'mod transfruntier, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-għoti ta’ kreditu – jekk is-selliefa jkunu f’pożizzjoni li ma jistgħux jevalwaw u jikkwantifikaw l-eżitu tal-proċedimenti ta’ insolvenza u liġijiet ta' ripussess, huma ma jħossuhomx kunfidenti li jisilfu lill-individwi. Il-liġijiet u l-prattiki tal-Istati Membri dwar il-falliment u l-insolvenza tan-negozji u dwar l-insolvenza eċċessiva personali huma attwalment is-suġġett ta’ żewġ studji li għandhom jitlestew fl-2016.
Bl-istess mod, fehim preċiż tal-valur tal-proprjetà huwa essenzjali għall-kredituri biex ikunu ċerti dwar il-valur tal-kollateral f’każ ta’ inadempjenza. Għalkemm l-MCD teħtieġ li standards affidabbli għall-evalwazzjoni tal-proprjetà jkunu fis-seħħ fl-Istati Membri kollha, ma tiżgurax kompletament il-konverġenza tal-istandards fil-livell tal-UE. Fin-nuqqas ta’ konverġenza sħiħa, ċerti kredituri jista' jkun li għad għandhom dubji dwar il-valur tal-kollateral li jinsab fi Stati Membri oħra.
Mistoqsijiet 29.Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri biex tinkoraġġixxi lil min isellef jipprovdi ipoteki jew self b'mod transfruntier? |
3.2.2 Il-konformità ma’ rekwiżiti regolatorji li jvarjaw fl-Istati Membri ospitanti
Id-differenzi bejn is-sistemi regolatorji tal-Istati Membri għandhom impatt sinifikanti fuq il-kost u r-riskju tal-forniment tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur b'mod transfruntier. Għalkemm hemm xi miżura ta’ armonizzazzjoni legali madwar l-UE bħala riżultat ta’ leġiżlazzjoni fil-livell tal-Unjoni, hemm differenzi legali f’oqsma bħal-liġi tal-kuntratti u d-ditti jridu jikkonformaw ma’ ġabra sostanzjali ta’ rekwiżiti regolatorji f’kull Stat Membru.
Rekwiżiti differenti jistgħu joriġinaw minn aspetti speċifiċi tas-setturi finanzjarji jew tat-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. L-oqfsa regolatorji nazzjonali jvarjaw b’mod sostanzjali fir-rigward ta' kwistjonijiet li jinkludu kuntratti, il-protezzjoni tad-dejta, il-ħarsien tal-konsumatur, l-iżvelar, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew it-tassazzjoni. Fir-rigward tal-liġi applikabbli għall-aspetti ċivili tal-kuntratti, għandha ssir distinzjoni bejn kuntratti ta’ assigurazzjoni u kuntratti oħra. Għall-assigurazzjoni, il-liġi applikabbli hija, bħala prinċipju, dik tal-pajjiż fejn jinsab ir-riskju assigurat, ħafna drabi fejn id-detentur tal-polza jkollu r-residenza abitwali tiegħu. 74 L-abbiltà tal-partijiet li jagħżlu liġi oħra hija ferm limitata. Għal kuntratti oħra konklużi mal-konsumaturi, il-partijiet jistgħu jagħżlu l-liġi kuntrattwali tal-Istat Membru tal-bejjiegħ bħala dik li tapplika għal tranżazzjonijiet transfruntiera, li jista’ jnaqqas l-ispejjeż ta’ konformità legali għall-kumpaniji f’ċerti każijiet; Madankollu fejn il-bejjiegħ iwettaq attivitajiet fl-Istat Membru fejn il-konsumatur huwa abitwalment residenti jew jidderieġi attivitajiet lejn dan l-Istat Membru, tali għażla hija mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni mogħtija lill-konsumatur minn dik il-liġi. 75
Dawn id-differenzi jistgħu joħolqu spejjeż u riskji sinifikanti għall-kumpaniji li jixtiequ jagħmlu negozju ma’ konsumaturi li jinsabu fi Stat Membru ieħor. Il-kostijiet medji relatati mal-liġi kuntrattwali tan-negozju mhux finanzjarju huma stmati għal madwar EUR 10 000 għal kull Stat Membru. 76 Kumpaniji finanzjarji jiffaċċaw spejjeż żejda sinifikanti apparti din iċ-ċifra f’kull Stat Membru bħala riżultat tal-liġijiet u tar-regolamenti speċifiċi li japplikaw għas-settur 77 . Ir-rekwiżiti u l-kostijiet jistgħu jvarjaw ukoll skont jekk ditta toperax fuq il-bażi tal-libertà ta’ stabbiliment (bi preżenza fiżika) jew tal-forniment liberu tas-servizzi (inkluż onlajn). Kumpanija li tipprovdi servizzi ġeneralment jeħtieġ li tikkonforma ma’ parti biss mir-regoli tal-Istat Membru ospitanti, pereżempju dwar il-kondotta jew il-ħarsien tal-konsumatur.
Id-drittijiet ta’ passportar tal-UE bħalissa huma disponibbli għal għadd ta’ attivitajiet 78 , u jippermettu lid-ditti awtorizzati fi Stat Membru wieħed li jipprovdi s-servizzi tiegħu fi Stat Membru ieħor b’piżijiet amministrattivi mnaqqsa u minimu ta’ burokrazija. Madankollu, passaport ma jeliminax il-kostijiet ta' konformità legali, u drittijiet ta' passaportar mhumiex estiżi għall-prodotti kollha. Metodi oħra potenzjali ta' tnaqqis b'mod inkrimentali tal-kostijiet u tar-riskji assoċjati ma' rekwiżiti legali li jvarjaw huma deskritti hawn taħt.
Il-faċilitazzjoni għad-ditti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti legali applikabbli fi Stati Membri oħra
Pjattaforma finanzjarja onlajn iffaċċat problemi meta ppruvat toffri prodotti tat-tfaddil f’diversi Stati Membri. L-informazzjoni ma kinitx aċċessibbli faċilment u ma tantx irċeviet appoġġ kostruttiv mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, minkejja li l-prodotti tagħha jistgħu jġibu benefiċċji lill-konsumaturi. Il-kostijiet ta' konformità u legali tagħha huma għoljin, u għamlu l-offerta tagħha inqas attraenti. |
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu aktar biex tingħata għajnuna lill-impriżi li jaħdmu fi ħdan il-qafas legali attwali u tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli meta jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra. Fil-preżent, madwar l-UE kollha, in-netwerk SOLVIT 79 jgħin lin-negozji meta jiltaqgħu ma’ problemi ma’ awtoritajiet pubbliċi li ma japplikawx il-liġi tal-UE b’mod korrett, u “Punti ta’ Kuntatt Uniku” jagħtu għajnuna lill-impriżi dwar l-obbligazzjonijiet tagħhom meta jipprovdu servizzi transfruntiera 80 . Inizjattivi bħal dawn jistgħu potenzjalment jiġu estiżi aktar fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni sabiex jitnaqqsu l-kostijiet u r-riskji għal kumpaniji li jixtiequ jinnegozjaw fis-swieq ta’ Stati Membri oħra.
Il-gvernijiet tal-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jrendu disponibbli aktar għajnuna prattika (pereż. permezz ta’ “punt uniku ta’ servizz”) għall-proċeduri ta’ konformità transfruntiera. Dan jista’ jgħin biex jappoġġaw lill-intrapriżi li jiltaqgħu ma’ diffikultajiet meta jwettqu l-attività ta' negozju tagħhom b'mod transfruntier, iħeġġeġ il-progress tal-integrazzjoni futura tas-swieq tal-UE u jiffaċilita l-iżvilupp u t-tixrid ta’ teknoloġiji ġodda u ta' soluzzjonijiet innovattivi mmexxija mis-suq għal kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni.
Mistoqsijiet 30.Hija meħtieġa azzjoni fuq il-livell tal-UE biex tingħata l-għajnuna prattika ssir disponibbli mill-gvernijiet jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri (pereż. permezz ta’ “punt uniku ta’ servizz”) sabiex jiġi ffaċilitat il-bejgħ transfruntier tas-servizzi finanzjarji, partikolarment għall-kumpaniji jew prodotti innovattivi? 31.Liema passi jkunu l-aktar utli biex jagħmluha faċli għan-negozji li jiksbu vantaġġ mil-libertà ta’ stabbiliment jew mil-libertà ta’ forniment tas-servizzi għal prodotti innovattivi (bħalma huma l-kooperazzjoni simplifikata bejn is-superviżuri tal-pajjiż ta’ oriġini u dak ospitanti)? |
Il-ħolqien ta' reġimi awtonomi jew armonizzati aktar mill-qrib madwar l-UE
Assiguratur jipprovdi polza sempliċi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja bi prezz kompetittiv fis-suq tapajjiżu, u jikkonforma mar-rekwiżiti legali u regolatorji kollha. Intwera li l-primjums huma ħafna ogħla fi Stati Membri oħra, u jara opportunità ta’ negozju. Madankollu, huwa ma jistax ibigħ il-prodott fi swieq oħra minħabba li l-prodott huwa mfassal biex jissodisfa l-ħtiġijiet ta' rekwiżiti legali u regolatorji tal-Istat tad-domiċilju tiegħu. |
F’xi każijiet, qafas legali separat jista’ jkun l-aħjar mod biex tiżdied l-għażla tal-prodott filwaqt li jitnaqqsu l-kostijiet għan-negozju u sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti b’mod adegwat. Reġim opt-in jista’ jkun qafas għal karatteristiċi tal-prodotti identiċi, li għandhom jintużaw fuq bażi volontarja. Il-vantaġġ tiegħu jkun dak tal-istandardizzazzjoni li tiġi provduta bejn l-Istati Membri u biex jingħelbu bosta differenzi regolatorji nazzjonali f’ċerti oqsma. Barra minn hekk, jista’ jkun mezz utli biex jiġu offruti prodotti finanzjarji faċli biex jinftehmu u komparabbli, u b’hekk tiżdied il-fiduċja u l-kunfidenza tal-konsumaturi għal xiri transfruntier. Il-Pjan ta' Azzjoni tas-CMU jħabbar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta l-każ għal qafas ta’ politika biex jiġi stabbilit suq Ewropew għall-pensjonijiet personali sempliċi, effiċjenti u kompetittivi.
Fl-2015 l-EIOPA kkonsultat dwar il-ħolqien ta’ prodott tal-Pensjoni Personali standardizzat panEwropew (PEPP, pan-European Personal Pension product). Fid-dawl tal-karatteristiċi simili tagħhom, il-ħidma mwettqa mill-EIOPA tista’ sservi bħala bażi għall-iżvilupp ta’ skema opt-in għal prodott tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja panEwropew. Dan jista’ wkoll ikun ta’ siwi għal prodotti oħra.
Għanijiet simili jistgħu jinkisbu wkoll billi reġimi nazzjonali jinġiebu f’konformità aktar fil-qrib mad-drittijiet biex tkun inkoraġġuta l-konverġenza permezz tal-gwida, tal-komparabbiltà mtejba jew tal-prattiki standardizzati, potenzjalment permezz ta’ aktar żvilupp ta’ sistemi ta’ passportar attwali jew ġodda, tal-konverġenza tal-istandards superviżorji (immexxija mill-ASE Ewropej) biex jillimitaw kwistjonijiet mar-regolaturi tal-Istat ospitanti. Il-kunċett ta’ regoli ta' “interess ġenerali” 81 , fl-assigurazzjoni, li huma eċċezzjoni għall-prinċipji fundamentali tat-Trattat fir-rigward tal-moviment ħieles, ikun jista' jibbenefika minn ċarezza addizzjonali. Tista' tittieħed ispirazzjoni mill-UCITS bħala eżempju attwali ta’ suċċess ta’ reġim madwar l-UE.
Mistoqsijiet 32.Għal liema prodotti ta’ servizzi finanzjarji għall-konsumatur jistgħu l-istandardizzazzjoni jew is-sistemi “opt-in” ikunu l-aktar effettivi biex jingħelbu d-differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri? 33.Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE fir-rigward tal-prinċipju “il-post tar-riskju” fil-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni u biex ikunu ċċarati r-regoli dwar l-"interess ġenerali" fis-settur tal-assigurazzjoni? |
Taqsima 4 Il-Passi li Jmiss
Il-partijiet interessati huma mistiedna jibagħtu t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet f’din il-Green Paper sat-18 ta' Marzu 2016 permezz tal-kwestjonarju onlajn: [Link].
Din il-konsultazzjoni ssegwi r-regoli normali tal-Kummissjoni Ewropea għall-konsultazzjonijiet pubbliċi. It-tweġibiet se jiġu ppubblikati sakemm dawk li jwieġbu ma jindikawx mod ieħor fil-kwestjonarju onlajn. Sabiex jiġi żgurat proċess ġust u trasparenti ta’ konsultazzjoni, biss tweġibiet riċevuti permezz tal-kwestjonarju tagħna onlajn se jitqiesu u jiġu inklużi fir-rapport li jiġbor fil-qosor it-tweġibiet. Jekk għandek problema biex timla' dan il-kwestjonarju jew jekk teħtieġ assistenza partikolari, ikkuntattja lil: [indirizz email].
Ir-regoli ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali huma aċċessibbli fuq is-sit web EUROPA hawnhekk: http://ec.europa.eu/geninfo/legal_notices_mt.htm#personaldata . L-avviż ta' privatezza speċifiku għal din il-konsultazzjoni jinsab hawnhekk: [Link].
Irrifletti wkoll dwar jekk hemmx xi ostakli li mhumiex diskussi f’dan id-dokument, u dwar jekk xi ostakli deskritti jaffettwawx b’mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u medji.
Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea:
se titkellem mal-Parlament Ewropew biex tikseb informazzjoni diretta mill-Membri tiegħu;
tistieden lill-Istati Membri biex jorganizzaw konsultazzjonijiet u avvenimenti mal-pubbliku u mal-parlamentari nazzjonali biex jippromwovu diskussjoni dwar dawn il-kwistjonijiet fil-livell nazzjonali; kif ukoll
se torganizza b’mod trasparenti u bilanċjat sessjonijiet ta' ħidma biex tikkonsulta lil dawk b’kompetenzi tekniċi speċifiċi (bħal akkademiċi u parteċipanti fis-suq) sabiex tasal għal opinjoni informata dwar kwistjonijiet speċifiċi.
L-għan tal-Kummissjoni huwa li jiġu massimizzati l-benefiċċji prattiċi ta’ Suq Uniku fis-servizzi finanzjarji għall-konsumatur għal kemm jista’ jkun konsumaturi Ewropej billi tiftaħ is-suq u tagħmlu jaħdem aħjar għalihom, sabiex ikollhom għażla akbar u aħjar ta’ prodotti finanzjarji. L-azzjoni tagħna se timmira ukoll biex tegħleb xi ostakli prattiċi li jipprevjenu n-negozji milli joffru s-servizzi tagħhom lil hinn mill-fruntieri. Il-Kummissjoni se tkompli tiffoka wkoll fuq l-għanijiet usa' tagħha billi twaqqaf l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza, tagħti appoġġ għall-kunfidenza tal-konsumatur fid-disponibbiltà ta' rimedju xieraq, u ttejjeb l-aċċess għal informazzjoni komprensibbli, komparabbli u proporzjonata dwar il-prodotti ta' servizzi finanzjarji għall-konsumatur.
Il-Kummissjoni se torganizza konferenza fl-2016 biex teżamina l-evidenza miġbura mill-konsultazzjoni u tiddiskuti l-oqsma ta’ prijorità msemmija f’din il-Green Paper. Il-Kummissjoni tipprevedi li tippubblika Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur biex twettaq segwitu tal-konsultazzjoni għall-ħabta tas-sajf 2016.
It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE) jiggarantixxi l-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital, tas-servizzi u tal-persuni fl-UE.
Ara, pereżempju, id-Direttiva dwar Klawżoli Kuntrattwali Inġusti (UCTD, Unfair Contract Terms Directive), id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 15, Vol. 002, p. 288); Id-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali (UCPD), id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).
Għodod notevoli jinkludu n-Netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur stabbilit fil-qafas tar-Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi - ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).
It-tliet ASE huma l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, European Securities and Markets Authority), l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, European Banking Authority) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA, European Insurance and Occupational Pensions Authority)
Pereżempju, il-Pjan ta’ Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji tal-Kummissjoni (1999); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Inkjesta Settorjali skont l-Art 17 tar-Regolament 1/2003 dwar l-attivitajiet bankarji għall-konsumatur (COM(2007)33 finali); il-Green Paper dwar “Is-servizzi finanzjarji għall-konsumatur fis-Suq Waħdieni” (KUMM(2007) 226 finali); u l-Green Paper "Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl", (KUMM(2011) 941 finali).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: L-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa ( http://ec.europa.eu/priorities/digital-single-market/docs/dsm-communication_en.pdf )
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali, COM(2015) 468 final, 30.9.2015.
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji, COM(2015) 550 final 28.10.2015
Il-Kummissjoni Ewropea, Sejħa għal Evidenza: Il-Qafas Regolatorju tal-UE għas-Servizzi Finanzjarji ( http://ec.europa.eu/finance/consultations/2015/financial-regulatory-framework-review/docs/consultation-document_en.pdf )
Għal aktar informazzjoni ara http://ec.europa.eu/justice/contract/insurance/index_en.htm
Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap. 06, Vol. 04, p. 321)
Għal aktar informazzjoni ara http://ec.europa.eu/competition/antitrust/sector_inquiries_e_commerce.html
Eurostat, iċ-ċittadinanza tal-UE - statistika dwar attivitajiet transfruntiera, April 2013, ( http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/EU_citizenship_-_statistics_on_cross-border_activities ) (aċċess Marzu 2015)
Territorji b’karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi, Dokument ta’ ħidma, il-Politika Reġjonali tal-Unjoni Ewropea, Nru 02/2009, pp. 4-5.
Il-Parlament Ewropew, il-liġi kuntrattwali tal-UE bħala għodda biex jiġu ffaċilitati tranżazzjonijiet transfruntiera: opinjoni tal-konsumaturi, 2010 ( http://www.europarl.europa.eu/webnp/cms/pid/1483 ), p. 9.
Stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru 373 Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur, p. 28 u l-paġni ta' wara (http://ec.europa.eu/internal_market/finservices-retail/docs/policy/eb_special_373-report_en.pdf)
Stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru 373 Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur, p. 32
Studju dwar il-funzjonament tas-suq tal-kreditu għall-konsumatur fl-Ewropa, Lulju 2013 ( http://ec.europa.eu/consumers/archive/rights/docs/consumer_credit_market_study_en.pdf ), pp. x-xi
Sors: Maħżen Virtwali tad-Dejta Statistika tal-BĊE
Dokument ta’ Politika ta' DSF Nru 45s "Assigurazzjoni transfruntiera fl-Ewropa” Dirk Schoenmaker u Jan Sass, Novembru 2014, p. 12
Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ipoteki, Hypostat 2015, p. 15
Il-Grupp għall-Utenti tas-Servizzi Finanzjarji, "Integrazzjoni tas-Suq Finanzjarju għall-Konsumatur" ( http://ec.europa.eu/finance/finservices-retail/fsug/papers/index_en.htm ).
Sors: Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ipoteki
Rapport ta' Insurance Europe dwar is-Swieq Ewropej tal-Assigurazzjoni tal-Vetturi, paġna 40 (Tabella 48), Novembru 2015 ( www.insuranceeurope.eu ). Innota li din il-grafika ġiet editjata biex jitneħħew il-pajjiżi li mhumiex fl-UE. Ara wkoll l-Istudju dwar l-Assigurazzjoni għall-Konsumaturi minn Europe Economics (26.11.2009), p. 301 u 315 ( http://ec.europa.eu/finance/insurance/docs/motor/20100302rim_en.pdf )
Ara r-Rapport dwar l-Istrutturi Bankarji, BĊE, Ottubru 2014, p.15 ( https://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/bankingstructuresreport201410.en.pdf )
Rapport ta' Sinteżi tar-Risposti għall-Konsultazzjoni Pubblika dwar ir-Rieżami tar-Regolament għall-Eżenzjoni ta’ Kategorija tal-Assigurazzjoni (IBER, Insurance Block Exemption Regulation) ( http://ec.europa.eu/competition/consultations/2014_iber_review/summary_report_en.pdf )
Ara l-istatistika ta' (ri)assigurazzjoni tal-UE/ŻEE (Tabella 10). ( https://eiopa.europa.eu/financial-stability-crisis-prevention/financial-stability )
Il-monitoraġġ tas-swieq tal-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea 2013, pp. 43-44. ( http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/consumer_scoreboards/market_monitoring/docs/consumer_market_monitoring_2013_part_1.pdf .)
Stħarriġ tal-Ewrobarometru 373 "Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur", p. 85
FCA, Cash Savings Market Study Report (Rapport ta' Studju tas-Suq dwar it-Tfaddil tal-Flus) ( http://www.fca.org.uk/static/documents/market-studies/cash-savings-market-study-final-findings.pdf ); Autoriteit Consument & Market, Barriers to entry in the Dutch retail banking sector (Ostakli għad-dħul fis-settur bankarju Netherlandiż għall-konsumaturi), p. 69
Ara l-aħħar Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumaturi f'dan is-sit web http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/consumer_scoreboards/index_en.htm
Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34). L-Artikolu 25 jindirizza kwistjonijiet marbuta mar-ripagament antiċipat
Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214)
MCD Art. 12(4): "L-Istati Membri jistgħu jħallu lill-kredituri jitolbu lill-konsumatur ikollu polza ta’ assigurazzjoni rilevanti relatata mal-kuntratt ta’ kreditu. F’każijiet bħal dawn l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jaċċetta l-polza ta’ assigurazzjoni minn fornitur differenti mill-fornitur preferut tiegħu fejn polza bħal din ikollha livell ta’ garanzija ekwivalenti għal dik li jkun ippropona l-kreditur."
Pubblikazzjoni mistennija kmieni fl-2016, ara wkoll http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2015/07/22-insurance-mediation// .
Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349)
Statista, Il-penetrazzjoni tas-servizzi bankarj onlajn fis-swieq Ewropej magħżula fl-2014, is-sit web ( http://www.statista.com/statistics/222286/online-banking-penetration-in-leading-european-countries/ )
KPMG, Mobile Banking 2015: Global trends and their impact on banks (Servizzi Bankarji mobbli 2015: Ix-xejriet globali u l-impatt tagħhom fuq il-banek), pp. 21-22. KPMG assumiet li l-involviment akbar fil-prodotti finanzjarji li jirriżulta minn attivitajiet bankarji onlajn iħeġġeġ analiżi aktar attiva tal-għażliet potenzjali tal-konsumaturi.
KPMG, Mobile Banking 2015: Global trends and their impact on banks (Servizzi Bankarji mobbli 2015: Ix-xejriet globali u l-impatt tagħhom fuq il-banek), p. 27.
KPMG, Mobile Banking 2015: Global trends and their impact on banks (Servizzi Bankarji mobbli 2015: Ix-xejriet globali u l-impatt tagħhom fuq il-banek), p. 21.
Aktar tagħrif dwar is-SEPA jinsab fis-sit web http://ec.europa.eu/finance/payments/sepa/index_en.htm
Għal aktar informazzjoni ara http://www.ecb.europa.eu/paym/retpaym/governance/eu/html/index.en.html and http://www.europeanpaymentscouncil.eu/
L-eżempji użati f’dan id-dokument huma ispirati minn għadd ta’ każijiet konkreti li tressqu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni.
Rapport tal-EIOPA dwar Prattiki Tajbin f'Siti web ta’ Tqabbil (Jannar 2014)
Il-Kummissjoni Ewropea, “Għodod ta’ Tqabbil u Skemi ta’ Verifika minn Parti Terza”, sit web ( http://ec.europa.eu/consumers/consumer_evidence/market_studies/comparison_tools/index_en.htm )
Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, (ĠU L 133, 22.05.2008, p. 66)
Il-kumpaniji huma attwalment soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar termini kuntrattwali inġusti u prattiki kummerċjali inġusti (ara t-tielet nota f’qiegħ il-paġna) li jillimitaw xi ostakli kuntrattwali u mhux kuntrattwali għall-bdil minn operatur għall-ieħor min-naħa tal-konsuamturi.
Ara, pereżempju, l-Istudju tas-Suq dwar it-Tfaddil tal-Flus tal-FCA, li jipproponi l-użu ta’ twissijiet peremzz tal-messaġġi meta perjodu ta' bonus dalwaqt ikun se jintemm ( https://www.fca.org.uk/static/documents/market-studies/cash-savings-market-study-final-findings.pdf )
Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11)
Ir-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2015 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2013/36/UE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE ( COM(2013)0547 – C7-0230/2013 – 2013/0264(COD) ). Ara l-Artikoli 59 u 60(3)
BEUC, Protecting consumer interests in the retail financial services area (Il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur), 2011, p. 3( http://www.beuc.org/publications/2011-09879-01-e.pdf )
Ara, pereżempju, l-eżempju disponibbli fit-Taqsima 2.1.
Il-konsultazzjoni dwar l-imblukkar ġeografiku se tkun miftuħa sat-28 ta’ Diċembru 2015 (ara https://ec.europa.eu/eusurvey/runner/geoblocksurvey2015?surveylanguage=mt )
Għall-pensjonijiet privati, il-kwistjoni qed tiġi indirizzata bħala parti mill-ħidma tal-Kummissjoni fuq is-CMU.
L-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar is-Servizzi jagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri li jitolbu lill-fornituri tas-servizzi jagħmlu assigurazzjoni ta’ responsabbiltà professjonali jew li jipprovdu għal xi forma oħra ta’ garanzija finanzjarja. (Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36)
Stħarriġ tal-Ewrobarometru 373 “Is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur”, p. 42, jinnota li “nuqqas ta' informazzjoni ċara” (29 %), “ma tkun taf x’inhuma d-drittijiet tiegħek meta jkun hemm problemi” (28 %) u “inqas protezzjoni tal-konsumatur fi Stati Membri oħra tal-UE” huma ta' tħassib fir-rigward tax-xiri minn Stat Membru ieħor.
Id-Direttiva 2009/65/KE, kif emendata, reċentement, bid-Direttiva 2014/91/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) fir-rigward tal-funzjonijiet tad-depożitarji, il-politiki tar-remunerazzjoni u s-sanzjonijiet (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 186)
Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1)
Għal aktar informazzjoni ara http://ec.europa.eu/finance/fin-net/index_en.htm
Il-FIN-NET bħalissa għandu 57 membru minn 22 Stat Membru u t-tliet pajjiżi taż-ŻEE (in-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein).
Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63)
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv ta’ inġunzjoni u kumpensatorji fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-ksur tad-drittijiet skont il-Liġi tal-Unjoni (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 60)
Ara, pereżempju, l-azzjonijiet ta’ rimedju kollettiv mnedija fir-rigward ta’ prodotti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja fi Franza, u fir-rigward ta’ ishma privileġġati u skemi piramidali finanzjarji fi Spanja.
Kiri ta’ karozzi: Dejta ewlenija mill-bażi ta’ dejta dwar it-trattament tal-każijiet taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumatur ( http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/cross-border_enforcement_cooperation/docs/car_rental_version2_en.pdf )
Il-Kummissjoni Ewropea, “Protezzjoni aħjar għall-konsumaturi meta jikru karozza”, is-sit web ( http://ec.europa.eu/justice/newsroom/consumer-marketing/news/150713_en.htm )
Ara pereżempju, il-Federazzjoni Bankarja Ewropea, “Nixprunaw t-Trasformazzjoni Diġitali”, ( http://www.ebfdigitalbanking.eu/ )
L-analiżi tal-impatt ekonomiku tad-Direttiva 2002/65/KE li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta’ servizzi finanzjarji tal-konsumaturi dwar il-konklużjoni ta’ kuntratti transfruntiera għal servizzi finanzjarji bejn il-fornituri u l-konsumaturi fis-Suq Intern, Rapport Finali ( http://ec.europa.eu/consumers/archive/rights/docs/final_rep_financial_services_2009.pdf )
Għandu jiġi nnutat li aktar kmieni din is-sena r-raba’ Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus ġiet adottata. Tipprovdi għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jippermetti aktar flessibbiltà sabiex jittieħed kont ta’ speċifiċitajiet nazzjonali u taċ-ċirkostanzi ta’ relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet individwali. Ara d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)
Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73)
Il-krediti se jiġu rrappurtati biss ladarba l-konsumatur ma jkunx irnexxilu jissodisfa l-obbligi ta’ pagament tiegħu/tagħha.
Kull kreditu huwa rreġistrat. Dejta dwar tipi oħra ta’ impenji jistgħu tista' tiġi rrapportata wkoll.
Aktar tagħrif dwar l-ACCIS jinsab fuq http://www.accis.eu/
Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).
Ara l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.
Ara l-Artikoli 3, 4(b) u 6 ta’ Ruma I; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: L-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa, p. 11 ( http://ec.europa.eu/priorities/digital-single-market/docs/dsm-communication_en.pdf )
Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa: Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, p. 2 ( http://ec.europa.eu/justice/contract/files/common_sales_law/i11_1175_mt.pdf )
Il-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni Ewropea osserva reċentement li xi rekwiżiti nazzjonali rigward il-forma ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jinvolvu b’mod ċar kostijiet għan-negozji. Ara r-rapport finali tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Liġi Kuntrattwali tal-Assigurazzjoni Ewropea ( http://ec.europa.eu/justice/contract/files/expert_groups/insurance/final_report_en.pdf ), p. 90
Ditti koperti jinkludu, pereżempju, istituzzjonijiet tal-kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni, intermedjarji tal-assigurazzjoni u intermedjarji ta’ kreditu ipotekarju.
Aktar informazzjoni dwar in-netwerk SOLVIT tista’ tinstab fuq is-sit web tiegħu ( http://ec.europa.eu/solvit/index_mt.htm )
Aktar informazzjoni dwar il-Punti ta' Kuntatt Uniku tista’ tinstab fuq is-sit web ( http://ec.europa.eu/solvit/index_mt.htm ). Dawn l-entitajiet inħolqu f’konformità mad-Direttiva dwar is-Servizzi.
Stat Membru jista’ jirrikorri għall-kunċett ta’ interess ġenerali sabiex jinforza l-konformità mal-liġijiet proprji tiegħu minn assiguratur li jixtieq iwettaq in-negozju tiegħu fit-territorju tiegħu taħt id-dritt ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Madankollu, id-Direttivi dwar l-assigurazzjoni ma jistabbilixxux il-kunċett ta' ġid ġenerali, iżda huwa deskritt fil-Komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni dwar il-libertà li jiġu fornuti servizzi u l-interess ġenerali fis-settur tal-assigurazzjoni (ĠU C 43, 16.02.2000) fuq il-bażi ta’ rekwiżiti stipulati mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.