ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2015 LI JAKKUMPANJA L-PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL LI JEMENDA R-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, EURATOM) NRU 1311/2013 TAT-2 TA’ DIĊEMBRU 2013 LI JISTABBILIXXI L-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI GĦAS-SNIN 2014-2020 /* COM/2015/016 final */
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2015 LI
JAKKUMPANJA L-PROPOSTA GĦAL REGOLAMENT TAL-KUNSILL LI JEMENDA R-REGOLAMENT
TAL-KUNSILL (UE, EURATOM) NRU 1311/2013 TAT-2 TA’ DIĊEMBRU 2013 LI
JISTABBILIXXI L-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI GĦAS-SNIN 2014-2020 Wara li kkunsidrat: –
it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li
jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari
l-Artikolu 106a tiegħu, –
ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar
ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1],
u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, –
il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena
finanzjarja 2015, adottat fis-17 ta’ Diċembru 2014[2], –
l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2015[3],
adottat fit-13 ta' Jannar 2015, Il-Kummissjoni
Ewropea hawnhekk qed tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz
ta’ Baġit Emendatorju Nru 2 għall-baġit tal-2015. BIDLIET
FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA TAQSIMA B'TAQSIMA Il-bidliet
fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa taqsima b'taqsima huma disponibbli fuq
il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm).
Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża
għall-informazzjoni bħala anness baġitarju. WERREJ 1. Introduzzjoni. 5 2. Trasferiment ta’ impenji minħabba
l-adozzjoni tardiva ta’ regoli jew programmi skont ġestjoni kondiviża.. 5 3. Talbiet
skont l-intestatura u programmi QFP.. 6 3.1 Subintestatura 1b - Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali 6 3.2 Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: Riżorsi Naturali 7 3.3 Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza.. 8 3.4 Intestatura 4 – Ewropa Globali 9 4. Tabella sommarja skont l-intestatura
tal-QFP.. 10
1. Introduzzjoni L-abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE)
Nru 2 għall-baġit 2015 huwa ppreżentat flimkien mal-proposta parallela
tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)
għas-snin 2014-2020, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill
Nru 1311/2013[4] (ir-Regolament QFP). Minkejja l-adozzjoni tardiva
tal-QFP u l-atti legali tad-diversi Fondi[5], saru l-isforzi kollha biex jiġi adottat l-akbar numru ta’ programmi:
252 programm (39 %) ġew adottati fl-2014 u 93 (14 %) huma eliġibbli
għall-adozzjoni fuq approprjazzjonijiet tal-2014 li għandhom jiġu riportati
fl-2015. Għat-300 programm li jibqa' (47 %), l-approprjazzjonijiet
korrispondenti tal-2014 mhumiex qed jintużaw. Ir-reviżjoni tal-QFP u
l-adozzjoni ta’ dan l-ABE Nru 2 huma kundizzjoni neċessarja għall-adozzjoni
fl-2015 tal-programmi li ma ġewx adottati u li għalihom l-allokazzjoni tal-2014
ma ġietx użata. L-impenji korrispondenti għandhom għalhekk jiġu programmati
mill-ġdid għas-snin sussegwenti. It-28 Stat Membru kollha huma konċernati minn
dan l-eżerċizzju ta’ programmar mill-ġdid. Adozzjoni rapida tar-reviżjoni
tal-QFP u ta’ dan l-ABE Nru 2 tevita aktar dewmien fl-adozzjoni
tal-programmi u tiżgura implimentazzjoni bla xkiel ta’ programmi li jappoġġjaw
it-tkabbir u l-impjiegi. Skont ir-reviżjoniF tal-QFP
propost b’mod separat, l-ABE Nru 2 jipproponi żieda ta’
EUR 16 476,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-2015
għad-diversi Fondi taħt ġestjoni kondiviża skont is-subintestatura 1b,
l-intestatura 2 u l-intestatura 3. ABE Nru 2 jipproponi wkoll żieda ta'
EUR 2,5 miljun għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)
skont l-intestatura 4, biex tinżamm it-trattement simili bejn
il-kontribuzzjonijiet mill-intestatura 4 u l-intestatura 1b għall-Fond Ewropew
għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - il-programmi ta' kooperazzjoni territorjali
Ewropea (ETC). Il-proposta skont il-programm hija deskritta fid-dettall
fit-taqsima 3 hawn taħt. Kif spjegat fil-proposta
għar-reviżjoni tal-QFP, l-ammonti mhux impenjati fl-2014 u lanqas riportati
fl-2015 se jiġu trasferiti għas-snin 2015, 2016 u 2017. Il-proposta tkopri
l-bidliet fil-Baġit 2015 u l-bqija tal-ammonti se jiġu riflessi fl-Abbozzi
tal-Baġit rispettivi tal-2016 u l-2017. F’konformità mal-ftehim
milħuq dwar il-baġit tal-2014 u tal-2015, li kien jantiċipa xi dewmien
fl-approvazzjoni tal-programmi operazzjonali, il-Kummissjoni mhux qed
tipproponi xi bidla ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament. 2. Trasferiment ta’ impenji minħabba
l-adozzjoni tardiva ta’ regoli jew programmi skont ġestjoni kondiviża L-Artikolu 19 tar-Regolament QFP jipprevedi li, fil-każ ta’
adozzjoni tardiva ta’ regoli jew programmi skont ġestjoni kondiviża,
l-allokazzjonijiet mhux użati fl-2014 u lanqas dawk riportati, jeħtieġu li jiġu
trasferiti għal snin sussegwenti permezz ta' reviżjoni tar-Regolament QFP.
Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament QFP[6]
tiddeskrivi l-kuntest tal-proposta li jista' jiġi mqassar kif ġej:
Bħala konsegwenza ta’ ftehim tardiv dwar
ir-Regolament QFP, l-atti legali varji li jistabbilixxu
d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-fondi ġew adottati ħafna
aktar tard milli mistenni oriġinarjament: f’Diċembru 2013 għall-Fond
Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE),
il-Fond ta’ Koeżjoni (FK) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
(FAEŻR); kien biss f'Mejju 2014 għall-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd
(FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u
l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF). Firxa ta’ Atti ta’ Implimentazzjoni u
Atti Delegati ġew sussegwentement adottati matul l-2014 għal kull Fond.
L-istrateġija tal-Kummissjoni li tniedi djalogu
informali dwar id-dokumenti ta’ programmar għall-Fondi Strutturali u ta’
Investiment Ewropej (ESIF) mill-2012 kisbet riżultati importanti.
L-adozzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija mal-Istati Membri damet għal madwar
erba' xhur inqas mill-perjodu ta’ programmar preċedenti.
Madankollu, 300 programm (47 %) ma setgħux
jiġu adottati fl-2014 jew jibbenefikaw mill-proċedura għar-riportar
tal-approprazzjonijiet skont l-Artikolu 13 tar-Regolament Finanzjarju[7].
Bl-emenda proposta
għar-Regolament tal-Kunsill dwar il-QFP, l-allokazzjonijiet mhux użati tal-2014
se jiġu ttrasferiti għal snin sussegwenti permezz ta’ reviżjoni tal-limitu
massimu għal impenji tad-diversi intestaturi. Abbażi ta’ dan l-aġġustament
tal-limitu massimu, dan l-ABE attwali jitlob l-approprjazzjonijiet
għall-impenji meħtieġa fejn hu kkonċernat il-Baġit 2015. 3. Talbiet skont l-intestatura u
programmi QFP Il-Kummissjoni
tipproponi li tittrasferixxi l-biċċa l-kbira tal-allokazzjonijiet mhux użati
fl-2014 għas-sena 2015 sabiex iżżomm il-pass ta’ investiment għat-tkabbir u
l-impjiegi, timminimizza d-differenzi ta’ trattament ta’ programmi adottati
fl-2014 u tiżgura trattament ugwali ma’ programmi liema porzjon ta’ impenn hu
estiż f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament Finanzjarju. L-ammonti
speċifiċi biex jiġu trasferiti għall-2015 huma ddettaljati skont il-linja
tal-baġit fit-tabelli ta’ hawn taħt: 3.1 Subintestatura 1b
- Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali Il-Kummissjoni tipproponi li
tipprogramma mill-ġdid l-allokazzjoni kollha mhux użata fl-2014 għal Koeżjoni
Ekonomika, Soċjali u Territorjali fl-2015, bl-eċċezzjoni unika
tas-subintestatura 1b Kontribuzzjoni għall-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel
l-Adeżjoni (IPA) u tal-Istrument ta’ Viċinat (ENI), li se tkun ibbaġitjata mill-ġdid
fl-2017. It-twaqqif ta' dawn il-programmi, li l-ebda wieħed ma ġie adottat
fl-2014, huwa iktar kumpless u jdum iktar minħabba l-karattru speċifiku tagħhom
li jinvolvi l-Istati Membri u pajjiżi kandidati jew tal-viċinat. Iż-żieda
korrispondenti fl-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-2015 hija ta’
EUR 11 172,7 miljun. Linja Baġitarja || Intestatura || Impenji (EUR) 04 02 60 || Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi || 880 469 359 04 02 61 || Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi || 386 650 377 04 02 62 || Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi || 498 837 153 04 02 64 || Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ || 97 409 219 13 03 60 || Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi || 5 089 205 825 13 03 61 || Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi || 1 179 062 699 13 03 62 || Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi || 839 297 478 13 03 63 || Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi || 65 119 389 13 03 64 01 || Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Kooperazzjoni territorjali Ewropea || 309 951 374 13 04 60 || Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi || 1 826 702 791 Totali || 11 172 705 664 3.2 Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: Riżorsi Naturali Għall-Iżvilupp Rurali,
il-Kummissjoni tipproponi li titrasferixxi l-allokazzjonijiet li mhux użati
fl-2014 għall-2015 u l-2016. It-trasferiment parzjali għall-2016 huwa
ġustifikat minħabba r-raġunijiet li ġejjin: -
Il-qafas regolatorju li jipprovdi l-elementi
essenzjali neċessarji lill-Istati Membri għat-tħejjija tal-programmi tagħhom
ta’ Żvilupp Rurali[8]
tlesta biss fit-tieni nofs tal-2014. Barra minn hekk, l-aħħar Regolament li
jemenda l-att bażiku wara d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri li jittrasferixxu
xi ammonti bejn l-għajnuniet diretti u l-iżvilupp rurali[9], u b’hekk
iħalli impatt fuq l-ipprogrammar, daħal fis-seħħ biss fl-aħħar ta’ Diċembru
2014. -
Sehem sinifikattiv (madwar 50 %) tal-miżuri
b'karattru annwali fil-programm, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ġie ddebitat
fl-2014 fuq impenji tal-programmi 2007-2013, skont ir-regoli tranżizzjonali[10].
Dan ma jagħmilhiex possibbli li jiġu assorbiti bis-sħiħ l-impenji mhux użati
tal-2014 fl-2015 biss. -
Meta mqabbla mal-Fondi l-oħra tal-ESI, il-programmi
ffinanzjati mill-FAEŻR mhux se jibbenefikaw minn prefinanzjament annwali, li
jirriżulta f’ammont ogħla ta’ ħlasijiet interim jintalbu fil-limitu
tal-iskadenzi ta’ diżimpenn. Iż-żieda korrispondenti fl-approprjazzjonijiet
ta' impenn fl-2015 hija ta’ EUR 5 093 4 miljun. Linja Baġitarja || Intestatura || Impenji (EUR) 05 04 60 01 || Promozzjoni ta’ żvilupp rurali sostenibbli, aktar bilanċjat territorjalment u ambjentalment, settur agrikolu tal-Unjoni aktar favorevoli għall-klima u innovattiv || 4 352 663 052 11 06 60 || Il-promozzjoni ta’ sajd u akkwakultura sostenibbli u kompetittivi, żvilupp territorjali bilanċjat u inklużiv taż-żoni tas-sajd u tisdiq tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd || 740 724 593 Totali || 5 093 387 645 3.3 Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza Għall-Fond għall-Ażil,
il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF),
l-allokazzjonijiet mhux użati fl-2014 huma proposti li jiġu trasferiti
għas-snin 2015 sa 2017 bi profil digressiv minħabba l-adozzjoni tardiva
tal-atti bażiċi relatati u regoli ta’ diżimpenn iktar stretti għall-Fondi
Ewropej Strutturali u ta’ Investiment. Iż-żieda korrispondenti
fl-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-2015 hija ta’ EUR 210 3 miljun. Linja Baġitarja || Intestatura || Impenji (EUR) 18 02 01 18 02 01 01 18 02 01 02 || Fond għas-Sigurtà Interna Sostenn ta’ ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu Prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u mmaniġġar aħjar tar-riskji u l-kriżijiet b’rabta mas-sigurtà || 105 185 354 35 887 770 18 03 01 18 03 01 01 18 03 01 02 || Il-Fond ta' Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni Tisħiħ u żvilupp tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità bejn l-Istati Membri Sostenn għal migrazzjoni legali lejn l-Unjoni u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effikaċi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u t-tisħiħ ta’ strateġiji tar-ritorn ġusti u effikaċi || 27 708 874 41 563 311 Totali || 210 345 309 3.4 Intestatura
4 – Ewropa Globali Sabiex jinżammu
l-kontribuzzjonijiet mill-intestatura 4 bħala appoġġ għas-sehem ta' pajjiżi
kandidati (potenzjali) fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) -
il-Kooperazzjoni territorjali Ewropea (ETC) ta' programmi transnazzjonali u
l-iżgurar ta' trattament simili mal-kontribuzzjonijiet mhux użati tal-2014
tal-Intestatura 1b għall-FEŻR-ETC, il-Kummissjoni tipproponi li jiżdiedu
l-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-IPA II fl-2015 bl-ammont
tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti tal-IPA II - kontribuzzjoni
tal-FEŻR - ETC li mhux użata fl-2014. Peress li ma hemm l-ebda programmar
mill-ġdid previst għall-intestatura 4 fl-Artikolu 19 tar-Regolament
QFP, iż-żieda proposta f’approprjazzjonijiet ta’ impenn se tnaqqas il-marġni
eżistenti taħt l-intestatura 4, kif xieraq. Iż-żieda korrispondenti
fl-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-2015 hija ta’ EUR 2,5 miljun. Linja Baġitarja || Intestatura || Impenji (F’EUR) 13 03 64 02 || Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali fil-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea KTE tal-FEŻR - Kontribuzzjoni mill-Intestatura 4 (IPA II) || 2 480 038 Totali || 2 480 038 4. Tabella sommarja skont
l-intestatura tal-QFP Intestatura || Baġit 2015 (inkluż ABE 1/2015) || Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 2/2015 || Baġit 2015 || (inkluż ABE 1 u 2/2015) CA || PA || CA || PA || CA || PA 1. || Tkabbir intelliġenti u inklussiv || 66 781 974 020 || 66 922 960 910 || 11 172 705 664 || || 77 954 679 684 || 66 922 960 910 Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 83 285 595 || || || || 83 285 595 || Limitu || 77 986 000 000 || || || || 77 986 000 000 || Marġni || 11287 311 575 || || || || 114 605 911 || 1a || Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi || 17 551 688 425 || 15 798 230 894 || || || 17 551 688 425 || 15 798 230 894 Limitu || 17 666 000 000 || || || || 17 666 000 000 || Marġni || 114 311 575 || || || || 114 311 575 || 1b || Koeżjoni ekonomika soċjali u territorjali || 49 230 285 595 || 51 124 730 016 || 11 172 705 664 || || 60 402 991 259 || 51 124 730 016 Li minnhom skont l-Istrument ta' Flessibbiltà || 83 285 595 || || || || 83 285 595 || Limitu || 60 320 000 000 || || || || 60 320 000 000 || Marġni || 11173 000 000 || || || || 297 336 || 2. || Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali || 58 808 572 540 || 55 998 594 804 || 5 093 387 645 || || 63 901 960 185 || 55 998 594 804 Limitu || 64 692 000 000 || || || || 64 692 000 000 || Marġni || 5 883 427 460 || || || || 790 039 815 || Li minnhom: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa relatata mas-suq u ħlasijiet diretti || 43 455 780 762 || 43 447 624 585 || || || 43 455 780 762 || 43 447 624 585 Sottolimitu || 44 313 000 000 || || || || 44 313 000 000 || Trasferiment nett bejn il-FAEG u l-FAEŻR || 123 215 000 || || || || 123 215 000 || Marġni || 734 004 238 || || || || 734 004 238 || 3. || Sigurtà u ċittadinanza || 2 146 731 538 || 1 859 513 795 || 210 345 309 || || 2 357 076 847 || 1 859 513 795 Limitu || 2 456 000 000 || || || || 2 456 000 000 || Marġni || 309 268 462 || || || || 98 923 153 || 4. || Ewropa Globali || 8 408 418 991 || 7 422 489 907 || 2 480 038 || || 8 410 899 029 || 7 422 489 907 Limitu || 8 749 000 000 || || || || 8 749 000 000 || Marġni || 340 581 009 || || || || 338 100 971 || 5. || Amministrazzjoni || 8 660 469 063 || 8 658 756 179 || || || 8 660 469 063 || 8 658 756 179 Limitu || 9 076 000 000 || || || || 9 076 000 000 || Marġni || 415 530 937 || || || || 415 530 937 || Li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet || 6 941 188 663 || 6 939 475 799 || || || 6 941 188 663 || 6 939 475 779 Sottolimitu || 7 351 000 000 || || || || 7 351 000 000 || Marġni || 409 811 337 || || || || 409 811 337 || 6. || Kumpens || || || || || || Limitu || || || || || || Marġni || || || || || || Totali || 144 806 166 152 || 140 862 315 595 || 16 478 918 656 || || 161 285 084 808 || 140 862 315 595 Li minnhom taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà || 83 285 595 || 11 315 595 || || || 83 285 595 || 11 315 595 Limitu || 162 959 000 000 || 141 901 000 000 || || || 162 959 000 000 || 141 901 000 000 Marġni || 18 236 119 443 || 1 050 000 000 || || || 1 757 200 787 || 1 050 000 000 || Strumenti speċjali oħrajn || 515 365 000 || 351 724 968 || || || 515 365 000 || 351 724 968 Total Kumplessiv || 145 321 531 152 || 141 214 040 563 || 16 478 918 656 || || 161 800 449 808 || 141 214 040 563 [1] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1. [2] ĠU L
XX, XX.XX.2015, p. X. [3] COM(2015) 11 final tat-13.01.2015. [4] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884. [5] Il-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment, l-Ażil,
il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Fond għas-Sigurtà Interna. [6] COM(2015) 15 final tal-20.01.2015. [7] ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1. [8] Ir-Regolament
ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’
Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE)
Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp
rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014,
p.18). [9] Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1378/2014
tal-Kummissjoni tas-17.10.2014 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (UE)
Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III
tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU
L 367, 23.12.2014, p. 16). [10] Ir-Regolament (UE) Nru 1310/2013 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi ċerti
dispożizzjonijiet transitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond
Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jemenda r-Regolament (UE)
Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ riżorsi u
d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru
1306/2013 u (UE) Nru 1308//2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward
l-applikazzjoni fis-sena 2014 (ĠU L 347, 20.12 .2013, p. 865); u
r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 335/2013 tat-12 ta’
April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistabbilixxi regoli
dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005
dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp
Rurali (FAEŻR) (ĠU L 105, 13.4.2013, p.1).