KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Il-ksib tal-mira ta' 10% għall-interkonnessjoni elettrika Inlestu l-grilja elettrika tal-Ewropa għall-2020 /* COM/2015/082 final */
L-interkonnessjonijiet:
partijiet essenzjali tal-Unjoni tal-Enerġija
F'dawn
l-aħħar deċennji, l-Unjoni Ewropea ħadmet ħafna biex
tibni l-iktar suq komuni tal-enerġija integrat, kompetittiv u sostenibbli
fid-dinja. L-integrazzjoni
tas-swieq tal-enerġija tal-UE qed tagħti riżultati
tanġibbli: il-prezzijiet bl-ingrossa tal-elettriku naqsu b'terz[1];
il-konsumaturi għandhom għażla ikbar billi l-fornituri
tal-enerġija jkollhom jikkompetu bejniethom biex joffru prezzijiet
orħos u servizzi aħjar; u minħabba l-qafas ġuridiku,
l-kompetizzjoni fis-settur tjiebet. Madankollu,
għad baqa' ħafna xi jsir. Id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet,
l-infrastruttura qadima u n-nuqqas ta' investiment, is-suq tal-konsumaturi li
ma jaħdimx kif suppost, il-prezzijiet finali għoljin
tal-enerġija għaċ-ċittadini u għan-negozji li jfixklu
l-kompetittività tal-kumpaniji tagħna, il-bżonn li l-ekonomija tibda
tiddependi inqas fuq il-karbonju minħabba t-tibdil fil-klima u kif ukoll
l-isfidi lill-pożizzjoni tagħna fuq quddiem fil-qasam tat-teknoloġija
jwasslu għal konklużjoni waħda: l-UE għandha ssolvi
l-problema tal-frammentazzjoni tas-swieq nazzjonali tal-enerġija. L-Unjoni
Ewropea għandha tibdel il-mod kif tipproduċi, tittrasporta u
tikkonsma l-enerġija. Il-politika Ewropea dwar l-enerġija
għandha tibdel ir-rotta u tibda miexja fid-direzzjoni t-tajba: dik ta'
Unjoni tal-Enerġija. Għal dawn
ir-raġunijiet, il-Kummissjoni Ewropea adottat strateġija ta' qafas
għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b'politika tal-klima
progressiva. Din il-Komunikazzjoni dwar kif tista' tinkiseb il-mira ta'
10 % għall-interkonnessjoni elettrika hija pass konkret f'din
id-direzzjoni. Grilja
tal-enerġija Ewropea interkonnessa hija essenzjali għas-sigurtà
enerġetika tal-Ewropa, għal iktar kompetizzjoni fis-suq intern li
twassal għal prezzijiet aktar kompetittivi u wkoll biex jinkisbu
aħjar il-miri politiċi għad-dekarbonizzazzjoni u
għall-klima li l-Unjoni Ewropea kkommettiet ruħha li tilħaq.
Grilja interkonnessa għandha tgħin fit-triq lejn l-għan
aħħari tal-Unjoni tal-Enerġija: dak li jkollna enerġija aċċessibbli,
sigura u sostenibbli, u wkoll it-tkabbir u x-xogħol, fl-UE
kollha. Bejn
diversi pajjiżi għad ma hemmx interkonnessjonijiet. Biex jinbnew dawn
l-interkonnessjonijiet se jinħtieġ li jiġu mmobilizzati l-isforzi
kollha fil-livelli kollha malajr kemm jista' jkun, biex jintlaħaq
l-objettiv komuni ta' suq intern tal-enerġija li jkun kompletament
funzjonanti u konness. L-infrastruttura
enerġetika tinsab fuq quddiem fl-aġenda Ewropea
għall-enerġija. F'Ottubru 2014, il-Kunsill Ewropew talab biex ikun
hemm "implimentazzjoni rapida tal-miżuri kollha biex tinkiseb
il-mira li tintlaħaq interkonnessjoni ta' mill-inqas 10% tal-kapaċità
installata tagħhom tal-produzzjoni tal-elettriku għall-Istati Membri
kollha." Din il-Komunikazzjoni[2]
hija r-risposta għal din is-sejħa u tippreżenta strateġija
biex tiżgura l-integrazzjoni sħiħa tas-suq intern tal-elettriku
permezz ta' livelli xierqa ta' interkonnessjoni, li se jkunu wkoll parti
integrali tal-Unjoni tal-Enerġija.
Il-benefiċċji
ta' Sistema tal-Enerġija Interkonnessa
L-interkonnessjoni
tas-sistemi nazzjonali iżolati tal-enerġija elettrika u
l-ħolqien ta' Sistema Elettrika Ewropea tassew, se jagħtu
benefiċċji importanti lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri
tagħha. L-interkonnessjonijiet
tal-elettriku se jżidu s-sigurtà tal-provvista tal-Ewropa.
Se jtejbu l-affidabbiltà tas-sistema elettrika, u b'hekk titjieb il-kwalità
tas-servizz u jonqsu l-interruzzjonijiet u t-telf tal-produttività fis-setturi
kummerċjali u industrijali. Il-livelli ambizzjużi
tal-interkonnessjoni elettrika se jgħinu biex tonqos id-dipendenza
tal-Ewropa, minħabba l-ottimizzazzjoni tas-sistema li twassal biex jonqsu
l-importazzjonijiet tal-fjuwil u jinħolqu aktar opportunitajiet
għall-Ewropa fejn jidħlu l-investimenti, it-tkabbir u x-xogħol.
Barra minn hekk, l-interkonnessjonijiet jiffaċilitaw l-għajnuna
instantanja bejn l-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (TSO,
Transmission System Operators) u joffru aktar kooperazzjoni u solidarjetà bejniethom.
Bi grilja interkonnessa,
il-prezzijiet fis-suq intern jorħsu minħabba
ż-żieda fil-kompetizzjoni u fl-effiċjenza, minbarra li jkun hemm
ukoll użu aħjar u iktar kosteffettiv tar-riżorsi disponibbli.
L-interkonnessjonijiet jimplikaw iktar integrazzjoni tas-Suq Ewropew, irenduh
ikbar u iktar effiċjenti, filwaqt li jippermettu livelli ogħla
tal-kompetizzjoni. Iċ-ċifra ta' hawn taħt turi li l-iskambji
transkonfinali żdiedu sew minn tmiem id-disgħinijiet meta nbeda
l-proċess tal-ftuħ tas-suq. Didaskalija: Żvilupp
tal-iskambji transkonfinali globali mill-1975 tal-pajjiżi li t-TSO
tagħhom huma membri tal-ENTSO-E ENTSO-E Skambji esterni Suq iktar
integrat minħabba l-interkonnessjonijiet inaqqas ukoll il-bżonn
għall-investiment fl-ogħla kapaċità ta' ġenerazzjoni u
ħżin billi l-impjanti li kull pajjiż għandu ma jkunux
meħtieġa fl-istess ħin. Dan jagħti benefiċċji
ekonomiċi u politiċi kbar lill-Istati Membri minħabba li ma
jkunx hemm bżonn li jinbnew aktar impjanti u għalhekk jonqsu
l-investimenti kapitali u jonqos ukoll l-impatt ambjentali. Iż-żieda
fl-iskambji tas-sistema li tibbilanċja s-servizzi tnaqqas ukoll
l-ispejjeż operattivi tas-sistema fit-terminu l-qasir. L-iffrankar
fl-ispejjeż għall-ġenerazzjoni u/jew l-investimenti iżgħar
fil-ġenerazzjoni u l-iffrankar fl-ispejjeż tal-fjuwil minħabba
l-interkonnessjoni tal-grilji elettriċi jsarrfu fi prezzijiet iktar
kompetittivi għan-negozji u l-familji. Grilja enerġetika Ewropea li
tkun interkonnessa tajjeb, tqarreb il-benefiċċji tas-suq lejn
iċ-ċittadini Ewropej għaliex, sal-2030, il-konsumaturi
jistgħu jkunu qed jiffrankaw bejn EUR 12-il biljun u
EUR 40 biljun fis-sena[3]. Għall-iżvilupp
sostenibbli u d-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita enerġetika
hemm bżonn ta' grilja interkonnessa tajjeb għaliex b'dawn
l-interkonnessjonijiet il-grilja tkun tista' takkomoda livelli dejjem ikbar ta'
enerġija rinnovabbli varjabbli b'mod iktar sigur u kosteffiċjenti.
Is-serħan fuq l-għejun rinnovabbli għall-biċċa l-kbira
tat-taħlita għall-ġenerazzjoni jgħin biex jintlaħqu
l-miri tal-UE għall-klima billi jnaqqas l-emissjonijiet tad-CO2
u, barra minn hekk, iżid is-sigurtà tal-provvista. Livell ogħla ta'
interkonnessjonijiet huwa essenzjali wkoll biex l-UE tkun tista' tissodisfa
l-ambizzjoni tagħha li tkun mexxejja dinjija fl-enerġija rinnovabbli,
li mhix biss kwistjoni ta' politika dwar it-tibdil fil-klima responsabbli,
iżda hija wkoll eżiġenza tal-politika industrijali. Il-kumpaniji
Ewropej tal-enerġija u t-teknoloġija rinnovabbli huma atturi
industrijali ewlenin li jimpjegaw madwar 1,2 miljun persuna fl-2012,
joħolqu impjiegi stabbli fil-livell reġjonali u lokali u joħolqu
wkoll it-tkabbir sostenibbli. Kollox ma'
kollox, l-interkonnessjonijiet għandhom jikkontribwixxu biex ikun hemm prezzijiet
tal-elettriku iktar aċċessibbli fuq terminu twil, biex ikun hemm
iktar sigurtà, affidabbiltà u kwalità tal-provvista tal-elettriku, li huma
essenzjali għall-attivitajiet soċjali u ekonomiċi, u biex
ikun hemm standard ogħla ta' ħarsien ambjentali. Dawn
l-iżviluppi se jgħinu wkoll biex innaqqsu d-dipendenza
enerġetika tagħna, minħabba t-tnaqqis fil-konsum tal-fjuwils
impurtati, u biex jiffaċilitaw l-investimenti l-ġodda fl-Ewropa,
minħabba l-prezzijiet iktar kompetittivi tal-elettriku u t-titjib
fil-livelli tal-kompetizzjoni tal-industriji Ewropej. Iż-żieda
fl-interkonnessjonijiet elettriċi tnaqqas ukoll l-impatt ambjentali
billi jkun hemm inqas bżonn ta' impjanti tal-enerġija u jkun hemm
inqas emissjonijiet tad-CO2 u żżid il-kapaċità
tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Din il-kapaċità
tirrilaxxa potenzjal ogħla ta' tkabbir għall-industrija Ewropea
tal-enerġija rinnovabbli u tiżgura li l-industrija Ewropea
tal-enerġija rinnovabbli tibqa' fuq quddiem fid-dinja u, għalhekk,
iżżid il-kapaċità għall-ħolqien tal-impjiegi ta' din
l-industrija fl-Ewropa, b'ħolqien nett tal-impjiegi fl-Ewropa. Għal
dawn ir-raġunijiet, l-interkonnessjoni tas-swieq tal-elettriku
għandha tkun prijorità politika għall-Unjoni Ewropea fil-livelli
kollha fis-snin li ġejjin.
Modernizzazzjoni
radikali tal-politika tal-UE dwar l-infrastruttura tal-enerġija
Konxji
mill-benefiċċji tal-interkonnessjonijiet enerġetiċi,
l-Istati Membri żiedu l-kapaċitajiet tagħhom ta'
interkonnessjoni f'dawn l-aħħar deċennji. Madankollu, 12-il Stat
Membru, li fil-biċċa l-kbira jinsabu fil-periferija tal-UE,
għadhom taħt il-mira ta' 10% għall-interkonnessjoni elettrika u
għalhekk huma iżolati mis-suq intern tal-elettriku. Il-livelli
ta' interkonnessjoni għall-elettriku fl-2014 Stat Membru || || Stati Membri b'livell ta' interkonnessjoni ogħla minn 10% AT || || 29 % BE || || 17% BG || || 11 % CZ || || 17% DE || || 10 % DK || || 44 % FI || || 30 % FR || || 10 % GR || || 11 % HR || || 69 % HU || || 29 % LU || || 245 % NL || || 17% SI || || 65 % SE || || 26 % SK || || 61 % Stati Membri b'livell ta' interkonnessjoni inqas minn 10% IE || || 9 % IT || || 7 % RO || || 7 % PT || || 7 % EE[4] || || 4 % LT4 || || 4 % LV4 || || 4 % UK || || 6 % ES || || 3 % PL || || 2 % CY || || 0 % MT || || 0 % || Sors: ENTSO-E, Scenario Outlook and Adequacy Forecast 2014 || F'dan
il-kuntest, l-Unjoni Ewropea kienet qiegħda gradwalment tgħammar
lilha nnifisha bl-għodda politiċi t-tajbin biex tkun tista'
tagħmel l-investimenti li hemm bżonn fl-infrastruttura tal-grilja, u
l-iktar importanti minn dawn l-investimenti huma dawk fl-interkonnessjoni. Wara
l-kriżi ekonomika, il-Kummissjoni Ewropea ressqet Programm Ewropew
tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR, European Energy Programme for
Recovery) li kien jikkonsisti, fost l-oħrajn, fl-identifikazzjoni
tal-proġetti ta' interkonnessjoni madwar l-UE u l-mobilizzazzjoni
tar-riżorsi finanzjarji tal-UE. Dan il-programm għen biex saru bosta
proġetti ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri li, minħabba
n-nuqqas ta' fondi xierqa, ma kinux għadhom inbnew. L-EEPR nefaq madwar
EUR 650 miljun fuq l-interkonnessjonijiet tal-elettriku (l-Anness 1).
Il-mappa
tal-interkonnessjonijiet megħjuna mill-EEPR Ir-Regolament
TEN-E[5]
adottat fl-2013, flimkien mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF,
Connecting Europe Facility)[6],
joħloq strument Ewropew stabbli ddisinjat biex jidentifika u jiżgura
l-implimentazzjoni f'waqtha tal-proġetti li l-Ewropa teħtieġ fi
12-il kuritur u żona prijoritarja. Dawn l-għodod flimkien ma', fost
l-oħrajn, l-introduzzjoni tal-Proġetti ta' Interess Komuni (PCI,
Projects of Common Interest), it-titjib tat-trattament regolatorju u
l-aċċellerazzjoni tal-għoti tal-permessi, huma pass importanti
'il quddiem. Kif
enfasizzat mill-Kunsill Ewropew, il-mira għall-interkonnessjonijiet
għandha tintlaħaq fil-biċċa l-kbira bl-implimentazzjoni
tal-Proġetti ta' Interess Komuni. L-ewwel
lista tal-Unjoni ta' PCIs ġiet adottata fl-2013; din hija magħmula
minn 248 proġett, li 137 minnhom jikkonċernaw l-elettriku, fosthom 52
interkonnessjoni elettrika u proġett wieħed b'investimenti
antiċipattivi li jippermettu l-konnessjonijiet fil-futur, u 37 proġett
minnhom jinvolvu Stati Membri li bħalissa għandhom livell ta'
interkonnessjoni inqas minn 10%. Il-mappa
tal-ewwel lista ta' PCIs għall-interkonnetturi tal-elettriku fl-Istati
Membri b'livell ta' interkonnessjoni inqas minn 10% Il-lista ta'
PCIs hija lista flessibbli li tiġi aġġornata kull sentejn.
Bħalissa għaddej ix-xogħol biex titħejja t-tieni lista
fil-kuntest reġjonali stabbilit mir-Regolament TEN-E, fid-dawl
tal-adozzjoni tagħha mill-Kummissjoni fil-ħarifa tal-2015. Se
tingħata prijorità speċjali lil dawk il-proġetti li jżidu
b'ammont sinifikanti l-kapaċità ta' interkonnessjoni attwali fejn din
tinsab f'livell inqas ferm mill-objettiv stabbilit ta' 10%,
partikolarment fejn dan l-objettiv ikun partikolarment diffiċli biex
jintlaħaq. Il-Proġetti
ta' Interess Komuni jitfasslu u jiġu implimentati minn operaturi
tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll minn promoturi privati.
Il-proġetti attwali jinsabu fi stadji differenti ta' żvilupp; xi
wħud qegħdin fil-fażi tal-kostruzzjoni iżda ħafna
minnhom għadhom fl-istadji bikrija tal-preparament. Xi 75% tal-PCIs kollha
mill-ewwel lista tal-Unjoni huma ppjanati li jitlestew sal-2020. Hawn taħt
hawn xi eżempji ta' proġetti tal-EEPR u PCIs li, jekk u meta
jitlestew, se jgħinu biex l-Istati Membri jilħqu l-mira ta' 10%, xi
wħud anke fix-xhur li ġejjin, filwaqt li oħrajn fit-terminu
l-medju: ·
Il-proġett li jgħaqqad lil
Baixas, Franza ma' Santa-Llogaia, Spanja, ingħata
għajnuna mill-EEPR. Wara l-inawgurazzjoni
tiegħu fi Frar 2015, il-kapaċità ta' interkonnessjoni elettrika bejn
Franza u l-Peniżola Iberika se tirdoppja. Il-PCI bejn Aquitaine, Franza
u l-Pajjiż Bask, Spanja, bħalissa qed isirulu studji
dettaljati ffinanzjati mill-għotjiet finanzjarji tal-KE. Anki dan il-proġett għandu jirdoppja
l-kapaċità ta' interkonnessjoni. Għandhom jiġu mmobilizzati
l-isforzi kollha biex jitlesta fl-2020 sabiex il-livell ta'
interkonnessjonijiet jinġieb eqreb il-mira ta' 10%, ·
L-interkonnessjoni l-ġdida bejn il-Portugall
(Vila Fria - Vila do Conde – Recarei) u Spanja (Beariz – Fontefría), li
kienet identifikata fl-ewwel lista ta' PCIs, se żżid il-kapaċità
ta' interkonnessjoni ta' 7% li hemm bħalissa bejn Spanja u l-Portugall
sal-2016 u b'hekk il-Portguall ikun f'livell ogħla mill-mira ta' 10%. ·
Filwaqt li l-Estonja, il-Latvja
u l-Litwanja huma interkonnessi sew bejniethom, l-interkonnettività
mas-suq tal-elettriku tal-UE fl-2011 kienet biss ta' 4% għat-tliet Stati
Membri f'daqqa. Madankollu, is-sitwazzjoni qed titjieb b'rata
mgħaġġla. Sal-2015, l-Istati Baltiċi laħqu livell ta'
interkonnettività ta' 10% mas-suq tal-elettriku tal-UE permezz tal-Finlandja,
bis-saħħa tal-proġett tal-EEPR, Estlink2. L-interkonnessjoni
bejn l-Iżvezja (Nybro) u l-Litwanja (Klaipeda) - magħrufa bħala
l-proġett Nordbalt1, iffinanzjat mill-EEPR - għandha tkompli ttejjeb
l-integrazzjoni tas-suq futur tal-enerġija bejn l-Istati Membri
tal-Baltiku u n-Nord Pool Spot minn nofs l-2016. ·
It-tlestija tal-kostruzzjoni tal-PCI
tal-interkonnessjoni bejn il-Litwanja u l-Polonja magħrufa
bħala l-LitPol Link se tirdoppja l-livell ta' interkonnessjoni tal-Polonja
għal 4% sa tmiem l-2015. Se żżid ukoll l-interkonnessjoni
sinkronika tan-netwerks Baltiċi man-Netwerks Ewropej Kontinentali. PCI
identifikat ieħor, l-interkonnessjoni bejn Vierraden, il-Ġermanja
u Krajnik, il-Polonja, se jgħolli l-interkonnettività tal-Polonja
għal iktar minn 10% sal-2020. ·
Bis-saħħa tal-PCIs fir-Renju
Unit, li huma għal linji interni u interkonnessjonijiet
mal-Belġju, Franza, l-Irlanda u n-Norveġja, ir-Renju Unit għandu
jilħaq il-mira ta' 10% u jnaqqas il-konġestjoni
fl-interkonnessjonijiet tiegħu. ·
Bosta PCIs Taljani fis-settur
tal-elettriku, primarjament interkonnetturi bejn l-Italja u Franza,
l-Iżvizzera u l-Awstrija u r-rinforzi interni meħtieġa,
għandhom itejbu l-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni elettrika
tagħha mal-ġirien għal madwar 12% meta dawn jitlestew sal-2020.
Għalhekk, l-affidabbiltà tal-provvista elettrika se tkun żgurata
aħjar fl-Italja u r-riskju tal-konġestjoni se jkun ferm inqas. ·
L-Irlanda
wkoll tista' żżid sostanzjalment il-kapaċità ta'
interkonnessjoni tagħha bis-saħħa tad-diversi PCIs inklużi
fl-ewwel lista. Il-livell ta' interkonnessjoni tal-Irlanda fl-2011 kien ta'
3%; dan żdied għal 7% fl-2013 bis-saħħa ta' proġett
iffinanzjat mill-EEPR li għaqqad l-Irlanda mar-Renju Unit, u l-interkonnettività
tagħha tista' anke tisboq il-15% fl-2020 meta jinbnew l-PCIs ippjanati, li
jkomplu jgħaqqduha mar-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq u l-Gran Brittanja) u
possibbilment ma' Franza. ·
Bl-implimentazzjoni tal-interkonnessjoni
mas-Serbja fl-2017, il-livell ta' interkonnessjoni tar-Rumanija
jiżdied mil-livell attwali ta' 7% għal iktar minn 9% u għalhekk
ikun eqreb il-mira. ·
Ċipru
hija gżira tal-enerġija li tiddependi ħafna fuq
iż-żejt u li qed tesperjenza prezzijiet għolja tal-elettriku.
L-interkonnessjoni futura msejħa l-Interkonnettur Euroasia, li
bħalissa tinsab fil-fażi tal-prefattibilità, kienet inkluża
fl-ewwel lista ta' PCIs tal-Unjoni. Il-proġett se jkollu kapaċità ta'
2 000 MW u se jwassal il-livell ta' interkonnessjoni ta' Ċipru
għal iktar minn 100% meta jitlesta fl-2023. ·
Bis-saħħa tal-għajnuna
mill-EEPR, l-ikkummissjunar tal-interkonnessjoni ta' vultaġġ
għoli mal-Italja (Sqallija) matul l-2015, il-livell ta' interkonnessjoni
ta' Malta se jiżdied miż-0% kif qiegħed bħalissa
għal madwar 35%. L-implimentazzjoni
tal-PCIs se tqarreb l-Ewropa ħafna iktar lejn il-mira ta' 10%
għall-interkonnessjoni elettrika bejn l-Istati Membri jekk jitlestew
il-proġetti previsti[7]
fl-2020 (ara l-mappa hawn taħt). Jeħtieġ li jiżdiedu
l-isforzi biex dawk l-Istati li għadhom taħt il-mira, primarjament
Spanja u Ċipru, jintlaħaq il-livell ta' 10% sal-2020, permezz ta'
approċċ iktar ikkoordinat u bl-użu tal-għodda kollha
disponibbli. Mappa
tal-livelli ta' interkonnessjoni fl-2020 wara l-implimentazzjoni tal-PCIs
attwali.
Il-qafas
regolatorju Ewropew għandu jiġi implimentat u applikat
bis-sħiħ
Biex isiru
l-investimenti neċessarji fl-infrastruttura jinħtieġ qafas
regolatorju solidu. Mill-2013 'l hawn, l-Unjoni Ewropea adottat
approċċ olistiku għall-ippjanar u l-implimentazzjoni. Ir-Regolament
dwar in-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija (TEN-E) għall-ewwel darba
jindirizza l-kwistjoni speċifika tal-proġetti transkonfinali jew dawk
li jkollhom impatt fuq il-flussi transkonfinali. Ir-Regolament
TEN-E jagħraf li dawn il-proġetti jeħtieġu trattament
regolatorju speċifiku u jipproponi li ssir analiżi tal-ispejjeż
u l-benefiċċji li turi biċ-ċar il-benefiċċji
supranazzjonali u jagħti l-possibbiltà biex l-ispejjeż jiġu
allokati bejn il-pajjiżi differenti abbażi tal-benefiċċji
li l-proġetti jiġġeneraw fl-Istati Membri kkonċernati.
Ir-Regolament TEN-E jirrikjedi ukoll li l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji
jipprovdu inċentivi regolatorji fi proporzjon mar-riskji mġarrba minn
dawn il-proġetti. Dan ifisser li t-tariffi stabbiliti għall-użu
tal-infrastruttura jkunu jqisu, pereżempju, it-tul ta' żmien
meħtieġ biex jiġu rkuprati l-investimenti, jekk wieħed
iżomm f'moħħu t-tul taż-żmien meħtieġ għad-deprezzament,
il-bżonn għall-investiment antiċipattiv, eċċ. Il-maġġoranza
l-kbira tal-proġetti jiġu promossi mill-operaturi tas-sistema ta'
trażmissjoni, u r-regolatori japprovaw jew jistabbilixxu t-tariffi. Hemm
ukoll proġetti, fosthom xi PCIs, li huma promossi minn partijiet privati,
l-hekk imsejħa "linji merkantili". Dawn ġeneralment
jirkupraw l-ispejjeż tagħhom mid-differenzi fil-prezzijiet bejn
iż-żewġ truf tal-linja. Għalhekk, ir-riskji tagħhom
huma ta' natura differenti ħafna. Għal din ir-raġuni, filwaqt li
japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament TEN-E dwar l-għoti tal-permessi,
dawn il-linji spiss jingħataw eżenzjonijiet minn partijiet tal-qafas
regolatorju, bħal dawk dwar l-aċċess għall-partijiet terzi
u l-użu tat-tariffi tal-konġestjoni. Għall-ewwel
darba r-Regolament TEN-E jindirizza wkoll il-kwistjoni tal-proċeduri twal
għall-għoti tal-permessi u l-aċċettanza
pubblika, li huma l-ostakli ewlenin għall-iżvilupp
tal-infrastruttura, speċjalment għal-linji tal-elettriku fl-ajru.
Ir-Regolament jintroduċi limitu ta' żmien ġenerali ta' tliet
snin u nofs għall-għoti tal-permessi, u dan huwa vinkolanti u
għandu jnaqqas sewwa l-medja attwali ta' bejn għaxar u 13-il sena.
Is-setgħat tal-għoti tal-permessi għandhom ikunu
kkonċentrati f'awtorità kompetenti waħda ("one-stop-shop").
Wara l-infurzar qawwi mill-Kummissjoni, dawn id-dispożizzjonijiet
fl-aħħar se jiġu implimentati fl-Istati Membri kollha
fir-rebbiegħa tal-2015[8].
Iddaħħlu wkoll regoli ġodda dwar il-konsultazzjoni u
t-trasparenza mtejba biex jinvolvu iktar liċ-ċittadini
fil-proċess tal-ippjanar. L-objettiv huwa biex il-proċess isir iktar
effiċjenti filwaqt li jitħarsu l-istandards għolja tal-UE
fil-ħarsien ambjentali[9].
Huwa
kruċjali li l-Istati Membri jimplimentaw u japplikaw bis-sħiħ
id-dispożizzjonijiet tar-Regolament TEN-E sabiex ma jkunx hemm dewmien
fl-implimentazzjoni tal-proġetti neċessarji.
Il-Kummissjoni se tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar
strett.
L-użu
bis-sħiħ tal-istrumenti finanzjarji disponibbli kollha,
tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, tal-Fondi Strutturali u ta'
Investiment Ewropej u tal-Fond Ewropew għal Investimenti
Strateġiċi
Il-Kummissjoni
tistma li sal-2020 jinħtieġu madwar EUR 200 biljun biex tinbena
l-infrastruttura meħtieġa biex l-Istati Membri kollha tal-UE
jiġu interkonnessi adegwatament, biex tkun żgurata s-sigurtà
tal-provvista u biex tiżdied is-sostenibbiltà. Għall-proġetti
tal-elettriku jintħieġu madwar EUR 105 biljun u madwar EUR 35
biljun minnhom ikunu għall-interkonnessjonijiet li akkwistaw
status ta' PCI u li jinħtieġu biex tintlaħaq il-mira ta' 10%
madwar l-UE. L-importanza ta'
grilja interkonnessa hija riflessa sew fil-baġit multiannwali tal-UE
għall-2014-20. Bil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) li
tkopri tliet setturi - it-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet
- l-enerġija tirrappreżenta EUR 5,35 biljun mit-total ta'
madwar EUR 30 bilijun[10].
Filwaqt li l-finanzjament tas-CEF jirrappreżenta biss madwar 3%
tal-investiment meħtieġ sal-2020, dan jiġbed aktar fondi permezz
tal-istrumenti finanzjarji, bħall-bonds tal-proġetti li diġà
ġew ittestjati fil-fażi pilota 2012-2013. Għalhekk, sehem
importanti tas-CEF se jiġi implimentat permezz ta' dawn l-istrumenti. Biex
l-għotjiet tas-CEF jagħmlu differenza, dawn għandhom jiġu
mmirati lejn ftit proġetti kritiċi u għandhom ukoll
jingħaqdu mal-isforzi tar-regolaturi biex jiffinanzjaw il-proġetti
permezz ta’ tariffi tan-netwerks u ta' sorsi oħra ta' finanzjament.
L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll il-Fondi Strutturali u ta'
Investiment Ewropej (FSIE) f'ċerti kundizzjonijiet. L-estimi
preliminarji jissuġġerixxu li madwar EUR 2 biljun mill-Fond
Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) huma mistennija
jiġu allokati lil infrastrutturi kbar tal-elettriku u tal-gass.
Pereżempju, ir-Repubblika Ċeka (indikattivament madwar EUR 200
miljun) u l-Litwanja (indikattivament EUR 69,5 miljun) qed jippjanaw li
jużaw din l-għażla u qed jipprevedu l-finanzjament
mill-FEŻR għall-grilji elettriċi intelliġenti
b'vultaġġ għoli. Fit-13 ta'
Jannar 2015, il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta' Fond Ewropew
għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI) biex itejjeb
l-aċċess tal-proġetti tal-investiment tal-UE
għall-finanzjament fit-tul. Dan l-istrument jista' jkopri l-PCIs jew
proġetti oħra ta' interkonnessjoni mressqa, u b'hekk,
jaċċellera u jikkomplementa l-istruttura attwali ta' appoġġ
għall-PCIs u lil hinn. L-EFSI joffri possibbiltajiet ġodda
għall-finanzjament kummerċjali, li se jiġi stabbilit fi
sħubija mill-qrib mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). Il-Fond jinsab
fil-qalba tal-pakkett tal-Kummissjoni għat-Tkabbir, l-Ipjiegi u
l-Investiment. L-EFSI se jimmobilizza mill-inqas EUR 315 biljun
f'investiment privat u pubbliku madwar l-UE, fil-konfront ta' kontribuzzjoni
mill-baġit tal-UE ta' EUR 16-il biljun u kontribuzzjoni mill-BEI ta'
EUR 5 biljun. Għaldaqstant, l-effett multiplikatur tal-EFSI huwa
stmat li huwa mill-inqas fattur ta' 15, L-enerġija
tinsab fuq quddiem fost il-prijoritajiet tal-Fond. L-operazzjonijiet ta'
investiment tal-Fond għandhom ikunu konformi mal-politiki tal-Unjoni u
għandhom jappoġġaw l-objettivi ġenerali
bħall-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluż fil-qasam
tal-enerġija, partikolarment l-interkonnessjonijiet tal-enerġija. Flimkien
mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-EFSI issa aktarx tirriżulta li
hija għodda importanti biex tgħin lill-PCIs u lill-promoturi
fl-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom. Qed jitwaqqaf Portal
tal-Investiment li huwa mfassal biex iżid it-trasparenza tal-pjanijiet
għall-proġetti ta' investiment tal-UE biex l-informazzjoni ssir iktar
aċċessibbli għall-investituri potenzjali. L-EFSI ilaqqa'
lill-promoturi u lill-investituri tal-proġetti u jiżgura iktar
appoġġ għar-riskji finanzjarji. Billi l-biċċa l-kbira
tal-proġetti ta' infrastruttura jippreżentaw każ
kummerċjali solidu, l-EFSI jista' jkollu rwol ewlieni fil-ġbid
tal-investiment meħtieġ flimkien ma' banek tal-investiment u
kummerċjali oħrajn. F'rabta mal-aċċess
għall-finanzjament tal-EFSI, it-tħejjija rapida u f'waqtha ta'
proġett se tkun ta' importanza kbira. Il-Gruppi Reġjonali involuti
fil-proċess tal-PCI se jkollhom rwol importanti f'dan ir-rigward. Filwaqt li jibni
fuq servizzi ta' konsulenza tal-BEI u tal-Kummissjoni, iċ-Ċentru ta'
Konsulenza Ewropew għall-Investiment (EIAH) jipprovdi appoġġ ta'
konsulenza għall-identifikazzjoni, il-preparazzjoni u l-iżvilupp
tal-proġetti ta' investiment u jaġixxi bħala ċentru uniku
ta' konsulenza teknika (inkluż għal kwistjonijiet legali)
għall-finanzjament tal-proġetti fl-UE. Dan ikun jinkludi
appoġġ dwar l-użu tal-assistenza teknika għall-istrutturar
tal-proġetti, l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi, u
l-użu ta' sħubiji pubbliċi-privati. L-EIAH mhux biss se
jikkunsidra l-EFSI, iżda se jagħti wkoll pariri dwar l-użu ta'
possibilitajiet oħra ta' finanzjament li diġà huma disponibbli
għall-proġetti ta' infrastruttura, inkluż mis-CEF u l-Fondi
Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Huwa daqstant
ieħor importanti li nenfasizzaw il-kontribut minn investituri privati, jew
permezz tal-EFSI jew permezz ta' strumenti oħra tas-suq bħall-Fondi
Ewropew tal-Investiment fuq Terminu Twil li jistgħu jorjentaw
il-finanzjament privat lejn l-investimenti fit-tul bħall-infrastruttura
tal-enerġija. Il-politika TEN-E qed turi l-ewwel riżultati,
iżda jeħtieġ li jsir iktar. Biex jitħaffef il-ksib tal-mira
ta' interkonnessjoni, l-Kummissjoni beħsiebha tintensifka x-xogħol
tal-Gruppi Reġjonali stabbiliti skont ir-Regolament TEN-E, biex
jimmonitorjaw il-progress ta' kull PCI u biex jipproponu azzjoni bikrija
korrettiva u mmirata fejn ikun hemm bżonn, speċjalment f'dawk
l-Istati Membri li għadhom l-iktar 'il bogħod mill-mira ta'
10 %. Il-Kummissjoni se tintensifika wkoll l-appoġġ tagħha
għall-proġetti kritiċi permezz ta' miżuri mmirati.
Il-Kummissjoni se tevalwa l-proġetti wieħed wieħed biex tara
kull ostaklu u riskju li jista' jikkawża dewmien fil-bini u se tieħu
l-azzjonijiet li jkun hemm bżonn, bħal pereżempju: - se tlaqqa' l-promoturi biex issib soluzzjonijiet
għall-kwistjonijiet tekniċi, tal-ippjanar, tad-disinn u tal-implimentazzjoni
u biex tiffaċilita l-kuntatti mal-BEI u l-banek l-oħra; - se tipprovdi aċċess
għall-assistenza teknika biex lill-proġett tiffurmah aħjar u
tagħmlu iktar attraenti għall-fondi; - se taħdem flimkien mal-ACER u mar-regolaturi
nazzjonali biex issib l-aħjar inċentivi; - se tiżgura l-konformità mar-Regolament TEN-E
u se tniedi l-proċeduri xierqa, fil-każ li d-dispożizzjonijiet
ma jkunux għadhom implimentati, pereżempju dwar l-għoti
tal-permessi; - se tiffaċilita l-ftehim bejn l-Istati Membri
biex jissolvew il-kwistjonijiet politiċi.
Il-kooperazzjoni reġjonali
jeħtieġ tissaħħaħ
Il-PCIs
kritiċi, u b'mod partikolari dawk tal-interkonnetturi, fil-biċċa
l-kbira huma proġetti fuq skala kbira li min-natura tagħhom huma
kumplessi u bit-tendenza li jkollhom id-dewmien. Il-promoturi tal-proġetti
ġibdu l-attenzjoni lejn il-proċeduri għall-għoti
tal-permessi u l-aċċettanza pubblika bħala l-fatturi ewlenin li
jikkawżaw id-dewmien fl-implimentazzjoni. Għalhekk,
il-possibbiltajiet li titħaffef l-implimentazzjoni tagħhom jirrikjedu
azzjoni konġunta mill-partijiet kollha kkonċernati, fosthom l-Istati
Membri, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-promoturi,
ir-regolaturi u l-awtoritajiet tal-ippjanar. Il-Proġetti
ta' Interess Komuni kollha jeħtieġu approċċ li jmur lil
hinn mil-livell individwali tal-proġetti. Il-kooperazzjoni reġjonali
qawwija, kif stabbilita mill-Gruppi Reġjonali tat-TEN-E, hija essenzjali
għall-implimentazzjoni. L-erba' Gruppi
Reġjonali għall-elettriku (il-Grilja ’l barra mill-kosta fl-Ibħra
tat-Tramuntana, il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija
tal-Baltiku (BEMIP), l-Interkonnessjonijiet Tramuntana – Nofsinhar fl-Ewropa
tal-Punent u l-Interkonnessjonijiet Tramuntana – Nofsinhar fil-Lvant
Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa) adottaw lista reġjonali ta' PCIs bi
tħejjija għal-lista għall-UE kollha. Dawn isegwu
l-implimentazzjoni tal-PCIs fir-reġjun tagħhom u jirrappurtaw dwar
id-diffikultajiet possibbli u jistgħu jippronu miżuri korrettivi. Madankollu,
il-kuntest tal-Grupp Reġjonali jista' mhux dejjem ikun
biżżejjed. B'mod partikolari, għandha titjieb iktar
il-kooperazzjoni reġjonali u għandha tiżdied iktar biex
tindirizza l-prijoritajiet politiċi usa' li jmorru lil hinn
mill-kwistjonijiet tal-ippjanar u l-implimentazzjoni speċifiċi
għall-proġett. Dawn il-kwistjonijiet huma relatati pereżempju,
mal-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet tekniċi innovattivi, li
l-ippjanar tal-grilja jitqarreb lejn l-ippjanar tal-ġenerazzjoni, li
tiġi indirizzata b'urġenza s-sigurtà tar-riskji tal-provvista permezz
ta' miżuri regolatorji u tal-infrastruttura sinkronizzati, jew li jsir
aktar xogħol biex jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli u
aċċettabbli fir-reġjunijiet ambjentalment sensittivi. Il-Kummissjoni
tqis li x-xogħol tal-Gruppi Reġjonali tat-TEN-E jeħtieġ jiżdied
fl-oqsma li ġejjin: -
Fil-każ tar-reġjun
Baltiku, il-forma attwali ta' kooperazzjoni reġjonali mtejba
fil-BEMIP qed tħalli l-frott u r-reġjun se jkun interkonness sewwa
bl-elettriku, u wkoll bil-gass, sal-2020. Il-Kummissjoni issa qed tirrevedi
l-istrutturi tal-BEMIP f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri
kkonċernati biex tissimplifika u tiffoka mill-ġdid l-azzjoni fuq
l-isfidi li fadal, inkluż b'mod partikolari l-konnessjoni sinkronika
tal-Istati Baltiċi man-Netwerk Kontinentali Ewropew, l-integrazzjoni
tal-għejnun tal-enerġija rinnovabbli u l-miżuri għat-titjib
tal-effiċjenza tal-enerġija. Il-proċess
tar-reviżjoni għandu jikkulmina fl-iffirmar ippjanat ta' Memorandum
ta' Ftehim ġdid taħt il-Presidenza Latvjana tal-UE. -
Reġjun ieħor identifikat fil-Konklużjonijiet
tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 huwa l-Peniżola Iberika.
Il-kooperazzjoni dwar l-interkonnettività tagħha dan l-aħħar
żdiedet bl-iffirmar ta' karta dwar strateġija komuni
għall-iżvilupp tal-interkonnessjoni f'Jannar 2015 mill-Operaturi
tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta' Spanja, Franza u l-Portugall. Il-karta
ta' strateġija komuni telenka għanijiet komuni u tindika xi
għażliet għall-proġetti. Il-Kummissjoni ffaċilitat
b'mod attiv din il-kooperazzjoni u qed toħloq Grupp ta' Livell
Għoli ġdid biex tagħmel din il-kooperazzjoni waħda konkreta.
Biex tappoġġa lil dan ix-xogħol, il-Kummissjoni nediet studju
dwar il-benefiċċji, l-ispejjeż u l-possibilitajiet tekniċi
għal iktar interkonnessjonijiet tal-Peniżola Iberika mal-bqija
tal-UE. F'Marzu 2015 se jsir summit tal-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet
tat-tliet pajjiżi. Il-Kummissjoni hija konvinta li dan is-summit se
jagħti impetu ġdid lil dan il-proċess u, għaldaqstant, se
takkumpanja kull impenn ġdid. -
Il-pajjiżi madwar l-Ibħra
tat-Tramuntana bħalissa mhumiex interkonnessi biżżejjed
biex jagħmlu l-aħjar użu mill-kapaċità ta'
ġenerazzjoni eżistenti u prevista fuq l-art u lil hinn mill-kosta.
L-ibħra tat-Tramuntana joffru opportunità unika għall-provvista ta'
ammont sostanzjali ta' enerġija indiġena baxxa fil-karbonju, prodotta
qrib ta' wħud mir-reġjuni li l-iktar jużaw l-enerġija
fl-Ewropa. Il-potenzjal tagħhom għall-ġenerazzjoni
tal-enerġija jista' jammonta għal 4-12% tal-konsum elettriku tal-UE
sal-2030. L-objettiv f'dan ir-reġjun huwa li jkun hemm interkonnessjoni
aħjar biex tiffaċilita l-integrazzjoni tas-suq u l-flussi
tal-kummerċ, u l-integrazzjoni tal-produzzjoni ta' ammonti kbar ta'
enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta, partikolarment mir-riħ. Din
iż-żona toffri wkoll possibilitajiet tajbin għall-iżvilupp
ta' teknoloġiji innovattivi, bħall-Istateġija għall-Qbid u
l-Ħżin tal-Karbonju, il-ħżin tal-enerġija u l-gass
bl-elettriku. Il-Kummissjoni tappoġġa b'mod attiv u se tkompli tippromwovi
x-xogħol ta' dan il-grupp reġjonali u l-iżvilupp ta' Pjan ta'
Azzjoni. -
Il-Kummissjoni nediet
kooperazzjoni msaħħa fil-prijoritajiet tal-iżvilupp
tal-infrastruttura fiċ-Ċentru u x-Xlokk tal-Ewropa.
Jeħtieġ li s-suq tal-elettriku jkun iktar interkonness u modernizzat
f'dan ir-reġjun, anke biex jiġi utilizzat il-potenzjal importanti
tal-enerġija rinnovabbli. Dan huwa saħansitra iktar importanti fi
żmien meta r-reġjun qed ikun ikkonfrontat b'sitwazzjoni
partikolarment diffiċli fil-gass wara li abbanduna l-proġett South
Stream. Għaldaqstant, f'Jannar tal-2015 twaqqaf Grupp ta' Livell
Għoli u l-ewwel laqgħa tiegħu saret f'Sofia
fid-9 ta' Frar. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib
mal-Istati Membri kkonċernati għal kull wieħed minn dawn
il-forom ta' kooperazzjoni reġjonali msaħħa fuq strateġija
speċifika għar-reġjun biex tindirizza l-iktar kwistjonijiet
urġenti u liema azzjonijiet għandha tiegħu. L-erba' reġjuni
se jistabbilixxu Pjan ta' Azzjoni b'fażijiet konkreti
għall-implimentazzjoni, fosthom proposti konkreti
għall-interkonnessjoni biex tintlaħaq il-mira ta' 10% maqbula
fil-livell tal-UE. Fil-każ speċifiku tal-ksib tal-10% fejn din hija
iktar diffiċli biex tintlaħaq, il-Kummissjoni hija konxja mid-diversi
proposti li tressqu (pereżempju, għall-Istati Baltiċi, fażi
ġdida fil-LitPol Link jew għall-Peniżola Iberika ma' Franza,
l-interkonnessjonijiet bejn Navarra-Bordeaux, Sabiñanigo-Marsillon jew
Monzón-Cazaril). F'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni se tgħin u
tagħti pariri lill-partijiet ikkonċernati sabiex tinkludi
proġetti ġodda fil-pjanijiet ta' azzjoni korrispondenti tagħhom.
Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib
l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni. Kemm jista' jkun il-Kummissjoni
se tippromwovi l-allinjament bejn il-prattiki ta' ħidma tal-gruppi
reġjonali differenti. Il-Kummissjoni
se taħdem mill-qrib ukoll man-Netwerk Ewropew għall-Operaturi
tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (ENTSO-E) sabiex tiżgura
li l-Pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk (TYNDP) li
huwa l-uniku strument għall-għażla tal-PCIs iwessa' l-ambitu
tiegħu u jidentifika biċ-ċar il-proġetti li jgħinu
biex tintlaħaq il-mira ta' interkonnessjoni ta' 10 % filwaqt li tipproponi
azzjoni konkreta, inkluż il-possibbiltà biex tikkomplementa t-TYNDP jekk
ikun hemm bżonn. Il-Kummissjoni se tirrapporta kull sena
lill-Kunsill Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-PCIs u dwar il-progress lejn
il-mira tal-10%, u dan se jkun element importanti mir-rendikont komprensiv ta'
kull sena previst fil-Qafas Strateġiku għall-Unjoni
tal-Enerġija. Il-Kummissjoni se tiżgura li x-xogħol tal-gruppi
reġjonali jibbenefika mis-sinerġiji xierqa mal-EFSI, ladarba
jitwaqqaf. Il-Kummissjoni se tiggwida wkoll id-dibattitu fil-gruppi
reġjonali dwar kwistjonijiet urġenti oħra
bħall-modernizzazzjoni tal-grilji. Barra minn hekk, lejn tmiem l-2015,
il-Kummissjoni se tlaqqa' l-ewwel Forum tal-Infrastruttura
tal-Enerġija biex jiddiskuti u jsib soluzzjonijiet għal
kwistjonijiet li huma komuni għar-reġjuni kollha madwar l-Ewropa u,
fejn relevanti, mal-pajjiżi ġirien.
Inħarsu
lejn l-2030
Fuq l-istedina
tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2014, f'Mejju 2014, il-Kummissjoni pproponiet li
testendi l-mira ta' interkonnessjoni elettrika għal 15% sal-2030 filwaqt
li tqis l-aspetti tal-ispejjeż u l-iskambji kummerċjali potenzjali
fir-reġjuni relevanti. Il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 ta l-mandat
lill-Kummissjoni biex tirrapporta "regolarment lill-Kunsill Ewropew
bl-għan li tintlaħaq il-mira ta' 15% sal-2030". Din
il-mira għandha tintlaħaq primarjament bl-implimentazzjoni tal-PCIs. L-għanijiet
politiċi tal-UE għall-enerġija u l-miri tal-2020 u tal-2030
għall-enerġija u l-klima mhux se jkunu jistgħu jinkisbu
mingħajr grilja Ewropea tal-elettriku konnessa bis-sħiħ b'iktar
interkonnessjonijiet transkonfinali, iktar potenzjal ta' ħżin u aktar
grilji intelliġenti biex jissodisfaw id-domanda u jiżguraw provvista
tal-enerġija sikura f'sistema b'ishma ogħla ta' enerġija
rinnovabbli varjabbli. F'dan il-kuntest, il-bini gradwali tal-awtostradi
elettriċi pan-Ewropej se jkun kruċjali wkoll. F'Jannar tal-2014,
il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li timmonitorja
l-implimentazzjoni tal-grilji intelliġenti u l-livell ta'
interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri, u b'urġenza partikolari ta'
dawk bejniet l-Istati Membri l-iktar 'il bogħod milli jilħqu
l-objettiv maqbul ta' 10% tal-kapaċità tal-produzzjoni installata
tagħhom. It-tlestija
tas-suq intern tal-elettriku, notevolment it-tmiem tal-iżolament
tal-gżejjer elettriċi, provvisti siguri tal-enerġija
għall-konsumaturi kollha u sehem ikbar tal-ġenerazzjoni tal-elettriku
bbażat fuq għejun tal-enerġija rinnovabbli varjabbli jirrikjedu
iktar minn 10% tal-kapaċità ta' interkonnessjoni u l-isforzi tal-UE u
tal-Istati Membri għandhom ikunu ggwidati mill-bżonn tal-Istati
Membri kollha li mill-inqas jilħqu 15% sal-2030. Fl-istess ħin,
id-differenzi bejn l-Istati Membri f'termini tal-ġeografija u l-istruttura
tat-taħlita tal-enerġija u l-provvista jfissru li jinħtieġ
approċċ każ b'każ abbażi ta' valutazzjoni bir-reqqa,
filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż. L-istrutturi reġjonali
tal-kooperazzjoni se jkunu kuntest importanti għad-diskussjoni u l-qbil
dwar il-passi li jmiss. Il-Kummissjoni se tuża dawn il-forom ta'
kooperazzjoni reġjonali msaħħa biex tintlaħaq il-mira ta'
15% wkoll.
Konklużjoni
L-Unjoni Ewropea
jeħtieġ tgħolli l-livell tal-interkonnessjoni elettrika
għal 10% sal-2020 jekk se toħloq Unjoni tal-Enerġija
reżiljenti b'politika tal-klima progressiva. Huwa ċar li l-Ewropa
għandha bżonn tirdoppja l-isforzi tagħhha biex tilqa'
għall-isfidi politiċi fl-oqsma tal-enerġija u tal-klima. Il-qafas
regolatorju u finanzjarju li ġie implimentat dan l-aħħar qed
jagħti l-ewwel riżultati. Issa hi meħtieġa
d-determinazzjoni politika min-naħa tal-Istati Membri u l-atturi
l-oħra involuti biex jintlaħqu l-objettivi. Dan ifisser
intensifikazzjoni tax-xogħol fil-Gruppi Reġjonali stabbiliti skont
ir-Regolament TEN-E, filwaqt li l-Kummissjoni se tkompli twettaq inizjattivi
biex tapprofondixxi l-kooperazzjoni reġjonali. Il-Kunsill Ewropew qabel li għandha tiġi
żviluppata sistema ta' governanza affidabbli u trasparenti mingħajr
amministrazzjoni żejda biex l-UE tilħaq il-miri politiċi
tagħha. Din se tinkludi s-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti attwali
għar-rappurtar. Il-Kummissjoni
se toħroġ rapport ibbażat fuq ir-rapporti tal-istati Membri. Dan
ir-rapport, li se jkun element importanti mir-rendikont annwali komprensiv
previst fil-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija, se
jinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni tal-PCIs kollha; b'rakkomandazzjonijiet
biex jitħaffu l-proġetti u tiżdied il-flessibbiltà tal-lista
tal-PCIs jekk l-iskadenza tal-2020 għat-twassil tal-kapaċità ta'
interkonnessjoni ta' 10% tinqabeż. Jekk ikun meħtieġ,
il-Kummissjoni se tipproponi aktar miżuri biex din il-mira tintlaħaq. Kif
ħareġ mill-impenn politiku pożittiv dwar ir-Reġjun
tal-Baħar Baltiku u l-Peniżola Iberika, l-appoġġ
fl-ogħla livell huwa essenzjali biex isir progress f'dawn il-proġetti
l-kbar. [1] Dawn
iċ-ċifri huma tal-perjodu bejn l-2008 u l-2012; cfr COM(2014)21/2. [2]
F'konformità mal-mandat tal-Kunsill Ewropew, din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq
l-elettriku. F'dak li għandu x'jaqsam mal-gass, ma ġietx proposta
mira għall-interkonnessjoni għaliex, minħabba raġunijiet
tas-sigurtà tal-provvista, l-Istati Membri diġà huma obbligati
jagħmlu provvedimenti f'każ li l-ikbar element waħdieni
tal-infrastruttura tal-gass ifalli (l-hekk imsejħa regola N-1). Cfr
ir-Regolament KE 994/2010. [3] Studju: Benefits of an
integrated European energy market, Lulju 2013, Booz & Co. [4] It-tliet Stati Baltiċi - l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja -
għadhom mhux sinkronizzati mal-grilja Ewropea u għalhekk
jeħtieġ li jitqiesu bħala entità waħda. Filwaqt li
bejniethom it-tliet Stati Baltiċi huma integrati kompletament, il-valur
ta' 4% jirrifletti l-livell ta' interkonnessjoni tagħhom mas-suq Ewropew
tal-elettriku (jiġifieri: mill-Finlandja). Qed jingħata l-valur
għall-bidu tal-2014, qabel ma' ġiet stabbilita l-interkonnessjoni
Estlink2. Bit-tlestija ta' dan il-proġett, il-livell ta' interkonnessjoni
tal-Istati Baltiċi żdied sewwa għal madwar 10%. [5] Ir-Regolament 374/2013
dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea,
ĠU L 115, 25.4.2013. [6] Ir-Regolament 1316/2013
li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, ĠU L 348,
20.12.2013. [7]
L-Anness 2 jagħti ħarsa ġenerali lejn il-proġetti
fl-Istati Membri li għandhom kapaċità ta' interkonnessjoni inqas minn
10%. [8] L-iskadenza kienet
il-ħarifa tal-2013 kif stipulat fir-Regolament TEN-E. [9] Barra
minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni żviluppaw gwida
għas-simplifikar tal-proċeduri tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali
għall-Proġetti ta' Interess Komuni (PCIs) infrastrutturali. [10] Dawn iċ-ċifri
jqisu l-proposta riċenti tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Fond Ewropew
għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI). ANNESS 1 Il-proġetti
kkofinanzjati mill-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) Ø EstLink
2 hija t-tieni interkonnessjoni b'kurrent dirett
b'vultaġġ għoli (HVDC) bejn l-Estonja u l-Finlandja li
żżid il-kapaċità tat-trażmissjoni bejn
iż-żewġ pajjiżi għal 1 000 MW. Ø Nordbalt
hija interkonnessjoni ġdida bejn l-Iżvezja u l-Litwanja
b'kapaċità tat-trażmissjoni ta' 700 MW. Ø L-interkonnessjoni
Awstrija - Ungerija (Wien-Györ), b'kapaċità ta'
1 100 MVA, tejbet l-interoperabilità tan-netwerks elettriċi tal-Awstrija
u l-Ungerija. Ø L-interkonnessjoni
Spanja - Franza
(Sta. Llogaia - Baixas) hija l-parti ċentrali ta' kejbil taħt l-art
b'kapaċità ta' 1 400-1 800 MW li jaqsam il-muntanji
tal-Pirinej minn mina apposta. Ø L-interkonnessjoni
Malta - Italja (Pembroke - Marina di Ragusa) hija
kejbil HVAC taħt il-baħar b'kapaċità ta' 250 MVA li se
jtemm l-iżolament tal-grilja elettrika Maltija mill-bqija tal-Ewropa. Ø L-interkonnessjoni
Renju Unit - Irlanda (Deeside - Meath) hija
kejbil HVDC b'kapaċità ta' 500 MW. Il-proġett kien l-ewwel
interkonnessjoni elettrika bejn l-Irlanda u l-Gran Brittanja. Ø Il-proġett,
li kien magħmul minn erba' linji fl-ajru bejn Tunes u Tavira (PT),
Tunes u Estói (PT), Tavira (PT) u Alcoutim (PT) u Ourique u Estói (PT),
ikkontribwixxa għat-titjib u l-estensjoni tal-grilja elettrika
Portugiża. Ø Ir-rinfurzar
tan-netwerk elettriku bejn ir-reġjun ta' Douro (PT) u l-fruntiera
Spanjola ta' Aldeadavila tlesta fil-ħarifa tal-2011. ANNESS 2 PCIs
li jżidu l-kapaċità fl-Istati Membri b'livell ta' interkonnessjoni
inqas minn 10% Kuritur prijoritarju || Proġett ta ' interess komuni (PCI) || Data tal-ikkummissjunar u stadju tal-proġett[1] Kuritur prijoritarju tal-Grilja ’l barra mill-kosta fl-Ibħra tat-Tramuntana ("NSOG") || 1.1.1. L-interkonnessjoni bejn Zeebrugge (BE) u l-akkwati ta’ Richborough (UK) || 2018 Il-fażi tal-permessi 1.2 Il-PCI tal-Belġju – żewġ ċentri lil hinn mill-kosta lesti għall-grilja u konnessi mas-substazzjon fuq l-art ta’ Zeebrugge (BE) b’investiment antiċipattiv li jippermetti aktar interkonnessjonijiet fil-futur ma’ Franza u/jew ir-Renju Unit[2] || 2018 Il-fażi tal-permessi 1.6 Il-PCI tal-interkonnessjoni Franza – Irlanda bejn La Martyre (FR) u Great Island jew Knockraha (IE) || 2025 Il-fażi tal-istudji 1.7.1. L-interkonnessjoni Franza – Renju Unit bejn Cotentin (FR) u l-akkwati ta’ Exeter (UK) [attwalment magħrufa bħala l-proġett FAB] || 2022 Il-fażi tal-istudji 1.7.2. L-interkonnessjoni Franza – Renju Unit bejn Tourbe (FR) u Chilling (UK) [attwalment magħrufa bħala l-proġett IFA2] || 2020 Il-fażi tal-istudji 1.7.3. L-interkonnessjoni Franza – Renju Unit bejn Coquelles (FR) u Folkestone (UK) [attwalment magħrufa bħala l-proġett ElecLink] || 2016 Bini f'nofs l-2015 1.9.1. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn Co. Offaly (IE), Pembroke u Pentir (UK) || 2019 Il-fażi tal-permessi 1.9.2. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn iċ-ċentri ta' Coolkeeragh u Coleraine (IE) u l-istazzjon ta’ Hunterston, Islay, Argyll u l-parkijiet eoliki lil hinn mill-kosta taż-Żona C (UK) || 2020 Il-fażi tal-istudji 1.9.3. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn iċ-ċentru tat-Tramuntana, Dublin u Codling Bank (IE) u Trawsfynyd u Pembroke (UK) || 2020 Il-fażi tal-istudji 1.9.4. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn ir-reġjun ċentrali tal-Irlanda u Pembroke (UK) || 2017-2020 Il-fażi tal-istudji 1.9.5. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn ir-reġjun ċentrali tal-Irlanda u Alverdiscott, Devon (UK) || 2017-2020 Il-fażi tal-istudji 1.9.6. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn il-kosta Irlandiża u Pembroke (UK) || 2017-2020 Il-fażi tal-istudji 1.10 Il-PCI tal-interkonnessjoni Norveġja – Renju Unit || 2020 Il-fażi tal-permessi 1.11.2. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn il-Majjistral tal-Irlanda (IE) u l-Midlands (UK) || 2017 Il-fażi tal-permessi 1.11.4. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn Glinsk, Mayo (IE) u Connah’s Quai, Deeside (UK) || 2018 Il-fażi tal-permessi Kuritur prijoritarju tal-Interkonnessjonijiet elettriċi Tramuntana – Nofsinhar fl-Ewropa tal-Punent ("NSI West Electricity") || 2.4 Il-PCI tal-interkonnessjoni Franza – Italja bejn Codrongianos (IT), Lucciana (Korsika, FR) u Suvereto (IT) [attwalment magħrufa bħala l-proġett SA.CO.I 3] || 2022 Il-fażi tal-istudji 2.5.1. L-interkonnessjoni bejn Grande Ile (FR) u Piossasco (IT) [attwalment magħrufa bħala l-proġett Savoie-Piemont] || 2019 FR - il-fażi tal-permessi IT - il-fażi tal-bini 2.7 Il-PCI tal-interkonnessjoni Franza – Spanja bejn Aquitaine (FR) u l-Pajjiż Bask (ES) || 2020 Il-fażi tal-istudji 2.13.1. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn Woodland (IE) u Turleenan (UK – l-Irlanda ta’ Fuq) || 2017 Il-fażi tal-permessi 2.13.2. L-interkonnessjoni Irlanda – Renju Unit bejn Srananagh (IE) u Turleenan (UK – l-Irlanda ta’ Fuq) || 2020-2025 Il-fażi tal-istudji 2.14 Il-PCI tal-interkonnessjoni Italja – Svizzera bejn Thusis/Sils (CH) u Verderio Inferiore (IT) || 2018 Il-fażi tal-permessi 2.15.1. L-interkonnessjoni bejn Airolo (CH) u Baggio (IT) || 2022 2.17 Il-PCI tal-interkonnessjoni Portugall – Spanja bejn Vila Fria – Vila do Conde – Recarei (PT) u Beariz – Fontefría (ES) || 2016 Il-fażi tal-permessi Kuritur prijoritarju tal-interkonnessjonijiet elettriċi Tramuntana – Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa ("NSI East Electricity") || 3.2.1. L-interkonnessjoni bejn Lienz (AT) u r-reġjun tal-Veneto (IT) || 2022 Il-fażi tal-istudji 3.3 Il-PCI tal-interkonnessjoni Awstrija – Italja bejn Nauders (AT) u r-reġjun ta’ Milan (IT) || 2018 Il-fażi tal-istudji 3.4 Il-PCI tal-interkonnessjoni Awstrija – Italja bejn Wurmlach (AT) u Somplago (IT) || 2017 Il-fażi tal-permessi 3.10.1. L-interkonnessjoni bejn Hadera (IL) u Vasilikos (CY) || 2018 Il-fażi tal-istudji 3.10.2. L-interkonnessjoni bejn Vasilikos (CY) u Korakia, Kreta (EL) || 2022 Il-fażi tal-istudji 3.14.1. L-interkonnessjoni bejn Eisenhűttenstadt (DE) u Plewiska (PL) || 2022 Il-fażi tal-istudji 3.15.1. L-interkonnessjoni bejn Vierraden (DE) u Krajnik (PL) || 2017 Il-fażi tal-permessi 3.19.1. L-interkonnessjonijiet bejn Villanova (IT) u Lastva (ME) || 2017 Il-fażi tal-bini 3.20.1. L-interkonnessjoni bejn Udine tal-Punent (IT) u Okroglo (SI) || 2021 Il-fażi tal-istudji 3.21 Il-PCI tal-interkonnessjoni Italja – Slovenja bejn Salgareda (IT) u Divača – ir-reġjun ta’ Bericevo (SI) || 2022 Il-fażi tal-permessi 3.22.1. L-interkonnessjonijiet bejn Resita (RO) u Pancevo (RS) || 2017 Il-fażi tal-permessi Il-Pjan ta’ Interkonnessjoni tas-Suq tal-Enerġija tal-Baltiku ("BEMIP Electricity") || 4.2.1. L-interkonnessjoni bejn Kilingi-Nõmme (EE) u s-substazzjon CHP2 ta’ Riga (LV) || 2020 Il-fażi tal-permessi 4.3 Il-PCI tal-interkonnessjoni sinkronika Estonja/Latvja/Litwanja man-netwerks Ewropej kontinentali || 2023-2025 Il-fażi tal-istudji 4.5.1. Il-parti LT tal-interkonnessjoni bejn Alytus (LT) u l-fruntiera LT/PL || 2015 Il-fażi tal-bini [1] Skont il-Pjan ta'
għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk 2014 tal-ENTSO-E (jekk
inhu l-każ) jew skont l-informazzjoni mogħtija mill-promoturi
tal-proġett lill-Kummissjoni fl-2014; [2] Il-proġetti bil-blu
jikkonċernaw il-proġetti ta' interkonnessjoni li huma mistennija
jitlestew sal-2017/18 jew fejn se jkun sar ammont sostanzjali ta' xogħol
sal-2017; dawn jistgħu japplikaw għall-appoġġ mill-EFSI