22.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/291


P8_TA(2015)0305

Awtorizzazzjoni għal-Awstrija, l-Belġju u l-Polonja biex tirratifika, jew biex taderixxi mal-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt tat-Trasport ta' Merkanzija permezz ta' Passaġġi fuq l-Ilma Interni (CMNI) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika tal-Polonja rispettivament biex jirratifikaw, u lir-Repubblika tal-Awstrija biex taderixxi mal-Konvenzjoni ta' Budapest dwar il-Kuntratt tat-Trasport ta' Merkanzija permezz ta' Passaġġi fuq l-Ilma Interni (CMNI) (08223/2015 – C8-0173/2015 – 2014/0345(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 316/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (08223/2015).

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Budapest dwar il-Kuntratt tat-Trasport ta' Merkanzija permezz ta' Passaġġi fuq l-Ilma Interni (08223/15/ADD1)

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill bi qbil mal-Artikolu 81(2) u mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0173/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0231/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika tal-Polonja rispettivament biex jirratifikaw, u lir-Repubblika tal-Awstrija biex taderixxi mal-Konvenzjoni ta' Budapest dwar il-Kuntratt tat-Trasport ta' Merkanzija permezz ta' Passaġġi fuq l-Ilma Interni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.