|
5.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 390/2 |
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata b’membru uniku
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinsab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
(2014/C 390/02)
1. Introduzzjoni
1.1. Konsultazzjoni tal-KEPD
|
1. |
Fid-9 ta’ April 2014, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kumpaniji privati b’responsabbiltà b’membru uniku (“il-Proposta”) (1). Fl-istess ġurnata, il-Kummissjoni bagħtet il-Proposta lill-KEPD għall-konsultazzjoni. |
1.2. Objettiv u kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta
|
2. |
L-objettiv ġenerali tal-Proposta hu li “tagħmilha iktar faċli għal kwalunkwe fundatur ta’ kumpanija potenzjali, u b’mod partikolari għall-SMEs, sabiex iwaqqaf kumpaniji barra minn pajjiżu”. Għal dan il-għan, il-Proposta timmira li “l-kundizzjonijiet għat-twaqqif u l-operat ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata b’membru uniku jkunu armonizzati”. Il-Proposta tipprovdi għall-“possibbiltà ta’ reġistrazzjoni onlajn, bil-mudell standard tal-artikoli ta’ assoċjazzjoni, rekwiżit kapitali minimu ta’ EUR 1, akkumpanjati minn test tal-karta tal-bilanc u dikjarazzjoni ta’ solvenza.” Sabiex tgħin fl-iżgurar tat-trasparenza, teħtieġ ukoll l-iżvelar ta’ ċerta informazzjoni dwar il-kumpanija b’membru uniku f’reġistru aċċessibbli għall-pubbliku (2). |
3. Konklużjonijiet
|
— |
Nilqgħu il-konsultazzjoni tal-KEPD dwar din il-Proposta u l-fatt li l-Proposta tillimita l-ġbir tad-data dwar l-iskwalifiki attwalment fis-seħħ, u li tispeċifika li l-iskambji tal-informazzjoni jistgħu jsiru skont is-sistema IMI. |
|
— |
F’din l-Opinjoni nirrakkomandaw it-titjib ulterjuri li ġej:
|
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2014.
Giovanni BUTTARELLI
Assistant għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2014) 212 finali.
(2) Memorandum ta’ Spjegazzjoni, Taqsimiet 1, 2 u 3.