|
24.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 399/216 |
P8_TA(2015)0431
Ftehim UE-Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal perjodu qasir ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn għal perijodu qasir (07187/2015 – C8-0145/2015 – 2015/0060(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 399/36)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (07187/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Saint Lucia dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (07107/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba ta' approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2)(a), u l-Artikolu 218(6), it-tieni inċiż, punt a) v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0145/2015), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet inċiż, u l-paragrafu 2, kif ukoll l-Artikolu 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0321/2015), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ Saint Lucia. |