IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 3.8.2015
COM(2015) 384 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju ta' delega ta' setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 112a tad-Direttiva 2009/65/KE tat-13 ta' Lulju 2009
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju ta’ delega ta’ setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 112a tad-Direttiva 2009/65/KE tat-13 ta’ Lulju 2009
1. Introduzzjoni
Id-Direttiva 2009/65/KE tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) tat setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 ta’ din id-Direttiva. Dawn is-setgħat għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba' snin mill-4 ta’ Jannar 2011, u dan sal-4 ta’ Jannar 2015.
2. Bażi legali tar-rapport
Skont l-Artikolu 112a tad-Direttiva 2009/65/KE, il-Kummissjoni kellha tfassal rapport fir-rigward ta’ dawn is-setgħat delegati mhux aktar tard minn 6 xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ erba' snin, jiġifieri qabel l-4 ta’ Lulju 2014.
3. Eżerċizzju tad-delega
Il-Kummissjoni eżerċitat is-setgħat mogħtija permezz ta’ erba' Atti ta’ Implimentazzjoni adottati fl-1 ta’ Lulju 2010:
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 583/2010
tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħrif ewlieni għall-investitur u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati meta jingħata tagħrif ewlieni għall-investitur jew il-prospett b’mezz li jibqa’ li mhuwiex stampat jew permezz ta’ sit elettroniku
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 584/2010
tal-1 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forma u l-kontenut tal-ittra ta’ notifika u attestazzjoni UCITS standardizzati, l-użu ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-fini ta’ notifika, u proċeduri għal verifiki fuq il-post u investigazzjonijiet u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2010/42/UE
tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw fużjonijiet ta’ fondi, strutturi prinċipali alimentatriċi u l-proċeduri tan-notifikazzjoni
Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2010/43/UE
tal-1 ta’ Lulju 2010 li timplimenta d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti organizzazzjonali, il-konflitti ta’ interess, il-kondotta fin-negozju, l-immaniġġjar tar-riskji u l-kontenut tal-ftehim ta’ bejn id-depożitarju u l-kumpanija maniġerjali
It-tabella iktar 'l isfel turi liema atti jinkludu l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont is-setgħat speċifiċi:
|
Setgħat fid-Direttiva 2009/65/UE
|
Att ta’ Implimentazzjoni; Artikolu
|
|
Artikolu 12
|
Implimentat fil-Kapitoli 2 u 3, l-Artikoli 4 sa 21 tad-Direttiva 2010/43/UE.
|
|
Artikolu 14
|
Implimentat fil-Kapitoli 2, 3 u 4, l-Artikoli 4 sa 29 tad-Direttiva 2010/43/UE.
|
|
Artikolu 23
|
Implimentat fil-Kapitolu 5, l-Artikoli 30 sa 37 tad-Direttiva 2010/43/UE.
|
|
Artikolu 33
|
Implimentat fil-Kapitolu 5, l-Artikoli 30 sa 37 tad-Direttiva 2010/43/UE.
|
|
Artikolu 43
|
Implimentat fil-Kapitolu 2, l-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2010/42/UE.
|
|
Artikolu 51
|
Implimentat fil-Kapitolu 6, l-Artikoli 38 sa 45 tad-Direttiva 2010/43/UE.
|
|
Artikolu 60
|
Implimentat fil-Kapitolu 3, l-Artikoli 8 sa 23, 25 u 28 tad-Direttiva 2010/42/UE.
|
|
Artikolu 61
|
Implimentat fil-Kapitolu 3, l-Artikoli 24 u 26 tad-Direttiva 2010/42/UE.
|
|
Artikolu 62
|
Implimentat fil-Kapitolu 3, l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2010/42/UE.
|
|
Artikolu 64
|
Implimentat fil-Kapitolu 3, l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/42/UE.
|
|
Artikolu 75
|
Implimentat fir-Regolament (UE) Nru 583/2010.
|
|
Artikolu 78
|
Implimentat fir-Regolament (UE) Nru 583/2010.
|
|
Artikolu 81
|
Implimentat fir-Regolament (UE) Nru 583/2010.
|
|
Artikolu 95
|
Implimentat fil-Kapitolu 4, l-Artikoli 30 sa 33 tad-Direttiva 2010/42/UE.
|
|
Artikolu 111
|
Mhux eżerċitat billi huwa artikolu fakultattiv ("jista") li jkopri emendi tekniċi għad-Direttiva.
|
4. Konklużjoni
B’dan ir-rapport, il-Kummissjoni tikkonforma mal-obbligu tar-rapportar fl-Artikolu 112a tad-Direttiva 2009/65/KE.
Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.