IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.9.2015
COM(2015) 485 final
ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 7
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2015
Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: miżuri baġitarji immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.9.2015
COM(2015) 485 final
ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 7
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2015
Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: miżuri baġitarji immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
Wara li kkunsidrat:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat fis-17 ta’ Diċembru 2014 2 ,
–il-baġit emendatorju Nru 1/2015 3 , adottat fit-28 ta’ April 2015,
–il-baġit emendatorju Nru 2/2015 4 , adottat fis-7 ta’ Lulju 2015,
–il-baġit emendatorju Nru 3/2015 5 , adottat fis-7 ta’ Lulju 2015,
–il-baġit emendatorju Nru 4/2015 6 , adottat fis-7 ta’ Lulju 2015,
–il-baġit emendatorju Nru 5/2015 7 , adottat fis-7 ta’ Lulju 2015,
–l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 6/2015 8 , adottat fil-15 ta’ Lulju 2015,
Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk qiegħda tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 7 għall-baġit tal-2015.
BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U TAN-NEFQA TAQSIMA B'TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa taqsima b’taqsima huma disponibbli fil-EUR-Lex ( http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ). Għall-informazzjoni, verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni tinsab mehmuża bħala anness baġitarju.
IL-WERREJ
1. L-introduzzjoni
2. Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
3. Finanzjament Propost fl-2015
4. Tabella li tiġbor fil-qosor skont l-intestatura tal-QFP
1.L-introduzzjoni
Fit-23 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni lill-Parlament, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill – Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: miżuri operazzjonali, baġitarji u legali immedjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 9 . Il-Kummissjoni tidentifika ġabra ta’ azzjonijiet prijoritarji li għandhom jittieħdu tul is-sitt xhur li ġejjin, inklużi l-adattamenti li jeħtieġ li jsiru fil-baġit għall-2015, u fil-proposta tal-abbozz tal-baġit għall-2016.
L-iskop tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 7 għas-sena 2015 huwa li jiddaħħlu l-bidliet meħtieġa għal miżuri immedjati fil-bqija tax-xhur tal-2015, billi tintuża kull possibbiltà għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet f’dan l-istadju tas-sena, bla ma tiddgħajjef l-implimentazzjoni ta’ programmi oħra ta’ nfiq. Jinkludi dan li ġej:
–Tisħiħ tal-assistenza ta’ emerġenza pprovduta taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (l-AMIF) u taħt il-Fond għas-Sigurtà Interna (l-ISF), għal ammont totali ta’ EUR 100 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn;
–Żieda fin-numru ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-FRONTEX (+ 60 pożizzjoni), għall-EASO (+ 30 pożizzjoni) u għall-EUROPOL (+ 30) sabiex tiżdied il-kapaċità tagħhom fil-post. It-tisħiħ marbut fin-nefqa fuq is-salarji jammonta għal EUR 1,3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għat-tliet aġenziji f’daqqa;
–Finanzjament addizzjonali għall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (EUR 300 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn), sabiex il-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana (il-"Fond Madad") ikun jista’ jilħaq EUR 500 miljun.
–Żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Għajnuna Umanitarja ta’ EUR 55,7 miljun permezz tar-riallokazzjoni. Se ssir talba separata għat-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn mir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza (l-EAR) għall-Għajnuna Umanitarja, sabiex jintlaħqu EUR 200 miljun f’għajnuna umanitarja għar-refuġjati fil-bżonn.
It-tisħiħ mitlub għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (l-AMIF), għall-Fond għas-Sigurtà Interna (l-ISF), u għall-Għajnuna Umanitarja f’dan l-ABE 7/2015 huwa parzjalment ikkumpensat mir-riallokazzjoni ta’ EUR 70,5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 57,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli bħalissa fil-baġit tal-2015: b’mod partikolari mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (EUR 33,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament); minn diversi linji baġitarji fl-intestatura 2 (EUR 24,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 19,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament); u EUR 12,0 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 3,5 miljun f’approprjazzjonijiet mill-programm għall-Ikel u għall-Għalf.
Apparti r-riallokazzjoni, it-tisħiħ fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn għandu jinkiseb billi jintużaw il-marġnijiet eżistenti soġġetti għal-limiti massimi għall-infiq tal-intestatura 3 (is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza, għall-ammont sħiħ disponibbli ta’ EUR 23,2 miljun) u tal-intestatura 4 (Ewropa Globali, għal ammont ta’ EUR 300 miljun), u anki billi jiġi mmobilizzat l-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 66,1 miljun sabiex il-miżuri ta’ emerġenza taħt l-AMIF fl-intestatura 3 ikunu ffinanzjati. B’mod parallel ma’ dan l-ABE, qiegħda tiġi ppreżentata proposta sabiex l-Istrument ta’ Flessibbiltà jiġi mmobilizzat.
Globalment, il-miżuri addizzjonali proposti f’dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju jwasslu għal żieda netta ta’ EUR 330,7 miljun fil-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-2015. Il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2015 jibqa’ l-istess, billi parti kbira mill-pagamenti se ssir fl-2016.
Il-ħtiġijiet addizzjonali li jissemmew fil-Komunikazzjoni dwar il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati, meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni tal-abbozz tal-baġit (AB) għall-2016, se jkunu inklużi f’ittra emendatorja għall-abbozz tal-baġit għall-2016, li se jkun ippreżentat f’nofs Ottubru. Din l-ittra emendatorja se tkun tinkludi wkoll stimi aġġornati għan-nefqa agrikola.
2. Il-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni
Din it-taqsima tfakkar il-miżuri addizzjonali proposti sa issa fil-qasam tal-migrazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-baġit emendatorju 5/2015 10 , u t-tisħiħ ulterjuri li għad hemm bżonn din is-sena permezz ta’ dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju u l-proposta li tiġi miegħu sabiex l-Istrument ta’ Flessibbiltà jiġi mmobilizzat.
2.1 Intestatura 3: Is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza
2.1.1. Miżuri proposti fl-ABE 5/2015
Fit-13 ta’ Mejju, il-Kummissjoni adottat l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 11 , li kienet akkumpanjata mill-abbozz ta’ baġit emendatorju 5/2015. L-adozzjoni finali tal-baġit emendatorju fis-7 ta’ Lulju ppermettiet li:
Jiġu triplikati l-operazzjonijiet tal-FRONTEX fil-Mediterran (Triton u Poseidon, EUR 26 miljun);
Tiġi rdoppjata l-assistenza ta’ emerġenza pprovduta lill-Istati Membri l-aktar milquta taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (l-AMIF, EUR 25 miljun) u taħt il-Fond għas-Sigurtà Interna (l-ISF, EUR 5 miljun);
Tiġi implimentata skema ta’ risistemazzjoni fl-UE kollha (EUR 25 miljun);
Jissaħħu l-programmi reġjonali għall-iżvilupp u għall-protezzjoni għall-Afrika ta’ Fuq u għall-Qarn tal-Afrika (EUR 7 miljun); kif ukoll li
Jissaħħu l-għadd ta’ pożizzjonijiet u l-infiq relatat għall-persunal tat-tliet aġenziji tal-UE l-aktar ikkonċernati (16-il pożizzjoni għall-FRONTEX, 4 għall-EASO u 3 għall-EUROPOL).
2.1.2. Tisħiħ ulterjuri propost fl-ABE 7/2015
Il-miżuri ta’ emerġenza
Jeħtieġ minnufih li jkun hemm tisħiħ sinifikanti ulterjuri tal-assistenza ta’ emerġenza skont l-AMIF (EUR 80 miljun) u skont l-ISF (EUR 20 miljun) sabiex ikunu appoġġati l-Istati Membri l-aktar milquta dan l-aħħar u sabiex tkun appoġġata l-implimentazzjoni tal-approċċ tal-hotspots. L-ammont addizzjonali ta’ EUR 100 miljun iservi primarjament għal:
Talbiet għal laqgħat li bħalissa qegħdin jiġu riċevuti mill-Ġermanja, mill-Greċja, mill-Kroazja u mill-Awstrija u talbiet ulterjuri li mistennija jaslu sa tmiem din is-sena minn Stati Membri oħra li dan l-aħħar intlaqtu mill-influss, b’mod partikolari mill-Greċja, mill-Ungerija, u mill-Bulgarija;
Jagħti lok għal approċċ koordinat mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri inkluż mal-Italja u mal-Greċja sabiex jiżviluppaw talbiet strutturati ta’ emerġenza biex jindirizzaw l-implimentazzjoni tat-timijiet ta’ appoġġ għall-migranti u tal-iskemi ta’ rilokazzjoni, u anki sabiex jaffaċċaw l-influss ma jaqta’ xejn u dejjem jikber ta’ migranti.
L-aġenziji
L-aġenziji tal-UE li joperaw f’oqsma marbuta mal-migrazzjoni jridu jżidu l-kapaċitajiet tagħhom billi issa qegħdin jintalbu jkunu ħafna aktar attivi fil-post milli kien maħsub oriġinarjament. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li jiżdiedu aktar ir-riżorsi umani tat-tliet aġenziji ewlenin tal-UE permezz ta’ żieda għat-tlieta f’daqqa ta’ 120 pożizzjoni addizzjonali fit-tabella tal-persunal, kif ġej:
Il-FRONTEX: Sittin pożizzjoni sabiex l-aġenzija tkun tista’ taffronta ż-żieda fl-attivitajiet operazzjonali u taffronta wkoll il-kooperazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-UE fir-rigward tal-ostakolar ta’ netwerks tat-traffikar u skjerar ta’ uffiċjali addizzjonali ta’ kollegament f’pajjiżi terzi. Dan jinkludi:
oKemm it-tisħiħ ta’ operazzjonijiet konġunti ta’ ritorn u ta’ kwistjonijiet relatati mar-ritorn, kif ukoll l-iskjerar ta’uffiċjali ta’ koordinament fil-gruppi ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni fiż-żoni hotspot;
oIż-żieda tal-kapaċità ta’ analiżi tar-riskju fil-post (analiżi operattiva, ġestjoni u għoti ta’ informazzjoni, koordinazzjoni tal-hotspots) u f’pajjiżi terzi min-naħa tal-aġenzija.
oIż-żieda tal-kapaċità tagħha li ssostni u ttejjeb in-netwerks ta’ komunikazzjoni fil-kuntest tal-EUROSUR, inkluża l-koordinazzjoni tal-għodod komuni ta’ sorveljanza;
oL-iskjerar ta’ uffiċjali ta’ kollegament f’pajjiżi terzi fil-Viċinat Ewropew.
L-EASO: Tletin pożizzjoni sabiex l-iskjerar tat-timijiet addizzjonali tal-EASO għall-ipproċessar konġunt ta’ applikazzjonijiet għall-ażil fl-Istati Membri l-aktar skoperti, ikun aktar b’saħħtu. Dan jinkludi:
oAppoġġ fl-ipproċessar konġunt tal-applikazzjonijiet għall-ażil fl-Italja u fil-Greċja fiż-żoni ta’ hotspots għar-reġistrazzjoni, għall-identifikazzjoni, għat-teħid ta’ marki tas-swaba’ u għat-tħejjija ta’ każijiet ta’ fajls li jirrigwardaw applikazzjonijiet għall-ażil;
oKoordinament u appoġġ tal-miżuri ta’ emerġenza għar-rilokazzjoni ta’ 160 000 ruħ (jiġifieri, l-identifikazzjoni, il-verifika tal-vulnerabbiltà, u l-informazzjoni ta’ qabel it-tluq);
oAppoġġ għall-iskema ta’ risistemazzjoni mifruxa madwar l-UE kollha (taġixxi bħala mekkaniżmu ta’ koordinament (clearing house) u ttejjeb l-iskambju strutturali tal-informazzjoni);
oTaġixxi bħala mekkaniżmu ta’ koordinament għall-attivitajiet ta’ informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini inklużi skambji ta’ informazzjoni, żviluppi ulterjuri tar-rapporti dwar il-pajjiżi ta’ oriġini u gwidi prattiċi.
L-EUROPOL: Tletin pożizzjoni sabiex jissaħħaħ aktar ir-rwol tagħha fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew fir-rigward tal-ostakolar tan-netwerks ta’ traffikar u wkoll sabiex jissaħħu aktar l-isforzi biex jiġi identifikat il-kontenut tal-internet użat mit-traffikanti biex jiġbed migranti u rifuġjati, u biex issir talba għat-tneħħija tiegħu. Dan jinkludi:
oRiżorsi għat-tisħiħ u għall-espansjoni tar-rispons tal-UE li jservi bħala forċina għall-azzjoni tal-Kummissjoni fiż-żoni ta’ hotspots. Fil-Greċja dan se jimplika l-użu ta’ Tim ta’ Appoġġ tal-UE għall-Investigazzjonijiet Mobbli (l-EMIST, EU Mobile Investigation Support Team) sabiex iwettaq investigazzjonijiet li jġibu fix-xejn in-netwerks ta’ traffikanti tal-migranti. Dan it-tim ġdid ta’ speċjalisti u analisti tal-Europol se jiġbor informazzjoni u se jaġixxi meta l-migranti jinżlu l-art fil-ħames gżejjer Griegi li bħalissa huma milqutin, billi juża informazzjoni mid-diversi awtoritajiet amministrattivi fir-reġjun u minn investigazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali wkoll;
oIt-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew dwar it-Traffikar tal-Migranti (l-EMSC, European Migrant Smuggling Centre) fl-Europol, li jservi ta’ forċina għat-Timijiet ta’ Appoġġ għall-Investigazzjonijiet Mobbli (l-EMIST). Iċ-Ċentru se jappoġġa lill-Istati Membri l-aktar esposti billi jipprovdi taħriġ lill-impjegati tal-EMIST, persunal, tagħmir u għarfien espert, u se jtejjeb il-kapaċitajiet ta’ appoġġ regolari tal-Europol fir-rigward tal-analiżi, tal-laqgħat operattivi u tal-azzjoni konġunta. Apparti minn hekk, l-EMSC se jipprovdi idea ġenerali tat-traffikar tal-migranti madwar l-UE kollha minn perspettiva ta’ infurzar tal-liġi, billi jiżgura koordinament maċ-ċentri nazzjonali. Se jipprovdi wkoll għarfien espert dwar l-użu tan-netwerks soċjali mit-traffikanti tal-migranti u dwar l-investigazzjonijiet finanzjarji;
oL-interazzjoni bejn it-Timijiet ta’ Appoġġ għall-Investigazzjonijiet Mobbli u ċ-Ċentru fl-Europol se ttejjeb l-għarfien operattiv u l-intelligence li jikkontribwixxu għall-azzjoni immedjata fil-post min-naħa tal-pulizija u tal-gwardji tal-fruntieri.
L-approprjazzjonijiet addizzjonali relatati għar-remunerazzjoni tal-impjegati l-ġodda (EUR 1,3 miljun) fit-tliet aġenziji f’daqqa ġew ikkalkulati abbażi ta’ medja ta’ preżenza ta’ xahar fl-2015.
2.2 Intestatura 4: Ewropa Globali
Il-kunflitt fis-Sirja jinsab fil-ħames sena tiegħu, b’7,6 miljun ruħ li sfaw imċaqilqa internament, 12,2 miljun ruħ fi bżonn ta’ assistenza umanitarja u 4 miljun refuġjat fil-pajjiżi ġirien. L-influss ta’ refuġjati mis-Sirja ħakem il-pajjiżi ġirien, speċjalment il-Libanu u l-Ġordan, billi poġġa l-infrastrutturi tagħhom taħt pressjoni u hedded l-istabbiltà prekarja tagħhom. Hekk kif il-ħtiġijiet fit-tul u umanitarji tar-refuġjati u tal-persuni mċaqilqa internament qegħdin jiżdiedu, l-ammont ta’ finanzjament internazzjonali jinsab għaddej minn perjodu ta’ tnaqqis. Minn Settembru 2015, huma koperti 40 % biss tal-appelli tan-NU għall-kriżi tar-refuġjati Sirjani, u dan iwassal għal anqas ikel u servizzi essenzjali oħra. Din is-sitwazzjoni, flimkien man-natura fit-tul tal-kunflitt u t-tama ta’ ritorn lejn djarhom li bdiet tisfuma fix-xejn, wasslet lill-eluf ta’ Sirjani biex jibdew vjaġġ lejn l-Ewropa fi tfittxija li jistabbilixxu ruħhom fit-tul band’oħra. Sa issa, aktar minn 330 000 refuġjat Sirjan waslu fl-Ewropa u dan in-numru mistenni jkompli jikber sa tmiem l-2015.
Sabiex din is-sitwazzjoni drammatika tiġi indirizzata, il-Kummissjoni tipproponi li l-finanzjament tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (l-ENI) jiżdied b’EUR 300 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn. L-approprjazzjonijiet addizzjonali għall-ENI se jagħtu lok għal żieda fil-Fond Fiduċjarju Reġjonali tal-UE b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana (il-"Fond Madad"). Il-Fond Fiduċjarju Madad huwa strument flessibbli u effettiv biex jappoġġa r-refuġjati mis-Sirja. Il-fond se jappoġġa proġetti f’diversi oqsma inkluża l-infrastruttura bażika, bħall-ilma, id-drenaġġ, l-iġjene, il-ġestjoni tal-iskart, l-aċċess għas-servizzi, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-appoġġ għall-għajxien. Il-proġetti se jkunu implimentati flimkien ma’ sħab differenti, bħall-aġenziji tan-NU, l-aġenziji mill-Istati Membri, l-awtoritajiet pubbliċi u l-NGOs. Wara li tqies iż-żmien involut sabiex isiru l-ewwel żborżamenti, l-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti relatati se jintalbu f’ittra emendatorja għall-abbozz ta’ baġit tal-2016.
Minbarra t-tisħiħ propost tal-ENI, u f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Settembru, il-Kummissjoni tipproponi li fl-2015 xorta jintużaw EUR 200 miljun għall-Għajnuna Umanitarja biex ikopru l-aktar ħtiġijiet umanitarji urġenti tal-persuni li sfaw imċaqilqa biex jaħarbu l-kunflitt fir-reġjun. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni qiegħda titlob b’mod separat, trasferiment (DEC 32/2015) ta’ EUR 175 miljun (impenji) mir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza. Dan it-trasferiment, flimkien ma’ EUR 10 miljun (impenji) mir-riżerva operattiva għall-Għajnuna Umanitarja, u l-aħħar trasferiment ta’ EUR 15-il miljun mir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza (DEC 28/2015) jammontaw għal EUR 200 miljun addizzjonali f’approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall-Għajnuna Umanitarja. Fl-2015, EUR 70 miljun għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Għajnuna Umanitarja bis-saħħa ta’ EUR 55,7 miljun f’riallokazzjonijiet mir-riżervi u mil-linji baġitarji mhux differenzjati proposti f’dan l-ABE (ara taqsima 3 aktar ’l isfel), bil-bilanċ (EUR 14,3 miljun) inkluż fit-talba separata ta’ trasferiment mir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza. L-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti ta’ EUR 70 miljun se jkopru l-prefinanzjament ta’ 40 % li għandu jkun żborżat lill-aġenziji sħab fl-2015, filwaqt li l-kumplament jitħallas fl-2016.
3. Finanzjament Propost fl-2015
Din it-Taqsima tistabbilixxi kif il-miżuri ulterjuri għall-2015 deskritti aktar ’il fuq huma proposti li jkunu ffinanzjati permezz ta’ taħlita ta’ riallokazzjonijiet, ta’ użu tal-marġnijiet eżistenti taħt l-intestaturi 3 u 4 u tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà.
3.1 Intestatura 3: Is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza
Globalment, it-tisħiħ kollu f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-finanzjament tal-miżuri deskritti aktar ’il fuq jammonta għal EUR 101,3 miljun, li minnhom EUR 100 miljun għall-assistenza ta’ emerġenza u EUR 1,3 miljun għall-persunal addizzjonali tat-tliet aġenziji. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament huma mitluba sabiex ikopru l-persunal addizzjonali fit-tliet aġenziji biss, filwaqt li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament li jikkorrispondu għall-azzjonijiet addizzjonali taħt l-AMIF u l-ISF se jintalbu f’ittra emendatorja għall-abbozz ta’ baġit għall-2016.
It-tabella ta’ hawn taħt turi t-tqassim tat-tisħiħ mitlub f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament f’ħames linji baġitarji taħt l-intestatura 3:
Il-linja baġitarja |
L-isem |
Approprjazzjon-ijiet ta’ impenn |
Approprjazzjon-ijiet ta’ pagament |
18 02 01 01 |
Is-sostenn tal-ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu |
20 000 000 |
- |
18 02 03 |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (il-FRONTEX) |
650 000 |
650 000 |
18 02 04 |
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (l-EUROPOL) |
325 000 |
325 000 |
18 03 01 01 |
It-tisħiħ u l-iżvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u t-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri |
80 000 000 |
- |
18 03 02 |
L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (l-EASO) |
325 000 |
325 000 |
It-total |
101 300 000 |
1 300 000 |
L-anness baġitarju jistabbilixxi r-rendikont skont il-gruppi ta’ funzjoni u l-gradi tal-pożizzjonijiet addizzjonali fit-tabelli tal-persunal tat-tliet aġenzija kkonċernati.
3.2 Intestatura 4: Ewropa Globali
It-tabella ta’ hawn taħt turi t-tqassim tat-tisħiħ f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament taħt l-intestatura 3 li huwa mitlub f’dan l-ABE:
Il-linja baġitarja |
L-isem |
Approprjazzjon-ijiet ta’ impenn |
Approprjazzjon-ijiet ta’ pagament |
21 03 01 03 |
Il-pajjiżi Mediterranji — Ħolqien ta’ fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta’ konflitti |
300 000 000 |
- |
23 02 01 |
Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u għajnuna alimentari rapidi, effikaċi u bżonnjużi |
- |
55 736 000 |
It-total |
300 000 000 |
55 736 000 |
3.3 Riallokazzjoni, użu tal-marġnijiet u mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà
Il-Kummissjoni fliet bir-reqqa l-possibilitajiet ta’ riallokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet fi ħdan il-baġit tal-2015, kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti, u identifikat ir-riżorsi segwenti għar-riallokazzjoni:
3.3.1. Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG)
Ma ġiet ippreżentata ebda applikazzjoni relatata mal-FAEŻR għal Assistenza Multireġjonali (l-MRA, Multi-regional Assistance ) fl-ambitu tal-Pjattaforma ta’ Assistenza Teknika (it-TAP, Technical Assistance Platform) fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li għalqet fil-31 ta’ Lulju 2015. Barra minn hekk, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn meħtieġa għall-Helpdesk tal-Evalwazzjoni skont in-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-ENRD), huma anqas milli ppjanat oriġinarjament.
Għall-FAEG, għadd ta’ missjonijiet ta’ awditjar previsti inizjalment għall-2015 ġew skedati mill-ġdid u l-għadd ta’ azzjonijiet implimentati fl-ambitu tal-pjan għall-komunikazzjoni esterna kien anqas milli ppjanat.
Għaldaqstant, huma proposti EUR 7,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 0,9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għar-riallokazzjoni.
Il-linja baġitarja |
L-isem |
Approprjazzjon-ijiet ta’ impenn |
Approprjazzjon-ijiet ta’ pagament |
05 04 60 02 |
Assistenza teknika operazzjonali (il-FAEŻR) |
-6 500 000 |
|
05 08 06 |
It-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-politika agrikola komuni |
-100 000 |
-100 000 |
05 08 09 |
Il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-EAGF) — Assistenza Teknika operazzjonali |
-800 000 |
-800 000 |
It-total |
-7 400 000 |
-900 000 |
3.3.2. Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS)
L-adozzjoni tardiva tal-bażi ġuridika ttardjat l-implimentazzjoni tan-nefqa operazzjonali tal-FEMS taħt ġestjoni diretta.
Id-dewmien u l-estensjonijiet tad-durata għal għadd ta’ azzjonijiet, inklużi l-ħolqien ta’ Kunsilli Konsultattivi, l-iffirmar ta’ kuntratti u ta’ organizzar ta’ konferenzi u avvenimenti, ifissru li EUR 1,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn jistgħu jinħarġu għal linji baġitarji li jikkonċernaw in-nefqa differenzjata taħt ġestjoni diretta.
Għall-istess raġunijiet, il-baġit għan-nefqa amministrattiva u ta’ appoġġ (il-partita baġitarja 11 01 04 01) u l-kontribuzzjoni għall-aġenzija eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (il-partita baġitarja 11 01 06 01) jista’ jitnaqqas. Iż-żewġ linji baġitarji jikkonċernaw nefqa mhux differenzjata, u l-EUR 0,3 miljun li jikkorrispondu magħhom se jsiru disponibbli f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
Il-linja baġitarja |
L-isem |
Approprjazzjon-ijiet ta’ impenn |
Approprjazzjon-ijiet ta’ pagament |
11 01 04 01 |
In-nefqa ta’ sostenn għall-affarijiet marittimi u s-sajd — Assistenza amministrattiva u teknika nonoperazzjonali |
-207 000 |
-207 000 |
11 01 06 01 |
Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju – Kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS) |
-92 000 |
-92 000 |
11 06 61 |
It-trawwim tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni |
-200 000 |
|
11 06 62 01 |
Konsulenza u għarfien tax-xjenza |
-630 000 |
|
11 06 62 04 |
Governanza u komunikazzjoni |
-482 000 |
|
11 06 62 05 |
Għarfien tas-swieq |
-399 000 |
|
It-total |
-2 010 000 |
-299 000 |
3.3.3. Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli
Wara analiżi bir-reqqa tal-istatus tan-negozjati marbutin mal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli u l-evalwazzjoni tad-dati possibbli tad-dħul fis-seħħ, EUR 13,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 18,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament jistgħu jinħarġu mir-riżerva u huma disponibbli għar-riallokazzjoni.
Barra minn hekk, it-tariffi mitluba minn xi organizzazzjonijiet internazzjonali kienu anqas minn kemm kien stmat oriġinarjament, u b’hekk EUR 1,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn ġew illiberati mill-artikolu baġitarju 11 03 02.
Il-linja baġitarja |
L-isem |
Approprjazzjon-ijiet ta’ impenn |
Approprjazzjon-ijiet ta’ pagament |
11 03 02 |
Il-promozzjoni ta’ żvilupp sostenibbli tal-ġestjoni tas-sajd u tal-governanza marittima f’konformità mal-objettivi tal-PKS (il-kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-korpi internazzjonali) |
-1 720 000 |
|
40 02 41 |
Ir-riżerva għal Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli |
-13 711 765 |
-18 611 765 |
It-total |
-15 431 765 |
-18 611 765 |
3.3.4. Is-sikurezza tal-Ikel u tal-Għalf, is-Saħħa u l-Benesseri tal-Annimali, u s-Saħħa tal-Pjanti
Ammont ta’ EUR 2,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament jistgħu jsiru disponibbli mill-artikolu baġitarju 17 04 02 L-iżgurar tad-detezzjoni propizja ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-eradikazzjoni tagħhom. Dan minħabba li t-talbiet mill-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri għall-prevenzjoni tad-danni kkawżati mill-batterju Xylella Fastidiosa kienu anqas milli previsti.
Barra minn hekk, EUR 9,6 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 3,5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà mill-artikolu baġitarju 17 04 04 Fond għal miżuri ta’ emerġenza marbuta mas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti. Dan il-Fond ikopri l-kontribuzzjoni tal-Unjoni li tippermetti l-eradikazzjoni rapida ta’ mard infettiv serju tal-annimali u l-ġlieda kontra l-pesti u l-mard tal-pjanti. Minħabba s-sitwazzjoni tajba tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti matul l-2015, it-talbiet tal-Istati Membri kienu anqas milli kien stmat oriġinarjament.
Il-linja baġitarja |
L-isem |
Approprjazzjon-ijiet ta’ impenn |
Approprjazzjon-ijiet ta’ pagament |
17 04 02 |
L-iżgurar tad-detezzjoni propizja ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti u l-eradikazzjoni tagħhom |
-2 400 000 |
- |
17 04 04 |
Fond għal miżuri ta’ emerġenza marbuta mas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti |
-9 600 000 |
-3 500 000 |
It-total |
-12 000 000 |
-3 500 000 |
3.3.5. Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
Ma hemm ebda applikazzjoni pendenti għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (il-FSUE). Abbażi tal-informazzjoni attwali dwar id-diżastri naturali u minħabba ż-żmien li jieħu l-ipproċessar ta’ xi applikazzjonijiet mhux mistennija li għad iridu jaslu fl-2015, il-kumplament tal-bilanċ ta’ EUR 33,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament tal-avvanzi tal-FSUE għall-2015 jista’ jitqiegħed għad-disponibbiltà tar-riallokazzjoni.
Il-linja baġitarja |
L-isem |
Approprjazzjon-ijiet ta’ impenn |
Approprjazzjon-ijiet ta’ pagament |
13 06 01 |
Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta’ diżastru naturali kbir b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, tal-ambjent naturali jew tal-ekonomija |
-33 725 235 |
-33 725 235 |
It-total |
-33 725 235 |
-33 725 235 |
Il-Kummissjoni, wara li qieset ir-riallokazzjonijiet u t-tisħiħ meħtieġ li jissemmew aktar ’il fuq, tipproponi li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 66,1 miljun fl-intestatura 3 (is-Sigurtà u ċ-Ċittadinanza), wara li jkun ġie eżawrit il-marġni disponibbli (EUR 23,2 miljun), sabiex jiffinanzja l-miżuri ta’ emerġenza taħt l-AMIF u l-ISF. Il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà hija proposta f’att separat.
Il-marġni disponibbli taħt il-limitu massimu għall-infiq tal-intestatura 4 (Ewropa Globali) huwa biżżejjed biex ikopri l-approprjazzjonijiet addizzjonali ta’ impenn għall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat.
4.Tabella li tiġbor fil-qosor skont l-intestatura tal-QFP
Intestatura |
Baġit 2015 |
Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 7/2015 |
Baġit 2015 |
||||
(inkl. BA 1 sa 5 & ABE 6/2015) |
(inkl. BA 1 sa 5, ABE 6 & 7/2015) |
||||||
AI |
AP |
AI |
AP |
AI |
AP |
||
1. |
It-tkabbir intelliġenti u inklużiv |
77 954 679 684 |
66 853 308 910 |
|
|
77 954 679 684 |
66 853 308 910 |
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
83 285 595 |
|
|
|
83 285 595 |
|
|
Il-limitu massimu |
77 986 000 000 |
|
|
|
77 986 000 000 |
|
|
Il-marġni |
114 605 911 |
|
|
|
114 605 911 |
|
|
1a |
Il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi |
17 551 688 425 |
15 728 578 894 |
|
|
17 551 688 425 |
15 728 578 894 |
Il-limitu massimu |
17 666 000 000 |
|
|
|
17 666 000 000 |
|
|
Il-marġni |
114 311 575 |
|
|
|
114 311 575 |
|
|
1b |
Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali |
60 402 991 259 |
51 124 730 016 |
|
|
60 402 991 259 |
51 124 730 016 |
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
83 285 595 |
|
|
|
83 285 595 |
|
|
Il-limitu massimu |
60 320 000 000 |
|
|
|
60 320 000 000 |
|
|
Il-marġni |
294 336 |
|
|
|
294 336 |
|
|
2. |
It-tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali |
63 901 960 185 |
55 998 594 804 |
- 24 841 765 |
- 19 810 765 |
63 877 118 420 |
55 978 784 039 |
Il-limitu massimu |
64 692 000 000 |
|
|
|
64 692 000 000 |
|
|
Il-marġni |
790 039 815 |
|
|
|
814 881 580 |
|
|
Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) — Infiq relatat mas-suq u pagamenti diretti |
43 455 780 762 |
43 447 624 585 |
|
|
43 455 780 762 |
43 447 624 585 |
|
Is-sottolimitu |
44 313 000 000 |
|
|
|
44 313 000 000 |
|
|
Trasferiment nett bejn il-FAEG u l-FAEŻR |
123 215 000 |
|
|
|
123 215 000 |
|
|
Il-marġni |
734 004 238 |
|
|
|
734 004 238 |
|
|
3. |
Is-Sigurtà u ċ-ċittadinanza |
2 432 848 847 |
1 929 165 795 |
89 300 000 |
- 2 200 000 |
2 522 148 847 |
1 926 965 795 |
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
|
|
66 148 847 |
|
66 148 847 |
|
|
Il-limitu massimu |
2 456 000 000 |
|
|
|
2 456 000 000 |
|
|
Il-marġni |
23 151 153 |
|
|
|
|
|
|
4. |
Ewropa Globali |
8 410 899 029 |
7 422 489 907 |
300 000 000 |
55 736 000 |
8 710 899 029 |
7 478 225 907 |
Il-limitu massimu |
8 749 000 000 |
|
|
|
8 749 000 000 |
|
|
Il-marġni |
338 100 971 |
|
|
|
38 100 971 |
|
|
5. |
Amministrazzjoni |
8 660 469 063 |
8 658 756 179 |
|
|
8 660 469 063 |
8 658 756 179 |
Il-limitu massimu |
9 076 000 000 |
|
|
|
9 076 000 000 |
|
|
Il-marġni |
415 530 937 |
|
|
|
415 530 937 |
|
|
Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
6 941 188 663 |
6 939 475 779 |
|
|
6 941 188 663 |
6 939 475 779 |
|
Is-sottolimitu |
7 056 000 000 |
|
|
|
7 056 000 000 |
|
|
Il-marġni |
114 811 337 |
|
|
|
114 811 337 |
|
|
6. |
Kumpens |
|
|
|
|
|
|
Il-limitu massimu |
|
|
|
|
|
|
|
Il-marġni |
|
|
|
|
|
|
|
It-total |
161 360 856 808 |
140 862 315 595 |
364 458 235 |
33 725 235 |
161 725 315 043 |
140 896 040 830 |
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà |
83 285 595 |
11 315 595 |
66 148 847 |
|
149 434 442 |
11 315 595 |
|
Il-limitu massimu |
162 959 000 000 |
142 007 000 000 |
|
|
162 959 000 000 |
142 007 000 000 |
|
Il-marġni |
1 681 428 787 |
1 156 000 000 |
|
|
1 383 119 399 |
1 122 274 765 |
|
|
Strumenti speċjali oħra |
581 870 850 |
418 230 818 |
- 33 725 235 |
- 33 725 235 |
548 145 615 |
384 505 583 |
It-Total Kumplessiv |
161 942 727 658 |
141 280 546 413 |
330 733 000 |
|
162 273 460 658 |
141 280 546 413 |