4.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/19 |
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar “Strateġija għaċ-Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea: Spazju Ċibernetiku Miftuħ, Sikur u Mingħajr Periklu”, u dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar miżuri biex jiġi żgurat livell komuni għoli tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni kollha
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2014/C 32/10
1. Introduzzjoni
1.1. Konsulatazzjoni tal-KEPD
1. |
Fis-7 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà adottaw Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Strateġija ta’ Ċibersigurtà tal-Unjoni Ewropea: Spazju Ċibernetiku Miftuħ, Sikur u Bla Periklu” (1) (minn hawn ’il quddiem “Il-Kommunikazzjoni Konġunta”, “l-Istrateġija dwar iċ-Ċibersigurtà” jew “l-Istrateġija”). |
2. |
Fl-istess jum, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex jiġi żgurat livell komuni għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fl-Unjoni (2) kollha (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva proposta” jew “il-Proposta”). Din il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsulatazzjoni fis-7 ta’ Frar 2013. |
3. |
Qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni Konġunta u tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-possibbiltà li jagħti kummenti informali lill-Kummissjoni. Huwa jinsab kuntent li xi wħud mill-kummenti tiegħu ġew ikkunsidrati fil-Komunikazzjoni Konġunta u fil-Proposta. |
4. Konklużjonijiet
74. |
Il-KEPD jinsab kuntent li l-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ressqu Strateġija komprensiva dwar iċ-Ċibersigurtà kkumplimentata minn proposta għal Direttiva dwar il-miżuri biex jiġi żgurat livell komuni għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni (NIS) fl-UE kollha. L-Istrateġija tikkumplimenta l-azzjonijiet ta’ politika li diġà ġew żviluppati mill-UE fil-qasam tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni. |
75. |
Il-KEPD jinsab kuntent li l-Istrateġija tmur lil hinn mill-approċċ tradizzjonali fejn is-sigurtà tmur kontra l-privatezza billi jiġi previst l-għarfien espliċitu tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta bħala valuri ewlenin li għandhom jiggwidaw il-politika dwar iċ-ċibersigurtà fil-livell tal-UE u dak internazzjonali. Il-KEPD jinnota li l-Istrateġija ta’ Ċibersigurtà u d-Direttiva proposta dwar in-NIS jista’ jkollhom rwol fundamentali biex tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-individiwi għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta fl-ambjent online. Fl-istess ħin, għandu jiġi żgurat li dawn ma jwasslux għal miżuri li jikkostitwixxu interferenzi illegali fid-drittijiet tal-individwi għall-privatezza u l-protezzjoni d-dejta. |
76. |
Il-KEPD jilqa’ wkoll bi pjaċir il-fatt li l-protezzjoni tad-dejta tissemma f’diversi partijiet tal-Istrateġija u titqies ukoll fid-Direttiva proposta dwar l-NIS. Madankollu, huwa jiddispjaċih li l-Istrateġija u d-Direttiva proposta ma jenfassizzawx b’mod aħjar il-kontribut tal-liġi eżistenti u futura dwar il-protezzjoni tad-dejta għas-sigurtà, u jonqsu milli jassiguraw b’mod sħiħ li kwalunkwe obbligu li jirriżulta mid-Direttiva proposta jew elementi oħra tal-Istrateġija jikkumplimenta l-obbligi ta’ protezzjoni tad-dejta u li dawn la jidħlu fuq xulxin u lanqas ma jmorru kontra xulxin. |
77. |
Barra minn hekk, il-KEPD jinnota li billi naqset li tikkunsidra bis-sħuħ inizjattivi paralleli oħrajn tal-Kummissjoni u l-proċeduri leġiżlattivi li jinsabu għaddejjin, bħar-Riforma tal-Protezzjoni tad-Dejta u r-Regolament propost dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji, l-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tonqos milli tagħti perspettiva verament komprensiva u olistika taċ-ċibersigurtà fl-UE, u minħabba f’hekk hemm riskju li jinħoloq approċċ frammentat u kompartimentalizzat. Il-KEPD jinnota wkoll li d-Direttiva proposta dwar l-NIS għadha ma tippermettix approċċ komprensiv tas-sigurtà fl-UE lanqas, u li l-obbligu stabbilit minn qabel fil-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta huwa probabbilment l-obbligu l-aktar komprensiv għan-netwerks u s-sigurtà skont il-liġi tal-UE |
78. |
Il-KEPD jiddispjaċih ukoll li r-rwol importanti tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-obbligi tas-sigurtà u fit-tisħiħ taċ-ċibersigurtà lanqas ma huwa kkunsidrat b’mod xieraq. |
79. |
Bħal fil-każ tal-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà, il-KEPD jenfasizza li:
|
80. |
Fir-rigward tad-Direttiva proposta dwar l-NIS, il-KEPD jagħti parir lil-leġiżlaturi biex:
|
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Peter HUSTINX
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) JOIN(2013) 1 finali.
(2) COM(2013) 48 finali.