4.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/104


P8_TA(2015)0224

L-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-UE *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (COM(2014)0661 – C8-0274/2014 – 2014/0322(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2016/C 407/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0661),

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) u (5) tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C8-0274/2014),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0157/2015),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.