RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini /* COM/2015/0145 final */
1.
Introduzzjoni
L-Inizjattiva
taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) hija waħda mill-innovazzjonijiet
il-kbar introdotti mit-Trattat ta' Lisbona[1]
u għandha l-għan li tinvolvi aktar mill-qrib liċ-ċittadini
fit-tfassil tal-aġenda fuq livell Ewropew. Wieħed mill-benefiċċji
ta' din l-għodda jinsab fil-ħolqien ta' rabtiet fost persuni
b'fehmiet simili madwar il-kontinent kollu b'mod li jiġu ffaċilitati
d-dibattitti pan-Ewropej dwar kwistjonijiet li b'mod ċar iħassbu
liċ-ċittadini. Diġa nġabru madwar sitt miljun dikjarazzjoni
ta’ appoġġ mill-organizzaturi tal-inizjattivi taċ-ċittadini
għad-diversi kawżi tagħhom, filwaqt li 10 % tal-inizjattivi
rreġistrati rnexxielhom jilħqu l-limitu minimu ta' miljun. L-ECI
tippermetti liċ-ċittadini jingħaqdu direttament mal-istituzzjonijiet
tal-UE sabiex jiddiskutu kwistjonijiet ewlenin fuq livell Ewropew. Dan
bil-għan li tissaħħaħ aktar il-leġittimità demokratika
tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tagħti importanza liema bħalha lill-ECI u
hija impenjata bis-sħiħ li tara li dan l-istrument jaħdem,
sabiex b'hekk ikun jista' jikseb il-potenzjal sħiħ tiegħu. Ir-regoli u
l-proċeduri dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini huma stipulati
f'Regolament[2]
li ġie adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi Frar 2011 u
daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2012. L-Istati Membri
kollha implimentaw ir-Regolament[3].
L-Artikolu 22 tar-Regolament jipprevedi li
sal-1 ta’ April 2015, u kull tliet snin wara din id-data,
il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kif deskritt
f'dan ir-rapport, l-analiżi tal-Kummissjoni hija msaħħa
mir-rispons kontinwu tal-partijiet ikkonċernati, fosthom l-organizzaturi
tal-inizjattivi taċ-ċittadini[4],
direttament jew permezz tal-inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman,
l-istudju tal-Parlament Ewropew, għadd ta' pubblikazzjonijiet, konferenzi
eċċ. Tqis ukoll tagħrif u perspettivi miġbura mill-Istati
Membri[5]
permezz tal-grupp ta' esperti tal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva
taċ-ċittadini[6].
2. Qagħda Attwali Il-proċess
tal-ECI jinvolvi numru ta' passi. Sabiex titnieda inizjattiva
taċ-ċittadini, l-organizzaturi għandhom jiffurmaw "kumitat
taċ-ċittadini". Qabel ma jkunu jistgħu jibdew jiġbru
dikjarazzjonijiet ta' appoġġ mill-firmatarji, l-inizjattiva proposta
għandha tiġi rreġistrata mill-Kummissjoni. Ladarba
r-reġistrazzjoni tkun ikkonfermata, l-organizzaturi għandhom sena
żmien biex jiġbru l-appoġġ neċessarju sabiex
jintlaħqu l-limiti minimi meħtieġa. Sa minn
April 2012, il-Kummissjoni rċeviet 51 talba għal reġistrazzjoni
ta' inizjattivi taċ-ċittadini proposti. 31 minnhom ġew
irreġistrati (16-il reġistrazzjoni fl-2012, disgħa fl-2013,
ħamsa fl-2014 u waħda fl-2015). Bħalissa hemm tliet inizjattivi
li qegħdin jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ[7]. Tmintax-il
inizjattiva waslu sa tmiem il-perjodu ta' ġbir tagħhom (10 oħra[8]
ġew irtirati qabel tmiem il-perjodu ta' ġbir tagħhom). Fost dawk
it-18, tliet inizjattivi laħqu n-numru meħtieġ ta'
dikjarazzjonijiet ta' appoġġ u ġew ippreżentati
lill-Kummissjoni. Tnejn
minnhom diġà rċevew tweġiba formali mill-Kummissjoni:
"L-ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku,
mhux komodità!" ("Right2Water") ("Id-dritt
għall-ilma") u "One of Us" ("Wieħed minna").
It-tielet
waħda "Stop vivisection" ("Inwaqqfu l-vivisezzjoni")
qiegħda tiġi miflija mill-Kummissjoni u ser tirċievi
tweġiba sat-3 ta' Ġunju 2015 (ara wkoll
il-punt 3.e). Għoxrin
inizjattiva proposta ma ssodisfawx il-kriterji ta' reġistrazzjoni u
għaldaqstant ma' setgħux jiġu rreġistrati
mill-Kummissjoni. Irreġistrati || Mhux irreġistrati Ġbir għadu għaddej || Irtirati mill-organizzaturi || Ġbir ingħalaq[9] || Inizjattivi magħluqin mingħajr l-appoġġ meħtieġ[10] || Ippreżentati lill-Kummissjoni – il-Kummissjoni għadha ma weġbitx || Imwieġbin mill-Kummissjoni || Reġistrazzjoni ma ntlaqgħetx 3 || 10 || 3 || 12 || 1 || 2 || 20 31 Sitt kumitati taċ-ċittadini ddeċidew
li jressqu proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali kontra
deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni
tal-inizjattivi proposti tagħhom[11].
Il-kumitat organizzattiv ta' "One of us" ikkontesta l-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni[12].
Dawn il-kawżi kollha għadhom pendenti. L-Ombudsman Ewropew
irċieva żewġ ilmenti minn organizzaturi ta' inizjattivi.
L-Ombudsman diġà għalaq wieħed mill-ilmenti[13],
fejn ikkonkluda li ma kien hemm l-ebda amministrazzjoni ħażina
min-naħa tal-Kummissjoni. It-tieni każ għadu qiegħed
jiġi analizzat mill-Ombudsman[14]. 3. Implimentazzjoni tal-Proċedura tal-ECI Dan li ġej
jipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-proċedura tal-ECI matul
il-fażijiet suċċessivi taċ-ċiklu ta' ħajja ta'
inizjattiva. a.
Il-kumitat
taċ-ċittadini Inizjattiva taċ-ċittadini trid tiġi
organizzata minn kumitat taċ-ċittadini ta' mill-anqas seba’
ċittadini tal-UE li jkunu residenti f’seba’ Stati Membri differenti, u li
jkunu tal-età li tintitolahom jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Mal-Kummissjoni jiġu rreġistrati biss dawk is-seba’ membri
meħtieġa sabiex ikun hemm konformità ma' din il-kundizzjoni. Statistika dwar il-membri ta' kumitati
taċ-ċittadini – Residenza u
nazzjonalità tal-membri tal-kumitati għall-inizjattivi rreġistrati:
Ir-Residenza In-Nazzjonalità –
Età tal-membri tal-kumitati għall-inizjattivi
rreġistrati: b.
Il-fażi
tar-reġistrazzjoni Sabiex tiġi rreġistrata, l-inizjattiva
proposta trid tkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(2)
tar-Regolament, li jirrikjedu li jkun ġie ffurmat kumitat
taċ-ċittadini u li jkunu nħatru l-persuni ta’ kuntatt; li l-inizjattiva proposta ma tkunx taqa’ manifestament
barra mill-ambitu tas-setgħat tal-Kummissjoni li tressaq proposta
għal att legali tal-Unjoni għall-għan ta’ implimentazzjoni
tat-Trattati; li l-inizjattiva ma tkunx manifestament abbużiva, frivola
jew vessatorja; u ma tkunx manifestament kuntrarja għall-valuri tal-Unjoni
kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Kienu
rreġistrati 31 inizjattiva proposta, li jkopru firxa wiesgħa ta'
suġġetti, mill-ambjent, il-mobilità u l-edukazzjoni
għall-koperazzjoni għall-iżvilupp u l-kwistjonijiet soċjali[15]. Ma setgħux
jiġu rreġistrati[16]
20 proposta għaliex kienu manifestament barra mill-ambitu tas-setgħat
tal-Kummissjoni li tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni
għall-għan ta’ implimentazzjoni tat-Trattati.
Id-deċiżjonijiet kollha li jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni
ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-ECI. c.
Il-fażi
tal-ġbir Sabiex
jiġbru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, l-organizzaturi
għandhom 12-il xahar mid-data tar-reġistrazzjoni mill-Kummissjoni
tal-inizjattiva proposta tagħhom. Kull
ċittadin tal-UE li għandu l-età minima sabiex jivvota
fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huwa intitolat jappoġġa
inizjattiva. Skont ir-Regolament, sabiex jintlaħaq dak il-għan,
il-firmatarji għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit ta' rabta ta'
nazzjonalità jew residenza ma' Stat Membru partikolari u jipprovdu dejta
personali, biex b'hekk ikun possibbli li dak l-Istat Membru jivverifika
id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ tiegħu. Dawn ir-rekwiżiti
jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor[17].
Dawn id-diverġenzi jwaqqfu lil xi ċittadini tal-UE milli
jappoġġaw inizjattiva taċ-ċittadini[18]. Din
is-sitwazzjoni ħolqot kritika u frustrazzjoni fost l-organizzaturi u
l-firmatarji, fejn ħafna minnhom huma tal-fehma li d-differenzi
fit-trattament u l-ammont kbir ta' dejta personali meħtieġa minn xi
Stati Membri, fosthom xi mdaqqiet numru ta' identifikazzjoni personali,
jistgħu jnaffru bosta ċittadini milli jagħtu l-appoġġ
tagħhom. Ir-rekwiżiti
huma stipulati fl-Anness III tar-Regolament, li jista' jiġi mmodifikat
minn att delegat tal-Kummissjoni fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati.
Il-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha sabiex
tħeġġeġ lill-Istati Membri jissimplifikaw ir-rekwiżiti
tagħhom. Bosta Stati
Membri diġà wieġbu b'mod pożittiv għall-istediniet
tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni. Modifika tal-Anness III, li
daħlet fis-seħħ fit-8 ta' Ottubru 2013, kien fiha
bidliet issuġġeriti minn Spanja, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu,
in-Netherlands u s-Slovenja. B'mod partikolari, in-Netherlands taw
l-opportunità liċ-ċittadini Netherlandiżi li ma jgħixux
fin-Netherlands li juru appoġġ permezz ta' formola
Netherlandiża, u Spanja offriet il-possibilità liċ-ċittadini
tal-UE li mhumiex Spanjoli residenti fi Spanja li jagħtu
l-appoġġ tagħhom permezz ta' formola Spanjola, u b'hekk
jitnaqqas in-numru ta' ċittadini esklużi mid-dritt tagħhom li
jappoġġaw inizjattiva. It-tieni modifika, li ġiet adottata
mill-Kummissjoni f'Marzu 2015 u li bħalissa qiegħda tiġi
studjata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill[19],
tissimplifika aktar ir-rekwiżiti għal-Latvja, Malta u l-Isvezja. Il-firmatarji
jistgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom f'format ta' karta jew
dak elettroniku, permezz ta' formoli huma konformi mal-mudelli stipulati
fl-Anness III tar-Regolament. Huwa wkoll possibbli li inizjattiva tiġi
appoġġata permezz ta' "firma elettronika avvanzata"[20]. Sa
issa, ma ġie rrappurtat l-ebda użu minn din tal-aħħar. Madwar 55 %
tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura mit-tliet inizjattivi,
"Right2Water", "One of us" u "Stop Vivisection"
inġabru online. Inizjattiva || Dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura f'format ta' karta || Dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġbura online Right2Water || Madwar 20 % || Madwar 80 % One of us || Madwar 70 % || Madwar 30 % Stop vivisection || Madwar 40 % || Madwar 60 % Ladarba
l-inizjattiva proposta tagħhom tiġi rreġistrata, l-organizzaturi
jistgħu jagħtu wkoll lill-Kummissjoni traduzzjonijiet bi kwalunkwe
lingwa uffiċjali tal-UE tal-inizjattiva proposta tagħhom. Qabel
il-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni tivverifika li ma jkun hemm l-ebda
inkonsistenza ċara u sinifikanti bejn it-test tradott u l-verżjoni
oriġinali tat-titolu, is-suġġett u l-objettivi tal-inizjattiva
proposta. Il-pubblikazzjoni tat-traduzzjoni tippermetti lill-organizzaturi li
jużaw din l-istess verżjoni lingwistika għad-deskrizzjoni
tal-inizjattiva proposta tagħhom inkluża fil-formuli uffiċjali
ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ. B'kollox, aktar
minn 300 traduzzjoni ġew ippubblikati fir-reġistru tal-ECI.
Bħala medja, l-inizjattivi proposti ġew tradotti fi 11-il lingwa.
Erba' inizjattivi provdew traduzzjonijiet bil-lingwi uffiċjali kollha
tal-UE. Daqs terz tat-traduzzjonijiet kellhom jiġu riveduti (darba jew
bosta drabi) mill-organizzaturi qabel il-pubblikazzjoni tagħhom. Il-ġbir online Skont
l-Artikolu 6 tar-Regolament, l-organizzaturi għandhom jibnu sistema
ta' ġbir online u jiċċertifikawha minn awtorità kompetenti tal-Istat
Membru[21]
li fih ser tinħażen id-dejta miġbura, qabel ma jibdew
jinġabru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ online permezz ta' din
is-sistema. Sabiex jiġu
ċċertifikati, is-sistemi għandhom jaċċertaw li, fost
l-oħrajn, id-dejta tal-firmatarji tinġabar u tinħażen b'mod
sigur billi tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati
fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 1179/2011.
Iċ-ċertifikazzjoni
tista' tintalab mill-organizzaturi qabel jew wara li jirreġistraw
l-inizjattiva proposta tagħhom mal-Kummissjoni. Madankollu, id-data minn
meta jibda l-perjodu ta' żmien għall-ġbir hija f'kull każ
dik tar-reġistrazzjoni tal-inizjattiva proposta mal-Kummissjoni,
irrispettivament minn jekk is-sistemi tal-organizzaturi jkunux jew le diġà
ġew iċċertifikati. F'ħafna mill-każijiet,
l-organizzaturi ma kinux iċċertifikaw is-sistemi tagħhom qabel
ir-reġistrazzjoni tal-inizjattiva tagħhom mill-Kummissjoni.
Minħabba f'hekk, filwaqt li setgħu jibdew jiġbru
l-appoġġ permezz tal-formula bil-karta, kellhom anqas minn 12-il
xahar għall-ġbir online. L-iċċertifikar tas-sistemi qabel
ir-reġistrazzjoni tal-inizjattivi korrispondenti hija kwistjoni ta'
tħassib għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għaliex
ikollhom jivverifikaw l-inizjattiva mingħajr ma jkunu żguri li din
ser tiġi rreġistrata. Kif previst
fir-Regolament tal-ECI, u fil-kuntest tal-Programm ISA (Soluzzjonijiet ta'
Interoperabbiltà għall-Amministrazzjonijiet)[22],
il-Kummissjoni żviluppat Software ta' Ġbir Online b'sors miftuħ
li ilu disponibbli sa mit-22 ta' Diċembru 2011 bla
ħlas. Diġà inħarġu tmien verżjonijiet tas-software
tal-Kummissjoni u b'mod progressiv dan ittejjeb, żdidulu elementi
ġodda u nżamm aġġornat. L-organizzaturi
jistgħu jużaw is-software tal-Kummissjoni (bil-bidliet jew mingħajr)
jew software ieħor tal-għażla tagħhom. Sabiex jibnu
sistema kompluta, l-organizzaturi jridu jsibu servers ospitanti (li wkoll
jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi) sabiex jinstallaw
is-software tagħhom. Ftit wara
d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-ewwel organizzaturi ta'
inizjattivi lmentaw dwar id-diffikultà biex isibu fornituri ospitanti adegwati
u li jifilħu jħallsu għalihom biex ikunu jistgħu jibnulhom
is-sistemi tagħhom. Fid-dawl ta' dan ix-xkiel li ma ħalliex
lill-organizzaturi jibdew jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ
online, il-Kummissjoni offriet b'mod eċċezzjonali, lil hinn
mill-obbligi tagħha skont ir-Regolament, li tospita s-sistemi ta'
ġbir online tal-organizzaturi fuq is-servers tagħha stess, bla
ħlas. Barra minn hekk,
għall-inizjattivi kollha rreġistrati sal-31 ta' Ottubru 2012, u
sabiex tagħmel tajjeb għad-dewmien ikkawżat minn dawn
il-kwistjonijiet loġistiċi, il-Kummissjoni ħadet
id-deċiżjoni politika li b'mod eċċezzjonali
taċċetta d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin
sal-1 ta' Novembru 2013. Fost il-31
inizjattiva rreġistrata, 21 inizjattiva ġabru dikjarazzjonijiet ta'
appoġġ online. Tnejn minnhom ("Right2Water" and "30
km/h - making the streets liveable!" [30 km/siegħa –
nagħmlu t-toroq abitabbli!]) użaw servers privati u s-sistemi
tagħhom ġew iċċertifikati mill-awtorità kompetenti
fil-Ġermanja[23].
L-oħrajn kollha bbenefikaw mill-offerta tal-Kummissjoni li tospita
s-sistemi kif deskritt hawn fuq u s-sistemi tagħhom ġew
iċċertifikati mill-awtorità kompetenti tal-Lussemburgu[24]. Apparti minn
hekk, l-organizzaturi kollha li għamlu l-ġbir online, użaw
is-software disponibbli grazzi għall-Kummissjoni. d.
Il-verifika
tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ Skont l-Artikolu 15 tar-Regolament,
l-Istati Membri ħatru awtoritajiet kompetenti[25]
għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ[26]. L-awtoritajiet tal-Istati Membri kollha
ntalbu jivverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ. Sitta u
għoxrin Stat Membru vverifikaw id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ
għat-tliet inizjattivi "Right2Water", "One of us" u
"Stop vivisection", filwaqt li żewġ Stati Membri vverifikaw
biss id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għall-waħda jew tnejn
minnhom. F'termini globali, kważi 90 %
tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin minn dawk it-tliet
inizjattivi f'daqqa ġew rikonoxxuti bħala validi mill-awtoritajiet
kompetenti. Kien hemm riżultati simili kemm għad-dikjarazzjonijiet
ta' appoġġ miġburin f'format ta' karta kif ukoll għal dawk
miġburin permezz ta' sistema ta' ġbir online. Għat-tliet inizjattivi kollha,
ħafna mill-awtoritajiet ivvalidaw 'il fuq minn 80 %
tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ, b'awtorità waħda biss li
kellha riżultati taħt 60 %. Il-verifika bbażata fuq kampjun
każwali ntużat minn 17-il Stat Membru (minnhom, erbgħa
fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin f'format
ta' karta biss u wieħed fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta'
appoġġ miġburin online biss). Ma ġew osservati l-ebda
diskrepanzi sinifikanti fir-riżultati bejn l-Istati Membri li jużaw
il-verifika bbażata fuq kampjun każwali u dawk li jivverifikaw
id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ kollha. Sabiex tagħti daqqa t'id
lill-Istati Membri fil-proċess ta' verifika tagħhom, il-Kummissjoni
żviluppat għodda ta' validazzjoni skont il-Programm ISA[27].
Ġiet żviluppata fuq il-bażi ta' għodda eżistenti u
diġà żviluppata mill-BSI, l-awtorità kompetenti Ġermaniża.
Sa issa, huma biss ftit l-Istati Membri li għamlu użu minn din
l-għodda. e.
Il-preżentazzjoni
u l-eżami tal-inizjattivi li jkunu laħħqu n-numru
meħtieġ ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ L-ewwel
inizjattiva, "Right2Water", ippreżentata lill-Kummissjoni
fl-20 ta' Diċembru 2013 talbet
għal-"leġiżlazzjoni li timplimenta d-dritt tal-bniedem
għall-ilma u s-sanità kif rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti u biex
tippromwovi l-forniment tal-ilma u s-sanità bħala servizzi pubbliċi
essenzjali għal kulħadd". F'konformità mar-Regolament tal-ECI, l-organizzaturi tagħha
ntlaqgħu mill-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli
għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u mir-rappreżentanti
tad-Direttorati Ġenerali rilevanti fis-17 ta' Frar 2014.
Fl-istess jum kien hemm smigħ pubbliku fil-Parlament Ewropew. Ir-risposta tal-Kummissjoni ġiet adottata
fid-19 ta' Marzu 2014. Twieġeb b'mod pożittiv
għat-talbiet fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħat li
taġixxi skont it-Trattati u fejn il-prinċipji tal-proporzjonalità u
tas-sussidjarjetà ġew imħarsin. Bħala segwitu
għall-inizjattiva "Right2Water", il-Kummissjoni tat il-kelma
tagħha dwar sensiela ta' azzjonijiet, li qegħdin jiġu
implimentati progressivament[28]. It-tieni inizjattiva, "One of us" talbet biex "l-UE
ttemm il-finanzjament ta’ attivitajiet li jinvolvu l-qerda ta’ embrijuni umani,
b’mod partikolari fl-oqsma tar-riċerka, tal-għajnuna
għall-iżvilupp u tas-saħħa pubblika". Ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni fit-28 ta' Frar 2014.
L-organizzaturi tagħha ntlaqgħu fid-9 ta' April 2014
mill-Kummissarju għar-Riċerka, ix-Xjenza u l-Innovazzjoni u
mir-rappreżentanti tad-Direttorati Ġenerali rilevanti. Is-smigħ
pubbliku fil-Parlament sar fl-10 ta' April 2014. Fit-28 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni adottat
il-Komunikazzjoni tagħha fejn tispjega li ma kinitx beħsiebha tressaq
proposta leġislattiva, ġaladarba il-qafas ġuridiku attwali
tal-UE, li kien ġie adottat ftit taż-żmien qabel mill-Parlament
Ewropew u mill-Kunsill, ġie meqjus bħala adegwat. It-tielet
inizjattiva, "Stop vivisection", titlob lill-Kummissjoni sabiex
"tħassar id-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni
tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi u biex
tippreżenta proposta ġdida li tħalli barra l-użu tal-esperimenti
fuq l-annimali u minflok tagħmel obbligatorju l-użu —
fir-riċerka bijomedika u tossikologika — ta' dejta li tolqot direttament
lill-ispeci umana." Ġiet
ippreżentata fit-3 ta' Marzu 2015 u qiegħda tistenna
risposta mill-Kummissjoni sat-3 ta' Ġunju 2015. In-numru u l-firxa ta' distribuzzjoni
tal-firmatarji "Right2Water" BE || BG || CZ || DK || DE || EE || IE || EL || ES || FR || HR || IT || CY || LV || LT 40549 || 1406 || 7575 || 0* || 1236455 || 516 || 2513 || 33220 || 58051 || 0* || 0 || 65223 || 2924 || 393 || 13252 LU || HU || MT || NL || AT || PL || PT || RO || SI || SK || FI || SE || UK || It-total 5566 || 18245 || 1635 || 21469 || 57643 || 3962 || 13964 || 3176 || 17546 || 20988 || 14589 || 11579 || 7104 || 1659543 *
Iċ-ċertifikati waslu wara ż-żmien
għall-preżentazzjoni. DK 3495 FR: 17247 Bl-aħdar: il-pajjiżi fejn intlaħaq il-limitu minimu
(13) "One of us": BE || BG || CZ || DK || DE || EE || IE || EL || ES || FR || HR || IT || CY || LV || LT 5478 || 906 || 11468 || 7563 || 137874 || 2417 || 6679 || 52977 || 144827 || 83503 || 12778 || 623947 || 6407 || 9132 || 11646 LU || HU || MT || NL || AT || PL || PT || RO || SI || SK || FI || SE || UK || It-total 5469 || 45933 || 23017 || 27271 || 24973 || 235964 || 65564 || 110405 || 3481 || 31951 || 1230 || 2468 || 26298 || 1721626 Bl-aħdar: il-pajjiżi fejn intlaħaq il-limitu minimu
(18) "Stop vivisection": BE || BG || CZ || DK || DE || EE || IE || EL || ES || FR || HR || IT || CY || LV || LT 0 || 12598 || 4075 || 4610 || 164304 || 2502 || 3333 || 1952 || 47194 || 61818 || 0 || 690325 || 533 || 3167 || 4737 LU || HU || MT || NL || AT || PL || PT || RO || SI || SK || FI || SE || UK || It-total 1291 || 26948 || 1662 || 9909 || 9208 || 38824 || 11305 || 1645 || 19507 || 12055 || 12495 || 7661 || 19472 || 1173130 Bl-aħdar: il-pajjiżi fejn intlaħaq il-limitu minimu (9) Il-firxa ta' distribuzzjoni tal-firmatarji turi li
l-organizzaturi ppreferew jikkonċentraw fuq xi Stati Membri
(speċjalment il-Ġermanja fil-każ ta' "Right2Water" u
l-Italja f'dak ta' "One of Us" u "Stop Vivisection") sabiex
jilħqu t-tir ta' miljun firma, filwaqt li jaċċertaw li fl-istess
ħin jintlaħaq il-limitu minimu f'seba' Stati Membri. L-esperjenza
s'issa tindika li, għall-organizzaturi ta' inizjattivi
taċ-ċittadini hija sfida partikolari li jagħmlu kampanji
bl-istess intensità fl-Istati Membri kollha tal-UE. Il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni Fir-Regolament ma hemmx previst limitu ta' żmien biex
l-organizzaturi jippreżentaw l-inizjattiva tagħhom lill-Kummissjoni
ladarba id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ tagħhom ikunu ġew
ivverifikati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Minħabba f'hekk,
fil-każ ta' inizjattiva waħda għaddiet aktar minn sena bejn
tmiem il-perjodu ta' ġbir u l-preżentazzjoni tagħha. Is-seduti ta' smigħ pubbliku
fil-Parlament Ewropew Sabiex
jimplimenta l-Artikolu 11 tar-Regolament u jagħti lok
għall-arranġamenti proċedurali meħtieġa, il-Parlament
Ewropew emenda r-regoli ta' proċedura tiegħu fl-2012[29]. Għaldaqstant,
il-Parlament Ewropew organizza żewġ seduti ta' smigħ, imsemmijin
hawn fuq[30].
F'dawn l-okkażjonijiet, il-Kummissjoni kienet irrappreżentata
mill-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali
(għal "Right2Water") u mill-Kummissarju għar-Riċerka,
ix-Xjenza u l-Innovazzjoni u mill-Kummissarju għall-Iżvilupp
(għal "One of Us"). f.
It-trasparenza:
l-iffinanzjar F'konformità mar-Regolament, l-organizzaturi jridu
jipprovdu tagħrif dwar is-sorsi kollha li jaqbżu l-EUR 500 kull
sena u għal kull sponsor. It-tagħrif kollu mogħti
mill-organizzaturi jinstab fir-Reġistru tal-ECI. || L-ebda sors ta' finanzjament || L-ammont totali ta' finanzjamenti u ta' appoġġ finanzjarju taħt l-EUR 10 000 || L-ammont totali ta' finanzjamenti u ta' appoġġ finanzjarju 'l fuq minn EUR 10 000 Numru ta’ inizjattivi || 14 || 9 || 8 It-tliet inizjattivi
li rnexxew huma fost it-tmien inizjattivi li ddikjaraw aktar minn
EUR 10 000 f'finanzjamenti u f'appoġġ finanzjarju
("Right2Water": EUR 140 000 – "One of Us":
EUR 159 219 – "Stop Vivisection": EUR 23 651). g.
Il-punt
ta' kuntatt F'konformità
mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament, il-Kummissjoni stabbiliet punt ta'
kuntatt li jagħti informazzjoni u assistenza, ibbażat
fiċ-Ċentru ta' Kuntatt Europe Direct. Dan iwieġeb għal kull
mistoqsija li jista' jkollhom iċ-ċittadini dwar regoli u
proċeduri tal-ECI, fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Sa minn
April 2012, il-punt ta' kuntatt wieġeb għal aktar minn 1080
mistoqsija. Ir-rikjesti
skont it-tip ta' mistoqsijiet Mistoqsijiet ġenerali jew dwar il-proċedura jew kummenti Mistoqsijiet minn firmatarji (potenzjali) (pereż. kif taderixxi bil-format ta' karta/online, kif jivverifikaw jekk tawx diġà l-appoġġ tagħhom, tħassib dwar is-sigurtà tas-sit) Mistoqsijiet dwar inizjattivi speċifiċi (pereż. l-istatus tagħhom, in-numru ta' firmatarji, kummenti favur jew kontra) Mistoqsijiet dwar l-għodod tal-IT (is-software u r-reġistru) u t-twaqqif ta' sistemi ta' ġbir online Il-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument (pereż. it-tipi ta' talbiet possibbli permezz tal-ECI, mistoqsijiet dwar il-kompetenzi tal-UE) Mistoqsijiet/ilmenti miċ-ċittadini li ma jistgħux jagħtu appoġġ (pereż. dawk esklużi minħabba r-Regolament jew li mhumiex detenturi ta' ID valida meħtieġa) Mistoqsijiet dwar il-komunikazzjoni (il-ġurnalisti, l-użu mill-ġdid tat-tagħrif u d-drittijiet tal-awtur) Permezz ta' dan
il-punt ta' kuntatt, il-Kummissjoni informalment twieġeb mistoqsijiet minn
organizzaturi potenzjali dwar il-kwistjoni ta' jekk tistax tiġi
rreġistrata inizjattiva taċ-ċittadini possibbli, qabel ma'
t-talba għal reġistrazzjoni tkun ippreżentata formalment
mill-organizzaturi lill-Kummissjoni. Sa minn April 2012, il-Kummissjoni
wieġbet madwar 15-il mistoqsija ta' din ix-xorta. Dawn it-tweġibiet
ingħataw bla preġudizzju għal kull risposta formali
mill-Kummissjoni li ssegwi talba għal reġistrazzjoni possibbli ta'
inizjattiva taċ-ċittadini proposta. Apparti
s-servizz provdut miċ-Ċentru ta' Kuntatt Europe Direct, ingħata
appoġġ direttament mis-servizzi tal-Kummissjoni lill-organizzaturi
ta' inizjattivi. Hekk kif jirreġistraw l-inizjattivi proposti
tagħhom, jistgħu jikkuntattjaw direttament lis-servizzi
tal-Kummissjoni permezz tal-kont tal-organizzatur tagħhom fuq is-sit web
tal-Kummissjoni (aktar minn 85 rikjesta ġew imwieġba minn
April 2012) jew bil-posta elettronika (madwar 125 rikjesta). Permezz
tal-posta elettronika u l-pjattaforma Joinup ġie provdut ukoll
appoġġ tekniku dwar is-software ta' ġbir online tal-Kummissjoni
u l-ospitar tas-sistemi ta' ġbir online (kważi 300 rikjesta)[31].
Ingħata wkoll appoġġ permezz ta' laqgħat, telefonati u
vidjokonferenzi apposta meta feġġ il-bżonn. 4. Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Il-Kummissjoni
hi tal-fehma li l-ECI ġiet implimentata bis-sħiħ. Il-fatt li
żewġ inizjattivi rnexxielhom itemmu ċ-ċiklu ta' ħajja
sħiħ ta' ECI, mir-reġistrazzjoni għall-ġbir
b'suċċess tal-appoġġ meħtieġ, sar-risposta
formali tal-Kummissjoni, li t-tielet waħda bħalissa qiegħda
tistenna wkoll din ir-risposta formali u li s-segwitu għall-inizjattiva
"Right2Water" bħalissa jinsab għaddej, jikkonferma li
qegħdin jiġu implimentati l-proċeduri u l-mekkaniżmi
neċessarji sabiex ikun żgurat li l-ECI tkun operattiva. Fl-istess waqt,
il-Kummissjoni hija konxja mill-fatt li għad hemm lok għal titjib.
Matul dawn l-aħħar tliet snin, il-partijiet ikkonċernati
identifikaw bosta sfidi f'rabta ma' dan il-qafas istituzzjonali u
leġiżlattiv ġdid, li jvarjaw minn aspetti pjuttost tekniċi
jew loġistiċi għal kwistjonijiet ta' xejra aktar politika.
B'mod partikolari, il-Kummissjoni tixtieq tixħet aktar dawl fuq dawn li
ġejjin[32]:
§ In-nuqqas
ta' personalità ġuridika tal-kumitati taċ-ċittadini: bosta
kumitati rrappurtaw tħassib dwar l-obbligazzjonijiet u l-ostakli,
pereż. li jiġbru l-fondi u l-ġestjoni tal-protezzjoni tad-dejta,
l-aktar fid-dawl tal-fatt li jkunu residenti f'tal-anqas seba' pajjiżi
differenti. § Ir-reġistrazzjoni: tibqa' sfida ewlenija għall-organizzaturi
minħabba li bosta inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej huma
manifestament barra mill-ambitu tal-kompetenzi tal-Kummissjoni. § Ir-rekwiżiti għall-firmatarji: id-diverġenzi bejn
il-kundizzjonijiet u d-dejta personali rikjesti mill-firmatarji mill-Istati
Membri differenti jibqgħu kwistjoni ta' tħassib, speċjalment
fil-każijiet fejn minħabba f'dan iċ-ċittadini jiġu
esklużi mid-dritt tagħhom li jappoġġjaw inizjattiva.
Il-Kummissjoni tilqa' l-approċċ kostruttiv ta' dawk l-Istati Membri
li sa issa wieġbu b'mod pożittiv għall-istediniet
tal-Kummissjoni sabiex ir-rekwiżiti (ta' dejta) tagħhom ikunu
uniformi u jiġu ssimplifikati, madankollu hemm bżonn ta' aktar sforzi
sabiex l-għodda tal-ECI tkun aktar aċċessibbli. § L-iskeda ta' żmien taċ-ċiklu ta' ħajja tal-ECI:
l-organizzaturi indikaw li ż-żmien meħtieġ sabiex jibnu
s-sistemi ta' ġbir online tagħhom ifisser li fil-biċċa
l-kbira tal-każijiet, ikollhom anqas minn 12-il xahar għall-ġbir
u dan għandu jiġi aġġustat. In-nuqqas ta' limitu ta'
żmien speċifiku għall-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta'
inizjattiva li tirnexxi huwa wkoll sors potenzjali ta' konfużjoni u
inċertezza, sew għall-istituzzjonijiet u sew għall-pubbliku. § Il-proċess tal-ivverifikar tat-traduzzjonijiet tal-inizjattivi
proposti pprovduti mill-organizzaturi tagħhom stess instab li kien
ikkumplikat. L-organizzaturi sabuha diffiċli li jaċċertaw
il-preċiżjoni meħtieġa tat-traduzzjonijiet tagħhom,
anke fuq il-bażi tal-kummenti li waslulhom mingħand il-Kummissjoni
dwar l-ewwel verżjoni(jiet) tagħhom. § Dwar il-ġbir online, l-offerta tal-Kummissjoni li tospita
s-sistemi rnexxielha tegħleb l-akbar xkiel. Mandankollu, il-partijiet
ikkonċernati għadhom kritiċi fil-konfront tal-kumplessità
tal-proċedura attwali ta' ċertifikazzjoni u mhumiex sodisfatti
għal kollox bl-elementi offruti mis-software tal-Kummissjoni. Barra minn
hekk, is-servizz ta' ospitar tas-sistemi mill-Kummissjoni ġie offrut
bħala servizz temporanju u fuq bażi eċċezjonali,
minħabba li ma kienx previst fir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti
ta' bosta Stati Membri mhumiex komdi bil-possibiltà li l-organizzaturi jitolbu
ċ-ċertifikazzjoni tas-sistema tagħhom qabel ma l-inizjattiva
proposta tagħhom tkun irreġistrata mal-Kummissjoni. Żewġ
sistemi ġew iċċertifikati iżda qatt ma ntużaw
minħabba li l-inizjattivi korrispondenti ma setgħux jiġu
rreġistrati mill-Kummissjoni. Fid-dawl ta' dan
ta' hawn fuq, il-Kummissjoni dan l-aħħar ikkummissjonat studju dwar
l-impatti tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) fuq
l-ECI[33],
li ser jikkontribwixxi għar-riflessjoni tal-Kummissjoni dwar
il-proċess ta' ġbir online. § Matul iż-żewġ seduti ta' smigħ pubbliku organizzati
mill-Parlament Ewropew, ħadd minn fost il-partijiet ikkonċernati jew
l-esperti, għajr għall-organizzaturi tal-ECI ma ġie mistieden li
jieħu sehem b'mod attiv. Għandhom isiru tentattivi sabiex
is-smigħ pubbliku jkun organizzat b'tali mod li jkun aċċertat li
l-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw fehmiet u perspettivi
differenti jsemmgħu leħinhom. Dan hu aktar u aktar importanti
minħabba li l-perjodu ta' tliet xhur previst mir-Regolament tal-ECI
għat-tħejjija tar-risposta tal-Kummissjoni għal inizjattiva li
tirnexxi huwa qasir ferm u ftit iħalli ħin għall-organizzazzjoni
ta' konsultazzjoni formali mal-partijiet ikkonċernati. § Xi organizzaturi tal-ECI (u partijiet ikkonċernati oħrajn)
huma tal-fehma li ma hemmx biżżejjed djalogu u interazzjoni
mal-Kummissjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta'
ħajja tal-ECI u b'mod partikolari wara l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini. Jixtiequ li
l-proċessi ta' eżami u dak ta' segwitu jkunu aktar strutturati u li
jkunu involuti fihom b'mod aktar estensiv. 5. Konklużjonijiet Għadu
kmieni wisq sabiex ikunu vvalutati l-impatti fit-tul tal-ECI fuq
il-proċess istituzzjonali u leġiżlattiv tal-UE. Il-Kummissjoni
hija impenjata li tkompli bil-monitoraġġ u bid-diskussjoni ta'
sensiela ta' kwistjonijiet li jolqtu l-ECI, u prinċipalment dawk identifikati
hawn fuq, f'kooperazzjoni u koordinazzjoni sfiqa bejn il-bosta partijiet
ikkonċernati u bil-għan li jittejjeb l-istrument. F'dan
ir-rigward, il-Kummissjoni ħadet nota b'interess tal-istudju mwettaq
mill-Parlament Ewropew[34],
tal-konklużjonijiet tal-inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman
Ewropew[35]
u tal-eżitu tal-"Jiem dwar l-ECI" organizzati kull sena
mill-2012 'il hawn mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u wħud
mis-sħab tas-soċjetà ċivili[36].
Filwaqt li
l-eżitu tal-istudju tal-Kummissjoni li għaddej bħalissa dwar
il-kwistjoni tal-ġbir online ser iservi ta' gwida aktar preċiża
għall-pożizzjoni tal-Kummissjoni, hi ser tkompli tipprovdi, bla
ħlas, is-servizz ta' ospitar tas-sistemi lill-organizzaturi, sakemm ikun
hemm bżonn. Dawn
il-proċessi differenti ikkontribwew u ser jibqgħu jikkontribwixxu
għar-riflessjonijiet attwali tal-istituzzjonijiet dwar l-ECI.
Il-Kummissjoni qiegħda tistenna b'ħerqa li tkun involuta f'aktar
diskussjonijiet fil-fond mal-leġiżlatur u li tirċievi r-rapport
fuq inizjattiva proprja tal-Parlament Ewropew, li ser jikkunsidra
d-diskussjonijiet fis-Smigħ pubbliku dwar l-ECI organizzat b'mod
konġunt mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat
għall-Petizzjonijiet fi Frar 2015. [1] L-Artikolu 11(4)
tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li għandu x'jaqsam
maċ-Ċittadinanza tal-Unjoni [2] Ir-Regolament (UE)
Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini
(ĠU L 65/1, 11.03.2011) [3] Id-dispożizzjonijiet
adottati minn uħud mill-Istati Membri qajmu kwistjonijiet ta' konformità
li ssolvew, bl-eċċezzjoni ta' żewġ Stati Membri. [4] Iċ-ċifri
marbutin mal-ġbir ta' dikjarazzjonijiet ta' appoġġ huma
bbażati biss fuq it-tliet inizjattivi ppreżentati, għaliex dawn
huma l-uniċi ċifri uffiċjali disponibbli għall-Kummissjoni
u l-Istati Membri. [5] Minħabba
d-diverġenzi fil-prattiki tal-Istati Membri, id-dettal fit-tagħrif
disponibbli jvarja. B'mod partikolari, fil-Kroazja, l-ECI ilha applikabbli biss
sa mill-adeżjoni tagħha mal-UE (Lulju 2013). [6] Ara http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/legislative-framework?lg=mt għal aktar
tagħrif. [7] http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/initiatives/ongoing?lg=mt [8] Erbgħa minnhom
irtiraw biss biex jirreġistraw mill-ġdid. [9] Formalment,
il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni dwar jekk l-organizzaturi
rnexxilhomx jew le jiġbru n-numru meħtieġ ta' dikjarazzjonijiet
ta' appoġġ. [10] Il-Kummissjoni ma
għandhiex informazzjoni uffiċjali dwar in-numru preċiż ta'
dikjarazzjonijiet ta' appoġġ miġburin għal dawn
l-inizjattivi. [11]
Kawżi T-754/14, T-361/14, T-44/14, T-529/13, T-450/12, T-646/13 [12] Il-Kawża T-561/14 [13] Ilment 2013/2071 [14] Ilment 2014/402 [15] Il-lista sħiħa
disponibbli fir-reġistru tal-ECI: http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/welcome?lg=mt [16] http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/initiatives/non-registered?lg=mt [17] Min-naħa l-oħra,
l-proposta inizjali għal Regolament tal-Kummissjoni kienet tipprevedi
rekwiżiti uniformi għall-Istati Membri kollha, li setgħu
jippermettu lil kull ċittadin Ewropew, li jkun jissodisfa r-rekwiżit
tal-età, li jappoġġa inizjattiva taċ-ċittadini. Madankollu,
wara dak li rriżulta min-negozjati interistituzzjonali, ir-Regolament
tal-ECI aħħari issa jipprevedi rekwiżiti li jvarjaw minn Stat
Membru għall-ieħor. [18] Bħalissa dan
jikkonċerna l-aktar liċ-ċittadini Irlandiżi u lil dawk
tar-Renju Unit residenti fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fi Franza,
fl-Awstrija u fil-Portugall kif ukoll lil hinn mill-UE. [19] Il-Parlament u l-Kunsill
għandhom id-dritt li jqajmu oġġezzjonijiet fi żmien xahrejn
wara l-adozzjoni. [20] Fis-sens tar-Regolament
(UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u
s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq
intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE. [21] http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/authorities-online-systems?lg=mt [22] http://ec.europa.eu/isa/ [23] Bundesamt für Sicherheit
in der Informationstechnik (BSI) [24] Centre des technologies
de l'information de l’Etat [25] http://ec.europa.eu/citizens-initiative/public/authorities-verification?lg=mt [26] Kull Stat Membru jivverifika
d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ ippreżentati f'konformità
mal-Artikolu 8 tar-Regolament. [27] https://joinup.ec.europa.eu/software/vteci/description [28] Għal aktar
tagħrif, ara: http://ec.europa.eu/dgs/secretariat_general/followup_actions/citizens_initiative_mt.htm [29] http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+RULES-EP+20140701+RULE-211+DOC+XML+V0//MT&navigationBar=YES [30] http://www.europarl.europa.eu/news/en/news-room/content/20140210IPR35552/html/The-'Right2Water'-campaign-EP-hearing-on-first-European-Citizens'-Initiative u http://www.europarl.europa.eu/news/en/news-room/content/20140407IPR42621/html/European-Parliament-hearing-on-%E2%80%9COne-of-Us%E2%80%9D-European-Citizens%E2%80%99-Initiative [31] https://joinup.ec.europa.eu/software/ocs/home [32] Il-kwistjonijiet huma
elenkati skont l-ordni segwita f'Kapitolu 2, li tixhed il-fażijiet
differenti taċ-ċiklu ta' ħajja ta' ECI. [33] L-istudju hu
appoġġat mill-Programm ISA. [34] "ECI – l-Ewwel
Tagħlimiet mill-Implimentazzjoni", ara: http://www.europarl.europa.eu/thinktank/en/document.html?reference=IPOL_STU(2014)509982 [35] OI/9/2013/TN [36] http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.events-and-activities-eci-day-2014