|
31.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 251/19 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u kif jistgħu jinkisbu l-għanijiet tagħha sal-2020”
(Opinjoni esploratorja fuq talba tal-Presidenza Latvjana)
(2015/C 251/04)
|
Relatur ġenerali: |
is-Sur BARÁTH |
F’ittra datata l-25 ta’ Settembru 2014, is-Sur Rihards Kozloviskis, Aġent Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ministru għall-Intern tar-Repubblika tal-Latvja, talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ifassal opinjoni esploratorja dwar
“Il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 u kif jistgħu jinkisbu l-għanijiet tagħha sal-2020”
Nhar l-14 ta’ Ottubru 2014, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lill-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Ewropa 2020 sabiex jipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Frar 2015 (seduta tat-19 ta’ Frar) li jaħtar lis-Sur Baráth bħala relatur ġenerali u adotta din l-Opinjoni b’184 vot favur, 5 voti kontra u 6 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jaqbel mal-Presidenza Latvjana, u jirrikonoxxi l-importanza fundamentali tar-reviżjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea. Il-KESE jappoġġja r-rabta diretta li saret bejn il-kompetittività Ewropea mtejba u l-inizjattiva ewlenija tal-“Aġenda Diġitali għall-Ewropa” (1), inklużi l-konsegwenzi enormi għall-industrija, is-suq tax-xogħol u s-soċjetà b’mod ġenerali, li ġew sottovalutati mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill. Is-sitwazzjoni teħtieġ viżjoni ġenerali fuq perjodu medju u fit-tul u sens akbar ta’ responsabbiltà. |
|
1.2. |
Il-miżuri suġġeriti f’din l-Opinjoni tal-KESE għandhom jgħinu biex jiġi żgurat li gradwalment, tul perjodu ta’ bosta snin, l-Istrateġija Ewropa 2020 (u wara l-Ewropa 2030) tkun il-kunċett ċentrali li fuqu jkunu bbażati l-istrateġiji ekonomiċi, soċjali u territorjali tal-UE fit-tul, filwaqt li titqies il-firxa ta’ sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri. |
|
1.3. |
Il-kriżi finanzjarja kellha impatt kbir fuq l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, u dan ħoloq limitazzjonijiet u restrizzjonijiet f’termini tal-effettività, l-adegwatezza u l-leġittimità tal-għanijiet u l-mudell ta’ governanza tagħha. B’mod ġenerali, l-UE issa hija ferm aktar ‘il bogħod mill-għanijiet tal-Ewropa 2020 milli kienet fl-2010. L-istrateġija batiet minħabba l-kriżi. |
|
1.4. |
Id-dettalji tas-sitwazzjoni attwali jistgħu jinsabu fl-istħarriġ maħruġ mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020 u fl-Opinjoni tal-KESE (2). L-Opinjoni fiha għadd ta’ punti interessanti li għandhom jiġi kkunsidrati fir-rigward tal-bidliet progressivi li għandhom jiġu proposti għall-istrateġija riveduta. F’diversi okkażjonijiet, il-KESE jenfasizza li l-Ewropa m’għandhiex bżonn strateġija kompletament ġdida, iżda għandha bżonn strateġija ħafna aktar effikaċi. |
|
1.5. |
Il-Kummissjoni l-ġdida, li bdiet il-mandat tagħha fil-ħarifa tal-2014, ippubblikat il-programm ta’ ħidma tagħha intitolat “Bidu ġdid għall-Ewropa” (3). Il-KESE jaqbel mat-tliet pilastri tal-programm ta’ ħidma:
|
|
1.6. |
Il-programm ta’ ħidma l-ġdid jindirizza l-implimentazzjoni tal-għaxar linji gwida ta’ politika li jikkostitwixxu l-prijoritajiet tal-President tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker. Dan huwa aktar importanti meta jiġi kkusnidrat li bosta minn dawn il-prijoritajiet jappoġġjaw direttament l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020:
|
|
1.6.1. |
Għandu jkun hemm viżjoni globali, flimkien ma’ strateġija għall-implimentazzjoni tagħha, u informazzjoni mifruxa dwarha. Il-KESE huwa tal-fehma li l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-pjan ta’ investiment għandhom ikunu marbutin ħafna aktar mill-qrib. |
|
1.6.2. |
Il-KESE bħalissa qed jeżamina f’Opinjoni (5) sa liema punt il-Pjan ta’ Investiment għandu jpatti għan-nuqqasijiet ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020, u l-istrumenti finanzjarji l-ġodda jżidu l-possibbiltà li jiġu implimentati l-għanijiet tagħha. |
|
1.6.3. |
Il-KESE huwa favur it-titjib tal-pakkett dwar is-suq uniku diġitali (6), filwaqt li jieħu pass deċiżiv lejn l-implimentazzjoni tal-inizjattiva ewlenija diġitali tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-iżgurar tal-ġejjieni diġitali tal-Unjoni Ewropea huwa wieħed mill-pilastri ewlenin li jappoġġja l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u li jiddetermina l-iżvilupp sostenibbli ta’ soċjetà Ewropea li tirrispetta l-ambjent. Il-KESE jitlob miżuri sabiex iż-żieda konsiderevoli fl-applikazzjonijiet diġitali li jużaw in-nies fl-Ewropa jkollha impatt pożittiv anki fid-dinja tax-xogħol. Il-KESE jtenni l-appoġġ tiegħu għall-allokazzjoni ta’ fondi biex ikopru n-nuqqas fil-finanzjament fl-espansjoni tan-netwerks diġitali u tal-broadband, kif ġie deċiż mill-Kunsill Ewropew fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020 (7). |
|
1.6.4. |
Il-KESE jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu dwar il-promozzjoni ta’ politika komuni Ewropea dwar l-enerġija, filwaqt li jitrawmu prinċipji bħall-adattament u t-tnaqqis tad-differenzi fil-prezzijiet tal-enerġija, it-titjib fil-kundizzjonijiet tas-suq intern tal-enerġija, it-tnaqqis tad-dipendenza mill-enerġija minn pajjiżi li mhumiex fl-UE u l-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli. |
2. Analiżi dwar l-effetti ewlenin fuq il-passi futuri sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020
|
2.1. |
L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT) (8) ippubblikat lejn l-aħħar tal-2014 iqis b’mod formali l-pjan ta’ żvilupp il-ġdid, li huwa essenzjali għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea. L-għanijiet ewlenin tas-Semestru Ewropew, il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u l-Istrateġija Ewropa 2020 fl-aħħar għandhom ikunu allinjati permezz ta’ viżjoni fit-tul: |
|
2.1.1. |
spinta koordinata għall-investiment, ibbażat fuq il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa;
|
|
2.1.2. |
impenn imġedded lejn ir-riformi strutturali; |
|
2.1.3. |
il-ksib tar-responsabbiltà fiskali; |
|
2.1.4. |
l-aħjar użu possibbli ta’ flessibbiltà fir-regoli eżistenti; u |
|
2.1.5. |
huwa essenzjali essenzjali li s-sistema ta’ governanza tiġi simplifikata biex issir aktar effettiva u tiżdied ir-responsabbiltà komuni mill-Istati Membri u l-UE. |
|
3. |
L-aġġustament tal-programmi operattivi, li tfasslu fuq il-bażi tal-ftehimiet ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, wasal biex jintemm. Peress li l-Programm “Bidu ġdid” bla dubju ser ikollu impatt fuq id-diversi programmi nazzjonali, f’termini kemm ta’ għanijiet u strumenti, il-koordinazzjoni Ewropea li ġiet żviluppata s’issa għandha tissaħħaħ. |
|
3.1. |
Ir-rilevanza, l-effiċjenza u l-effettività tal-mod kif jintużaw il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni għandhom influwenza ewlenija fuq l-oqfsa għall-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u legali l-ġodda. Il-KESE jipproponi li tingħata ħarsa ġenerali lejn l-investimenti fil-programmi ta’ infrastruttura u tal-iżvilupp ekonomiku appoġġjati mill-Fondi, u li dawn isiru konformi mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (European Fund for Strategic Investments – EFSI) (9). |
|
3.2. |
It-twettiq tal-għanijiet tal-Pjan ta’ Investiment u tal-Programm EFSI, iż-żieda tal-effett ta’ lieva tal-fondi tal-UE 2014-2020 u l-irduppjar tal-valur ta’ strumenti finanzjarji innovattivi huma kruċjali biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. |
|
3.3. |
Il-KESE, il-KtR u l-Membri tal-Parlament Ewropew ippreżentaw għadd ta’ possibbiltajiet li jippermettu li jsiru ċerti konċessjonijiet għal perjodu tranżizzjonali, sabiex jiżdiedu r-riżorsi, bil-għan li tingħata spinta lill-investimenti tal-UE. Għandu jiġi kkunsidrat mod kif jista’ jiġi eliminat il-kofinanzjament mill-Istati Membri tal-fondi strutturali użati għal investiment soċjali fuq perjodu twil (speċjalment fil-qasam tal-edukazzjoni) mill-kalkolu tad-defiċit mingħajr ma jinbidlu r-regoli, b’konformità mal-approċċ tal-Kummissjoni. Il-KESE jappoġġja d-diskussjoni li għaddejja fil-Kummissjoni tal-UE dwar l-użu tal-hekk imsejħa “regola tad-deheb” fil-finanzjament, biex fil-kuntest tal-qafas tar-regoli fiskali tal-UEM, l-investimenti soċjali jiġu esklużi mill-kalkolu tad-defiċits pubbliċi netti (10). |
|
3.4. |
Mil-lat finanzjarju, huwa importanti li jinstab approċċ komprensiv għat-tipi differenti ta’ nefqa, bħas-sistema ta’ kofinanzjament għan-netwerk trans-Ewropew (11) u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (12), u l-investimenti nazzjonali kofinanzjati mill-EFSI. Dan irid jiġi ċċarat mill-Kummissjoni. |
|
3.5. |
Fost l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, flimkien mat-titjib tal-kompetittività fit-tul, huwa importanti li l-Fondi Strutturali jiffokaw aktar fuq l-implimentazzjoni tal-programmi ambjentali jew dawk b’aspett uman. Dan għandu jippromovi wkoll l-iżvilupp sostenibbli ta’ fatturi “lil hinn mill-PDG” (13). Minħabba l-possibbiltajiet ta’ finanzjament addizzjonali, għandha tiġi estiża l-enfasi ikbar fuq sistema ta’ żvilupp “orjentata lejn il-produzzjoni” u fuq sferi li jappoġġjaw is-soċjetà, il-familji u l-valuri individwali, bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. |
|
4. |
Il-KESE jemmen bis-sħiħ li Strateġija Ewropa 2020 riveduta u mtejba jista’ jkollha rwol ewlieni fl-implimentazzjoni ta’ governanza ekonomika Ewropea ġdida mmirata lejn żieda fil-kompetittività u l-iżvilupp. |
|
4.1. |
Minħabba prijoritajiet li dejjem jinbidlu u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Istrateġija Ewropa 2020, ikun utli li jkun hemm punt uniku ta’ kuntatt (one-stop shop) kapaċi jiżgura l-koordinazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni effettivi tal-kompiti u l-proċeduri, u dan jinkludi l-aġenziji tal-UE. |
|
4.2. |
Ta’ min jikkunsidra wkoll it-twaqqif ta’ punt uniku ta’ kuntatt li jiġġestixxi u jissorvelja l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u l-koordinazzjoni bejn l-ekonomija reali u l-livell pan-Ewropew u dak nazzjonali/reġjonali, jew li korp eżistenti jiġi konvertit għal dan il-għan. Permezz ta’ dan l-approċċ jista’ jiġi evitat xogħol doppju u jinħolqu sinerġiji aħjar. |
5. Azzjonijiet biex tissaħħaħ il-governanza ekonomika Ewropea
|
5.1. |
Billi r-rabtiet tal-governanza tal-Ewropa 2020 bejn l-għanijiet fil-perjodu l-qasir u fit-tul huma dgħajfa ħafna, tinħtieġ, tal-anqas, l-azzjoni li ġejja: |
|
5.1.1. |
l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għandu jinkludi referenza għall-progress tal-Ewropa 2020;
|
|
5.1.2. |
Is-sitwazzjonijiet differenti ħafna fl-Istati Membri jirrikjedu l-flessibbiltà fl-evalwazzjoni u għanijiet ċari u għodod immirati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, pereżempju:
|
6. L-irfinar tal-kunċett ta’ “tkabbir”:
|
a. |
l-implimentazzjoni flimkien mal-“kompetittività sostenibbli”; |
|
b. |
l-adozzjoni ta’ politiki li jappoġġjaw il-protezzjoni ambjentali u soċjali u (15) |
|
c. |
l-introduzzjoni ta’ indikatur ġdid pan-Ewropew tat-tendenzi fis-suq tax-xogħol fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u ġenwini fil-livell tal-UE. |
7. L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa
|
7.1. |
Il-KESE jaqbel mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni: it-teknoloġiji diġitali jintroduċu modi ġodda tal-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi u qed jagħtu sura ġdida lill-mod kif ngħixu, naħdmu u nitgħallmu (16). Il-kontribut tal-KESE għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva ewlenija Aġenda Diġitali għall-Ewropa (17) u l-enfasi prinċipali ta’ Suq Uniku Diġitali ambizzjuż huma proposti biex:
|
|
7.2. |
L-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali u ż-żieda kbira fl-oqsma tal-applikazzjoni tagħhom huma riflessi f’bidla strutturali sinifikanti fi kważi s-setturi ekonomiċi kollha. Dan jolqot liċ-ċittadini mhux biss bħala konsumaturi, iżda fuq kollox fil-postijiet tax-xogħol tagħhom. Minbarra ż-żieda fl-awtonomija u l-flessibbiltà li jġibu magħhom it-teknoloġiji diġitali fuq il-post tax-xogħol, huma jwasslu wkoll għall-pressjoni għall-aqwa effiċjenza li timplika spejjeż konsiderevoli għal dawk ikkonċernati, f’xi każi sa telf tal-impjieg. F’dan il-kuntest il-KESE jqis li l-eliminazzjoni ġenerali ta’ dawn il-kwistjonijiet mill-inizjattivi kollha tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa huwa nuqqas kbir, jitlob għalhekk bidla f’dan ir-rigward u ser jieħu l-pożizzjoni tiegħu dwar dan f’opinjoni fuq inizjattiva proprja (19). |
8. Lejn governanza ekonomika ġdida orjentata lejn l-iżvilupp
|
8.1. |
Passi lejn governanza orjentata lejn l-iżvilupp;
|
|
9. |
Il-prerekwiżiti għal governanza “tajba” orjentata lejn l-iżvilupp huma li jkollha:
|
Brussell, id-19 ta’ Frar 2015.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE
(1) Għall-“Aġenda Diġitali għall-Ewropa” jekk jogħġbok ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/digital-agenda/
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”, ĠU C 12, 15.1.2015, p. 105.
(3) Għall-“Bidu ġdid għall-Ewropa” ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/digital-agenda/
(4) Għall-“Pjan ta’ Investiment”, ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/priorities/jobs-growth-investment/plan/index_en.htm (mhux disponibbli bil-Malti).
(5) Opinjoni tal-KESE dwar Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, ECO/374 (għandha mhix ippubblikata fil-ĠU).
(6) Għall-“Pakkett dwar is-suq uniku diġitali” ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/digital-single-market-analysis-and-data (mhux disponibbli bil-Malti).
(7) Matul in-negozjati dwar il-QFP, l-element tal-broadband tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tnaqqas bi EUR 8,2 biljun, u issa jammonta għal EUR 1 biljun biss.
(8) Għall-“Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015”, ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/europe2020/making-it-happen/annual-growth-surveys/index_mt.htm
(9) Għall-“Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi”, ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/priorities/jobs-growth-investment/plan/financing/index_en.htm#efsi (mhux disponibbli bil-Malti).
(10) Opinjoni tal-KESE dwar “L-investiment b’impatt soċjali”, ĠU C 226, 16.7.2014, p. 21.
(11) Għan-“netwerk trans-Ewropew”, jekk jogħġbok ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/transport/infrastructure/tentec/tentec-portal/site/index_en.htm (mhux disponibbli bil-Malti).
(12) Għall-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” ara l-websajt tal-Kummissjoni Ewropea http://ec.europa.eu/digital-agenda/en/connecting-europe-facility (mhux disponibbli bil-Malti).
(13) Opinjoni tal-KESE dwar “Il-PDG u lil hinn minnu – l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-għażla ta’ indikaturi komplementari”, ĠU C 181, 21.6.2012, p. 14.
(14) Opinjoni tal-KESE dwar “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi”,ĠU C 11, 15.1.2013, p. 65.
(15) Ara t-Trattat ta’ Lisbona, l-Artikoli 191.
(16) Opinjoni tal-KESE dwar “L-impatt tas-servizzi tan-negozju fl-industrija”, ĠU C 12, 15.1.2015, p. 23.
(17) Opinjoni tal-KESE dwar “Is-suq diġitali – xprun għat-tkabbir”,ĠU C 229, 31.7.2012, p. 1.
(18) http://www.europarl.europa.eu/charter/pdf/text_en.pdf (mhux disponibbli bil-Malti).
(19) Opinjoni tal-KESE dwar L-effetti tad-diġitalizzazzjoni fuq is-settur tas-servizzi u l-impjieg CCMI/136 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU)