17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/100


OPINJONI tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009

(COM(2015) 180 final – 2015/0096 COD)

(2015/C 383/15)

Nhar it-30 ta’ April 2015 u s-7 ta’ Mejju 2015, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009

[COM(2015) 180 final – 2015/0096 COD].

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti u li m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-509 sessjoni plenarja tiegħu tal-1 u t-2 ta’ Lulju 2015 (seduta tal-1 ta’ Lulju), li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, l-1 ta’ Lulju 2015.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE