|
30.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/171 |
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tad-29 ta' April 2015
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2015), |
|
A. |
billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (“iċ-Ċentru”) għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 52 193 667, li jirrappreżenta żieda ta' 8,08 % meta mqabbel ma' dak għall-2012; |
|
B. |
billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (“ir-rapport tal-Qorti”), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari; |
|
C. |
billi l-kompitu taċ-Ċentru huwa li jipprovdi lil kwalunkwe istituzzjoni jew korp tal-Unjoni Ewropea li jitolbu s-servizzi tiegħu bis-servizzi ta' traduzzjoni neċessarji għall-attivitajiet tagħhom; |
Segwitu għall-kwittanza 2012
|
1. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-istatus ta' żewġ azzjonijiet korrettivi li ttieħdu b'reazzjoni għall-kummenti tiegħu tas-sena preċedenti huma mmarkati bħala “Għadha għaddejja”; |
|
2. |
Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li ħejja pjan ta' azzjoni sabiex inaqqas l-ispejjeż amministrattivi tiegħu kif identifikati fl-oqsma tar-riżorsi umani, iċ-ċirkwiti finanzjarji, l-informatika u l-infrastruttura; jaċċerta miċ-Ċentru li laħaq il-limitu tiegħu rigward it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
|
3. |
Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 83,47 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 77,68 %; |
Kuntratti qafas
|
4. |
Jikkonstata li ċ-Ċentru kkonkluda 472 kuntratt qafas ma' fornituri ta' servizzi ta' traduzzjoni għal perjodu massimu ta' 4 snin fl-2008. jikkonstata, barra minn hekk, li fl-2012 iċ-Ċentru ħa sehem fil-proċedura ta' akkwist tal-Kummissjoni għal servizzi ta' traduzzjoni, iżda ma seta' jintlaħaq l-ebda qbil mal-Kummissjoni dwar il-klawżoli tal-kuntratt; |
|
5. |
Jirrikonoxxi li, b'konsegwenza ta' dan, iċ-Ċentru estenda l-kuntratti qafas eżistenti tiegħu għal sena addizzjonali; jikkonstata bi tħassib li, għalkemm id-Direttur taċ-Ċentru ħareġ deroga, it-tali estensjoni mhijiex konformi mar-regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju taċ-Ċentru, li jistipulaw perjodu massimu ta' erba' snin għall-kuntratti qafas; |
|
6. |
Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li n-nuqqas ta' qbil mal-Kummissjoni kien dovut għall-fatt li l-Kummissjoni biddlet il-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti fi stadju avvanzat tal-proċess; jikkonstata d-deċiżjoni taċ-Ċentru li jtawwal il-kuntratti eżistenti abbażi tal-impatt negattiv jekk ma jkun hemm ebda kuntratt fis-seħħ sakemm tkun tista' tiġi organizzata s-sejħa għal offerti li jmiss; |
Impenji u riporti
|
7. |
Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti ma jsemmi l-ebda kwistjoni notevoli fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013; jikkonstata li 5,79 % tal-approprjazzjonijiet baġitarji ġew riportati għall-2014; |
Kontrolli interni
|
8. |
Jirrikonoxxi li, fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq valutazzjoni sħiħa tar-riskju li rriżultat fil-Pjan ta' Awditjar Strateġiku Intern tal-IAS għaċ-Ċentru, li jelenka s-suġġetti proposti għall-awditjar fil-perjodu 2014–2016; |
|
9. |
Jirrkonoxxi li, minħabba diversi limitazzjonijiet, bħar-rilokazzjoni lejn il-Bini Drosbach, il-progress miksub fl-implimentazzjoni ta' diversi azzjonijiet inklużi fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Kontroll Intern ma kienx daqs kemm kien inizjalment antiċipat; |
|
10. |
Jikkonstata bi tħassib li, waqt l-analiżi tar-riskji li għamel, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu bħala awditjabbli fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, peress li l-kontrolli ġew ivvalutati bħala assenti jew insuffiċjenti; jindika li l-maniġment taċ-Ċentru ppreżenta lill-IAS bi pjan ta' azzjoni intenzjonat biex jindirizza dawn id-dgħufijiet u li l-azzjonijiet meħuda miċ-Ċentru biex jindirizzahom se jingħataw segwitu mill-IAS; |
|
11. |
Jieħu nota li l-IAS ta segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju, u li fil-31 ta' Diċembru 2013 l-ebda rakkomandazzjoni kritika preċedenti ma kienet għadha pendenti; jikkonstata li rakkomandazzjoni waħda importanti ħafna qed tiġi implimentata u qiegħda fit-triq it-tajba, u li l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni importanti ħafna oħra ġiet imdewma; jappella liċ-Ċentru biex jieħu ħsieb din il-kwistjoni u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza meta titlesta; |
|
12. |
Jikkonstata bi tħassib li d-delegi formali mill-uffiċjali awtorizzanti mhumiex dejjem konsistenti mad-drittijiet ta' awtorizzazzjoni għal tranżazzjonijiet fis-sistema ta' kontabilità abbażi tad-dovuti (ABAC); jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru li huwa aġġorna d-delega formali sabiex jagħmilha konformi mad-drittijiet fis-sistema ABAC; |
Trasferimenti
|
13. |
Jikkonstata li, skont ir-rapport ta' attività annwali taċ-Ċentru, kif ukoll ir-rapport tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji; |
Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ
|
14. |
Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist taċ-Ċentru fir-rapport tal-Qorti; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza
|
15. |
Jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru li huwa vvaluta l-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess abbażi tal-“Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE”; jikkonstata li, abbażi ta' dik il-valutazzjoni, iċ-Ċentru ħoloq politika ġdida li tiddikjara li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tal-Maniġment, id-Direttur u l-uffiċjali tal-maniġment superjuri jridu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; |
|
16. |
Jikkonstata li ċ-Ċentru ppreżenta dik il-politika ġdida lill-Bord tal-Maniġment tiegħu fl-2014 u li din ġiet approvata fid-29 ta' Ottubru 2014; jirrikonoxxi li ċ-Ċentru qiegħed is-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tal-Maniġment għad-dispożizzjoni fis-sit tiegħu fuq l-Internet; jappella liċ-Ċentru biex iħaffef il-faċilità ta' aċċess għal dawn id-dokumenti; |
Prestazzjoni
|
17. |
Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-flus kontanti miżmuma miċ-Ċentru żdiedu minn EUR 35 000 000 fl-aħħar tal-2012 għal EUR 40 000 000 fl-aħħar tal-2013; jikkonstata, barra minn hekk, li l-bilanċ pożittiv tal-baġit u r-riżervi żdiedu minn EUR 30 900 000 għal EUR 37 500 000 matul l-istess perjodu; |
|
18. |
Jaċċerta miċ-Ċentru li l-bilanċ pożittiv tal-baġit tiegħu għall-2012 kien iġġenerat prinċipalment minn fatturi esterni barra mill-kontroll tiegħu u li ċ-Ċentru ħa azzjonijiet biex dan inaqqsu; jikkonstata li, fid-dawl tal-analiżi tal-ispejjeż tal-2012 taċ-Ċentru, kif ukoll l-analiżi tal-ispejjeż tiegħu tal-ewwel nofs tal-2013, iċ-Ċentru ddeċieda li jbaxxi l-prezzijiet tiegħu għall-2014; jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta miċ-Ċentru li l-baġits 2014 u 2015 tiegħu kienu ppjanati bħala baġits b'bilanċi negattivi b'mod li tintuża parti mill-bilanċi pożittivi tas-snin preċedenti; |
Kummenti oħra
|
19. |
Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru sar operattiv fl-1994 u, minn dakinhar, ħadem abbażi ta' korrispondenza u skambji mal-Istat Membru ospitanti; jirrikonoxxi li n-negozjati taċ-Ċentru mal-Istat Membru li jospitah fir-rigward tas-sede tiegħu laħqu l-fażi finali, u li ffirma l-ftehim dwar is-sede mal-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu; jikkonstata li ċ-Ċentru qed jistenna l-konferma finali f'din il-kwistjoni; |
|
20. |
Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 (1) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0130 (ara l-paġna 431 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).