22.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/275


P8_TA(2015)0281

Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-ILO: politika soċjali ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Settembru 2015 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika soċjali (06732/2015 – C8-0079/2015 – 2014/0259(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 316/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abboż ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06732/2015),

wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 153(2), b'rabta mal-Artikolu 153(1)(a) u (b), l-Artikolu 218(6)(2a)(v) u l-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0079/2015),

wara li kkunsidra l-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0243/2015),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.