|
30.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/226 |
P8_TA(2015)0054
Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Montenegro ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta ' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (test kodifikat) (COM(2014)0374 – C8-0035/2014 – 2014/0190(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)
(2016/C 316/35)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0374), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0035/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0051/2014), |
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali, |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) Għadha mhiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
P8_TC1-COD(2014)0190
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2015 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (kodifikazzjoni)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/752.)