|
18.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 371/8 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Novembru 2010 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-Każ C.39258 — Trasport ta’ merkanzija bl-ajru (2)
Rapporteur: Il-Belġju
(2014/C 371/07)
|
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida 2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1). Minoranza tal-Kumitat Konsultattiv astjeniet. |
|
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-ammonti bażiċi tal-multi għal kull destinatarju tad-deċiżjoni abbozz. Minoranza tal-Kumitat Konsultattiv astjeniet. |
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti bażiċi applikabbli f’dan il-każ għal kull destinatarju tad-deċiżjoni abbozz. Minoranza tal-Kumitat Konsultattiv astjeniet. |
|
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-ammonti tal-multi u t-tnaqqis minnhom fuq il-bażi tal-Avviż tal-Kummissjoni tal-2002 dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell. Minoranza tal-Kumitat Konsultattiv astjeniet. |
|
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar inabbiltà ta’ ħlas. Minoranza tal-Kumitat Konsultattiv astjeniet. |
|
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammonti finali tal-multi. Minoranza tal-Kumitat Konsultattiv astjeniet. |
|
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li tqajmu matul id-diskussjoni. Minoranza tal-Kumitat Konsultattiv astjeniet. |
|
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-Opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minoranza tal-Kumitat Konsultattiv astjeniet. |