Brussell, 26.6.2015

COM(2015) 317 final

ITTRA EMENDATORJA Nru
GĦALL-ABBOZZ TA' BAĠIT ĠENERALI TAL-2016

FINANZJAMENT TAL-FOND TA' GARANZIJA TAL-ESFI


Wara li kkunsidrat:

–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 39 tiegħu,

–l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 adottat mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2015 2 ,

il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-ittra emendatorja Nru 1 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 għar-raġunijiet stabbiliti fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.

RAPPORT TAD-DĦUL U TAN-NEFQA SKONt IT-TAQSIMA

Il-bidliet fir-rapport tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fuq il-EUR-Lex ( http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’dan ir-rapport hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.

WERREJ

1    Introduzzjoni    

2    Adozzjoni tal-bażi ġuridika tal-EFSI: it-tlestija tal-istruttura baġitarja tal-EFSI        

2.1    Id-dħul tal-approprjazzjonijiet fil-linja    

2.2    Il-ħolqien ta’ linja baġitarja ġdida għat-tariffi tal-FEI    

3    Qbil politiku tal-EFSI: konsegwenzi għal finanzjament fl-2016    

3.1    Tnaqqis ta' allokazzjonijiet mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa    

3.2    Riallokazzjoni mnaqqsa minn Orizzont 2020    

3.3    L-użu tal-marġnijiet addizzjonali    

3.4    L-ebda ħtieġa addizzjonali għal approprjazzjonijiet ta’ pagament    

4    Konklużjoni    

5    Tabella sommarja skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali    

1Introduzzjoni

Din l-Ittra Emendatorja Nru 1 (AL1) għall-abbozz tal-baġit għas-sena 2016 tirrifletti l-impatt baġitarju tal-ftehim politiku dwar il-finanzjament tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSI milħuq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-28 ta’ Mejju 2015, li ffaċilita l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (EFSI) fl-24 ta’ Ġunju 2015 3 . L-adozzjoni tal-att baziku tal-EFSI tfisser li l-approprjazzjonijiet korrispondenti għall-proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija u l-finanzjament ta’ Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment (EIAH) u l-Portal tal-Proġetti ta’ Investiment Ewropej (IPP) jistgħu jiġu trasferiti mir-riżerva għal-linji operazzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tlesti l-istruttura tal-baġit għall-EFSI bil-ħolqien tal-artikolu baġitarju ġdid 01 04 07, b’annotazzjoni pro memoria (p.m.), fid-dawl ta’ kontribuzzjoni possibbli mill-baġit tal-UE biex tissupplimenta t-tariffi li jkopru l-ħidma mwettqa mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) fl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ġodda taħt il-EFSI.

B’mod ġenerali, il-ftehim politiku naqqas b’EUR 1 biljun ir-riallokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-programmi ta' Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) kif inizjalment propost mill-Kummissjoni bħala parti tal-proposta leġiżlattiva tagħha għall-ħolqien tal-EFSI 4 , li għandu jiġi kkumpensat minn żieda korrispondenti fl-użu ta’ marġini mhux allokat taħt l-intestatura 1a u l-Marġini Globali għall-Impenji. Bħala parti mill-ftehim politiku, il-Kummissjoni ddikjarat li se tanalizza l-impatt potenzjali tal-kontribuzzjonijiet għall-EFSI mil-linji diversi tal-baġit ta’ Orizzont 2020 dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-programmi rispettivi.

Konsegwentement, f’din l-Ittra Emendatorja, il-Kummissjoni tipproponi li titnaqqas ir-riallokazzjoni tal-2016 minn numru ta’ linji baġitarji taħt Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Dan iwassal għal żieda tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għal Orizzont 2020 b’ammont ta’ EUR 153 miljun u żieda ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (trasport) b’ammont ta’ EUR 150 miljun. Dan ser jiġi kkumpensat b’żieda korrispondenti fl-użu ta’ marġnijiet disponibbli għall-proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSI: tnaqqis tal-marġini mhux allokat tal-2016 taħt l-intestatura 1a b’EUR 111,4 miljun u żieda fl-użu tal-Marġni Globali għall-Impenji b’EUR 191,6 miljun.

L-impatt nett ta’ dawn il-bidliet huwa żieda ta’ EUR 303 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn meta mqabbla mal-abbozz ta' baġit tal-2016. Il-livell globali tal-pagamenti jibqa’ l-istess.

2Adozzjoni tal-bażi ġuridika tal-EFSI: it-tlestija tal-istruttura baġitarja tal-EFSI

2.1Id-dħul tal-approprjazzjonijiet fil-linja

Skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju, fl-abbozz ta' baġit 2016 il-Kummissjoni poġġiet l-approprjazzjonijieti tal-EFSI f’riżerva, sakemm tiġi adottata l-bażi ġuridika tal-EFSI. Issa li ġiet adottata l-bażi ġuridika, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fuq linji operazzjonali, kif ġej:

-01 04 05: Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSI EUR 2 030 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 500 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament;

-01 04 06: Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment (EIAH) u Portal tal-Proġetti ta’ Investiment Ewropej (IPP): EUR 20 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

2.2Il-ħolqien ta’ linja baġitarja ġdida għat-tariffi tal-FEI

Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li tlesti l-istruttura baġitarja għall-EFSI bil-ħolqien ta’ artikolu baġitarju ġdid 01 04 07 'Tariffi dovuti lill-Fond Ewropew tal-Investiment għal aktar assistenza fil-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi', b’annotazzjoni pro memoria (p.m.).

Il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) se jipprovdi assistenza fl-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ġodda fl-EFSI, bħat-tkabbir tal-ekwità u l-faċilitajiet ta’ koinvestiment. Ir-rwol tal-FEI se jkun essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida tal-istrumenti finanzjarji l-ġodda.

Il-FEI se jkun intitolat li jirċievi tariffi ta' prestazzjoni, tariffi ta' bidu ta' negozju u xi tariffi amministrattivi mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Kif previst mir-Regolament EFSI, dawn it-tariffi jistgħu jiġu mħallsa mill-baġit ġenerali tal-Unjoni sa fejn dawn ma jkunux tnaqqsu mir-remunerazzjonijiet jew mid-dħul, l-irkupri jew il-ħlasijiet oħrajn li jaslu mill-FEI. Madankollu, hu mistenni li jimmaterjalizza dħul limitat ħafna fil-bidu tal-2016, filwaqt li l-kostijiet imġarrba mill-FEI se jiżdiedu b’mod konsistenti flimkien mal-aċċelerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrumenti l-ġodda. B’kunsiderazzjoni ta' dan, l-artikolu baġitarju l-ġdid huwa propost sabiex wieħed ilaħħaq ma’ insuffiċjenza possibbli ta’ dħul, f’każ ta’ bżonn.

3Qbil politiku tal-EFSI: konsegwenzi għal finanzjament fl-2016

3.1Tnaqqis ta' allokazzjonijiet mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

Bħala parti mill-ftehim politiku dwar il-finanzjament tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSI milħuq fit-28 ta’ Mejju 2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li titnaqqas il-kontribuzzjoni ġenerali mil-fergħa tat-trasport tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF-Transport) għall-finanzjament tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSI b’EUR 500 miljun. Il-Ftehim kien jinkludi wkoll li dan l-ammont għandu jiżdied esklussivament mal-linji baġitarji li jimplimentaw l-għotjiet ta' Trasport-CEF. Sabiex jiġi żgurat profil annwali bla xkiel, huwa propost li jerġa’ jiddaħħal EUR 150 miljun fis-sena 2016 u li dan l-ammont jiġi allokat fuq it-tliet linji baġitarji ta’ CEF-Transport (għotjiet) fi proporzjon mal-kontribuzzjonijiet lill-EFSI inklużi fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu wkoll li jirriallokaw EUR 500 miljun mil-linja baġitarja li timplimenta l-istrumenti finanzjarji tas-CEF-Transport lejn il-linji tal-baġit li jimplimentaw l-għotjiet tas-CEF-Transport. Fid-dawl tal-fatt li l-iffirmar tal-ftehim ta’ delega mal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-Istrument ta' Dejn tas-CEF għadu pendenti, qed jiġi propost li jiġi riallokat l-ammont ta’ EUR 250 miljun fis-sena 2016. L-ammont li jifdal ta’ EUR 250 miljun huwa propost li jsegwi fis-snin 2017 sa 2020.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali skont il-linja baġitarja tal-kontribuzzjonijiet inizjali u dawk riveduti mis-CEF u d-differenza li tirriżulta li għandha tkun inkluża fl-abbozz ta' baġit 2016 permezz ta’ din l-ittra emendatorja:

FAĊILITÀ NIKKOLLEGAW L-EWROPA

Linja Baġitarja

2016

Kontribuzzjoni inizjali

Kontribuzzjoni riveduta

Differenza

06 02 01 01

It-tneħħija tal-effett lembut, it-tisħiħ tal-interoperabbiltà ferrovjarja, il-bini ta’ konnessjonijiet nieqsa u t-titjib tat-taqsimiet transfruntieri

520 276 456 01

200 212 706 01

320 063 750 01

06 02 01 02

Żgurar ta’ sistemi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti

32 430 886 01

11 946 786 01

20 484 100 01

06 02 01 03

Ottimizzar tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-modi tat-trasport u t-titjib tal-interoperabilità

97 292 658 01

37 840 508 01

59 452 150 01

06 02 01 05

Ħolqien ta’ ambjent li jiffaċilita l-investiment privat għal proġetti fl-infrastruttura tat-trasport

0

250 000 000 01

-250 000 000 01

Total CEF- TRASPORT

650 000 000 01

500 000 000

150 000 000

3.2Riallokazzjoni mnaqqsa minn Orizzont 2020

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu wkoll li titnaqqas il-kontrubuzzjoni kumplessiva minn Orizzont 2020 għall-finanzjament tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSI b’EUR 500 miljun. Il-ftehim inkluda li t-tliet linji baġitarji li ġejjin mhumiex se jikkontribwixxu għar-riallokazzjoni minn Orizzont 2020 għall-proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSI: 'Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka', 'Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie' u 'It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni'. Il-Kummissjoni tipproponi li l-profil annwali oriġinali (kif previst qabel il-proposta tal-EFSI) ta’ dawn it-tliet linji baġitarji jkun kompletament restawrat.

L-approprjazzjonijiet għall-intestaturi tal-baġit ta’ Orizzont 2020 li fadal se jiġu introdotti mill-ġdid b’mod proporzjonat mad-daqs kumplessiv tal-kontribuzzjonijiet tagħhom matul il-perjodu tal-EFSI, kif inkluż fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni. Meta wieħed iqis l-istat ta’ avvanz tal-parti tal-2016 tal-Programmi ta’ Ħidma ta’ Orizzont 2020, il-Kummissjoni tipproponi li ma jiġix affettwat l-ammont li għandu jiġi riallokat minn Orizzont 2020 fl-2016 u biex tiżdied ir-rikostituzzjoni proporzjonali l-aktar fl-2017 kif indikat fir-rapport finanzjarju leġiżlattiv. Madankollu, dan għandu żewġ eċċezzjonijiet: ir-restawr tal-impenji għal-linja baġitarja 'Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija' hi skedata għas-sena 2016, minħabba l-ammont għoli ta’ riallokazzjoni inkluża għal dik is-sena fil-proposta tal-Kummissjoni. L-istess japplika għal-linja baġitarja 'Titjib tas-saħħa u l-benesseri matul il-ħajja'.

Wara kunsiderazzjoni bir-reqqa, il-Kummissjoni tistma li t-tqassim tal-kontribuzzjonijiet tal-Orizzont 2020 għall-finanzjament tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSI ma tkunx teħtieġ iktar aġġustamenti għall-2016. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali skont il-linja baġitarja tal-kontribuzzjonijiet inizjali u riveduti minn Orizzont 2020 u d-differenza li tirriżulta li għandha tiġi inkluża fl-abbozz ta' baġit 2016 permezz ta’ din l-Ittra Emendatorja:

ORIZZONT 2020

Linja Baġitarja

2016

Kontribuzzjoni inizjali

Kontribuzzjoni riveduta

Differenza

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

91 300 604

-

91 300 604

08 02 03 01

Titjib tas-saħħa u l-benesseri matul il-ħajja

51 282 083

50 443 643

838 440

08 02 04

It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni

9 269 247

-

9 269 247

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet u għarfien ġodda u innovazzjoni

30 000 000

-

30 000 000

15 03 05

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija - integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni ogħla, riċerka u innovazzjoni

136 000 000

114 408 291

21 591 709

Total ta' ORIZZONT 2020

317 851 934

164 851 934

153 000 000

3.3L-użu tal-marġnijiet addizzjonali

Sabiex ikun hemm sistema xierqa ta’ marġni mhux allokat taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi) għall-2016, il-Kummissjoni qed tipproponi l-użu komplet tal-Marġni Globali għall-Impenji disponibbli bħalissa marbuta mas-sena 2014 kif ikkalkulati mill-Kummissjoni fl-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju pluriennali 5 . L-użu tiegħu għalhekk kieku jiżdied b’EUR 191,6 miljun meta mqabbel mal-abbozz ta' baġit: minn EUR 351,4 miljun għal EUR 543 miljun. Il-marġni mhux allokat li fadal taħt l-intestatura 1a se jonqos b’EUR 111,4 miljun: minn EUR 200 miljun għal EUR 88,6 miljun.

3.4L-ebda ħtieġa addizzjonali għal approprjazzjonijiet ta’ pagament

B’kunsiderazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament mitluba fl-abbozz ta' baġit, il-Kummissjoni għamlet il-valutazzjoni li ġejja tal-ħtiġijiet ta’ pagament li jirriżultaw minn bidliet miftiehma għall-finanzjament tal-Fond ta’ Garanzija tal-EFSI:

-CEF: l-ebda approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali ma huma meħtieġa biex ikopru tnaqqis ta' riallokazzjoni f’approprjazzjonijiet ta’ impenn tas-CEF, peress li dan se jkollu biss impatt fuq il-pagamenti mis-sena 2017 ’il quddiem minħabba ż-żmien meħtieġ għas-sejħa għal proposti u evalwazzjoni tal-proġetti li għandhom jinżammu;

-Orizzont 2020: l-ebda approprijazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali ma huma mitluba għar-restituzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ Orizzont 2020, peress li l-Kummissjoni tistma li l-impatt relattivament żgħir fl-2016 jista' jiġi kopert mit-talba tal-baġit inkluża fl-abbozz ta' baġit tal-2016.

4Konklużjoni

Din l-Ittra Emendatorja Nru 1/2016 taġġorna l-abbozz ta' baġit tal-2016 biex jitqies ir-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv dwar il-EFSI. Fuq din il-bażi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill huma mistennija li jikkunsidraw l-estimi riveduti fid-dawl tad-deliberazzjonijiet tagħhom dwar il-baġit 2016.

5Tabella sommarja skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali

Intestatura

Abbozz ta' Baġit 2016

Ittra Emendatorja 1/2016

Abbozz ta' Baġit 2016

(inkl. AL1/2016)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1.

Tkabbir intelliġenti u inklużiv

69 440 081 847

66 578 193 962

303 000 000

69 743 081 847

66 578 193 962

Li minnhom fl-Istrument ta' Flessibbiltà

 

 

 

 

Li minnhom fil-Marġni Globali għall-Impenji (GMC)

351 431 584

 

191 568 416

 

543 000 000

 

Limitu

69 304 000 000

 

 

 

69 304 000 000

 

Marġni

215 349 737

 

 

 

103 918 153

 

1a

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

18 618 431 584

17 518 123 082

303 000 000

18 921 431 584

17 518 123 082

Li minnhom fil-Marġni Globali għall-Impenji (GMC)

351 431 584

 

191 568 416

 

543 000 000

 

Limitu

18 467 000 000

 

 

 

18 467 000 000

 

Marġni

200 000 000

 

 

 

88 568 416

 

1b

Koeżjoni ekonomika soċjali u territorjali

50 821 650 263

49 060 070 880

 

 

50 821 650 263

49 060 070 880

Li minnhom fl-Istrument ta' Flessibbiltà

 

 

 

 

Limitu

50 837 000 000

 

 

 

50 837 000 000

 

Marġni

15 349 737

 

 

 

15 349 737

 

2.

Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali

63 104 378 823

55 865 891 958

 

 

63 104 378 823

55 865 891 958

Limitu

64 262 000 000

 

 

 

64 262 000 000

 

Marġni

1 157 621 177

 

 

 

1 157 621 177

 

Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti

42 867 624 128

42 859 334 601

 

 

42 867 624 128

42 859 334 601

Sottolimitu

43 950 000 000

 

 

 

43 950 000 000

 

Marġni

1 081 657 872

 

 

 

1 081 657 872

 

3.

Sigurtà u ċittadinanza

2 669 966 698

2 258 959 739

 

 

2 669 966 698

2 258 959 739

Li minnhom fl-Istrument ta' Flessibbiltà

123 966 698

 

 

 

123 966 698

 

Limitu

2 546 000 000

 

 

 

2 546 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

4.

Ewropa Globali

8 881 729 361

9 539 215 403

 

 

8 881 729 361

9 539 215 403

Limitu

9 143 000 000

 

 

 

9 143 000 000

 

Marġni

261 270 639

 

 

 

261 270 639

 

5.

Amministrazzjoni

8 908 692 052

8 910 192 052

 

 

8 908 692 052

8 910 192 052

Limitu

9 483 000 000

 

 

 

9 483 000 000

 

Marġni

574 307 948

 

 

 

574 307 948

 

Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 096 096 572

7 097 596 572

 

 

7 096 096 572

7 097 596 572

Sottolimitu

7 679 000 000

 

 

 

7 679 000 000

 

Marġni

582 903 428

 

 

 

582 903 428

 

6.

Kumpens

 

 

Limitu massimu

 

 

 

 

 

Marġni

 

 

 

 

Totali

153 004 848 781

143 152 453 114

303 000 000

153 307 848 781

143 152 453 114

Li minnhom fl-Istrument ta' Flessibbiltà

123 966 698

45 700 000

 

 

123 966 698

45 700 000

Li minnhom fil-Marġni Globali għall-Impenji (GMC)

351 431 584

 

191 568 416

 

543 000 000

 

Limitu massimu

154 738 000 000

144 685 000 000

 

 

154 738 000 000

144 685 000 000

Marġni

2 208 549 501

1 578 246 886

 

 

2 097 117 917

1 578 246 886

 

Strumenti speċjali oħrajn

524 612 000

389 000 000

 

 

524 612 000

389 000 000

Total Kumplessiv

153 529 460 781

143 541 453 114

303 000 000

153 832 460 781

143 541 453 114

(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(2)  COM(2015) 300, 24.6.2015
(3)  PM reference EP.
(4)  COM(2015) 10, tat-13.1.2015.
(5)  COM(2015) 320, 22.5.2015.