30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/1


RAPPORT DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

TAQSIMA I: IL-PARLAMENT EWROPEW

SENA FINANZJARJA 2013

(2014/C 201/01)

WERREJ

INTRODUZZJONI 3

I.

ĠESTJONI FINANZJARJA: TAGĦRIF ĠENERALI 3

A.

Dħul 4

B.

Baġit inizjali u baġits emendatorji 4

C.

Impenji u pagamenti 5

D.

Riporti tal-approprjazzjonijiet mill-2013 sal-2014 5

E.

Użu tar-riporti mill-2012 għal 2013 5

F.

Approprjazzjoniet minn dħul assenjat 6

G.

Kanċellazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet kurrenti 7

H.

Trasferimenti 8

H.1.

Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet proviżorji (eskluż it-trasferiment ta' tlaqqit) 11

H.2.

Trasferimenti minn sorsi oħra barra t-trasferiment ta' tlaqqit 12

H.3.

Trasferiment C12 imsejjaħ “ta' tlaqqit” 13

II.

IL-ĠESTJONI FINANZJARJA SKONT IL-KAPITOLU 16

A.

Kapitolu 1 0 “Membri tal-istituzzjoni” 18

B.

Kapitolu 1 2 “Uffiċjali u aġenti temporanji” 18

C.

Kapitolu 1 4 “Persunal ieħor u servizzi esterni” 19

D.

Kapitolu 1 6 “Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni” 20

E.

Kapitolu 2 0 “Bini u nefqiet relatati” 21

F.

Kapitolu 2 1 “Proċessar ta' data, tagħmir u għamara” 22

G.

Kapitolu 2 3 “In-nefqa amministrattiva u kurrenti” 23

H.

Kapitolu 3 0 “Laqgħat u Konferenzi” 24

I.

Kapitolu 3 2 “L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u tixrid” 24

J.

Kapitolu 4 0 “Nefqa relatata ma' ċerti istituzzjonijiet u ma' ċerti korpi” 25

K.

Kapitolu 4 2 “Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari” 26

L.

Kapitolu 4 4 “Laqgħat u attivitajiet oħra tal-Membri attwali u dawk preċedenti” 27

M.

Titolu 10 “Infiq ieħor” 27

III.

OBJETTIVI TAL-2013 U RIŻULTATI 27

A.

Tkomplija tal-aġġustamenti istituzzjonali marbuta mat-Trattat ta' Lisbona 27

A.1.

Appoġġ għar-riċerka 27

A.2.

Ġestjoni tal-għarfien 28

A.3.

Kodeċiżjoni u kunsens fil-qasam tal-politika esterna 28

A.4.

Titjib tas-servizzi marbuta mas-Seduta Plenarja 29

B.

Strateġija ta' komunikazzjoni u preparazzjoni għall-kampanja ta' informazzjoni għall-elezzjonijiet tal-2014 29

B.1.

Attivitajiet organizzati fil-livell ċentrali 29

B.2.

Attivitajiet deċentralizzati 30

B.3.

EYE 30

B.4.

Progress imwettaq fil-livell tal-proġett tad-Dar l-Istorja Ewropea 30

B.5.

Titjib fis-servizzi għall-viżitaturi 30

C.

Bidliet istituzzjonali li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja 30

D.

Tkomplija tal-implimentazzjoni ta’ programmi pluriennali għar-razzjonalizzar u l-immodernizzar ta’ taqsimiet ewlenin tal-Ammistrazzjoni tal-Parlament 31

D.1.

Il-politika tal-proprjetà immobbli 31

D.2.

Il-politika ambjentali 32

D.3.

Il-politika tal-forniment tal-ikel 33

D.4.

Tkomplija tal-modernizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni/Sikurezza 33

D.5.

Relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali 33

D.6.

Ristrutturar fil-fond tas-servizzi tas-sikurezza 34

E.

Miżuri oħra ta' modernizzazzjoni 34

E.1.

Titjib tas-servizzi għall-Membri 34

E.2.

Il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja 34

E.3.

Ġestjoni tar-riżorsi umani 36

E.4.

Ġestjoni tad-dokumenti u tal-arkivji 36

F.

Żvilupp tal-istruttura kollha tas-Segretarjat Ġenerali (gruppi politiċi inklużi) 36
ANNESSI 39

Anness I –

rendikont tat-trasferimenti “C” matul is-sena finanzjarja 2013 39

Anness II –

Rendikont tat-trasferimenti “P” matul is-sena finanzjarja 2013 42

Anness III –

Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-2013 44

INTRODUZZJONI

1.

Dan ir-rapport janalizza l-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2013. Jiddeskrivi l-użu tar-riżorsi finanzjarji kif ukoll l-avvenimenti li kellhom influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tas-sena finanzjarja (il-partijiet I u II) u jagħti rendikont fil-qosor tar-riżultati li nkisbu fir-rigward tal-objettivi stabbiliti għas-sena 2013 (il-parti III).

2.

Ir-rapport tfassal skont l-Artikolu 142 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), li minn issa ’l quddiem se jissejjaħ “Ir-Regolament Finanzjarju” u skont l-Artikolu 227 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (2). L-analiżi hija bbażata fuq il-kontijiet baġitarji proviżorji kif stabbiliti mill-Uffiċjal tal-Kontabilità.

I.   ĠESTJONI FINANZJARJA: TAGĦRIF ĠENERALI

3.

L-approprjazzjonijiet finali tal-Parlament għall-2013 ammontaw għal EUR 1  75 0 4 63  939, jiġifieri 19,07 % tal-limitu massimu tal-intestatura V tal-Qafas Finanzjarju (3). It-tabella 1 ta' hawn taħt tippreżenta l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew matul is-sena finanzjarja 2013.

Tabella 1

Użu tal-approprjazzjonijiet

Tip ta' approprjazzjoni

Approprjazzjonijiet fl-2013

(EUR jew %)

Approprjazzjonijiet fl-2012

(EUR jew %)

Varjazzjoni

2013/2012

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet inizjali

1  75 0 4 63  939

1  71 7 8 68  121

1,9 %

Baġit emendatorju

0

0

 

Approprjazzjonijiet finali

1  75 0 4 63  939

1  71 7 8 68  121

1,9 %

Implimentazzjoni kurrenti

Impenji

1  73 5 9 63  486

1  69 3 0 38  015

2,5 %

bħala % tal-approprjazzjonijiet finali

99,2 %

98,6 %

0,6 %

Pagamenti

1  45 8 1 88  881

1  38 7 5 80  140

5,1 %

bħala % tal-impenji

84,0 %

82,0 %

- 2,0 %

Riporti għas-sena ta' wara

Riporti awtomatiċi għas-sena ta' wara (4)

27 7 7 74  605

30 5 4 57  875

- 9,1 %

bħala % tal-approprjazzjonijiet finali

15,9 %

17,8 %

- 1,9 %

bħala % tal-impenji

16,0 %

18,0 %

- 2,0 %

Riporti mhux awtomatiċi (approprjazzjonijiet mhux impenjati riportati għas-sena ta' wara) (5)

7 34  000

0

bħala % tal-approprjazzjonijiet finali

0,0 %

0,0 %

Kanċellazzjonijiet

Approprjazzjonijiet ikkanċellati

1 3 7 66  453

2 4 8 30  106

-  44,6 %

bħala % tal-approprjazzjonijiet finali

0,8 %

1,4 %

- 0,6 %

Riporti mis-sena preċedenti

Riporti awtomatiċi mis-sena preċedenti (4)

30 5 4 57  875

22 2 9 00  384

37,0 %

Pagamenti minn dawn ir-riporti

28 6 1 09  573

19 7 9 91  076

44,5 %

bħala % tar-riporti

93,7 %

88,8 %

4,9 %

Ammont ikkanċellat

1 9 3 48  302

2 4 9 09  308

-  22,3 %

Riporti mhux awtomatiċi mis-sena preċedenti (5)

0

2 1 7 00  000

-  100,0 %

Pagamenti minn dawn ir-riporti

1 5 6 49  030

bħala % tat-trasferimenti

72,1 %

Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat waqt is-sena

Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat waqt is-sena

2 5 9 91  783

2 2 2 74  843

16,7 %

Impenji

1 6 9 07  174

1 8 0 28  503

- 6,2 %

bħala % tal-approprjazzjonijiet minn dħul allokat

65,0 %

80,9 %

-  15,9 %

Pagamenti

8 9 97  498

1 1 2 16  674

-  19,8 %

bħala % tal-approprjazzjonijiet minn dħul assenjat

53,2 %

62,2 %

- 9,0 %

Approprjazzjonijiet disponibbli minn dħul assenjat waqt is-sena

9 0 84  608

4 2 46  340

113,9 %

Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat għas-sena ta' wara

Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat għas-sena ta' wara

10 6 9 34  452

10 6 9 00  532 (6)

- 0,1 %

Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat mis-sena preċedenti

Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat mis-sena preċedenti

10 6 9 00  532

10 7 5 92  247

- 0,7 %

Impenji

10 4 1 47  894

10 5 4 82  187

- 1,3 %

bħala % tal-approprjazzjonijiet minn dħul allokat

97,4 %

98,0 %

- 0,6 %

Pagamenti

1 6 4 60  753

1 0 7 35  958

53,3 %

bħala % tal-impenji

15,8 %

10,2 %

5,6 %

A.   Dħul

4.

L-ammont totali tad-dħul imdaħħal fil-kontijiet fil-31 ta' Diċembru 2013 ammonta għal EUR 15 8 1 17  371 (2012: EUR 17 5 5 41  860), li minnu EUR 2 5 9 91  783 minn dħul assenjat (2012: EUR 2 2 2 74  843).

B.   Baġit inizjali u baġits emendatorji

5.

It-total tal-approprjazzjonijiet tal-baġit finali tal-Parlament għall-2013 ammonta għal EUR 1  75 0 4 63  939, jiġifieri żieda ta’ 1,9 % meta mqabbel mal-baġit tal-2012 (EUR 1  71 7 8 68  121).

C.   Impenji u pagamenti

6.

L-impenji ammontaw għal EUR 1  73 5 9 63  486, jiġifieri 99 % tal-approprjazzjonijiet finali (2012: 99 %). Il-pagamenti ammontaw għal total ta' EUR 1  45 8 1 88  881, jiġifieri 84 % tal-impenji li ttieħdu (2012: 82 %).

D.   Riporti tal-approprjazzjonijiet mill-2013 sal-2014

7.

Ir-riporti awtomatiċi għas-sena finanzjarja 2014 ammontaw għal EUR 27 7 7 74  604, jiġifieri 16 % tal-approprjazzjonijiet impenjati (2012: 18 %). Ir-riporti mhux awtomatiċi tal-approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2014, b'applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament Finanzjarju żdiedu għal EUR 7 34  000.

E.   Użu tar-riporti mill-2012 għal 2013

8.

Ir-riporti awtomatiċi tal-approprjazzjonijiet għall-2013 ammontaw għal total ta’ EUR 30 5 4 57  875 (2012: EUR 22 2 9 00  384). Il-pagamenti minn dawn ir-riporti ġew stabbiliti għal EUR 28 6 1 09  573, jiġifieri 94 % (2012: 89 %). B'hekk l-ammont ikkanċellat ammonta għal EUR 1 9 3 48  302, 22 % anqas meta mqabbel mal-2012 (EUR 2 4 9 09  308). Il-kanċellazzjonijiet ikkonċernaw essenzjalment l-Artikoli li ġejjin: l-Artikolu 2 0 0 “Bini”, l-Artikolu 2 0 2 “In-nefqa fuq il-bini”, l-Artikolu 3 2 4 “Produzzjoni u tixrid”, l-Artikolu 2 1 0 “Informatika u Telekomunikazzjonijiet”, l-Artikolu 1 4 0 “Aġenti oħra u ħaddiema esterni” u l-Artikolu 3 0 0 “Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vvjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' ħidma”. Il-kanċellazzjonijiet li jikkonċernaw dawn is-sitt Artikoli jirrappreżentaw 74 % tat-total tal-ammonti kkanċellati.

9.

L-ammonti kkanċellati u r-raġunijiet prinċipali ta' dawn il-kanċellazzjonijiet huma ppreżentati fit-tabella 2.

Tabella 2

Raġunijiet ewlenin għall-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet riportati awtomatikament mill-2012 sal-2013

Artikolu

Kanċellazzjoni

Raġunijiet ewlenin għall-kanċellazzjonijiet

Artikolu 200

“Bini”

5 4 81  983

Partita 2 0 0 7 Sistemazzjoni fil-bini: Kanċellazzjoni ta' EUR 4,33 miljuni relatati ma' diversi xogħlijiet tard jew li ma twettqux fit-tliet postijiet ta' xogħol u fl-uffiċċju ta' informazzjoni f'Kopenħagen.

Partita 2 0 0 5 Il-kostruzzjoni ta' bini: kanċellazzjoni ta' EUR 0,76 miljuni relatati mal-proġett KAD fil-Lussemburgu. Wara d-deċiżjoni li jinbidel il-maniġer tal-proġett għax-xogħlijiet tal-KAD, ġie ffirmat ftehim sabiex jiġi fformalizzat it-tmiem tar-relazzjoni ta' ħidma. Ċerti servizzi previsti inizjalment qatt ma twettqu u b'hekk qatt ma ġew fatturati.

Partita 2 0 0 8 Ġestjoni tal-proprjetà immobbli speċifika: kanċellazzjoni ta' EUR 0,34 miljuni relatati ma' diversi servizzi fi Brussell.

Artikolu 2 0 2

“In-nefqa fuq il-bini”

3 3 05  808

Partita 2 0 2 2 It-tindif u l-manutenzjoni: kanċellazzjoni ta' EUR 2,15 miljuni.

Partita 2 0 2 4 Konsum tal-enerġija: kanċellazzjoni ta' EUR 0,76 miljuni.

Il-kanċellazzjonijiet għal dawn iż-żewġ Partiti kienu bżonnjużi biex tiġi prevista marġni suffiċjenti sabiex tkopri l-agħar eventwalitajiet. Huwa diffiċli li jiġu kalkulati b'mod preċiż l-approprjazzjonijiet li għandhom jiġu riportati, peress li l-fatturazzjoni annwali tkun għadha mhux kompluta fil-mument tar-riport.

Artikolu 3 2 4

“Produzzjoni u tixrid”

2 3 79  658

Partita 3 2 4 2: kanċellazzjoni ta' EUR 0,48 miljuni relatati ma' diversi servizzi.

Partita 3 2 4 8: kanċellazzjoni ta' EUR 1,00 miljun relatat ma' diversi impenji li għalihom l-istimi kellhom marġni ta' sigurtà.

Artikolu 2 1 0

“Informatika u Telekomunikazzjonijiet”

1 4 88  199

Parti tal-operazzjonijiet previsti ma setgħetx titwettaq skont kif kien ippjanat.

Artikolu 1 4 0

“Aġenti oħra u ħaddiema esterni”

8 97  006

Partita 1 4 0 2 Interpreti għall-konferenzi: kanċellazzjoni ta' EUR 0,71 miljuni. L-ammont riportat għall-2013 kien jinkludi dispożizzjoni għall-aġġustament tas-salarju, li fl-aħħar ma seħħx fl-2013.

Artikolu 3 0 0

“Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol”

8 07  164

Il-kanċellazzjonijiet għal dan l-Artikolu kienu bżonnjużi biex tiġi prevista marġni suffiċjenti sabiex tkopri l-agħar eventwalitajiet.

F.   Approprjazzjoniet minn dħul assenjat

10.

Id-dħul assenjat li kien disponibbli fl-2013 ammonta għal total ta' EUR 2 5 9 91  783 (2012: EUR 2 2 2 74  843). L-impenji ammontaw għal EUR 1 6 9 07  174, jiġifieri rata ta’ impenn ta’ 65 % (2012: 81 %). Il-pagamenti ammontaw għal EUR 8 9 97  498, jiġifieri 53 % tal-impenji li ttieħdu (2012: 62 %).

11.

Is-sors tal-approprjazzjonijiet mid-dħul assenjat fl-2013 huwa analizzat fil-figura hawn isfel:

Figura 1

Approprjazzjonijiet minn dħul assenjat fl-2013 skont il-kapitolu

Image

12.

L-approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportati għall-2013 ammontaw għal total ta' EUR 10 6 9 00  532 (2012: EUR 10 7 5 92  247). Il-maġġoranza (91 %) ta' dan id-dħul ġejja mill-kapitolu 2 0 u tirriżulta prinċipalment minn trasferiment ta’ EUR 8 5 9 87  000 imwettaq mill-Istat Belġjan, fis-27 ta’ Jannar 2010, fil-kuntest tat-tqassim tal-ispiża tal-art li fuqha hemm is-sit għall-bini D4 u D5 u tal-ispejjeż ta’ żvilupp tas-saqaf fuq l-istazzjon ta’ Brussell-Lussemburgu.

13.

It-total tal-impenji minn dħul assenjat riportat ammonta għal EUR 10 4 1 47  894 fl-aħħar tas-sena 2013 (2012: EUR 10 5 4 82  187). Il-pagamenti mwettqa fl-2013 irrappreżentaw 16 % tal-impenji (2012: 10 %). Il-maġġoranza tal-impenji tikkonċerna x-xiri tal-bini TREBEL, b'mod konformi mad-deċiżjoni tal-Bureau tat-30 ta' Novembru 2011.

14.

Is-somma ta' EUR 10 6 9 34  452 ġiet trasferita għas-sena finanzjarja 2014, li minnha l-ammont ta' EUR 1 6 4 94  703 ġej minn approprjazzjonijiet minn dħul assenjat fl-2013 (il-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet jammontaw għal EUR 4 99  582) u EUR 9 0 3 35  056 tal-approprjazzjonijiet minn dħul assenjat riportat mill-2012 (il-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet jammontaw għal EUR 30). L-ammont ta' EUR 8 5 8 97  000 imħallas mill-Istat Belġjan f'Jannar 2010 (ara l-paragrafu 12) jikkostitwixxi dħul assenjat estern fis-sens tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju. L-approprjazzjonijiet riportati minn dħul assenjat intern jammontaw għal EUR 2 1 0 37  452.

G.   Kanċellazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet kurrenti

15.

Ammont ta' EUR 1 3 7 66  453 (2012: EUR 2 4 8 30  106), li jirrappreżenta 0,8 % tal-approprjazzjonijiet finali (2012: 1,4 %), ġie kkanċellat. Ir-raġunijiet ewlenin għal din il-kanċellazzjoni huma ppreżentati fit-tabella ta' hawn taħt:

Tabella 3

Raġunijiet ewlenin għall-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet kurrenti fl-2013

Artikolu

Ammont ikkanċellat

(EUR)

Bħala % tat-total ikkanċellat

% kanċellazzjoni/Artikolu

Raġunijiet ewlenin għall-kanċellazzjoni

2 0 2

In-nefqa fuq il-bini

2 2 61  331

16 %

2,2 %

Din hija kanċellazzjoni essenzjalment teknika minn diversi Partiti peress li mhuwiex possibbli li jiġi previst b'mod preċiż sentejn minn qabel kemm se jkunu r-rati tal-indiċi applikabbli għall-kuntratti differenti jew x'se jkun ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti għall-kuntratti li skadew.

2 3 5

Telekomunikazzjoni

1 2 50  491

9 %

21,1 %

It-tariffi tat-telekomunikazzjonijiet jonqsu b'mod regolari. Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni sħiħa tat-telekomunikazzjonijiet tippermetti l-ottimizzazzjoni tar-routing tat-traffiku fit-tliet postijiet prinċipali ta' xogħol.

4 2 2

Assistenza parlamentari

1 1 34  620

8 %

0,6 %

Din hija kanċellazzjoni essenzjalment teknika peress li mhuwiex possibbli li jiġi previst b'mod preċiż sentejn minn qabel kemm il-Membri se jużaw il-baġit tagħhom.

2 0 0

Bini

1 0 12  426

7 %

0,7 %

Din hija kanċellazzjoni essenzjalment teknika peress minn diversi Partiti.

3 2 4

Produzzjoni u tixrid

9 93  189

7 %

0,9 %

Din hija kanċellazzjoni essenzjalment teknika peress minn diversi Partiti.

3 2 0

L-opinjoni tal-esperti

8 75  320

6 %

8,8 %

Din hija kanċellazzjoni minn diversi Partiti. Mill-Partita 3 2 0 0, l-ispejjeż tal-opinjoni tal-esperti għal żewġ kumitati parlamentari kienu bbaġġitjati iżda kumitat wieħed biss ġie stabbilit (EUR 0,3 miljuni).

3 0 4

Nefqiet varji għal laqgħat

8 51  320

6 %

12,1 %

Din hija kanċellazzjoni essenzjalment teknika peress minn diversi Partiti.

2 1 6

Vetturi

6 58  069

5 %

10,1 %

L-approprjazzjonijiet kienu jipprevedu riserva (EUR 0,37 miljuni) għall-aġenzija ta' riservazzjoni tal-karozzi iżda ma ddaħħal l-ebda impenn għaliex il-kuntratt twaqqaf wara fażi pilota mingħajr suċċess. Barra minn hekk, il-kuntratt il-ġdid ta' assigurazzjoni jiswa inqas milli kien mistenni filwaqt li s-sejħa għall-offerti ma setgħetx tiġi finalizzata qabel it-tmiem tal-2013.

H.   Trasferimenti

16.

Matul is-sena finanzjarja, 10 trasferimenti C (fosthom it-trasferiment imsejjaħ “ta' tlaqqit”) ġew approvati skont l-Artikoli 27 u 46 tar-Regolament Finanzjarju (7). Dawn ammontaw għat-total ta' EUR 6 9 0 88  000, jiġifieri 3,9 % tal-approprjazzjonijiet finali (fl-2012: 10 trasferimenti li jirrappreżentaw 4,7 % tal-approprjazzjonijiet finali). Il-President approva 10 trasferimenti P minn dħul kurrenti taħt l-Artikolu 25(1) tar-Regolament Finanzjarju (8), għal ammont totali ta' EUR 9 7 98  500, jiġifieri 0,6 % tal-approprjazzjonijiet finali (2012: 8 trasferimenti li jirrappreżentaw 0,6 % tal-approprjazzjonijiet finali).

17.

B'kollox, 20 trasferiment C u P minn dħul kurrenti ġew approvati fl-2013, għal ammont ta' EUR 7 8 8 86  500, jiġifieri 4,5 % tal-approprjazzjonijiet finali (fl-2012: 18-il trasferiment ta' ammont totali ta' EUR 9 0 8 41  790, jiġifieri 5,3 % tal-approprjazzjonijiet finali).

Tabella 4

Trasferimenti skont il-bażi ġuridika

Numru ta' trasferimenti

Ammont trasferit

(EUR)

F'% tal-approprjazzjonijiet definittivi

Trasferimenti C (Artikoli 27 u 46 tar-RF)

10 Trasferimenti C

6 9 0 88  000

3,9 %

Inkluż trasferiment ta' tlaqqit (C12)

5 4 0 00  000

3,1 %

Trasferimenti P (Artikolu 25(1) tar-RF)

10 Trasferimenti P minn dħul kurrenti

9 7 98  500

0,6 %

Trasferimenti C+P minn dħul kurrenti

7 8 8 86  500

4,5 %

Tabella 5

Analiżi tat-trasferimenti C skont il-linja baġitarja li għandha tirċievi t-trasferiment

(EUR)

Partita li għandha tirċievi t-trasferiment

Trasferiment

Ammont trasferit

1 0 0 5

Spejjeż oħra ta' vvjaġġar

C9

1 1 00  000

1 0 3 0

Pensjonijiet tal-irtirar

C9

1 6 00  000

1 0 5 0

Korsijiet tal-lingwa u tal-informatika

C11

60  000

1 2 2 0

Kumpens fil-każ ta’ rtirar mill-impjieg fl-interess tas-servizz

C3

1 10  000

2 0 0 1

Pagamenti ta’ ċnus

C12

5 4 0 00  000

2 1 0 0

Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

C1

1 00  000

2 1 0 0

Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

C8

9 40  000

2 1 0 0

Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

C7

1 7 60  000

2 1 0 2

Prestazzjonijiet esterni għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

C1

2 00  000

2 1 0 2

Prestazzjonijiet esterni għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

C8

5 60  000

2 1 4 0

Tagħmir u stallazzjonijiet tekniċi

C1

2 50  000

2 1 6 0

Materjal tat-trasport

C1

4 20  000

3 2 0 0

Opinjoni tal-esperti

C1

30  000

3 2 4 1

Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali

C5

1 50  000

3 2 4 2

Infiq fuq pubblikazzjonijiet, informazzjoni u parteċipazzjoni f’avvenimenti pubbliċi

C4

1 7 34  000

4 2 2 0

Assistenza parlamentari

C10

6 0 74  000

Total

6 9 0 88  000

Tabella 6

Analiżi tat-trasferimenti C skont il-kategorija tal-infiq u skont l-objettiv

Kategorija tal-infiq li rċeviet it-trasferiment

Suġġett

Trasferiment

Ammont

(EUR)

%

Politika tal-proprjetà immobbli

Proġett KAD

C12

5 4 0 00  000

78

Total tal-politika tal-proprjetà immobbli

 

 

78

Membri

Korsijiet tal-lingwa u tal-informatika

C11

60  000

0

Pensjonijiet tal-irtirar

C9

1 6 00  000

2

Spejjeż tal-ivvjaġġar

C9

1 1 00  000

2

Rilaxx mir-riserva għas-salarji, l-ispejjeż ta' missjoni u n-nefqa għat-taħriġ professjonali esterni tal-assistenti parlamentari akkreditati

C10

6 0 74  000

9

Total Membri

 

8 8 34  000

13

Amministrazzjoni

Allowance fil-każ ta’ irtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz

C3

1 10  000

0

Proġetti relatati mas-servizzi tal-forniment tal-ikel u l-ġestjoni tal-Iskart Ekoloġiku

C1

2 50  000

0

Xiri ta' vetturi elettriċi għat-trasport ta' oġġetti u Xiri ta' roti regolari u elettriċi

C1

4 20  000

1

Studju biex jiġi identifikat mezz ta' tisħiħ tal-aspett ta' sostenibilità tas-servizzi tal-forniment tal-ikel fil-Parlament Ewropew.

C1

30  000

0

Total Amministrazzjoni

 

8 10  000

1

Informazzjoni

Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2014

C4

1 7 34  000

3

Total Informazzjoni

 

1 7 34  000

3

L-Informatika

Titjib tal-faċilitajiet u s-servizzi tal-vidjokonferenzi

C1

3 00  000

0

Provvediment tal-mezz tax-xiri tat-tablets li jistgħu jsiru disponibbli mill-bidu tal-2014, kif deċiż mill-Kumitat ta' Tmexxija għall-Innovazzjoni tal-ICT li nħloq mill-Bureau.

C8

1 5 00  000

2

Rilaxx tar-riserva biex tiġi sostitwita s-sistema “Streamline”, is-sistema prinċipali għall-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Parlament, minn “Sysper 2”, is-sistema li tintuża prattikament mill-istituzzjonijiet Ewropej kollha l-oħra.

C7

1 7 60  000

3

Tnedija ta' proġett ta' stabbiliment ta' Spazju kollaborattiv Sharepoint bejn it-tradutturi.

C5

1 50  000

0

Total Informatika

 

3 7 10  000

5

Total

6 9 0 88  000

100

H.1.   Trasferimenti ta' approprjazzjonijiet proviżorji (eskluż it-trasferiment ta' tlaqqit)

18.

Din it-taqsima teżamina l-użu tal-approprjazzjonijiet tal-Kapitolu 10 1 “Riserva ta' kontinġenza” u tal-Kapitolu 10 8 “Riserva tal-EMAS”. Dawn il-kapitoli, li jidhru fit-Titolu 10 “Infiq ieħor”, jissejħu “approprjazzjonijiet proviżorji” fil-bqija ta' dan ir-rapport. It-titolu 10 “Infiq ieħor” ikkostitwixxa s-sors ewlieni ta' trasferimenti barra mit-trasferiment ta' tlaqqit peress li 59 % tal-approprjazzjonijiet barra mit-trasferiment ta' tlaqqit ġejjin minn din l-intestatura (Eur 8 8 34  000 minn total ta' EUR 1 5 0 88  000).

19.

Minn dan l-ammont, EUR 6 0 74  000 kienu previsti għall-Membri, EUR 2 0 60  000 għall-informatika u EUR 7 00  000 għall-amministrazzjoni. Id-destinazzjoni tat-trasferimenti tal-approprjazzjonijiet provizorji u l-objettiv tagħhom huma deskritti hawn taħt.

Tabella 7

Destinazzjoni tat-trasferimenti minn approprjazzjonijiet proviżorji

(EUR)

Sors tal-Artikolu

Trasferiment

Partita destinatarja

Objettiv

Ammont trasferit

10 1

C7

2 1 0 0

Rilaxx tar-riserva biex tiġi sostitwita s-sistema “Streamline”, is-sistema prinċipali għall-ġestjoni tar-riżorsi umani tal-Parlament, minn “Sysper 2”, is-sistema li tintuża prattikament mill-istituzzjonijiet Ewropej kollha l-oħra.

1 7 60  000

10 8

C1

2 1 0 0

2 1 0 2

Titjib tal-faċilitajiet u s-servizzi tal-vidjokonferenzi

3 00  000

Total Informatika

2 0 60  000

10 1

C10

4 2 2 0

Rilaxx mir-riserva għas-salarji, l-ispejjeż ta' missjoni u n-nefqa għat-taħriġ professjonali esterni tal-assistenti parlamentari akkreditati.

6 0 74  000

Total Membri

6 0 74  000

10 8

C1

2 1 4 0

Proġetti relatati mas-servizzi tal-forniment tal-ikel u l-ġestjoni tal-Iskart Ekoloġiku

2 50  000

10 8

C1

2 1 6 0

Xiri ta' vetturi elettriċi għat-trasport ta' oġġetti u Xiri ta' roti regolari u elettriċi

4 20  000

10 8

C1

3 2 0 0

Studju biex jiġi identifikat mezz ta' tisħiħ tal-aspett ta' sostenibilità tas-servizzi tal-forniment tal-ikel fil-Parlament Ewropew.

30  000

Total Amministrazzjoni

7 00  000

Total

8 8 34  000

H.2.   Trasferimenti minn sorsi oħra barra t-trasferiment ta' tlaqqit

20.

Din it-taqsima teżamina t-trasferimenti barra t-trasferiment ta' tlaqqit li ġejjin minn sorsi oħra għajr it-titolu 10 “Infiq ieħor”. Ammont totali ta' EUR 6 2 54  000 ġie trasferit għal dawn it-trasferimenti minn titoli oħra. L-ispejjeż relatati mal-Membri rrappreżentaw l-akbar parti ta' dawn it-trasferimenti, jiġifieri 44 %, segwiti mill-ispejjeż marbuta mal-informazzjoni (28 %), l-informatika (26 %) u l-ispejjeż marbuta mal-amministrazzjoni (2 %). It-tabella 8a tagħti ħarsa ġenerali ta' dawn it-trasferimenti.

Tabella 8.a

Oriġini tat-trasferimenti C ta' sorsi oħra għajr l-approprjazzjonijiet proviżorji barra t-trasferiment ta' tlaqqit

(EUR)

Trasferiment

Partita oriġinali

Suġġett

Ammont trasferit

C3

1 2 0 0

Trasferiment mill-Partita “Rimunerazzjoni u allowances” għall-Partita “Allowance fil-każ ta’ rtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz” għall-kopertura tal-ħtiġijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tar-Regolamenti tal-Persunal.

1 10  000

C4

1 4 0 2

Trasferiment mill-Partita “Interpreti għall-konferenzi” għall-Partita “Infiq fuq pubblikazzjonijiet, informazzjoni u parteċipazzjoni f’avvenimenti pubbliċi” biex tkun koperta l-ispiża tal-organizzazzjoni tal-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2014 (EYE 2014).

1 7 34  000

C5

1 4 2 0

Trasferiment tal-Partita “Servizzi esterni” għall-Partita “Publikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali” biex tiġi ffinanzjata t-tnedija ta' proġett ta' stabbiliment ta' spazju kollaborattiv Sharepoint bejn it-tradutturi.

1 50  000

C8

2 3 5 0

Trasferiment tal-Partita “Telekomunikazzjonijiet” għall-Artikolu “Informatika u telekomunikazzjonijiet” għax-xiri ta' tablets.

1 5 00  000

C9

1 0 0 6

1 0 1 0

1 0 1 2

1 0 2 0

1 0 3 1

3 0 0 0

Trasferiment ikkombinat tal-Partiti “Allowance għall-ispejjeż ġenerali”, “Polza ta’ assigurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali”, “Miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-Membri Parlamentari li għandhom diżabilità”, “Allowances proviżorji”, “Pensjonijiet ta' invalidità” u “Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol” għall-Partita “Spejjeż tal-ivvjaġġar” biex ikopru r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba fl-Istat Membru tal-elezzjoni (EUR 1 1 00  000) u għall-Partita “Pensjonijiet tal-irtirar” biex jitħallsu l-arettrati u l-interessi fuq ħlas tard marbuta mal-pensjonijiet ta' rtirar mħallsa lill-ex membri eletti fi Franza skont l-Anness III tar-regoli PEAM l-antiki wara s-sejba ta' differenza fir-rati ta' aġġustament applikati għal dawk il-pensjonijiet (EUR 1 6 00  000).

2 7 00  000

C11

1 0 2 0

Trasferiment tal-Partita “Allowances proviżorji” għall-Partita “Korsijiet tal-lingwa u tal-informatika” biex jiġu koperti d-domandi ta' rimborż tal-ispejjeż mill-Membri.

60  000

Total

6 2 54  000

H.3.   Trasferiment C12 imsejjaħ “ta' tlaqqit”

21.

Total ta' EUR 5 4 0 00  000 ġie trasferit mill-approprjazzjonijiet proviżorji u minn sorsi oħra sabiex jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-estensjoni u tar-rinovazzjoni tal-bini Konrad Adenauer (KAD), il-proġett ewlieni ta' bini fil-Lussemburgu. It-tabella 8a tippreżenta sommarju ta' dan it-trasferiment.

Tabella 8.b

Dettall tat-trasferiment “ta' tlaqqit” C12

Kapitolu sors

Intestatura

Ammont

(EUR)

% tal-approprjazzjonijiet inizjali

% tat-total trasferit

Kummenti

1 0

Membri tal-Istituzzjoni

2 2 11  500

1 %

4 %

Użu anqas milli previst minħabba n-nuqqas ta' indiċizzazzjoni tal-allowances għal spejjeż ġenerali u s-salarji għall-2011 (wara d-deċiżjoni tad-19 ta' Novembru mill-Qorti tal-Ġustizzja) u għall-2012 (sakemm tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja).

1 2

Uffiċjali u aġenti temporanji

7 8 00  000

1 %

14 %

idem.

1 4

Persunal ieħor u servizzi esterni

7 4 76  000

6 %

14 %

It-tfaddil prinċipali jirriżulta wkoll min-nuqqas ta' indiċizzazzjoni tas-salarji għall-2011 u l-2012, iżda wkoll minn miżuri deċiżi mill-Bureau sabiex jirrazzjonalizza l-ispejjeż ta' interpretazzjoni kif ukoll minn żieda ġdida tal-produttività tat-traduzzjoni interna, speċjalment minħabba r-rata ogħla ta' riutilizzazzjoni.

1 6

Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni

9 68  600

5 %

2 %

L-ekonomija prinċipali ġejja mill-Partita 1 6 5 4 “Ċentri għat-tfal żgħar u skejjel materni approvati.” Iċ-ċentri għat-tfal żgħar u l-iskejjel materni fil-Lussemburgu mhumiex taħt ir-responsabilità diretta tal-Parlament, iżda huma mmexxija mill-Kummissjoni; il-Kummissjoni ħabbret biss fl-aħħar tas-sena li l-livell reali ta' nfiq se jkun inferjuri għal dak previst inizjalment.

2 0

Bini u nefqiet relatati

1 2 9 83  900

6 %

24 %

It-tfaddil prinċipali jirriżulta:

mill-Partita 2 0 0 7 “sistemazzjoni fil-bini” minħabba dewmien f'ċerti proċeduri ta' akkwist pubbliku,

mill-Partita 2 0 2 2 “Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini” minħabba li ma ġewx sostitwiti ċertu tagħmir, ir-riport atl-proċeduri tal-akkwist pubbliku u l-użu tad-dħul assenjat,

mill-Partita 2 0 2 6 “Sigurtà u sorveljanza tal-bini” wara l-internalizzazzjoni tas-sigurtà fil-Parlament, deċiża mill-Bureau fl-2011, is-segwitu tal-implimentazzjoni tal-politika ta' razzjonalizzazzjoni mnedija fl-2010, kif ukoll il-firma ta' ftehim qafas ġdid f'April 2012, li wassal għal tnaqqis sinifikanti tal-ispiża fis-siegħa ta' servizzi pprovduti fi Brussell.

2 1

Proċessar ta' Data, tagħmir u għamara

3 51  800

0,3 %

1 %

Il-maġġoranza tal-ammont tirriżulta minn użu inqas milli previst tal-Partita “Materjal u installazzjonijiet tekniċi.”

2 3

In-nefqa amministrattiva kurrenti

2 0 43  500

14 %

4 %

Aktar min-nofs dan l-ammont ġej mill-Partita “Kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju tal-PE” minħabba livell tal-prezz fis-swieq internazzjonali li kien sinifikament inqas mill-previżjonijiet.

3 0

Laqgħat u Konferenzi

7 62  000

2 %

1 %

Dan huwa eċċess essenzjalment tekniku.

3 2

Opinjoni tal-esperti u informazzjoni akkwistar, arkivjar, produzzjoni u tixrid

2 6 67  935

2 %

5 %

L-eċċess jirriżulta mill-fatt li n-numru ta' studji kkummissjonati kien inqas mill-previżjonijiet, speċjalment minħabba li parti mir-riċerka saret internament.

4 0

Nefqa relatata ma' ċerti istituzzjonijiet u ma' ċerti korpi

2 56  000

0,3 %

1 %

Dan huwa eċċess essenzjalment tekniku.

4 2

Nefqa relatata ma' assistenza parlamentari

2 4 00  000

1 %

4 %

L-eċċess jirriżulta mill-fatt li mhuwiex possibbli li jiġi previst b'mod preċiż sentejn minn qabel kemm il-Membri se jużaw il-baġit tagħhom.

10

Nefqiet oħra

1 4 0 78  765

61 %

26 %

Użu tal-approprjazzjonijiet proviżorji.

Total

5 4 0 00  000

3 %

100 %

 

Partita destinatarja

Intestatura

Ammont

(EUR)

% tal-approprjazzjonijiet inizjali

% tat-total trasferit

Suġġett

2 0 0 1

Pagamenti ta’ ċnus

5 4 0 00  000

335 %

100 %

Kostruzzjoni tal-bini l-ġdid KAD fil-Lussemburgu

Total

5 4 0 00  000

3 %

100 %

 

22.

Ir-rendikont tat-trasferimenti P jingħata fit-Tabella 9.

Tabella 9

Destinazzjoni tat-trasferimenti P

(EUR)

Partita destinatarja

 

Trasferiment

Deskrizzjoni

Ammont trasferit

2 1 0 2

Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

P5

Sabiex tinżamm il-kontinwità tas-servizz, jiġu antiċipati u aċċellerati proġetti li għaddejjin.

4 8 29  500

3 2 4 4

Organizzazzjoni u l-ospitalità ta’ gruppi ta’ viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi

P9

Trasferiment maħsub biex jiżgura l-parteċipazzjoni tal-Parlament fl-espożizzjoni l-ġdida EU-PHORIA fi Schirmeck b'kooperazzjoni mar-reġjun tal-Alsace u l-Mémorial Alsace – Moselle.

2 0 00  000

2 0 0 5

Il-kostruzzjoni ta' bini

P2

Kopertura finanzjarja tas-servizzi tal-ġestjoni tal-proġett b'rabta mas-sit tal-KAD.

9 00  000

1 6 5 2

Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins

P6

Trasferiment meħtieġ biex ikopri l-ispiża tal-organizzazzjoni tal-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2014 (EYE 2014).

5 15  000

3 0 4 0

Nefqiet varji għal laqgħat interni

3 2 4 2

Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi

3 2 4 8

In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva

P8

Trasferimenti maħsuba biex ikopru l-ispejjeż ta' informazzjoni awdjoviżiva li kienu ogħla milli kien mistenni minħabba żewġ avvenimenti mhux ppjanifikati.

5 00  000

4 2 2 2

Telf mill-kambju

P1

Trasferiment mhux neċessarju biex ikopri l-ispejjeż tal-konverżjoni tal-munita marbuta mal-pagament tal-ispejjeż ta' assistenza parlamentari minħabba t-tnaqqis fil-valur tal-euro.

5 00  000

1 4 2 2

Attivitajiet ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam lingwistiku

P7

Trasferiment maħsub biex jiffinanzja l-għodda informatika ġdida CAT (Computer-Assisted Translation).

2 20  000

4 2 2 0

Assistenza parlamentari

P10

Trasferiment meħtieġ għall-pagament tas-salarji u l-missjonijiet tal-assistenti parlamentari.

2 00  000

3 2 4 5

Organizzazzjoni ta' symposia, seminars u attivitajiet kulturali

P4

Trasferiment maħtieġ għall-pagament ta' premijiet preċedenti Sakharov li ma setgħux jitħallsu fil-passat minħabba restrizzjonijiet fuq il-moviment tar-rebbieħa kkonċernati.

1 00  000

1 4 2 2

Attivitajiet ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam lingwistiku.

P3

Pagament lill-Kummissjoni Ewropea tas-sehem tal-Parlament fil-finanzjament tal-għodda ġdid CAT (Computer-Assisted Translation).

34  000

Total trasferimenti minn approprjazzjonijiet kurrenti

9 7 98  500

II.   IL-ĠESTJONI FINANZJARJA SKONT IL-KAPITOLU

23.

Din it-taqsima tippreżenta l-użu tal-approprjazzjonijiet skont il-kapitolu baġitarju, il-volum tagħhom fil-baġit u l-bidliet fl-użu tal-approprjazzjonijet meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Erba' kapitoli jirappreżentaw huma biss 70 % tal-impenji kollha. Dawn huma l-kapitoli 1 0 “Membri tal-istituzzjoni”, il-kapitolu 1 2 “Uffiċjali u persunal temporanju”, il-kapitolu 2 0 “Bini u nefqiet relatati” u l-kapitolu 4 2 “Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari”.

24.

It-tabella 10 tippreżenta, kapitolu b'kapitolu, l-iżvilupp tal-approprjazzjonijiet impenjati fl-2013 fir-rigward tas-sena finanzjarja 2012. Il-figuri 2 u 3 juru l-partijiet relatati u l-iżvilupp mill-2012 għall-2013.

Tabella 10

Żvilupp tal-imprenji tal-approprjazzjonijiet mill-2013 għall-2012

(EUR)

Kapitolu

Intestatura

2013

2012

Differenza

Varjazzjoni

2013/2012

1 0

Membri tal-Istituzzjoni

20 5 4 14  449

20 4 2 67  112

1 1 47  338

1 %

1 2

Uffiċjali u aġenti temporanji

57 4 9 99  348

56 0 7 00  762

1 4 2 98  586

3 %

1 4

Persunal ieħor u servizzi esterni

10 6 1 82  103

10 2 4 83  098

3 6 99  005

4 %

1 6

Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni

1 7 8 29  236

1 6 6 99  823

1 1 29  413

7 %

Titolu: 1 – Persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni

90 4 4 25  137

88 4 1 50  794

2 0 2 74  343

2 %

2 0

Bini u nefqiet relatati

25 0 3 36  611

24 8 8 64  928

1 4 71  683

1 %

2 1

Proċessar ta' data, tagħmir u għamara

13 1 8 05  904

14 2 8 04  433

- 1 0 9 98  530

-8 %

2 3

In-nefqa amministrattiva kurrenti

9 5 48  021

9 4 76  760

71  261

1 %

Titolu: 2 – Bini, għamara, tagħmir u nefqiet varji għall-operat amministrattiv

39 1 6 90  535

40 1 1 46  121

-  9 4 55  586

-2 %

3 0

Laqgħat u konferenzi

3 2 8 16  473

3 2 6 24  325

1 92  148

1 %

3 2

Opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u tixrid

12 5 6 72  031

10 5 9 67  314

1 9 7 04  718

19 %

Titolu: 3 – In-nefqa ġenerali għall-operat amministrattiv tal-istituzzjoni

15 8 4 88  505

13 8 5 91  639

1 9 8 96  865

14 %

4 0

Nefqa relatata ma' ċerti istituzzjonijiet u ma' ċerti korpi

9 2 6 83  288

8 7 9 17  639

4 7 65  650

5 %

4 2

Nefqa relatata ma' assistenza parlamentari

18 8 3 01  020

18 0 8 71  822

7 4 29  198

4 %

4 4

Laqgħat u attivitajiet oħra tal-Membri parlamentari u tal-eks Membri

3 75  000

3 60  000

15  000

4 %

Titolu: Titolu 4 – Nefqa li tirriżulta minn funzjonijiet speċjali li jsiru mill-istituzzjoni

28 1 3 59  309

26 9 1 49  461

1 2 2 09  848

5 %

Titolu: 10 – Spejjeż oħra

0

0

0

Total

1  73 5 9 63  486

1  69 3 0 38  015

4 2 9 25  471

3 %

Figura 2

Tqassim tal-impenji tal-2013 skont il-kapitolu

Image

Figura 3.

Bidliet tal-approprjazzjonijiet impenjati bejn l-2012 u l-2013 skont il-Kapitolu

Image

A.   Kapitolu 1 0 “Membri tal-istituzzjoni”

25.

L-ispejjeż diretti relatati mal-Membri rrappreżentaw EUR 20 5 4 14  449 fl-2013, jiġifieri 12 % tat-total tal-impenji tas-sena finanzjarja. L-ispejjeż żdiedu b'EUR 1,1 miljuni, jiġifieri żieda ta' 0,6 % meta mqabbla mal-2012. Il-kapitolu huwa magħmul minn ħames nefqiet prinċipali: Il-Partiti 1 0 0 0 “Allowances” u 1 0 0 6 “Allowances għal nefqiet ġenerali” jirrappreżentaw 34 % u 19 % tal-impenji rispettivament, il-Partiti “Spejjeż għall-vjaġġi regolari” u 1 0 0 5 “Spejjeż oħra għall-ivvjaġġar” jirrappreżentaw 35 % u 3 %, u l-Partita 1 0 3 0 “Pensjonijiet tal-irtirar” tirrappreżenta 6 %.

26.

L-impenji tal-Partiti 1 0 0 0 “Allowances” u 1 0 0 6 “Allowances għall-ispejjeż ġenerali” (maħsuba biex ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw minn attivitajiet parlamentari tal-Membri) jammontaw għal EUR 10 8 6 33  749 u jirrappreżentaw 53 % tat-total tal-impenji tal-kapitolu. Huma żdiedu b'0,5 % meta mqabbla mal-impenji tal-2012 wara l-adeżjoni tal-Kroazja u l-wasla ta' tnax-il Membru Kroat (9). L-allowance ta' kull xahar (salarju gross) tammonta għal EUR 7  957 għal kull Membru, u l-allowance għall-ispejjeż ġenerali tammonta għal EUR 4  299, ammonti li ma nbidlux meta mqabbla mal-2012.

27.

L-impenji tal-Partiti 1 0 0 4 “Spejjeż għall-vjaġġi regolari” u 1 0 0 5 “Spejjeż oħra għall-ivvjaġġar” jammontaw għal EUR 7 8 4 97  779, jiġifieri 38 % tat-total tal-impenji tal-Kapitolu 1 0. Dawn naqqsu b'0,4 % meta mqabbla mal-impenji tal-2012. Il-livell tal-impenji għandu madankollu jitqies b'riserva għaliex hu ma jirrappreżentax b'mod definittiv il-livell tal-infiq annwali reali tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta' soġġorn tal-Membri (10). Madankollu, miżuri ta' tnaqqis strutturali meħuda mill-Bureau fil-qasam tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għenu jnaqqsu l-livell tal-impenji, u dan minkejja l-integrazzjoni tal-Membri Kroati ġodda (11) kif ukoll l-inflazzjoni tal-ispejjeż relatati mat-trasport.

28.

Fl-2013, il-Membri (12) għamlu total ta' 29  142 (13) vjaġġ (14). Il-maġġoranza tal-vjaġġi saru fi Brussell (18  280) u fi Strasburgu (8  407). Laqgħat f'postijiet oħra fl-Unjoni Ewropea rrappreżentaw 1  514 vjaġġ u laqgħat barra mill-Unjoni Ewropea rrappreżentaw 941 vjaġġ.

29.

L-impenji tal-Partita 1 0 3 0 “Pensjonijiet ta' rtirar” kienu stabbiliti għal EUR 1 1 9 41  558, jiġifieri 6 % tat-total tal-impenji tal-kapitolu. Dawn żdiedu bi 18 % meta mqabbla mal-2012 minħabba l-ħtieġa li jitħallsu l-arretrati u interessi fuq ħlas tard marbuta mal-pensjonijiet ta' rtirar mħallsa lill-ex Membri eletti fi Franza.

B.   Kapitolu 1 2 “Uffiċjali u aġenti temporanji”

30.

L-infiq relatat mal-uffiċjali u l-aġenti temporanji rrappreżentaw EUR 57 4 9 99  348 fl-2013, jiġifieri l-akbar kategorija ta' nfiq bi 33 % tat-total tal-impenji tas-sena finanzjarja 2013. Din iċ-ċifra żdiedet b'EUR 14,3 miljun, jiġifieri żieda ta' 3 % meta mqabbla mas-sena finanzjarja preċedenti. Id-dinamika tal-kapitolu tirrużulta essenzjalment minn dik tal-Partita 1 2 0 0 “Rimunerazzjonijiet u allowances”, li tirrappreżenta 99 % tal-approprjazzjonijiet.

31.

L-ammont tal-impenji mwettqa fin-nefqa 1200 “Rimunerazzjonijiet u allowances” huwa ta' EUR 57 0 6 69  888 u żdied bi 3 % (EUR 1 5 2 94  817) meta mqabbel mal-2012. Din iċ-ċaqliqa tirrifletti r-rata tal-postijiet vakanti u tintegra l-progressjoni tal-karrieri. Il-Partita 1200 hija kkaratterizzata minn eċċess fl-2013 u kkostitwixxiet is-sors ewlieni għat-trasferiment ta' tlaqqit (15)(EUR 6 3 00  000). Dan l-eċċess jista' essenzjalment jiġi spjegata mill-fatt li, meta kien qed jinħadem il-baġit tal-2013, ġie kkalkolat l-adattament annwali tas-salarji għall-2011 u 2012 li fl-aħħar mill-aħħar s'issa għadu ma seħħx. Fis-sentenza tagħha tad-19 ta' Novembru 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu d-dritt li jirrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni, ibbażata fuq il-“metodu ta' aġġustament” maħsub biex iżid is-salarji tal-uffiċjali Ewropej b'1,7 % fl-2011 (16).

32.

Fl-2013, 463 uffiċjal u aġent temporanju ġew reklutati mas-Segretarjat Ġenerali, 75 aġent temporanju ġew reklutati mal-gruppi politiċi u 337 persuna ġew reklutati bħala assistenti parlamentari akkreditati. B'kollox, sal-31 ta' Diċembru 2013 kien hemm 6  105 uffiċjal u aġent temporanju jaħdmu mal-Parlament Ewropew (li minnhom 5  308 persuna mas-Segretarjat Ġenerali u 797 mal-gruppi politiċi), kif ukoll 1  763 assistent parlamentari akkreditat.

33.

Fir-rigward tad-tqassim skont il-ġeneru, sal-31 ta' Diċembru 2013, in-nisa kienu jirrappreżentaw 29 % tal-kapijiet ta' unità, 34 % tad-diretturi u 33 % tad-diretturi ġenerali. Il-figura ta' hawn taħt tippreżenta t-tqassim tal-persunal skont il-grupp ta' funzjonijiet u skont il-ġeneru.

Figura 4

Tqassim tal-persunal tas-Segretarjat Ġenerali skont il-ġeneru

Image

C.   Kapitolu 1 4 “Persunal ieħor u servizzi esterni”

34.

L-infiq rigward Persunal ieħor u servizzi esterni rrappreżenta EUR 10 6 1 82  103 fl-2013, jiġifieri 6 % tal-impenji. Il-kapitolu jinkludi tliet Partiti ta' spejjeż ewlenin: Il-Partita 1 4 0 2 “interpreti għall-konferenzi” tirrappreżenta 47 % tal-impenji, il-Partita 1 4 0 0 “Aġenti oħra” (17) tirrappreżenta 35 % u l-Partita 1 4 2 0 “Servizzi esterni” (18) tirrappreżenta 11 %.

35.

L-impenji tal-kapitolu żdiedu b'madwar EUR 3,7 miljuni meta mqabbla mal-2012, jiġifieri żieda ta' 4 %. Din il-bidla tiġi spjegata prinċipalment miż-żieda tan-numru ta' jiem ta' interpretazzjoni mill-interpreti għall-konferenzi awżiljarji u r-reklutaġġ tal-persunal kuntrattwali fil-qafas tal-internalizzazzjoni tas-sigurtà, filwaqt li fil-qasam tat-traduzzjoni esterna diversi miżuri ppermettu t-tnaqqis tal-ispejjeż.

36.

Għall-Partita 1 4 0 2 “Interpreti għall-konferenzi”, l-impenji ammontaw għal EUR 4 9 5 99  377 biex ikopru l-onorarji, il-kontribuzzjonijiet soċjali, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-allowances għas-soġġorn tal-interpreti għall-konferenzi awżiljarji impjegati mill-Parlament biex jiżgura l-interpretazzjoni waqt il-laqgħat organizzati mill-Parlament. Il-livell tal-impenji żdied b'EUR 3 5 99  377 meta mqabbla mal-2012, jiġifieri żieda ta' 8 %. Din il-bidla tirriżulta essenzjalment miż-żieda tan-numru ta' jiem ta' interpretazzjoni mill-interpreti għall-konferenzi awżiljarji (2013: 53  244 jum, 2012: 49  615 jum).

37.

L-interpreti tal-Parlament u l-interpreti għall-konferenzi awżiljarji ħadmu 1 03  550 jum ta' interpretazzjoni fl-2013 (2012: 1 02  471 jum), għall-Parlament u istituzzjonijiet oħra (19) meta l-Parlament kellu jiggarantixxi din l-interpretazzjoni L-interpreti tal-Parlament ħadmu 50  206 jum (5 % inqas milli fl-2012), filwaqt li l-interpreti tal-konferenzi awżiljarji ħadmu 53  244 jum (żieda ta' 7 % meta mqabbel mal-2012).

38.

L-impenji tal-Partita 1 4 2 0 “Servizzi esterni” ammontaw għal EUR 1 1 9 04  661, tnaqqis ta' EUR 2 6 82  972 meta mqabbla mal-2012, jiġifieri tnaqqis ta' 18 %. Din il-varjazzjoni ġejja minn diversi miżuri ta' tnaqqis tal-ispejjeż. Id-deċiżjoni li r-rapporti verbatim (CRE) jiġu prodotti biss f'dokument multilingwu, mingħajr traduzzjoni awtomatika, ippermettiet tnaqqis tal-impenji għas-servizzi esterni ta' EUR 9 70  000. Barra minn hekk, l-emendi li għandhom jiġu tradotti mit-tradutturi esterni tnaqqsu bi 1 40  000 paġna, minħabba li t-tul medju ta' dokument emendat ta' 28 paġna standard fl-2012 inbidel għal 21,5 paġna standard fl-2013. Il-persentaġġ ta' paġni tradotti minn tradutturi esterni naqas minn 30,1 % fl-2012 għal 28,3 % fl-2013.

39.

Fir-rigward tal-Partita 1 4 0 0 “Aġenti oħra”, l-impenji ammontaw għal EUR 3 7 2 96  239, b'żieda ta' 7 % meta mqabbla mal-2012. Din il-Partita sservi biex tkopri r-rimunerazzjoni, l-allokazzjonijiet u l-allowances tal-aġenti l-oħra, speċjalment l-aġenti kuntrattwali, lokali u konsulenti speċjali, il-kontribuzzjonijiet varji ta’ min iħaddem għal skemi tas-sigurta’ soċjali u l-impatt tad-differenzi fis-salarji applikabbli għar-rimunerazzjoni ta’ dan il-persunal kif ukoll it-tħaddim tal-persunal temporanju tal-aġenziji. Din il-progressjoni tiġi spjegata prinċipalment mir-reklutaġġ tal-persunal kuntrattwali fil-qafas tal-internalizzazzjoni tas-sigurtà. F’dak li jikkonċerna l-persunal kuntrattwali sal-31 ta' Diċembru 2013, kienu impjegati 691 persuna. It-tqassim tal-persunal kuntrattwali skont il-grupp ta’ funzjoni (20) qed jiġi preżentat fil-Figura 5.

Figura 5

Persunal kuntrattwali skont il-grupp ta' funzjoni u skont il-ġeneru fl-2013

Image

D.   Kapitolu 1 6 “Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni”

40.

L-infiq tal-Kapitolu 1 6 ammonta għal EUR 1 7 8 29  236, jiġifieri 1 % tat-total tal-impenji tas-sena finanzjarja 2013. Dawn żdiedu b'EUR 1 1 29  413 miljun, jiġifieri żieda ta' 7 % meta mqabbla mal-2012.

41.

Fi ħdan dan il-kapitolu, 33 % tal-impenji kellhom x'jaqsmu mal-Partita 1 6 5 4 “Ċentri għat-Tfal żgħar u skejjel materni approvati”, 26 % mal-Partita 1 6 1 2 “Taħriġ ulterjuri” u 24 % mal-Partita 1 6 5 2 “Nefqa kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins”.

42.

Il-ġestjoni esterna tal-iskejjel materni u l-kamra għall-familji tal-istituzzjoni fi Brussell u spejjeż annessi tikkostitwixxi l-ikbar parti tal-Partita 1 6 5 4. L-approprjazzjonijiet impenjati fuq il-Partita kollha kemm hi żdiedu għal EUR 5 8 43  000 u baqgħu stabbli meta mqabbla mal-2012, u koprew il-kontribuzzjoni tal-Parlament għall-ispejjeż kollha taċ-ċentru għat-tfal żgħar u skejjel materni esterni li magħhom ġie konkluż ftehim (21).

43.

Fir-rigward tal-Partita 1 6 1 2 “Taħriġ ulterjuri”, l-approprjazzjonijiet impenjati ammontaw għal EUR 4 6 82  180, żieda ta' 12 % meta mqabbla mal-2012, u koprew l-infiq marbut mal-korsijiet maħsuba biex iżidu l-kompetenzi tal-persunal kif ukoll il-prestazzjonijiet u l-effikaċja tal-istituzzjoni. Fl-2013, 4  766 persuna (2012: 5  089) segwew korsijiet tal-lingwa, 5  775 (22) persuna (2012: 1  538) ipparteċipw f'taħriġ fl-informatika u 900 persuna (2012: 1  126 persuna f'taħriġ fil-qasam finanzjarju. Madwar 7  709 persuna (2012: 6  963) ipparteċipw f'taħriġ ġenerali mwettaq internament u 343 (2012: 320) f'taħriġ estern.

44.

Fir-rigward tal-Partita 1 6 5 2 “Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins”, l-impenji ammontaw għal EUR 4 2 60  000, żieda ta' 8 % meta mqabbla mal-2012. Il-Bureau, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2012, adotta nota mingħand is-Segretarju Ġenerali dwar il-“politika futura għall-forniment tal-ikel tal-Parlament għall-2014-2019 – Linji gwida għall-modernizzazzjoni” u pprovda wkoll linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp futur ta' dan is-settur. L-ewwel effetti tal-implimentazzjoni tar-riforma strutturali akkumpanjata minn reviżjoni tal-prezzijiet (li ilhom ma jinbidlu 12-il sena) mwettqa fil-bidu tal-2013 fir-ristoranti, self service, kafeteriji u barijiet tal-Parlament, ippermettu stabilizzazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni baġitarja għall-Partita 1652 (ara l-paragrafu 130). Iż-żieda fir-rigward tal-2012 kienet minħabba l-organizzazzjoni tal-avveniment EYE (Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ fl-2014) deċiż mill-Bureau fl-1 ta' Lulju 2013 (ara l-paragrafu 106), u li għalih twettaq trasferiment tal-approprjazzjonijiet ta' EUR 3 00  000 (trasferiment P6, ara t-tabella 9).

E.   Kapitolu 2 0 “Bini u nefqiet relatati”

45.

L-impenji tal-Kapitolu 2 0 ammontaw għal EUR 25 0 3 36  611, jiġifieri 14 % tal-impenji tal- 2013. Il-volum tal-impenji żdied b'EUR 1 4 71  683, jiġifieri żieda ta' 1 % meta mqabbel mal-volum tagħhom tal-2012. L-approprjazzjonijiet tal-kapitolu żdiedu b'EUR 41 miljun matul is-sena finanzjarja (19 % tal-ammont tal-approprjazzjonijiet inizjali), minħabba t-trasferiment ta' tlaqqit (ara t-tabella 8b).

46.

It-tqassim tal-approprjazzjonijiet tal-Kapitolu 2 0 skont it-tip ta' spejjeż qed tiġi ppreżentata fil-figura ta' hawn taħt.

Figura 6

Tqassim tal-impenji tal-Kapitolu 2 0 skont il-Partita

Image

47.

L-approprjazzjonijiet għall-Partita 2 0 2 2 “Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini” ammontaw għal EUR 5 1 8 91  984 (21 % tal-kapitolu). Din il-Partita kopriet l-ispiża tal-manutenzjoni tal-bini, tal-liftijiet, tas-sistemi ta' tisħin u ta' klimatizzazzjoni u tal-bibien kontra n-nirien, kif ukoll ix-xogħol ta' tibjid u ta' tiswija, eċċ. L-impenji żdiedu bi 11 % meta mqabbla ma' dawk tal-2012 (+ EUR 3 2 53  340). Din l-evoluzzjoni rriżultat essenzjalment mill-konklużjoni progressiva tal-kuntratti li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-politika ġdida ta' manutenzjoni (b'segwitu tar-rapport Baloche stabbilit fit-22 ta' Diċembru 2008) li għandu l-għan joffri servizzi ta' manutenzjoni msaħħa fir-rigward tar-responsabilitajiet tal-Parlament Ewropew bħala proprjetarju. Madankollu, l-allokazzjoni għall-Partita tnaqqset b'EUR 3,9 miljuni matul is-sena finanzjarja (7 % tal-approprjazzjonijiet inizjali) minħabba n-nuqqas ta' sostituzzjoni ta' ċertu tagħmir, il-posponiment tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku u l-użu ta' dħul assenjat.

48.

L-impenji għall-Partita 2 0 0 1 “Pagamenti ta’ ċnus” (28 % tal-kapitolu) jammontaw għal EUR 6 9 2 36  000, jiġifieri darbtejn aktar mil-livell tal-2012. L-allokazzjoni tal-Partita ssaħħet b'EUR 5 3 1 00  000 matul is-sena finanzjarja, żieda ta' 329 % meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet inizjali, essenzjalment minħabba t-trasferiment ta' tlaqqit (ara t-tabella 8a u 8b). L-ammont kollu ġie mpenjata għall-proġett ta' estenzjoni tal-bini KAD fil-Lussemburgu.

49.

L-impenji għall-Partita 2 0 0 5 “Kostruzzjoni ta' bini” ammontaw għal EUR 8 0 65  316 (3 % tal-kapitolu) u koprew l-ispejjeż u x-xogħlijiet relatati mal-proġett KAD bl-eċċezzjoni tax-xogħlijiet iffinanzjati taħt il-lokazzjoni (li huma koperti mill-approprjazzjonijiet tal-Partita 2 0 0 1). Iż-żieda tal-impenji ta' 76 % meta mqabbla mal-2012 (+EUR 3 4 81  701) tqis it-tisħiħ tal-mezzi ta' kontroll (koordinatur mexxej, kontrollur tal-ispejjeż) mitlub mill-Bureau.

50.

Fir-rigward tal-Partita 2 0 0 7 “Sistemazzjoni fil-bini” (15 % tal-kapitolu), l-impenji ammontaw għal EUR 3 6 3 26  338, żieda ta' 4 % meta mqabbla mal-2012. Fl-2013, ġie impenjat u mwettaq numru kbir ta' xogħlijiet fil-bini u proġetti ta' siti ta' Brussell. L-ikbar xogħlijiet jikkonċernaw il-proġett tad-Dar l-Istorja Ewropea li għaliha ġie impenjat ammont ta' EUR 1 2 4 48  650 fl-2013, kif ukoll ix-xogħlijiet marbuta mal-emiċiklu tal-bini PHS fi Brussell (xogħlijiet ta' rinovazzjoni tal-istruttura) li għalihom ġie impenjat ammont totali ta' EUR 2 0 79  600 fl-2013 (fil-kuntratt huwa previst ammont addizzjonali ta' 15 % għal modifiki u imprevisti). Diversi xogħlijiet u proġetti saru wkoll fil-bini okkupat. Din il-Partita baġitarja hija maħsuba biex tmexxi proġetti ta' sistemazzjoni speċifiċi u individwali li ma jinvolvux xogħol rikorrenti. Paragun tal-iżvilupp tal-approprjazzjonijiet ta' sena finanzjarja ma' oħra huwa għalhekk ftit rilevanti.

51.

L-impenji għall-Partita 2 0 2 6 “Sigurtà u sorveljanza tal-bini” (12 % tal-Kapitolu) ammontaw għal total ta' EUR 3 1 0 97  983, tnaqqis ta' 11 % meta mqabbla ma' dawk tal-2012. Dawn koprew prinċipalment l-ispejjeż tal-għassa u tas-sorveljanza tal-bini okkupat mill-Parlament fit-tliet postijiet regolari ta’ xogħol u fl-uffiċċji tal-informazzjoni. It-tnaqqis jikkorrispondi essenzjalment għat-tfaddil li sar fil-qafas tal-internalizzazzjoni.

F.   Kapitolu 2 1 “Proċessar ta' data, tagħmir u għamara”

52.

L-impenji tal-Kapitolu ammontaw għal EUR 131,805,904, jiġifieri 8 % tal-impenji tal-2013. Ġew impenjati madwar EUR 1 0 9 98  530 inqas mill-2012, jiġifieri tnaqqis ta' 8 %. L-approprjazzjonijiet tal-kapitolu matul is-sena finanzjarja żdiedu b'EUR 3 8 78  200, jiġifieri 3 % tal-approprjazzjonijiet inizjali. (Il-kanċellazzjonijiet tal-approprjazzjonijiet jirrappreżentaw biss 1,2 % tal-ammont tal-approprjazzjonijiet finali, jiġifieri bilanċ tekniku).

53.

Il-Partiti 2 1 0 0 “Tagħmir u softwer” u 2 1 0 2 “Servizzi esterni għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-innovazzjoni” jirrappreżentaw it-tnejn waħedhom 79 % tal-impenji tal-kapitolu.

54.

It-tqassim tal-infiq tal-Kapitolu 21 huwa ppreżentat fil-figura ta' hawn taħt.

Figura 7

Tqassim tal-ispejjeż tal-Kapitolu 21

Image

55.

L-impenji tal-Partita 2 1 0 0 “Tagħmir u softwer” jirrappreżentaw 23 % tal-Kapitolu 2 1 b'ammont ta' EUR 3 0 7 92  197, bi tnaqqis ta' 31 % meta mqabbla mal-2012. Din il-Partita tkopri l-infiq marbut max-xiri, il-kiri, il-manutenzjoni u l-manutenzjoni ta’ materjal u ta’ softwer għall-istituzzjoni u x-xogħlijiet relatati. Dan il-materjal u s-softwer jikkonċernaw b’mod partikulari s-sistemi taċ-ċentru tal-informatika u tat-telekomunikazzjoni, l-informatika fil-livell tad-dipartimenti u tal-gruppi politiċi, kif ukoll il-votazzjoni elettronika. Ir-raġuni prinċipali għal dan it-tnaqqis huwa l-fatt li l-livell ta' impenji fl-2012 għal din il-Partita żdied b'mod eċċezzjonali: żewġ trasferimenti C ġew adottati u b'hekk ippermettew iż-żieda tal-approprjazzjonijiet ta' din il-Partita b'aktar minn EUR 11 fl-aħħar tas-sena 2012 sabiex jiffinanzjaw il-WI-FI fil-bini tal-Parlament u t-tiġdid ta' parti kbira tal-infrastruttura tan-netwerk.

56.

L-impenji tal-Partita 2 1 0 0 “Assistenza esterni għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-innovazzjoni” jirrappreżentaw 55 % tal-Kapitolu 21 b'ammont ta' EUR 7 2 9 84  023, żieda ta' 4 % meta mqabbla mal-2012. Din iż-żieda tirriżulta minn diversi proġetti addizzjonali li jeħtieġu servizzi esterni. Barra minn hekk, kien hemm ukoll dewmien fil-livell tal-internalizzazzjoni ta' ċerti kompiti, minħabba li kien hemm diffikultajiet biex jiġi reklutat persunal kwalifikat għax dawn il-kariġi ġodda permanenti. Barra minn hekk, l-approprjazzjonijiet żdiedu b'EUR 5 5 86  300 matul is-sena finanzjarja (8 % tal-approprjazzjonijiet inizjali). Dawn l-approprjazzjonijiet koprew prinċipalment l-ispejjeż għall-assistenza minn fornituri ta’ servizzi u ta’ konsulenza rigward l-informatika, għat-tħaddim ta’ ċentru tal-informatika u tan-netwerk, il-produzzjoni u l-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet, l-assistenza għall-utenti, inklużi Membri Parlamentari u l-gruppi politiċi, għat-twettiq ta’ studji, u għat-tfassil u l-input ta’ dokumentazzjoni teknika.

G.   Kapitolu 2 3 “In-nefqa amministrattiva u kurrenti”

57.

Fl-2013, dan il-kapitolu rrappreżenta 1 % tal-impenji b'ammont totali ta' EUR 9 5 48  021. Il-livell ta' impenji żdied b'1 % meta mqabbel mal-2012.

58.

It-tqassim tal-impenji ta' dan il-kapitolu huwa kif ġej: 49 % jikkorrispondi għall-Artikolu 235 “Telekomunikazzjonijiet”, 24 % għall-Artikolu 230 “Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi” u 15 % għall-Artikolu 2 3 2 “Spejjeż legali u ħsarat”. Is-17 % li jifdal huma mqassma bejn l-Artikolu 2 3 1 “Tariffi finanzjarji”, l-Artikolu 2 3 6 “Servizzi postali u ta' ġarr”, l-Artikolu 2 3 7 “Rilokazzjonijiet” u l-Artikolu 2 3 8 “Nefqiet amministrattivi oħra” u l-Artikolu 2 3 9 “Skema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju”.

59.

Bl-eċċezzjoni tal-Partiti 2 3 8 0 “Nefqiet amministrattivi oħra” u 2 3 0 0 “Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi”, il-Partiti kollha tal-Kapitolu kienu Partiti li pprovdew finanzjament għat-trasferimenti C8 u C12 (ara t-Tabella 8.a u 8.b). L-effett ta' dawn it-trasferimenti kien tnaqqis ta' 24 % tal-approprjazzjonijiet inizjali tal-Kapitolu, li xehed l-isforzi biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż kurrenti tal-funzjonament amministrattiv.

60.

L-approprjazzjonijiet tal-Artikolu 2 3 9 “Skema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju”, li inizjalment kienu ta' EUR 1 0 64  000, tnaqqsu b'98 % meta sar it-trasferiment ta' tlaqqit minħabba tnaqqis sinifikanti tal-prezz għal kull tunnellata ta' CO2.

H.   Kapitolu 3 0 “Laqgħat u Konferenzi”

61.

Fl-2013, dan il-Kapitolu rrappreżenta 2 % tal-impenji b'ammont totali ta' EUR 3 2 8 16  473, u żieda ta' 1 % meta mqabbel mal-2012. It-tqassim tal-impenji ta' dan il-kapitolu huwa kif ġej: 78 % jikkorrispondu għall-Artikolu 3 0 0 “Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet tax-xogħol”, 19 % għall-Artikolu 3 0 4 “Nefqiet varji għal laqgħat” u 3 % għall-Artikolu 3 0 2 “Spejjeż għad-divertiment u għar-rappreżentanza”.

62.

Fl-2013, kien hemm 32  736 missjoni (2012: 33  616 missjoni), u dawn irrappreżentaw total ta' 97  161 jum ta' missjoni (2012: 99  377 jum). Il-missjonijiet huma fil-biċċa l-kbira maqsumin bejn it-tliet postijiet ta' xogħol tal-Parlament (Brussell: 4  094 missjoni, Strasburgu: 19  427 missjoni, u l-Lussemburgu: 1  886 missjoni).

I.   Kapitolu 3 2 “L-opinjoni tal-esperti u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u tixrid”

63.

Fl-2013, l-impenji ta' dan il-Kapitolu rrappreżentaw 7 % tal-infiq, b'ammont ta' EUR 12 5 6 72  031, żieda ta' 19 % meta mqabbla mal-2012. Madwar 25 % tal-impenji tal-Kapitolu ntużaw għall-Partita 3 2 4 4 “L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi”, 20 % għall-Partita 3 2 4 2 “Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi”, 16 % għall-Partita 3 2 4 8 “In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva” u 10 % għall-Partita 3 2 2 0 “Nefqa għad-dokumentazzjoni u għal-librerija”.

64.

It-tqassim tal-impenji qed jiġi ppreżentat fil-figura ta' hawn taħt.

Figura 8

Tqassim tal-ispejjeż tal-Kapitolu 3 2

Image

65.

Fil-konfront tal-Partita 3 2 4 4 “L-organizzazzjoni u l-ospitalità ta’ gruppi ta’ viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi”, l-impenji ammontaw għal EUR 3 1 6 67  743, żieda meta mqabbla ma' dawk tal-2012 (+13 %). Dawn koprew is-sussidji mogħtija għall-gruppi ta' viżitaturi u l-ispejjeż ta' superviżjoni u ta' infrastruttura relatati, l-ispejjeż għall-ġestjoni tal-programm “Euroscola” u l-finanzjament tal-perjodi ta' prattika għall-multiplikaturi ta' opinjoni minn pajjiżi terzi. Iż-żieda hija marbuta, fost l-oħrajn, mal-espożizzjoni l-ġdida EU-Phoria fil-Mużew Schirmeck b'kooperazzjoni mar-reġjun ta' Alsace u l-Mémorial Alsace- Moselle, kif ukoll mal-organizzazzjoni tal-avveniment EYE (Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ fl-2014) u maż-żieda tan-numru ta' gruppi ta' viżitaturi u parteċipanti fil-programm Euroscola.

66.

Fil-konfront tal-Partita 3 2 4 2 “Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi”, l-impenji laħqu l-EUR 2 2 1 24  435. B'mod partikolari, dawn koprew l-ispejjeż fil-qasam tal-pubblikazzjonijiet, speċifikament dawk elettroniċi, ta' attivitajiet ta' informazzjoni, ta' relazzjonijiet pubbliċi u ta' parteċipazzjoni f'avvenimenti pubbliċi, f'fieri u wirjiet fl-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati, kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-aġġornament tal-Osservatorju Leġiżlattiv (OEIL). L-impenji żdiedu b' 15 % meta mqabbla ma' dawk tal-2012. Din l-evoluzzjoni hija marbuta mal-attivitajiet ta' informazzjoni maħsuba għat-tħejjija tal-elezzjonijiet tal-2014.

67.

L-impenji għall-Partita 3 2 4 8 “In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva” ammontaw għal EUR 2 0 5 33  306 u koprew l-ispejjeż marbuta mal-elementi li ġejjin:

il-baġit biex jopera s-settur awdjoviżiv (servizzi b'direzzjoni proprja u assistenza esterna bħal servizzi tekniċi għall-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni, realizzazzjoni, produzzjoni, koproduzzjoni u xandir ta’ programmi awdjoviżivi, kiri ta’ frekwenzi, trażmissjoni ta’ programmi televiżivi u radjofoniċi, azzjonijiet oħra ta’ żvilupp tar-relazzjonijiet tal-istituzzjoni mal-entitajiet tax-xandir awdjoviżiv),

l-ispejjeż marbuta max-xandir dirett, fuq l-internet, tas-seduti plenarji u tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari,

il-ħolqien ta’ arkivji xierqa li jiggarantixxu l-aċċess permanenti liċ-ċittadini għal din l-informazzjoni.

L-impenji żdiedu b'54 % meta mqabbla ma' dawk tal-2012. Din l-evoluzzjoni hija marbuta mal-attivitajiet ta' informazzjoni fis-settur awdjoviżiv dwar l-elezzjonijiet tal-2014.

68.

Rigward il-produzzjoni tal-informazzjoni awdjoviżiva, 1  375 avveniment, li minnhom 1  134 laqgħat tal-kumitati, reġgħu xxandru fuq l-internet. Fir-rigward ta' “Europe by Satellite”, il-produzzjoni tinqasam kif ġej: 829 sekwenza tal-aħbarijiet tal-Parlament Ewropew li reġgħu xxandru 27  563 darba minn 187 stazzjon, 79 filmat informattiv dwar suġġetti leġiżlattivi, 75,5 jum ta' Plenarja, 527 xandira diretta, 321 tema ta' aħbarijiet prodotti għall-Eurovision (biex jixxandru lill-membri tagħha) u 26 avveniment li reġgħu xxandru minn Eurovision mill-Parlament Ewropew fi Brussell u fi Strasburgu.

69.

Ikun xieraq ukoll li jiġi nnotat li l-impenji tal-Partita 3 2 4 3 “Parlamentarium – Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew” (EUR 3 8 44  123) żdiedu b'11 % meta mqabbla ma' dawk tas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Parlamentarium jagħmel parti mill-aktar attrazzjonijiet li t-turisti jżuru fi Brussell u laqa' 3 37  000 viżitatur fl-2013 (2012: 2 50  000 viżitaturi).

J.   Kapitolu 4 0 “Nefqa relatata ma' ċerti istituzzjonijiet u ma' ċerti korpi”

70.

Fl-2013, dan il-Kapitolu rrappreżenta 5 % tal-impenji b'ammont totali ta' EUR 9 2 6 83  288, żieda ta' 5 % meta mqabbla mal-2012.

71.

L-Artikolu 4 0 0 “Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati” rrappreżenta 63 % mill-approprjazzjonijiet tal-Kapitolu 4 0 (2012: 65 %). L-impenji għal dan l-Artikolu ammontaw għal EUR 5 8 6 97  494. Dawn l-approprjazzjonijiet kienu maħsuba biex ikopru, għall-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati:

l-ispejjeż tas-segretarjat, amministrattivi u operattivi, u

l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet politiċi u informattivi tagħhom fil-qafas tal-attivitajiet politiċi tal-UE.

Dawn l-impenji żdiedu bi 3 % meta mqabbla mal-2012 minħabba ħtiġijiet addizzjonali li rriżultaw minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja.

72.

L-Artikolu 4 0 2 “Kontribuzzjonijiet tal-Partiti politiċi Ewropej” irrappreżenta 23 % (2012: 21 %) tal-impenji tal-kapitolu 4 0, jiġifieri EUR 2 1 5 85  794 u żdied b'14 % meta mqabbla mal-2012. Din iż-żieda hija minħabba l-fatt li l-2013 kienet sena ta' qabel l-elezzjoni.

73.

L-Artikolu 4 0 3 “Finanzjament tal-Partiti politiċi Ewropej” b'ammont ta' EUR 1 2 4 00  000 rrappreżenta 13 % (2012: 14 %) tal-impenji tal-kapitolu 4 0.

Figura 9

Tqassim tal-impenji tal-Kapitolu 4 0

Image

K.   Kapitolu 4 2 “Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari”

74.

Fl-2013, dan il-Kapitolu rrappreżenta 11 % tal-impenji b'ammont ta' EUR 18 8 3 01  020, żieda ta' 4 % meta mqabbla mal-2012.

75.

L-approprjazzjonijiet allokati żdiedu bi EUR 3,7 miljuni (2 % tal-approprjazzjonijiet inizjali) matul is-sena finanzjarja, sabiex ikopru n-nefqiet li qed jiżdiedu marbuta mal-assistenti parlamentari akkreditati (+EUR 3,5 miljuni) kif ukoll differenzi ta' skambju akbar milli kien previst (+EUR 0,2 miljuni).

76.

Il-figura ta' hawn taħt turi t-tqassim tal-impenji tal-kapitolu.

Figura 10

Tqassim tal-impenji tal-Kapitolu 4 2

Image

77.

L-impenji relatati mal-“assistenti lokali” jammontaw għal EUR 8 3 8 40  699, żieda ta' 4 % meta mqabbla mal-2012.

78.

L-impenji relatati mal-“assistenti akkreditati – Statut” jammontaw għal EUR 10 3 7 97  680, żieda ta' 5 % meta mqabbla mal-2012. Dawn ikopru s-salarji, l-allokazzjonijiet u l-ispejjeż ta' missjoni ta' dawn l-aġenti kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-korsijiet ta' taħriġ professjonali estern. Il-livell medju ta' kull xahar tar-rimunerazzjonijiet imħallsa jammonta għal EUR 7,9 miljuni (medja ta' EUR 7,5 miljuni fl-2012).

79.

Fil-31 ta' Diċembru 2013, kien hemm 1  785 assistent parlamentari akkreditat jaħdmu mal-Parlament u 4  860 assistent lokali kellhom kuntratt ta' xogħol mal-Membri (li minnhom 162 permezz tal-gruppi). Fuq medja, kull Membru impjega 2,33 assistent akkreditat u 6,34 assistent lokali (23). In-numru ta' assistenti lokali impjegati minn kull Membru jvarja b'mod konsiderevoli, minn 0 sa 43 fl-2013. Filwaqt li 16-il Membru ma impjegawx assistenti lokali, 84 Membru rreklutaw aktar minn 10 impjegati fl-Istat Membru tagħhom matul is-sena 2013. Madwar 45 Membru ma impjegawx assistenti lokali matul is-sena 2013.

80.

Il-pagamenti fl-2013 relatati mal-assistenti parlamentari lokali domiċiljati barra miż-żona tal-Euro twettqu permezz ta' livell ta' kambju stabbilit għas-sena kollha bejn l-Euro u l-muniti l-oħra (livell tax-xahar ta' Diċembru 2012).

L.   Kapitolu 4 4 “Laqgħat u attivitajiet oħra tal-Membri attwali u dawk preċedenti”

81.

Fl-2013, dan il-Kapitolu rrappreżenta 0,02 % tal-impenji b'ammont ta' EUR 3 75  000, żieda ta' 4 % meta mqabbla mal-2012.

M.   Titolu 10 “Infiq ieħor”

82.

Il-Kapitoli mdaħħla taħt din l-intestatura jinvolvu biss approprjazzjonijiet proviżorji li ma jistgħux jiġu impenjati ħlief wara trasferiment minn qabel għal Partita operattiva. Dawn it-trasferimenti (EUR 2 2 9 12  765) ġew eżaminati fit-Taqsima 1 ta’ dan ir-rapport. L-approprjazzjonijiet inizjali ta' dan it-titolu żdiedu għal EUR 2 2 9 12  765 (2012: EUR 2 9 5 42  652), jiġifieri 1,3 % tal-baġit kollu tal-2013.

III.   OBJETTIVI TAL-2013 U RIŻULTATI

83.

Is-sena finanzjarja 2013 kienet ikkaratterizzata mis-segwitu tat-titjib strutturali impenjat sa mill-2011 sabiex l-istituzzjoni tkun mgħammra bil-mezzi kollha neċessarji sabiex taqdi bis-sħiħ ir-rwol tagħha fil-proċess leġiżlattiv u tkun tista' tagħmel użu sħiħ mill-kompetenzi miżjuda li taha t-Trattat ta' Lisbona.

84.

L-istituzzjoni segwit ukoll it-twettiq tal-programmi pluriennali maħsuba biex jirrazzjonalizzaw u jimmoderinazzaw is-setturi ewlenin tal-amministrazzjoni tagħha, speċjalment fil-qasam tas-sigurtà, u kompliet bi żviluppi kbar fis-settur tal-politika tal-informazzjoni u komunikazzjoni b'kunsiderazzjoni tal-elezzjonijiet tal-2014.

85.

L-aġġustamenti istituzzjonali marbuta mal-adeżjoni tal-Kroazja tlestew mingħajr diffikultajiet kbar.

86.

L-objettivi segwiti u r-riżultati miskuba fl-2013, ippreżentati hawn taħt, jibbażaw fuq il-prijoritajiet u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau fl-2013, fuq l-orjentazzjonijiet adottati mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet baġitarji tiegħu u fuq l-objettivi u r-riżultati tal-programm amministrattiv ta' ħidma għall-perjodu 2012-2014.

A.   Tkomplija tal-aġġustamenti istituzzjonali marbuta mat-Trattat ta' Lisbona

A.1.   Appoġġ għar-riċerka

87.

Studju komparattiva ma' erba' parlamenti nazzjonali u mal-Kungress tal-Istati Uniti wera marġni sinifikanti għal titjib fl-istruttura tal-appoġġ lill-Parlament Ewropew, partikolarment rigward konsulenza xjentifika indipendenti. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konġunt tal-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits dwar il-baġit tal-Parlament, il-Bureau ddeċieda, fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Mejju 2013, li joħloq Direttorat Ġenerali ġdid għar-Riċerka Parlamentari (DĠ EPRS) sabiex jipprovdi konsulenza indipendenti kemm għall-korpi politiċi tal-Parlament kif ukoll hħall-membri parlamentari.

88.

Dan id-Direttorat Ġenerali, li l-ħolqien tiegħu sar effettiv fl-1 ta' Novembru 2013, jgħaqqad flimkien id-Direttorat l-antik tal-Librerija u l-ġestjoni tad-dokumenti (bl-eċċezzjoni tal-Unità Posta Uffiċjali li baqgħet magħquda mad-DĠ PERS) u d-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew li qabel kien magħqud mad-DĠ IPOL, li magħhom ingħaqad Direttorat ġdid għas-Servizz ta' Riċerka tal-Membri, organizzat b'mod tematiku.

89.

Is-servizz il-ġdid tar-riċerka parlamentari se joffri appoġġ lill-Membri individwali u se jkun kumplimentari għad-dipartimenti tematiċi (24), li se jkomplu jservu d-detenturi ta' mandat u ta' funzjoni partikolari, bħar-rapporteurs. Dawn il-prodotti huma ta' natura differenti, peress li d-dipartimenti tematiċi nħolqu espliċitament biex iwieġbu minnufih lill-kumitati u lid-delegazzjonijiet parlamentari. Madankollu, dawn iż-żewġ servizzi se jikooperaw ukoll kemm jista' jkun possibbli u se jiskambjaw informazzjoni bħallikieku jappartjenu verament għal servizz wieħed. Huma jikkondividu l-linja baġitarja eżistenti għall-għarfien.

90.

Waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' April 2013, il-Bureau awtorizza negozjati mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni fil-qafas tal-proċedura baġitarja 2014 sabiex jikseb effikaċja miżjuda fil-qasam tat-traduzzjoni, u l-parti ta' din il-kisba fi ħdan il-Parlament hija allokata għat-tisħiħ tas-servizz tar-riċerka parlamentari. Peress li dawn in-negozjati kienu kompluti b'suċċess, il-Bureau ta' istruzzjoni lill-President biex jiffirma ftehim ta' kooperazzjoni maż-żewġ kumitati waqt il-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Diċembru. Dan il-ftehim joffri b'mod speċjali lill-aġenti kkonċernati mir-ristrutturar tas-servizz tat-traduzzjoni tal-kumitati u li jkollhom il-profil meħtieġ, il-possibilità li jiġu trasferiti lill-Parlament sabiex jaħdmu għad-Direttorat Ġenerali ġdid għas-servizzi tar-riċerka parlamentari (mhux aktar minn 80 aġenti).

A.2.   Ġestjoni tal-għarfien

91.

Il-kooperazzjoni tal-kumitati mad-Dipartimenti tal-Politika hija stretta ħafna, kontinwa u għandha diversi lati: It-tgħarrif, il-karti politiċi, l-istudji u s-sessjonijiet ta' ħidma tad-Dipartimenti tal-Politika regolarment iwasslu għal deliberazzjonijiet tal-kumitati u jiżguraw interkonnessjoni ta' valur bejn il-kompetenza u t-tfassil ta' politika. Sabiex jissaħħu l-viżibilità u l-aċċessibilità tal-prodotti tad-Dipartimenti tal-Politika, fl-2013 inħoloq bullettin komuni tad-Dipartimenti tal-Politika. Il-bullettin joffri ħarsa ġenerali kull xahar tal-avvenimenti ewlenin li ġejjin organizzati fil-Parlament Ewropew, sommarju tal-istudji ewlenin li qed jitħejjew u rabta diretta ma' għażla ta' studji li ġew ippubblikati riċentement. Id-Dipartimenti tal-Politika wettqu aġġornament maġġuri tal-Iskedi ta' Informazzjoni tal-Parlament qabel is-sena tal-elezzjoni.

A.3.   Kodeċiżjoni u kunsens fil-qasam tal-politika esterna

92.

Skont it-Trattat ta' Lisbona, il-ftehimiet kummerċjali kollha issa huma soġġetti tal-kunsens tal-PE, filwaqt li l-miżuri ta' implimentazzjoni tal-Politika Kummerċjali Komuni (PKK) huma soġġetti għall-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja. Fl-2013, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) ħadem fuq rapporti leġiżlattivi maġġuri dwar l-Istrument ta' Akkwist Internazzjonali, ir-Regolament ta' Infurzar, u l-ftehimiet tat-tieni qari dwar l-Omnibus I u Omnibus II (li jallinjaw il-leġiżlazzjoni kummerċjali tal-Unjoni mat-Trattat ta' Lisbona), u wkoll l-Istrument ta' Akkwist Internazzjonali u l-modernizzazzjoni tal-Istrumenti ta' Difiża Kummerċjali tal-Unjoni. Il-gruppi ta' monitoraġġ tal-INTA komplew il-ħidma tagħhom fil-monitoraġġ tan-negozjati kummerċjali. Ir-riżoluzzjonijiet ġew adottati f'rabta mal-mandati ta' negozjar kollha, li kienu ssuġġeriti mill-Kummissjoni.

93.

Il-kumitati komplew il-prattika li jimmonitorjaw in-negozjati tal-ftehimiet internazzjonali. Għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET), kien ikkonċernat b'mod speċjali l-Qafas pendenti għall-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni ma' pajjiżi terzi. AFET iddubita wkoll il-prattika mill-Kunsill li jitlob il-kunsens tal-Parlament ladarba l-proċess ta' ratifika fl-Istati Membri tal-UE jkun kważi lest. AFET adotta wkoll riżoluzzjonijiet dwar il-pajjiżi kandidati u prekandidati kollha, peress li din hija prattika konsolidata.

94.

Il-monitoraġġ tal-iżviluppi fl-Ukraina ġie intensifikat bl-għan li tiġi determinata l-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-firma tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. AFET organizza laqgħat ta' tgħarrif mal-UE u l-partijiet interessati tal-Ukraina u ħejja riżoluzzjoni dwar il-politika tal-viċinat tal-UE, li tkopri l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Ukraina (u wkoll mal-Moldova u l-Ġeorġja).

95.

Il-Bureau ddeċieda fis-26 ta' Frar 2013 li programm għal Euronest Scola (25) se jkun organizzat u mmaniġġjat minn DĠ EXPO f'konformità mal-prinċipji għal Euromed Scola (26) diġà eżistenti, u ddeċieda fil-15 ta' April 2013 dwar estensjoni tal-programm għall-Mexxejja Politiċi Żgħażagħ mill-Ewropa, il-Palestina u l-Iżrael sabiex jinkludu l-pajjiżi tal-viċinat. Għall-ewwel darba, il-programm ta' Euronest Scola u żewġ fora ġodda tal-Mexxejja Politiċi Żgħażagħ ġew organizzati b'suċċess kbir f'Novembru-Diċembru 2013 (Magreb-UE u Sħubija tal-Lvant-UE) fejn esprimew konkretament permezz tal-azzjoni amministrattiva l-impenn tal-prijorità tal-PE li jsaħħaħ u jagħti s-setgħa lis-soċjetà ċivili fil-viċinat.

A.4.   Titjib tas-servizzi marbuta mas-Seduta Plenarja

96.

L-isforzi tat-titjib tal-imaġini tal-Istituzzjoni u l-attrattività tal-Plenarja ġew segwiti billi ġiet żviluppata bażi tad-data affidabbli ta' statistika dwar l-attivitajiet tal-Plenarja, billi jiġu stabbiliti modifiki għar-Regolament u jiġu adattati proċeduri interni, pereżempji d-dikjarazzjonijiet bil-miktub, ir-rapporti verbatim, il-proċeduri tal-votazzjonijiet. Barra minn hekk, il-modernizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-IT li jikkonċernaw il-plenarja għadha għaddejja.

97.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-abbozzar tal-atti leġiżlattivi, il-ġeneralizzazzjoni tal-proċedura ta' finalizzazzjoni ta' testi qabel l-adozzjoni tagħhom, li tippermetti l-firma u l-pubblikazzjoni aktar rapida tal-leġiżlazzjoni, u l-iżvilupp ta' kapaċità akbar ta' programmazzjoni, ippermettu d-dħul fis-seħħ tal-maġġoranza tal-fajls tal-QFM qabel l-aħħar tas-sena. Inkiseb ukoll progress ieħor fis-servizz tal-abbozzar “fuq talba”, pereżempju fil-ħolqien ta' għodda e-Parlament (27) bħad-Drafting Support Tool (28).

98.

Ta' min wieħed jinnota li n-numru ta' testi leġiżlattivi adottati mill-Parlament (ippreparati mid-Direttorat għall-Atti Leġiżlattivi) irdoppja mill-2012. L-integrazzjoni tal-lingwa Kroata (pubblikazzjoni ta' testi leġiżlattivi u parlamentari mid-data ta' adeżjoni) kienet suċċess.

B.   Strateġija ta' komunikazzjoni u preparazzjoni għall-kampanja ta' informazzjoni għall-elezzjonijiet tal-2014

B.1.   Attivitajiet organizzati fil-livell ċentrali

99.

Il-kunċett kreattiv għall-Kampanja Istituzzjonali għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-elezzjonijiet 2014 kien approvat mill-Bureau fl-20 ta' Mejju 2013 u kuntratt speċifiku għall-eżekuzzjoni u l-implimentazzjoni tal-kampanja ġie ffirmat fis-7 ta' Ġunju 2013. L-enfażi tal-kampanja tpoġġiet fuq in-natura politika tal-Parlament Ewropew u s-setgħat ġodda mogħtija lilu mit-Trattat ta' Lisbona tradotti permezz tal-messaġġ “Din id-darba differenti”. Il-kunċett huwa bbażat fuq approċċ ta' erba' fażijiet li jirrigwarda l-linja ta' referenza “Aġixxi. Irreaġixxi. Ħalli Impatt.” Din il-linja ta' referenza li għandha l-għan li tistabbilixxi l-Parlament Ewropew bħala marka rikonoxxuta, se tiżgura l-perennità tal-kampanja sew wara l-2014.

100.

Il-bidu tal-kampanja istituzzjonali għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni sar fi Strasburgu fl-10 ta' Settembru 2013, kontestwalment għall-Istat tal-Unjoni, mument simboliku magħżul biex jissottolinja r-rwol ġdid tal-Parlament Ewropew wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. L-avveniment kellu kopertura estensiva tal-midja, fejn madwar 160 ġurnalist attendew il-konferenza tal-istampa tal-bidu. Din il-kopertura, flimkien mal-interazzjoni intensiva tal-midja soċjali, tfisser li t-tnedija tista' titqies bħala suċċess reali fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni. F'Diċembru 2013, il-websajt uffiċjali tal-kampanja saret disponibbli onlajn.

101.

L-aħħar xhur tal-2013 kienu ddedikati għall-implimentazzjoni tat-tieni fażi tal-kampanja (“Fażi tematika”) u l-preparazzjoni tal-fażijiet ta' wara (“Mur ivvota” u “wara l-elezzjoni”).

B.2.   Attivitajiet deċentralizzati

102.

Apparti li tuża kanali ta' komunikazzjonijiet tradizzjonali, il-fażi tematika tal-kampanja tintroduċi numru ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni innovattivi bħall-organizzazzjoni tal-avvenimenti “ReACT” f'ħamest ibliet ewlenin.

103.

L-ewwel avvenimenti, organizzati f'Pariġi, Varsavja u Frankfurt, indirizzaw it-temi ewlenin bħall-impjiegi, l-ekonomija, il-baġit tal-UE u l-fondi strutturali, u rreġistraw livell għoli ta' interess fost is-soċejtà ċivili u l-partijiet interessati. Żewġ avvenimenti oħra dwar il-kwalità tal-ħajja u l-UE fid-dinja se jsiru f'Ruma u f'Madrid fl-2014.

104.

L-Uffiċċji ta' Informazzjoni għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-kampanja, billi jippromwovu l-għodda żviluppati ċentralment fl-Istati Membri kollha, u billi jinvolvu l-partijiet interessati u lill-midja bħala multiplikaturi sabiex jiksbu komunikazzjoni usa' tal-messaġġ tal-kampanja kif ukoll jimmaniġġjaw l-midja soċjali fil-livell lokali.

B.3.   EYE

105.

B'mod parallel mal-kampanja istituzzjonali għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni, se jiġi organizzat Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE). Il-Bureau adotta fl-1 ta' Lulju 2013 il-kunċett għal dan l-avveniment, maħsub biex iqajjem kuxjenza tal-identità Ewropea fost iż-żgħażagħ.

106.

L-avveniment, bil-motto ġenerali “Ideat għal Ewropa Aħjar”, se jsiru fi Strasburgu f'Mejju 2014, b'5  000 żgħażugħ mill-Ewropa kollha. Ir-reġistrazzjoni ilha miftuħa minn Ottubru 2013.

B.4.   Progress imwettaq fil-livell tal-proġett tad-Dar l-Istorja Ewropea

107.

Il-kunċett tal-punti ewlenin tal-eżibizzjoni permanenti ġie adottat mill-Bureau matul il-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2012. Fl-2013, dan il-kunċett ġie żviluppat aktar ma' kumpanija tad-disinn u ġie finalizzat issa.

108.

B'mod parallel mad-disinn tal-eżibizzjoni permanenti, it-tim tad-Dar l-Istorja Ewropea beda jiżviluppa l-offerta tal-futur lill-viżitaturi, li tinkludi eżibizzjonijiet temporanji u itineranti, avvenimenti, konferenzi, offerta onlajn estensiva u programmi ta' tagħlim immirati lejn gruppi ta' età differenti. Il-proġett tad-Dar l-Istorja Ewropea huwa parti integrali tal-offerti tal-viżitaturi tal-Parlament Ewropew u l-istrateġija tal-viżitaturi li qed tiġi żviluppata bħalissa.

109.

Ix-xogħlijiet fil-bini Eastman, li se jospita d-Dar l-Istorja Ewropea, għamlu progress sinifikanti fl-2013 u huma mistennija li jitlestew sal-aħħar tal-2014. Il-bini se jitħejja sabiex jilqa' l-eżibizzjonijiet. il-ftuħ tad-Dar l-Istorja Ewropea huwa mistenni għall-aħħar tal-2015 b'eżibizzjoni permanenti, filwaqt li l-ewwel eżibizzjoni temporanja hija skedata għall-2016.

B.5.   Titjib fis-servizzi għall-viżitaturi

110.

Fl-2013 sar progress fit-titjib tas-servizzi għall-viżitaturi permezz ta' żewġ ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Port Awtonomu ta' Strasburgu u r-Reġjun ta' Alsace/Memorial Alsace-Moselle wara d-deċiżjoni tal-Bureau tat-18 ta' Novembru 2013: il-kapaċità ta' lqugħ ta' viżitaturi tal-bini tal-PE fi Strasburgu se tiżdied minħabba n-numru ogħla ta' viżitaturi mistennija matul is-sena tal-elezzjoni, u ċ-ċittadini li jżuru l-PE fi Strasburgu se jiġu pprovduti b'ħarsa ġenerali storika usa' bħala parti mill-proġett ġdid EU-PHORIA fi Schrimeck.

111.

Fl-istess ħin u f'konformità mad-deċiżjoni msemmija hawn fuq, sar xogħol preparatorju biex jistabbilixxi ċinema 360 żgħir fi Strasburgu u f'Berlin, u biex jitwettqu fi Strasburgu eżerċizzji ta' logħob fejn il-parteċipanti jieħdu rwoli realistiċi simili għal dawk organizzati fi Brussell.

C.   Bidliet istituzzjonali li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja

112.

Il-mili ta' postijiet vakanti previst fil-baġit (total ta' 124) sar permezz tal-ħatra ta' aġenti temporanji b'effett mill-1 ta' Lulju 2013 imbagħad bis-sostituzzjoni tal-aġenti temporanji minn uffiċjali taħt prova hekk kif ġew ippubblikati l-listi ta' kandidati li għaddew kompetizzjoni speċifika għaċ-ċittadini ta' nazzjonalità Kroata.

113.

It-tnax-il osservatur Kroat attendew għax-xogħlijiet parlamentari (sessjonijiet plenarji, kumitati, gruppi politiċi) sa mill-1 ta' April 2012 u saru Membri bis-sħiħ mill-1 ta' Lulju 2013.

D.   Tkomplija tal-implimentazzjoni ta’ programmi pluriennali għar-razzjonalizzar u l-immodernizzar ta’ taqsimiet ewlenin tal-Ammistrazzjoni tal-Parlament

D.1.   Il-politika tal-proprjetà immobbli

114.

Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-proprjetà immobbli għal żmien medju stabbilita mill-Bureau fl-24 ta' Marzu 2010, ġew deċiżi jew implimentati diversi proġetti, bħal kif inhu deskrit hawn taħt.

Brussell

115.

Fir-rigward tal-proġett Trebel, il-permess ta' ppjanar twassal fit-30 ta' April 2013 bi tnaqqis tal-art mistenni li jkun ta' 8 %. Minħabba din il-modifika tal-proġett, defiċit addizzjonali tal-ispazju għall-uffiċċji ta' 2  562 m2 huwa mistenni sas-sena 2017.

116.

It-tfittxija għal soluzzjoni temporanja sakemm il-bini Trebel ikun jista' jiġi okkupat, li huwa mistenni fl-2007, wasslet biex jiġi identifikat il-bini Square de Meeûs Nru 8 bħala l-aktar wieħed adattat (ara d-deċiżjonijiet tal-Bureau tat-30 ta' Novembru 2011, l-14 ta' Jannar 2013 u l-11 ta' Marzu 2013 kif ukoll id-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Baġits tat-28 ta' Frar 2013). Il-kuntratt ta' kera ta' 12-il sena għal dan il-bini ġie ffirmat fit-28 ta' Marzu 2013, b'dispożizzjoni li l-bini għandu jiġi okkupat mill-31 ta' Marzu 2014. L-ippjanar tat-tneħħija gradwali mill-2014 tad-dipartimenti li bħalissa jinsabu f'bini ieħor (minimu ta' 1  000 persuna) kif ukoll ix-xogħlijiet fl-uffiċċji attwali u futuri għall-Membri u l-assistenti tagħhom bdew fl-2013.

Il-Lussemburgu

117.

Għal dak li jikkonċerna l-proġett Konrad Adenauer, analiżi ġenerali tax-xogħol tal-kumpanija li għall-bidu mmaniġġjat il-proġett twettqet skont it-termini tal-ftehim ta' sħubija ffirmat fis-16 ta' Jannar 2012 mal-Istat Lussemburgiż, u minħabba f'hekk ġie deċiż li jitwaqqfu s-servizzi ta' din il-kumpanija. Sejħa għall-offerti għall-maniġment imsaħħaħ tal-proġett inkarigat mis-sorveljanza tax-xogħlijiet ġiet ippubblikata fit-2 ta' Jannar 2013 u rriżultat fil-ħatra ta' ħames entitajiet li flimkien jiffurmaw il-maniġment tal-proġett, taħt it-tmexxija ta' koordinatur mexxej. Is-servizzi pprovduti mill-maniġment ġdid tal-proġett bdew f'nofs l-2013. Barra minn hekk, ir-riċerka għall-miżuri ta' tfaddil fil-livell tal-proġett u l-ħruġ mill-ġdid tas-sejħat għall-offerti għax-xogħlijiet tas-sit tal-bini EST ippermettew li jinkisbu offerti li jirrispettaw il-baġits allokati. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni beda f’Settembru tal-2013. Ingħata lott addizzjonali (Façades) fl-20 ta' settembru 2013 u wassal għall-iffirmar tal-kuntratt korrispondenti fis-6 ta' Jannar 2014.

118.

Barra minn hekk, il-pakkett finanzjarju li ġie stabbilit għall-finanzjament tal-proġett tpoġġa fil-prattika għall-ewwel darba. L-ewwel kontijiet tħallsu lill-kuntratturi mill-kumpanija tal-proprjetà immobbli li ġiet stabbilita għal dan l-għan. Ġie ffirmat ftehim fiduċjarju fil-25 ta' Novembru 2013 mal-bank BGL. Huwa maħsub biex jiggarantixxi l-ammonti kkreditati lill-kontijiet tal-kumpanija tal-proprjetà immobbli u jippermetti t-trasferiment sikur tal-approprjazzjonijiet allokati lill-proġett Konrad Adenauer mill-awtorità baġitarja. Il-kont fiduċjarju kkonċernat seta' għalhekk jirċievi l-ewwel trasferimenti f'Diċembru 2013. Skont l-obbligi kuntrattwali, sar l-ewwel prelevament fuq is-self fil-31 ta' Diċembru 2013.

119.

Sakemm il-bini ġdid Konrad Adenauer isir disponibbli, huwa neċessarju li tiġi estiża l-kera tal-bini Goldbell sal-31 ta' Diċembru 2017, u li jinkera l-bini Geos minflok il-bini President. Fir-rigward tal-bini Goldbell, seta' jinkiseb tfaddil sostanzjali b'paragun mal-kundizzjonijiet tal-kera attwali fil-konklużjoni tan-negozjati mas-sid, u l-ftehim addizzjonali għall-kera ġie ffirmat fil-21 ta' Ottubru 2013 (29). Barra minn hekk, analiżi tal-ispejjeż/benefiċji uriet li l-ġarr mill-bini President għall-bini Geos fl-2014 se jiġġenera tfaddil għall-perjodu bejn l-1 ta' April 2014 sal-31 ta' Diċembru 2017 li jkun ogħla minn dak iġġenerat li kieku tinżamm il-kera fuq il-bini President taħt it-termini l-ġodda proposti mis-sid. Konsegwentement, fit-13 ta' Awwissu 2013, ġie ffirmat kuntratt ta' kera tal-bini Geos wara l-approvazzjoni tal-Bureau waqt il-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Lulju 2013 (30).

Uffiċċji ta' Informazzjoni

120.

Il-kuntratt preliminari tax-xiri tal-bini ġdid f'Sofija ġie ffirmat fis-7 ta' Lulju 2011 għall-ammont ta' EUR 9 miljuni. Minħabba xogħol ħażin u nuqqas ta' konformità tax-xogħlijiet ta' sistemazzjoni, il-bini ma ġiex aċċettat fl-2012. Wara li s-sid irranġa d-difetti kollha tal-bini, il-proċedura għall-approvazzjoni tal-bini wasslet għall-iffirmar tal-kuntratt ta' xiri quddiem nutar f'Sofija fl-4 ta' Ġunju 2013. Ir-rilokazzjoni saret fil-11 ta' Ġunju 2013 u sa minn Lulju 2013, Dar l-Ewropa hija operattiva bis-sħiħ.

121.

Għadhom qed isiru tentattivi biex jiġi ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-ġestjoni konġunta tad-Djar l-Ewropa maħsub biex min-naħa, jiddefinixxi qafas ta' ppjanar pluriennali tal-istħarriġ tal-proprjetà għall-akkwist jew il-kera, u min-naħa oħra, biex jissimplifika l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji tal-ġestjoni tagħhom ta' kuljum.

Politika ġdida ta' manutenzjoni u rinovazzjoni tal-bini

122.

Tnieda awditu estern fl-2013 sabiex tkun tista' tiġi ppreżentata, għall-okkażjoni tal-leġiżlatura l-ġdida, l-ewwel valutazzjoni tal-politika ta' manutenzjoni msaħħa. Skema ta' awditu intern u estern li għandha tiġi riprodotta regolarment f'kull leġiżlatura ġiet approvata mill-Bureau fis-26 ta' Frar 2013, u r-riżorsi li se jiġu mobilizzati se jiġu deċiżi fuq din il-bażi.

123.

L-għeluq temporanju taż-żona A tal-bini Paul-Henri Spaak ġie deċiż wara s-sejbien ta' xquq fi tliet travi tal-istruttura tal-Kamra waqt il-verifiki li saru f'Settembru 2012 bħala parti mill-politika kontinwa ta' kontrolli u manutenzjoni preventiva tal-infrastrutturi tal-Parlament. Wara analiżi dettaljata tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-soluzzjonijiet biex jerġgħu jagħmlu l-istruttura sikura, l-esperti għażlu soluzzjoni li, b'kunsiderazzjoni taż-żmien meħtieġ għall-istudju, kontroll, sejħiet għall-offerti, twettiq ta' xogħlijiet u rinovazzjoni tal-Kamra, tipprevedi li l-Kamra ma tistax tkun disponibbli għall-użu qabel il-bidu tas-sena 2014. Il-kuntratt dwar ix-xogħlijiet maħsuba biex jagħmlu l-Kamra sikura (tiswija tal-istruttura u rinovazzjoni tal-Kamra) ġie ffirmat fis-26 ta' Ġunju 2013, ippermetta l-bidu tax-xogħlijiet ta' tisħiħ tal-istruttura tas-saqaf.

124.

Fir-rigward tal-ħsarat li jaffettwaw is-saff ta' protezzjoni kontra n-nirien tal-istruttura tas-saqaf tal-bini Louise Weiss, l-ispezzjonijiet imwettqa mill-grupp ta' esperti maħtura mill-Qorti Ġenerali ta' Strasburgu, se jitkomplew sat-tmiem l-ewwel trimestru tal-2014. Madankollu, il-konklużjonijiet tal-grupp ta' esperti li wasslu għalihom abbażi tal-istudji inizjali tagħhom, ippermettew lill-Parlament Ewropew biex jippjana l-ewwel xogħlijiet meħtieġa biex l-istruttura tas-saqaf tal-Kamra terġa' tiġi konformi mal-liġi dwar is-sikurezza kontra n-nirien. F'dan ir-rigward, tniedu żewġ proċeduri tas-sejħa għall-offerti. L-ewwel waħda, li tikkonċerna x-xogħlijiet imsemmija hawn fuq, ġiet sospiża sakemm jiġi konkluż ir-rapport tal-esperti u d-deċiżjoni għandha tittieħed qabel ix-xahar ta' Mejju 2014. It-tieni waħda hija finalizzata u se tippermetti l-abbozzar ta' studju dwar is-sikurezza kontra n-nirien li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu stabbiliti diversi modi kif jistgħu jġibu l-bqija tal-istruttura konformi mal-liġi. Ix-xogħol meħtieġ għal din it-tieni proċedura għandu jitwettaq fl-ewwel trimestru 2014.

D.2.   Il-politika ambjentali

125.

Il-Parlament Ewropew sar eżemplari fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima billi stabbilixxa strateġija kompluta tat-tnaqqis u kumpens tal-emissjonijiet tal-karbonju, b'objettiv ambizzjuż ta' tnaqqis ta' 30 % tal-emissjonijiet tiegħu qabel l-2020. Fl-2013, kien hemm tnaqqis ta' 26,4 % u 28 % tal-marka tal-karbonju kienu bbilanċjati (bini, missjonijiet, karozzi uffiċjali).

126.

Għall-ewwel darba mill-ewwel reġistrazzjoni EMAS fl-2007 (li kopriet 9 binjiet), il-Parlament Ewropew żied in-numru ta' binjiet li jirċievu r-reġistrazzjoni EMAS. Tliet binjiet ġodda (WIB, JAN u PFL) żdiedu fl-2013. Dan talab it-twettiq ta' analiżi ambjentali u ta' awditi ta' dan il-bini. Barra minn hekk, dan il-kuntratt intuża biex tintalab li ssir kwantità sinifikanti ta' kontrolli biex jiffaċilitaw l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali u biex jiżguraw li s-servizzi tal-Parlament ikunu konformi bis-sħiħ (Eżiġenza tar-Regolament EMAS). Wara t-twettiq ta' awditi esterni f'Mejju u f'Ġunju 2013, il-Parlament seta' jitlob estensjoni tar-reġistrazzjoni EMAS tiegħu għal tliet snin addizzjonali.

127.

Ġie ffirmat kuntratt mal-impriża ECOACT fis-7 ta' Novembru 2013 sabiex jikkumpensa 28  747 tunnellata ta' CO2 fil-qafas ta' proġett ta' effiċjenza enerġetika fis-sistema ta' tisħin urban f'Pernik, fil-Bulgarija. L-approprjazzjonijiet ta' kumpens mixtrija huma konformi mas-Sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjoni tal-Unjoni Ewropea (UE ETS).

128.

Barra minn hekk, ġew organizzati tliet avvenimenti fl-2013 fit-tliet postijiet: il-Ġimgħa “Ħadra”, il-Ġimgħa “Mobilità” u l-Ġimgħa “Skart”.

D.3.   Il-politika tal-forniment tal-ikel

129.

Is-sena 2013 kienet il-bidu ta' perjodu ta' riformi strutturali tal-attivitajiet tal-forniment tal-ikel tal-Parlament, bl-għan li jimmodernizzawhom kompletament minn issa sal-2019. F'dan il-kuntest, fil-laqgħa tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2012, il-Bureau adotta nota mingħand is-Segretarju Ġenerali dwar il-“politika futura għall-forniment tal-ikel tal-Parlament għall-2014-2019 – Direttivi għall-modernizzazzjoni” u pprovda wkoll linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp futur ta' dan is-settur.

130.

Id-deċiżjoni tal-Bureau tkopri mhux biss il-kwistjonijiet marbuta mal-infrastrutturi, l-aspetti operattivi u nutrizzjonali iżda wkoll l-objettivi ekonomiċi. L-ewwel effetti tal-implimentazzjoni tar-riforma strutturali akkumpanjata minn reviżjoni tal-prezzijiet (li ilhom ma jinbidlu 12-il sena) imwettqa fil-bidu tal-2013 fir-ristoranti, self service, kafeteriji u barijiet tal-Parlament, ippermettew titjib tas-sitwazzjoni baġitarja għall-Partita 1652 “Spejjeż tal-funzjonament tar-ristoranti u l-kantins”..

131.

Permezz ta' ġestjoni aħjar tal-ispejjeż, żieda tal-produttività, kompetizzjoni bejn il-fornituri differenti u pprezzar realistiku, huwa previst li tinkiseb sitwazzjoni ta' bilanċ fl-aħħar tal-perjodu leġiżalltiva 2014-2019.

D.4.   Tkomplija tal-modernizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni/Sikurezza

132.

L-implimentazzjoni ta' programmi bħal eParliament (emendi u firem elettroniċi, MEP Portal, eċċ), Paperless (eCommittee (31), eMeeting (32), eċċ) u Knowledge Management, tippermetti li nimxu lejn PE kompletament konness u mobbli. Dan huwa kkompletat bl-introduzzjoni (li għadha għadejja bħalissa) tat-tablet bħala għodda ta' xogħol standard. Dan il-proċess huwa akkumpanjat minn tiġdid tas-softwer (migrazzjoni lejn livelli avvanzati ta' W7 u Outlook 2010) u tisħiħ konsiderevoli tan-netwerk tal-vidjokonferenzi kif ukoll tal-Wi-Fi.

133.

B'segwitu ta' artikli tal-istampa relatati ma' intrużjoni fin-netwerk tal-Wi-Fi miftuħ tal-Parlament Ewropew, sar stħarriġ biex jivvaluta l-livell u t-tip ta' intrużjoni. Waqt il-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Diċembru 2013, il-Bureaa approva b'mod unanimu l-miżuri immedjati u ta' terminu medju proposti mis-Segretarju Ġenerali maħsuba biex issaħħu r-regoli ta' sikurezza tal-Parlament dwar l-użu ta' tagħmir mobbli.

D.5.   Relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali

134.

Ir-relazzjonijiet mal-Parlamenti nazzjonali komplew jissaħħew permezz tal-Ġimgħa Parlamentari Ewropea mit-28 sat-30 ta' Jannar 2013, fejn il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-Parlamentari nazzjonali ltaqgħu biex jiddibattu dwar is-Simestru Ewropew għall-koordinazzjoni politika ekonomika.

135.

L-ewwel konferenza interparlamentari dwar il-governanza ekonomika u finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, prevista mill-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza, saret f'Vilnjus mis-16 sas-17 ta' Ottubru 2013.

136.

Fuq il-pjan tekniku, wieħed għandu jinnota l-iżvilupp tal-bażi tad-data tal-PE għad-dokumenti tal-parlamenti nazzjonali “Connect”, bl-għan li jinxterdu aħjar l-opinjonijiet u l-kontribuzzjonijiet tagħhom, skont kif ġie previst mit-Trattat fil-qasam tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-proġett pilota dwar il-“vidjokonferenzi” bħala vantaġġ maġġuri fil-kooperazzjoni interparlamentari ġie konkluż b'suċċess. L-informazzjoni disponibbli għall-Membri u l-partijiet terzi tjiebet b'mod sinifikanti permezz tal-iżvilupp tal-bażijiet tad-data CERDP (Ċentru Ewropew għar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni Parlamentari) u IPEX (Netwerk Komunitarju għall-Iskambju tal-Informazzjoni Interparlamentari).

D.6.   Ristrutturar fil-fond tas-servizzi tas-sikurezza

137.

Wara d-deċiżjoni tal-Bureau tal-2012 dwar l-internalizzazzjoni tas-servizzi tas-sikurezza ġenerali, ġiet adottata sensiela ta' miżuri preparatorji maħsuba biex iniedu l-internalizzazzjoni, l-ewwel bil-proċedura ta' għażla ta' 1  212 kandidat magħżula minn total ta' 2  443 applikazzjoni li tippermetti r-reklutaġġ progressiv ta' aġenti kuntrattwali fit-tliet postijiet ta' xogħol tal-Parlament, u dan fir-rispett strett tal-pjan ta' azzjoni approvat mill-Bureau.

138.

Minn Settembru 2013, iċ-ċentru ta' kontroll huwa magħmul biss minn aġenti tal-Parlament u, minn Ottubru, il-funzjonijiet ta' sikurezza għall-iskola materna, il-Parlamentarium u l-punti ta' aċċess għall-bini ASP ġew ukoll internalizzati.

139.

L-internalizzazzjoni tinvolvi proċess kumpless li għandu diversi lati li jinkludi, mhux biss operazzjoni vasta ta' reklutaġġ ta' aġenti tal-Parlament, iżda wkoll u speċjalment it-taħriġ, l-adattament u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll l-organizzazzjoni tal-attivitajiet, kompiti li qatt ma ġew żgurati internament fil-passat. Il-kumplessità ta' dan il-proċess ġejja wkoll mill-fatt li, waqt il-fażi tranżitorja u sat-tlestija kompluta, il-kumpaniji esterni attwalment inkarigati mis-sigurtà u l-persunal tal-Parlament iridu jaħdmu b'mod parallel.

140.

Kif indikat fil-pjan ta' azzjoni approvat mill-Bureau, il-proċess ta' internalizzazzjoni fi Brussell u Strasburgu se jitwettaq b'mod progressiv waqt il-perjodu 2013-2016. Fir-rigward tal-Lussemburgu, il-proċess ta' internalizzazzjoni huwa kkundizzjonat mill-politika tal-bini u speċjalment mix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fil-bini KAD. Minħabba f'hekk, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tiegħu se jkunu marbuta mal-istat ta' progress tax-xogħlijiet.

E.   Miżuri oħra ta' modernizzazzjoni

E.1.   Titjib tas-servizzi għall-Membri

141.

Fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Diċembru 2013, il-Bureau ħa nota u approva l-ħolqien ta' post uniku għas-servizzi parlamentari għall-Membri. Dan isegwi l-konklużjonijiet ta' proċess ta' konsultazzjoni tal-Membri u tal-persunal tal-Parlament għat-titjib u l-modernizzazzjoni tal-kapaċitajiet organizzattivi tal-Parlament. Dan is-servizz se jkun marbut mad-Direttorat għal-Loġistika, u r-reklutaġġi tal-persunal marbut ma' din l-unità se jsiru permezz tar-riallokazzjoni interna. Dan se jibda jaħdem progressivament mill-bidu tal-2014 sabiex ikun operattiv bis-sħiħ wara l-elezzjonijiet.

142.

Il-portal tal-Membri għall-intitolamenti soċjali u finanzjarji għandu l-għan li jipprovdi lill-Membri b'punt ta' dħul uniku tal-Intranet fejn huma jistgħu jiksbu informazzjoni dwar l-istatus u x-xejriet tad-drittijiet finanzjarji u soċjali tagħhom li jirriżultaw mill-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Dan se jiffaċilita b'mod sostanzjali l-ġestjoni tal-intitolamenti finanzjarji u soċjali ta' kull Membru. L-ewwel verżjoni tal-Portal għall-Membri attivi li se tintuża mill-bini tal-PE għal subsett ta' formoli u data saret disponibbli fl-2013. Huma previsti passi addizzjonali (bħal karatteristiċi addizzjonali għall-MEPs fosthom l-użu tal-firma elettronika, l-aċċessibilità barra l-bini tal-PE, il-portal għal ex Membri u l-benefiċjarji tagħhom, aġenti ta' pagament, tlestija tal-arkivji), b'data fil-mira ta' Diċembru 2015, sabiex titlesta s-sistema sħiħa.

E.2.   Il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja

143.

Matul is-sena 2013, fil-qafas tal-proċedura tal-baġit tal-2014 (33), il-Parlament fuq il-bażi tal-proposti tal-Bureau u wara konsultazzjonijiet fil-grupp ta' ħidma konġunt tal-Bureau – Kumitat għall-Baġits approva l-ħtieġa li jissaħħu l-erba' oqsma tal-attivitajiet tiegħu:

a)

It-tisħiħ tal-parir xjentifiku indipendenti – L-istudju komparattiv ma' erba' parlamenti nazzjonali u l-Kungress tal-Istati Uniti wera marġni sinifikanti għal titjib fl-istruttura ta' appoġġ għall-Parlament Ewropew, partikolarment rigward il-parir xjentifiku indipendenti. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma konġunt, il-Bureau ddeċieda, fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Mejju 2013, li joħloq Direttorat Ġenerali ġdid għar-Riċerka Parlamentari (DĠ EPRS) sabiex jipprovdi parir xjentifiku indipendenti kemm għall-korpi politiċi kif ukoll għall-membri individwali (ara l-paragrafi 87 sa 89).

b)

It-tisħiħ għall-kapaċità għall-iskrutinju – Il-Grupp ta' Ħidma konġunt ikkonkluda, abbażi tal-istudji komparattivi msemmija hawn fuq u b'kunsiderazzjoni li l-iskrutinju huwa wieħed mill-erba' kompiti ewlenin tal-Parlament fiċ-ċiklu leġiżlattiv, li huwa neċessarju li tissaħħaħ il-kapaċità tal-kontroll parlamentari fuq l-eżekuttiv. In-nuqqas ta' kapaċità kien ċar ħafna fil-qasam tal-iskrutinju ta' atti delegati, programmi ta' nfiq u traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni. Strutturi ta' appoġġ korrispondenti għall-Membri se jkollhom jinħolqu u jitpoġġew il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom ladarba jkun sar il-proċess politiku tat-teħid ta' deċiżjoni wara l-elezzjonijiet tal-2014.

c)

It-titjib tal-appoġġ loġistiku għall-Membri – Għall-appoġġ loġistiku għall-Membri, il-Grupp ta' Ħidma Konġunt identifika l-ħtieġa li jalloka aktar spazju ta' uffiċċji lill-Membri, u jakkomoda lill-assistenti u lit-trainees li jservu lill-Membru f'kundizzjonijiet ta' xogħol tajbin, f'konformità sħiħa mal-liġi Belġjana dwar il-kundizzjonijiet ta' xogħol. Għal dak il-għan, il-Bureau ħa diversi deċiżjonijiet fl-2013 dwar il-politika tal-bini (ara t-taqsima D.1).

d)

It-titjib tal-appoġġ lokali għall-Membri – Abbażi b'mod partikolari tal-eżempji tal-Kungress tal-Istati Uniti u l-Bundestag, il-Grupp ta' Ħidma indirizza wkoll il-kwistjoni tal-Membri li jgħaddu aktar ħin fil-kostitwenzi tagħhom u tal-appoġġ lokali li huwa meħtieġ għall-ħidma fil-kostitwenzi. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tressqu lill-Bureau, li talab li din il-kwistjoni tiġi ezaminata f'aktar fond mill-gruppi politiċi u l-Konferenza tal-Presidenti, partikolarment il-kwistjoni ta' kalendarju parlamentari organizzat b'mod aktar effikaċji biex jippermetti lill-Membri jgħaddu aktar ħin fil-kostitwenzi tagħhom.

144.

Barra minn hekk, il-Grupp ta' Ħidma Konġunt identifika seba' oqsma, fejn il-Parlament jista' jtejjeb l-effiċjenza tiegħu biex jippermetti l-iżvilupp tal-erba' oqsma ta' attività msemmija hawn fuq b'mod li jkun finanzjarjament responsabbli:

i.

Tiġi żviluppata sistema ta' traduzzjoni fuq talba tal-MEPs tal-emendi tal-Kumitat – Il-Grupp ta' Ħidma Konġunt jirrakkomanda li jiġu tradotti emendi fl-istadju tal-Kumitat f'kull profil tal-lingwa tal-Kumitati (jiġifieri, li jikkorrispondi għal lingwi tal-Membri u Sostituti tal-Kumitat) u fuq talba speċifika minn kull MEP li mhuwiex Membru jew Sostitut tal-Kumitat li jrid traduzzjoni fil-lingwa tiegħu. Dan jippermetti tnaqqis ta' 54  075 paġna tradotta internament u 18  025 paġna esternalizzata kull sena (l-aħħar ċifra tirrappreżenta EUR 5 40  000 ta' tfaddil annwali).

ii.

Jiġu esplorati possibbilitajiet għall-kooperazzjoni interistituzzjonali mal-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali – wara negozjati mwettqa matul il-ħarifa bejn it-tliet istituzzjonijiet, il-Bureau ta l-approvazzjoni tiegħu, f'Diċembru 2013 għall-proġett ta' kooperazzjoni (34), li jipprevedi:

Il-Parlament Ewropew joffri lill-uffiċjali (mhux aktar minn 80) ikkonċernati mir-ristrutturar tas-servizz tat-traduzzjoni tal-Kumitati l-possibilità li jaħdmu għad-dipartiment il-ġdid tar-riċerka parlamentari fil-Parlament. Dawn it-trasferimenti se jsiru fuq bażi volontarja wara li tkun tressqet applikazzjoni ta' sejħa ta' interess, li tistabbilixxi r-rekwiżiti relevanti għall-esperjenza akkademika u professjonali,

Ġiet stabbilita kooperazzjoni politika, li l-għan tagħha hu li jsaħħaħ ir-rwol demokratiku u l-missjoni ta' kontroll tat-tliet istituzzjonijiet fl-implimentazzjoni tal-mandati li ġew fdati lilhom rispettivament mit-Trattat ta' Lisbona,

Ġiet stabbilita kooperazzjoni amministrattiva, sabiex tiġġenera tfaddil permezz tat-tisħiħ tal-appoġġ tal-persunal fil-missjonijiet politiċi essenzjali, sinerġiji fil-qasam tas-sigurtà u l-aċċess fil-bini, in-nomina tal-Parlament bħala fornitur standard tas-servizzi ta' interpretazzjoni, it-titjib tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-użu tas-swala ta' laqgħa, kooperazzjoni fil-qasam tal-informatika, u finalment aċċess reċiproku fil-kantins.

iii.

Tiġi esplorata l-idea li jiġu offruti kapaċitajiet ta' interpretazzjoni lill-istituzzjonijiet l-oħra fi żminijet mhux kritiċi – Il-ftehim li għandu jiġi ffirmat maż-żewġ Kumitati konsulenti jipprevedi li l-Parlament ikun jista' jiżviluppa f'fornitur standard għall-interpretazzjoni ta' dawn iż-żewġ Kumitati. Qegħdin jitħejjew ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra.

iv.

Tiġi esplorata l-possibbiltà ta' esternalizzazzjoni sħiħa tal-pagamenti lill-uffiċċju tal-PMO – il-Grupp ta' Ħidma ppropona s-sostituzzjoni ta' Streamline, is-sistema prinċipali tal-ġestjoni tar-riżorsi umani fil-Parlament, minn Sysper2, is-sistema użata minn kważi l-Istituzzjonijiet Ewropej kollha. Din is-sostituzzjoni se tikkostitwixxi miżura addizzjonali ta' kooperazzjoni interistituzzjonali u se tippermetti lill-amministrazzjoni tal-persunal biex tikkonċentra fuq il-kompiti ċentrali tagħha u taħli anqas riżorsi permezz tal-iżvilupp ta' sinerġiji u ekonomiji ta' skala.

v.

Preparamenti għal struttura aktar effiċjenti tar-ritmu ta' ħidma tal-Parlament – Proposti għal struttura aktar effiċjenti tar-ritmu ta' ħidma tal-Parlament ġew żviluppati mill-Grupp ta' Ħidma Konġunt. Il-proposti li huma f'idejn il-kompetenza tal-Konferenza tal-Presidenti ġew trażmessi lil dan il-korp kif ukoll lill-Gruppi Politiċi.

vi.

Preparamenti għal Parlament mingħajr karti kull meta jkun possibbli, permezz tal-aħjar prattiki u l-implimentazzjoni sħiħa tal-proġett emeeting – Il-Grupp ta' Ħidma kkunsidra wkoll il-kwistjoni ta' żvilupp lejn Parlament “mingħajr karti”. Il-Bureau għalhekk seta' jiddeċiedi li jadotta, b'mod ġenerali, prattiki tajba “mingħajr karti” fil-Kumitati għall-Ambjent u għar-relazzjonijiet Internazzjonali, maħsuba biex inaqqsu n-numru ta' dokumenti ta' ħidma mqassma f'format tal-karti u biex jitqassmu l-Minuti f'format elettroniku biss. It-tfaddil annwali korrispondenti miksub se jkun ta' 21,5 miljun karta u ta' EUR 6 48  000 kull sena. Din il-miżura se tippermetti wkoll li tnaqqas il-marka tal-karbonju b'73 tunnellata fis-sena.

vii.

Tiġi żviluppata sistema ta' interpretazzjoni fuq talba għal laqgħat għajr il-Plenarja – Il-Parlament elett ġdid se jkollu janalizza l-ħtiġijiet reali tiegħu fl-interpretazzjoni u jista' jressaq proposti ġodda għal użu aktar effiċjenti tal-kapaċitajiet tiegħu ta' interpretazzjoni interni u esterni.

E.3.   Ġestjoni tar-riżorsi umani

145.

Il-preparamenti relatati mal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal twettqu matul is-sena kollha tal-2013. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda kważi kollha japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014, ir-reviżjoni tar-regoli eżistenti, ta' ċerti proċeduri kif ukoll tas-sistemi tal-informatika saret fi żmien qasir ħafna. Dawn ix-xogħlijiet (speċjalment l-adozzjoni tal-qafas leġiżlattiv kif ukoll ix-xogħlijiet tal-informatika) se jkomplu parzjalment fl-2014 għall-oqsma meqjusa mhux prijoritarji fl-2013.

146.

Madankollu, minħabba l-preparazzjoni għall-bidla tal-leġiżlatura, ittieħdu miżuri biex tiġi organizzata l-ġestjoni tat-tmiem tal-kuntratti ta' madwar 1  700 assistent parlamentari akkreditat (APAs), l-akkumpanjament ta' dawn l-aġenti fil-proċeduri amministrattivi tagħhom u l-integrazzjoni ta' diversi mijiet ta' APAs ġodda, u l-akkumpanjament ta' dawn il-proċeduri li għandhom jitwettqu minn gruppi politiċi jekk ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2014 se jġibu magħhom modifiki sinifikanti fil-kompożizzjoni tas-segretarjati ta' diversi gruppi. Barra minn hekk, ġiet stabbilita pjattaforma għall-upload ta' dokumenti APA-People, kif ukoll servizzi “Tluq” u “Wasla” li jkunu disponibbli matul perjodu twil biex jagħtu appoġġ aħjar lill-assistenti parlamentari u lill-persunal tal-gruppi politiċi fil-proċeduri amministrattivi tagħhom.

E.4.   Ġestjoni tad-dokumenti u tal-arkivji

147.

Waqt il-laqgħa tiegħu tat-2 ta' Lulju 2012, il-Bureau adotta l-mudell il-ġdid ta' ġestjoni tad-dokumenti u tal-arkivji. Dan il-mudell jibbaża fuq l-identifikazzjoni tad-diversi stadji fil-perjodu tal-ħajja ta' dawn id-dokumenti u fuq ġestjoni xierqa taċ-ċiklu kollu. Huwa jippermetti wkoll lill-Parlament li jikkonforma aktar faċilment mar-regoli li jirregolaw l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti.

148.

Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tar-regoli dwar il-ġestjoni tad-dokumenti ġew ippreparati. Waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta' April 2013, il-Bureau approva d-deċiżjoni dwar it-trattament ta' dokumenti kunfidenzjali fi ħdan il-PE u adotta fl-10 ta' Ġunju 2013 ir-rapport annwali dwar il-ġestjoni ta' dokumenti klassifikati. Il-Kunsill ta l-approvazzjoni tiegħu għall-aspetti tekniċi relatati max-xogħlijiet li għandhom jitwettqu biex tinħoloq kamra tal-qari sikura li llum hija operattiva.

F.   Żvilupp tal-istruttura kollha tas-Segretarjat Ġenerali (gruppi politiċi inklużi)

149.

B'total, inħolqu 59 kariga ġdida fl-2013 sabiex ikopru l-ħtiġijiet kbar miġbura fil-qosor hawn taħt:

Internalizzazzjoni tas-servizzi marbuta mal-ICT (Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni):

30 kariga

Implimentazzjoni ta' proġetti tal-proprjetà immobbli, speċjalment il-kostruzzjoni tal-bini KAD u proġetti oħra attwali:

15-il kariga

Tisħiħ tad-DĠ COMM (Direttorat għar-Riżorsi u Uffiċċju ta' Informazzjoni f'Ċipru):

5 karigi

Tisħiħ tal-Kumitat REGI:

5 karigi

Tisħiħ tad-DĠ PRES:

3 karigi

Kariga temporanja għas-segretarjat tal-Membri mhux affiljati:

1 kariga

150.

Il-modifiki prinċipali li saru fl-organigramma u fil-ġestjoni tal-Parlament huma miġbura fil-qosor hawn taħt.

Tabella 11

Sommarju tar-ristrutturar tas-Segretarjat Ġenerali fl-2013

Direttorat Ġenerali

Ristrutturar u modernizzazzjoni

DĠ PRES

Presidenza

Imtlew erba' karigi ta' Kapijiet ta' Unità, jiġifieri dawk tal-“Unità tal-Amministrazzjoni tal-Membri” u “l-Unità tal-Informazzjoni klassifikata” (DIR F) u, fl-1 ta' Diċembru 2013, tal-“Unità tal-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni” u tal-“Unità tal-Politika Ekonomika u Xjentifika” (ex-DIR C/DG EPRS). Il-karigi kollha ta' maniġment superjuri u intermedji huma issa meħudin ħlief għall-kariga ta' Kap ta' Unità li għadha vakanti fl-“Unità tal-Istrateġija u l-Koordinazzjoni” (DIR C/DG EPRS).

Fl-20 ta' Mejju 2013, il-Bureau ddeċieda rioarganizzazzjoni tal-istruttura tas-Segretarjat Ġenerali li tipprevedi, b'mod speċjali, il-ħolqien ta' funzjoni ta' Viċi Segretarju Ġenerali indipendenti tad-DĠ PRES, il-ħolqien ta' DĠ EPRS u l-ħolqien ta' DĠ tas-Sigurtà. Iż-żewġ DĠ EPRS u SAFE ġew stabbiliti rispettivament fl-1 ta' Novembru 2013 u fl-1 ta' Diċembru 2013. Madankollu, is-separazzjoni tal-funzjoni tal-Viċi Segretarju Ġenerali tad-DĠ PRES se ssir operattiva biss fl-ewwel nofs tal-2014.

DĠ IPOL

Politiki Interni

Wara 18-il xahar xogħol, il-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus (CRIM) intemm b'votazzjoni plenarja fit-23 ta' ottubru 2013 u s-segretarjat ġie xolt.

Fl-2013 kien hemm ukoll id-diviżjoni tad-Direttorat G għall-Valutazzjoni tal-Impatt u tal-Valur Miżjud Ewropew mid-DĠ IPOL u l-għaqda tiegħu mal-Librerija biex jiffurmaw id-DĠ EPRS ġdid.

Id-Direttorat G għall-Valutazzjoni tal-Impatt u tal-Valur Miżjud Ewropew (li issa huwa parti mid-DĠ EPRS ġdid) sar operattiv bis-sħiħ u ġiet stabbilita unità addizzjonali għall-evalwazzjoni tal-impatt ex-post biex tikkonsolida aktar l-kapaċità tal-opinjoni tal-esperti tal-Parlament.

DĠ EPRS

Servizzi ta' Riċerka Parlamentari

Id-DĠ EPRS ġiet stabbilita fl-1 ta' Novembru 2013 (ara hawn fuq DĠ PRES u DĠ IPOL).

DĠ COMM

Komunikazzjoni

Inħolqot unità ġdida “Appoġġ għall-EPIOs” fid-DIR B biex tgħin lid-Direttur fl-immaniġġjar tar-riżorsi umani tal-EPIOs.

Wara deċiżjoni tal-grupp ta' Ħidma, il-funzjoni tal-Maniġer tal-Komunità ġiet introdotta f'kull EPIO sabiex iżżid il-presenza tal-PE fil-midja soċjali f'kull Stat Membru.

DĠ INLO

Infrastrutturi u Loġistika

Fl-1 ta' Jannar 2013, l-Unità tal-Uxxiera ġiet diviża f'żewġ unitajiet separati (Unità tal-Messaġġiera u Unità tal-Uxxiera tal-Konferenzi).

Il-proġett tal-One Stop Shop ġie ppreparat b'mod attiv matul is-sena finanzjarja tal-2013. Dan is-servizz se jiġi stabbilit fil-bidu tal-2014 bl-għan li jkun operattiv bis-sħiħ wara l-elezzjonijiet. Il-karigi f'din l-unità l-ġdida saru disponibbli permezz tar-riallokazzjoni interna fi ħdan id-Direttorat.

DĠ TRAD

Traduzzjoni

F'Diċembru 2013, ġie deċiż li l-kompiti kollha relatati mal-kwalità jiġu trasferiti mis-servizz tal-Kwalità tal-Unità tal-Ippjanar għall-Unità tal-Multilingwiżmu u r-Relazzjonijiet Esterni sa mill-1 ta' Jannar 2014, u b'hekk jiġi żgurat punt uniku ta' kuntatt għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-kwalità. Il-konċentrazzjoni ta' dawn l-attivitajiet f'unità waħda se tiggarantixxi servizz aktar effiċjenti u tippermetti integrazzjoni aħjar tal-feedback tal-klijenti fl-inizjattivi tal-kwalità meħuda mill-koordinaturi tal-Kwalità.

Bidla importanti li saret fl-2013 hija li l-Unità Kroata issa għandha 5 tradutturi uffiċjali, 21 aġent temporanju u aġent kuntrattwali u 10 assistenti temporanji. Intervisti ta' reklutaġġ tal-kandidati li għaddew mil-lista ta' riserva għadhom għaddejjin u qed issir it-tieni kompetizzjoni. Il-ħatriet tal-Kap ta' Unità u l-koordinatur tal-Kwalità qed isiru bħalissa.

DĠ INTE

Interpretazzjoni

L-Unità tal-E-learning, li nħolqot f'Awwissu 2012 hija issa operattiva bis-sħiħ u l-Kap ta' Unità nħatar u se jibda d-dmirijiet tiegħu mill-bidu tal-2014. (Matul l-2013, il-Kap tal-Unità tal-Multilingwiżmu kien l-aġent kap tal-E-learning).

DĠ ITEC

Innovazzjoni u appoġġ teknoloġiku

Is-sena 2013 kienet ikkaratterizzata mir-riorganizzazzjoni kontinwa tad-Direttorat – A – Teknoloġiji tal-Informazzjoni.

Ristrutturar maħsub biex jissepara l-attivitajiet ta' ġestjoni tat-tagħmir mill-attivitajiet ta' ġestjoni tal-infrastrutturi ta' komunikazzjoni daħal fis-seħħ fix-xahar ta' Ottubru 2013 u ġie stabbilit gradwalment matul l-aħħar trimestru tal-2013.

Ġew reklutati u nħatru erba' kapijiet ta' unità.

L-implimentazzjoni tal-eżerċizzju ta' internalizzazzjoni beda bil-ħolqien ta' 30 kariga addizzjonali mill-2013 u t-tnaqqis tal-konsulenti intra-muros: fl-2013 imtlew 60 % tal-karigi ġodda u d-DĠ ITEC se jkollha, għall-maġġoranza tal-karigi l-oħra, tuża sorsi oħra ta' persunal (listi ta' riserva ġodda, aġenti temporanji) biex timla l-kumplament tal-karigi.

DĠ SAFE

Sikurezza

Id-DĠ SAFE ġiet stabbilita fl-1 ta' Diċembru 2013 (ara hawn fuq DĠ PRES).


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(3)  Ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1).

(4)  L-Artikoli 13(1) u 13(4) tar-Regolament Finanzjarju

(5)  L-Artikoli 13(1, 13(2)(a) u 13(5) tar-Regolament Finanzjarju

(6)  Ammont ikkoreġut

(7)  Artikolu 27 – “Proposti ta' trasferimenti ppreżentati lill-Awtorità Baġitarja” u l-Artikolu 46 – “Provvedimenti” tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012.

(8)  Deċiżjoni meħuda mill-istituzzjoni biex tipproċedi għat-trasferimenti ta' approprjazzjonijiet fi ħdan artikolu.

(9)  NB: 12-il Membu minn Lulju 2013.

(10)  Il-vjaġġi li jikkonċernaw is-sena finanzjarja 2013 jistgħu jiġu ddikjarati sal-31 ta' Ottubru 2014.

(11)  NB: 12-il Membru minn Lulju 2013.

(12)  NB: 766 Membru minn Lulju 2013 (754 fl-2012).

(13)  NB: Fuq bażi tat-talbiet għal rimborż magħmula mill-Membri sas-7 ta' Frar 2014.

(14)  NB: Vjaġġ huwa marbut mal-parteċipazzjoni tal-Membru f'post wieħed ta' laqgħa.

(15)  Barra approprjazzjonijiet proviżorji.

(16)  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim waqt laqgħa ta' konċiljazzjoni fil-bidu ta' Marzu 2014 sabiex jistabbilixxu l-aġustament annwali tas-salarji tal-2011 għal 0 % u dak tal-2012 għal 0,8 %.

(17)  Din il-Partita tikkonċerna prinċipalment l-aġenti kuntrattwali.

(18)  Din il-Partita tikkonċerna prinċipalment is-servizzi esterni ta' traduzzjoni.

(19)  Qorti tal-Awdituri, Ombudsman, Ċentru tat-Traduzzjoni, laqgħat tal-Kummissjoni fil-Lussemburgu u, parzjalment għall-Kumitat tar-Reġjuni.

(20)  Il-grupp ta' funzjonijiet I jikkorrispondi għal kompiti manwali u ta' appoġġ amministrattiv, il-grupp ta' funzjonijiet II jikkorrispondi għall-kompiti tal-uffiċċju, tmexxija tal-uffiċċju u kompiti oħra ekwivalenti, il-grupp ta' funzjonijiet II jikkorrispondi għall-kompiti eżekuttivi, abbozzar, kontabilità u kompiti oħra tekniki ekwivalenti, u l-grupp ta' funjonijiet IV jikkorrispondi għall-kompiti amministrattivi, ta' konsulenza, lingwistiċi u kompiti tekniċi ekwivalenti.

(21)  NB: Id-dħul assenjat għal din il-Partita, mill-kontribuzzjonijiet tal-ġenituri, ammonta għal EUR 4 4 20  294.

(22)  Iż-żieda hija marbuta mal-migrazzjoni għal Windows 7 u MS Office 2010.

(23)  Medja kkalkulata fuq bażi ta' 766 Membru (inklużi għalhekk il-Membri li għandhom kuntratti ta' assistenti akkreditati biss jew kuntratti ta' assistenti lokali biss).

(24)  Dawn id-dipartimenti tematiċi se jkunu integrati mad-Direttorati Ġenerali tal-Politiki Interni u l-Politiki Esterni.

(25)  Taħt il-programm Euronest Scola, ċittadini żgħażagħ mill-Istati Membri tal-UE u minn sitt pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Belarus, Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukarina) huma mistiedna mill-Parlament Ewropew biex jiddibattu, jiddiskutu u jadottaw riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet ta' interess komuni għas-Sħubija tal-Lvant. Hu għandu l-għan li jqajjem il-kunxjenza tal-parteċipanti żgħażagħ għall-valuri ta' djalogu, għarfien u fehim reċiproku, u rispett għad-diversità kulturali u lingwistika. Hu jipprovdi edukazzjoni ċivika mmirata lejn id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, toleranza u riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti.

(26)  Euromed Scola tnediet fl-2008. Hi tgħaqqad flimkien ċittadini żgħażagħ mill-Istati Membri tal-UE kollha kif ukoll ġirien tan-Nofsinhar sabiex iħaddnu Sħubija Euro-Mediterranja.

(27)  Il-programm e-Parliament għandu l-għan li jagħti s-setgħa lill-Membri tal-Parlament Ewropew (PE) u jagħtihom żieda fil-kontroll fuq il-ħajja politika tal-Istituzzjoni billi jipprovdilhom appoġġ msaħħaħ u mtejjeb biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta' tfassil ta' liġijiet.

(28)  Id-Drafting Support Tool (DST) huwa għodda ta' appoġġ għall-abbozzar disponibbli onlajn. Din l-għodda tippermetti lill-Membri jaċċedu għal pula ta' ġuristi lingwisti lesti biex ituhom assistenza fl-abbozzar ta' emendi leġiżlattivi. Il-proċess kollu huwa kompletament kunfidenzjali.

(29)  Il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda fis-27 ta' Novembru 2013 li ma joħroġx opinjoni dwar in-negozjat mill-ġdid tal-kera.

(30)  Il-Kumitat għall-Baġits iddeċieda fil-11 ta' Lulju 2013 li ma joħroġx opinjoni dwar il-kera tal-bini Geos minflok il-bini President.

(31)  L-applikazzjoni eCommittee hija spazju ta' xogħol iddedikat għall-Membri, segretarji tal-Kumitati, persunal tal-gruppi politiċi u oħrajn li jkollhom bżonn isegwu x-xogħol tal-Kumitati. Kull Kumitat għandu s-sit tiegħu, li jikkontribwixxi għaż-żieda tat-trasparenza u l-effiċjenza tax-xogħol. Din l-applikazzjoni ntużat mill-Kumitati kollha sa minn Frar 2012.

(32)  L-applikazzjoni eMeeting tagħmel id-dokumenti tal-laqgħat tal-Kumitati disponibbli f'format li jkun faċli għall-utent, u tippermetti l-konsultazzjoni, l-annotazzjoni u l-qsim tad-dokumenti f'kull ħin, kullimkien u fuq kwalunkwe mezz.

(33)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2013 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (13176/2013 – C7-0260/2013 – 2013/2145(BUD)) u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2013 dwar l-istimi tad-dħul u tan-nefqa tal-Parlament Ewropew għall-2014 (2013/2018(BUD)).

(34)  Il-ftehim ta' kooperazzjoni ġie ffirmat bejn it-tliet istituzzjonijiet fi Frar 2014.


ANNESS I

RENDIKONT TAT-TRASFERIMENTI C MATUL IS-SENA FINANZJARJA 2013

(EUR)

Nru

Mill-/Għall-

Kapitolu/Artikolu/Partita

Intestatura

Ammont

trasferit 'il ġewwa

Ammont

trasferit 'il barra

C1

mill-partita

10 8

Riżerva tal-EMAS

 

-  1 0 00  000

għall-Kapitolu

2 1

PROĊESSAR TA’ DEJTA, TAGĦMIR U GĦAMARA

 

 

għall-partiti

2 1 0 0

Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

1 00  000

 

2 1 0 2

Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

2 00  000

 

2 1 4 0

Materjal u installazzjonijiet tekniċi

2 50  000

 

2 1 6 0

Vetturi

4 20  000

 

għall-Kapitolu

3 2

OPINJONI TAL-ESPERTI U INFORMAZZJONI: AKKWISTAR, ARKIVJAR, PRODUZZJONI U DISSEMINAZZJONI

 

 

għall-partita

3 2 0 0

l-opinjoni tal- esperti

30  000

 

C3

mill-partita

1 2 0 0

Rimunerazzjoni u allowances

 

- 1 10  000

għall-Kapitolu

1 2

UFFIĊJALI U PERSUNAL TEMPORANJU

 

 

għall-partita

1 2 2 0

Allowance fil-każ ta’ irtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz

1 10  000

 

C4

mill-partita

1 4 0 2

Interpreti għall-konferenzi

 

-  1 7 34  000

għall-Kapitolu

3 2

OPINJONI TAL-ESPERTI U INFORMAZZJONI: AKKWISTAR, ARKIVJAR, PRODUZZJONI U DISSEMINAZZJONI

 

 

għall-partita

3 2 4 2

Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi

1 7 34  000

 

C5

mill-partita

1 4 2 0

Servizzi esterni

 

- 1 50  000

għall-Kapitolu

3 2

OPINJONI TAL-ESPERTI U INFORMAZZJONI: AKKWISTAR, ARKIVJAR, PRODUZZJONI U DISSEMINAZZJONI

 

 

għall-partita

3 2 4 1

Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali

1 50  000

 

C7

mill-Kapitolu

10 1

RIŻERVA TA' KONTINĠENZA

 

-  1 7 60  000

għall-Kapitolu

2 1

PROĊESSAR TA’ DEJTA, TAGĦMIR U GĦAMARA

 

 

għall-partita

2 1 0 0

Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

1 7 60  000

 

C8

mill-partita

2 3 5 0

It-telekomunikazzjoni

 

-  1 5 00  000

għall-Kapitolu

2 1

PROĊESSAR TA’ DEJTA, TAGĦMIR U GĦAMARA

 

 

għall-partita

2 1 0 0

Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

9 40  000

 

għall-partita

2 1 0 2

Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

5 60  000

 

C9

mill-partita

1 0 0 6

Allowance għan-nefqa ġenerali

 

- 1 28  650

mill-partita

1 0 1 0

Polza ta’ assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

 

- 3 21  350

mill-partita

1 0 1 2

Miżuri speċifiċi għall-assistenza lill-Membri b'diżabilità

 

- 1 30  000

mill-partita

1 0 2 0

Allowances Tranżitorji

 

- 5 00  000

mill-partita

1 0 3 1

Pensjonijiet tad-diżabilità

 

-  20  000

mill-partita

3 0 0 0

Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol

 

-  1 6 00  000

għall-Kapitolu

1 0

MEMBRI TAL-ISTITUZZJONI

 

 

għall-partita

1 0 0 5

Spejjeż oħra għall-vjaġġi

1 1 00  000

 

għall-partita

1 0 3 0

Pensjonijiet tal-irtirar

1 6 00  000

 

C10

mill-Kapitolu

10 1

RIŻERVA TA' KONTINĠENZA

 

-  6 0 74  000

għall-Kapitolu

4 2

NEFQA RELATATA MAL-ASSISTENZA PARLAMENTARI

 

 

għall-partita

4 2 2 0

Assitenza parlamentari

6 0 74  000

 

C11

mill-partita

1 0 2 0

Allowances Tranżitorji

 

-  60  000

għall-Kapitolu

1 0

MEMBRI TAL-ISTITUZZJONI

 

 

għall-partita

1 0 5 0

Korsijiet tal-lingwa u tal-ipproċessar tad-data

60  000

 

C12

mill-Kapitolu

1 0

MEMBRI TAL-ISTITUZZJONI

 

-  2 2 11  500

mill-Kapitolu

1 2

UFFIĊJALI U PERSUNAL TEMPORANJU

 

-  7 8 00  000

mill-Kapitolu

1 4

PERSUNAL IEĦOR U SERVIZZI ESTERNI

 

-  7 4 76  000

mill-Kapitolu

1 6

INFIQ IEĦOR RELATAT MAL-PERSUNI LI JAĦDMU FL-ISTITUZZJONI

 

- 9 68  600

mill-Kapitolu

2 0

BINI U NEFQIET RELATATI

 

- 1 2 9 83  900

mill-Kapitolu

2 1

PROĊESSAR TA’ DEJTA, TAGĦMIR U GĦAMARA

 

- 3 51  800

mill-Kapitolu

2 3

IN-NEFQA AMMINISTRATTIVA KURRENTI

 

-  2 0 43  500

mill-Kapitolu

3 0

LAQGĦAT U KONFERENZI

 

- 7 62  000

mill-Kapitolu

3 2

OPINJONI TAL-ESPERTI U INFORMAZZJONI: AKKWISTAR, ARKIVJAR, PRODUZZJONI U DISSEMINAZZJONI

 

-  2 6 67  935

mill-Kapitolu

4 0

NEFQA RELATATA MA’ ĊERTI ISTITUZZJONIJIET U MA’ ĊERTI KORPI

 

- 2 56  000

mill-Kapitolu

4 2

NEFQA RELATATA MAL-ASSISTENZA PARLAMENTARI

 

-  2 4 00  000

mill-Kapitolu

10

INFIQ IEĦOR

 

- 1 4 0 78  765

għall-partita

2 0 0 1

Ħlasijiet ta’ ċnus

5 4 0 00  000

 

TOTAL tal-ammonti trasferiti tat-tip C

6 9 0 88  000

- 6 9 0 88  000


ANNESS II

RENDIKONT TAT-TRASFERIMENTI P MATUL IS-SENA FINANZJARJA 2013

(EUR)

Nru

Kapitolu/Artikolu/Partita

Ammont

trasferit 'il ġewwa

Ammont

trasferit 'il barra

P1

Taħt l-Artikolu 4 2 2

 

 

mill-partita

4 2 2 0

Assitenza parlamentari

 

- 5 00  000

għall-partita

4 2 2 2

Telf mill-kambju

5 00  000

 

P2

Taħt l-Artikolu 2 0 0

 

 

mill-partita

2 0 0 1

Ħlasijiet ta’ ċnus

 

- 9 00  000

għall-partita

2 0 0 5

Il-kostruzzjoni ta' bini

9 00  000

 

P3

Taħt l-Artikolu 1 4 2

 

 

mill-partita

1 4 2 0

Servizzi esterni

 

-  34  000

għall-partita

1 4 2 2

Attivitajiet ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam lingwistiku

34  000

 

P4

Taħt l-Artikolu 3 2 4

 

 

mill-partita

3 2 4 9

Skambji ta' informazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali

 

- 1 00  000

għall-partita

3 2 4 5

Organizzazzjoni ta’ symposia, seminars u attivitajiet kulturali

1 00  000

 

P5

Taħt l-Artikolu 2 1 0

 

 

mill-partita

2 1 0 0

Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

 

-  4 8 29  500

għall-partita

2 1 0 2

Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

4 8 29  500

 

P6

Taħt l-Artikolu 1 6 5

 

 

mill-partita

1 6 5 4

Ċentru għat-tfal żgħar u skejjel materni approvati

 

- 3 00  000

għall-partita

1 6 5 2

Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins

3 00  000

 

Taħt l-Artikolu 3 0 4

 

 

mill-partita

3 0 4 3

Nefqiet varji għall-organizzazzjoni ta' assemblej parlamentari, delegazzjonijiet interparlamentari u delegazzjonijiet oħra

 

- 1 15  000

għall-partita

3 0 4 0

Nefqiet varji għal laqgħat interni

1 15  000

 

Taħt l-Artikolu 3 2 4

 

 

mill-partita

3 2 4 7

Id-Dar tal-Istorja Ewropea

 

-  85  000

mill-partita

3 2 4 9

Skambji ta' informazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali

 

-  15  000

għall-partita

3 2 4 2

Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi

1 00  000

 

P7

Taħt l-Artikolu 1 4 2

 

 

mill-partita

1 4 2 0

Servizzi esterni

 

- 2 20  000

għall-partita

1 4 2 2

Attivitajiet ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam lingwistiku

2 20  000

 

P8

Taħt l-Artikolu 3 2 4

 

 

mill-partita

3 2 4 7

Id-Dar tal-Istorja Ewropea

 

- 5 00  000

għall-partita

3 2 4 8

In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva

5 00  000

 

P9

Taħt l-Artikolu 3 2 4

 

 

mill-partita

3 2 4 7

Id-Dar tal-Istorja Ewropea

 

-  2 0 00  000

għall-partita

3 2 4 4

Organizzazzjoni u l-ospitalità ta’ gruppi ta’ viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi

2 0 00  000

 

P10

Taħt l-Artikolu 4 2 2

 

 

mill-partita

4 2 2 2

Telf mill-kambju

 

- 2 00  000

għall-partita

4 2 2 0

Assitenza parlamentari

2 00  000

 

Total tal-ammonti trasferiti permezz tat-trasferiment P

9 7 98  500

-  9 7 98  500


ANNESS III

IMPLIMENTAZZJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET 2013

(EUR)

Partita

Intestatura

Approprjaz-zjonijiet inizjali

Trasferimenti

Approprjaz-zjonijiet finali

Impenji

użu

1 0 0 0

Salarji

7 1 3 93  074

-  1 8 00  000

6 9 5 93  074

6 9 5 43  044

99,9 %

1 0 0 4

Spejjeż għall-vjaġġi regolari

7 2 3 43  140

0

7 2 3 43  140

7 2 3 43  140

100,0 %

1 0 0 5

Spejjeż oħra għall-vjaġġi

5 0 54  639

1 1 00  000

6 1 54  639

6 1 54  639

100,0 %

1 0 0 6

Allowance għan-nefqa ġenerali

3 9 3 88  525

- 2 68  650

3 9 1 19  875

3 9 0 90  705

99,9 %

1 0 0 7

Allowances għat-twettiq tad-dmirijiet

1 84  000

-  7  390

1 76  610

1 73  610

98,3 %

1 0 1 0

Polza ta’ assikurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

2 7 69  000

- 5 27  460

2 2 41  540

2 2 15  739

98,8 %

1 0 1 2

Miżuri speċifiċi għall-assistenza lill-Membri b'diżabilità

3 84  000

- 1 30  000

2 54  000

2 09  017

82,3 %

1 0 2 0

Allowances Tranżitorji

8 00  000

- 5 60  000

2 40  000

1 83  008

76,3 %

1 0 3 0

Pensjonijiet tal-irtirar

1 0 8 18  000

1 6 00  000

1 2 4 18  000

1 1 9 41  558

96,2 %

1 0 3 1

Pensjonijiet tad-diżabilità

3 95  000

-  78  000

3 17  000

2 78  102

87,7 %

10 3 2

Pensjonijiet tar-romol

2 8 20  000

0

2 8 20  000

2 6 92  561

95,5 %

1 0 3 3

Skemi ta’ pensjonijiet voluntarji għall-Membri

31  000

0

31  000

29  327

94,6 %

1 0 5 0

Korsijiet tal-lingwa u tal-ipproċessar tad-data

5 00  000

60  000

5 60  000

5 60  000

100,0 %

1 0 9 0

Approprjazzjoni proviżjorja

0

0

0

0

1 2 0 0

Remunerazzjoni u Allowances

57 7 1 24  909

-  6 4 10  000

57 0 7 14  909

57 0 6 69  888

100,0 %

1 2 0 2

Sahra mħallsa

4 00  000

- 2 00  000

2 00  000

2 00  000

100,0 %

1 2 0 4

Drittijiet marbuta mad-dħul fis-servizz, it-trasferimenti jew it-tluq mis-servizz

4 4 60  000

-  1 3 00  000

3 1 60  000

3 1 60  000

100,0 %

1 2 2 0

Allowance fil-każ ta’ irtirar kmieni mix-xogħol fl-interess tas-servizz

3 91  400

1 10  000

5 01  400

4 62  019

92,1 %

1 2 2 2

Allowances għal staff li l-impjieg tagħhom jitwaqqaf u skema speċjali għall-irtirar għall-uffiċjali u aġenti temporanji

5 52  000

0

5 52  000

5 07  442

91,9 %

1 2 4

Approprjazzjoni proviżjorja

0

0

0

0

1 4 0 0

Aġenti oħra

3 8 5 78  161

-  1 2 00  000

3 7 3 78  161

3 7 2 96  239

99,8 %

1 4 0 2

Interpreti għall-konferenzi

5 3 0 00  000

-  3 4 00  000

4 9 6 00  000

4 9 5 99  377

100,0 %

1 4 0 4

Apprentistati, għotjiet u skambji ta’ uffiċjali

8 0 97  950

-  1 4 55  000

6 6 42  950

6 4 44  637

97,0 %

1 4 0 6

L-osservaturi

4 47  449

- 1 35  000

3 12  449

3 12  000

99,9 %

1 4 2 0

Servizzi esterni

1 5 8 00  000

-  3 4 24  000

1 2 3 76  000

1 1 9 04  661

96,2 %

1 4 2 2

Attivitajiet ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam lingwistiku

3 74  000

2 54  000

6 28  000

6 25  189

99,6 %

1 4 4

Approprjazzjoni proviżjorja

0

0

0

0

1 6 1 0

Spejjeż għar-reklutaġġ

3 78  850

-  75  000

3 03  850

3 03  850

100,0 %

1 6 1 2

Taħriġ Ulterjuri

4 8 50  000

0

4 8 50  000

4 6 82  180

96,5 %

1 6 3 0

Servizzi soċjali

7 18  000

-  75  000

6 43  000

6 07  907

94,5 %

1 6 3 1

Mobilità

1 0 00  000

- 1 00  000

9 00  000

7 27  372

80,8 %

1 6 3 2

Relazzjonijiet soċjali bejn il-membri tal-persunal u miżuri soċjali oħra

3 05  000

0

3 05  000

2 98  817

98,0 %

1 6 5 0

Servizz mediku

1 2 85  000

- 1 78  600

1 1 06  400

1 1 06  111

100,0 %

1 6 5 2

Nefqiet kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins

3 9 60  000

3 00  000

4 2 60  000

4 2 60  000

100,0 %

1 6 5 4

Ċentru għat-tfal żgħar u skejjel materni approvati

6 6 83  000

- 8 40  000

5 8 43  000

5 8 43  000

100,0 %

2 0 0 0

Kirjiet

3 3 0 32  000

-  1 2 48  900

3 1 7 83  100

3 1 6 84  764

99,7 %

2 0 0 1

Ħlasijiet ta’ ċnus

1 6 1 41  000

5 3 1 00  000

6 9 2 41  000

6 9 2 36  000

100,0 %

2 0 0 3

Akkwist ta’ bini

0

0

0

0

2 0 0 5

Il-kostruzzjoni ta' bini

7 2 13  000

9 00  000

8 1 13  000

8 0 65  316

99,4 %

2 0 0 7

Sistemazzjoni fil-bini:

3 9 4 59  000

-  2 5 50  000

3 6 9 09  000

3 6 3 26  338

98,4 %

2 0 0 8

Ġestjoni tal-proprjetà speċifika

4 2 10  000

- 4 55  000

3 7 55  000

3 4 34  255

91,5 %

2 0 2 2

Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini

5 7 2 64  000

-  3 9 10  000

5 3 3 54  000

5 1 8 91  984

97,3 %

2 0 2 4

Konsum tal-enerġija

1 8 9 75  000

- 4 00  000

1 8 5 75  000

1 7 7 86  997

95,8 %

2 0 2 6

Sigurtà u sorveljanza tal-bini

3 6 0 43  268

-  4 3 20  000

3 1 7 23  268

3 1 0 97  983

98,0 %

2 0 2 8

Assikurazzjoni

9 91  000

- 1 00  000

8 91  000

8 12  974

91,2 %

2 1 0 0

Tagħmir u softwer għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

3 3 0 16  000

-  2 0 68  100

3 0 9 47  900

3 0 7 92  197

99,5 %

2 1 0 2

Assistenza esterna għat-teknoloġiji tal-informatika u tal-innovazzjoni

6 7 6 51  088

5 5 86  300

7 3 2 37  388

7 2 9 84  023

99,7 %

2 1 2 0

Għamara

3 2 32  500

-  50  000

3 1 82  500

3 0 90  732

97,1 %

2 1 4 0

Materjal u installazzjonijiet tekniċi

1 9 5 85  000

-  10  000

1 9 5 75  000

1 9 1 09  021

97,6 %

2 1 6 0

Vetturi

6 0 68  000

4 20  000

6 4 88  000

5 8 29  931

89,9 %

2 3 0 0

Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi

2 3 39  500

0

2 3 39  500

2 2 92  797

98,0 %

2 3 1 0

Tariffi finanzjarji

75  000

-  38  000

37  000

16  500

44,6 %

2 3 2 0

Spejjeż legali u ħsarat

1 7 14  000

- 6 10  000

1 1 04  000

9 56  160

86,6 %

2 3 5 0

It-telekomunikazzjoni

7 4 21  000

-  1 5 00  000

5 9 21  000

4 6 70  510

78,9 %

2 3 6 0

Servizzi postali u ta’ ġarr

3 57  000

-  20  000

3 37  000

2 36  631

70,2 %

2 3 7 0

Rilokazzjonijiet

1 1 00  000

- 3 30  400

7 69  600

7 31  303

95,0 %

2 3 8 0

Nefqiet amministrattivi oħra

6 61  500

0

6 61  500

6 26  298

94,7 %

2 3 9

Skema tal-Parlament Ewropew ta' kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju

1 0 64  000

-  1 0 45  100

18  900

17  823

94,3 %

3 0 0 0

Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol

2 7 6 16  000

-  1 6 00  000

2 6 0 16  000

2 5 7 25  512

98,9 %

3 0 2 0

Nefqiet għad-divertiment u għar-rappreżentazzjoni

1 3 61  350

- 2 16  000

1 1 45  350

8 85  621

77,3 %

3 0 4 0

Nefqiet varji għal laqgħat interni

2 6 00  000

1 15  000

2 7 15  000

2 7 15  000

100,0 %

3 0 4 2

Laqgħat, kungressi u konferenzi

1 4 05  000

- 3 45  000

1 0 60  000

8 16  577

77,0 %

3 0 4 3

Nefqiet varji għall-organizzazzjoni ta' assemblej parlamentari, delegazzjonijiet interparlamentari u delegazzjonijiet oħra

1 4 73  000

- 2 60  000

1 2 13  000

6 05  103

49,9 %

3 0 4 9

Nefqa għall-aġenziji tal-ivjaġġar

2 1 24  660

-  56  000

2 0 68  660

2 0 68  660

100,0 %

3 2 0 0

L-opinjoni tal- esperti

1 1 5 30  000

-  1 5 68  335

9 9 61  665

9 0 86  345

91,2 %

3 2 2 0

Nefqa għad-dokumentazzjoni u għal-librerija

4 9 27  111

- 5 01  600

4 4 25  511

4 3 02  893

97,2 %

3 2 2 2

Nefqiet għall-arkivjar

1 9 65  000

0

1 9 65  000

1 9 33  710

98,4 %

3 2 3

Relazzjonijiet mal-parlamenti ta' pajjiżi terzi u appoġġ għad-demokrazija parlamentari

7 50  000

- 1 00  000

6 50  000

4 13  470

63,6 %

3 2 4 0

Il-Ġurnal Uffiċjali

4 0 00  000

0

4 0 00  000

3 9 99  500

100,0 %

3 2 4 1

Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali

5 1 75  000

1 50  000

5 3 25  000

5 2 41  324

98,4 %

3 2 4 2

Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi

2 3 7 55  900

1 8 34  000

2 5 5 89  900

2 5 4 53  635

99,5 %

3 2 4 3

Parlamentarium – Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew

3 9 16  000

0

3 9 16  000

3 8 44  123

98,2 %

3 2 4 4

Organizzazzjoni u l-ospitalità ta’ gruppi ta’ viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi

2 9 9 96  000

2 0 00  000

3 1 9 96  000

3 1 6 67  743

99,0 %

3 2 4 5

Organizzazzjoni ta’ symposia, seminars u attivitajiet kulturali

6 8 30  300

85  000

6 9 15  300

6 7 21  656

97,2 %

3 24 6

L-istazzjon televiżiv Parlamentari (Web TV)

8 0 00  000

0

8 0 00  000

7 9 99  400

100,0 %

3 24 7

Id-Dar tal-Istorja Ewropea

6 4 00  000

-  3 0 38  000

3 3 62  000

3 3 60  695

100,0 %

3 24 8

In-nefqa għall-informazzjoni awdjoviżiva

2 0 1 33  700

5 00  000

2 0 6 33  700

2 0 5 33  306

99,5 %

3 24 9

Skambji ta' informazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali

4 75  000

- 1 15  000

3 60  000

2 83  329

78,7 %

3 2 5

In-Nefqa relatata mal-Uffiċċji tal-Informazzjoni

1 1 00  000

0

1 1 00  000

8 30  902

75,5 %

4 0 0 0

Nefqa amministrattiva kurrenti u nefqa marbuta mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati

5 8 7 50  000

-  48  000

5 8 7 02  000

5 8 6 97  494

100,0 %

4 0 2 0

Finanzjament tal-Partiti Politiċi Ewropej

2 1 7 94  200

- 2 08  000

2 1 5 86  200

2 1 5 85  794

100,0 %

4 0 3 0

Finanzjament tal-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej

1 2 4 00  000

0

1 2 4 00  000

1 2 4 00  000

100,0 %

4 2 2 0

Assitenza parlamentari

18 5 2 99  000

3 4 74  000

18 8 7 73  000

18 7 6 38  380

99,4 %

4 2 2 2

Telf mill-kambju

5 00  000

2 00  000

7 00  000

6 62  641

94,7 %

4 4 0 0

In-nefqa għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-eks Membri Parlamentari

2 00  000

0

2 00  000

2 00  000

100,0 %

4 4 2 0

Spejjeż ta' laqgħat u attivitajiet oħra tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea

1 75  000

0

1 75  000

1 75  000

100,0 %

10 0

APPROPRJAZZJONIJIET PROVVIŻORJI

1 2 9 12  765

- 1 2 9 12  765

0

0

10 1

RIŻERVA TA' KONTINĠENZA

9 0 00  000

-  9 0 00  000

0

0

10 3

RIŻERVA GĦAT-TKABBIR

0

0

0

0

10 4

RIŻERVA GĦALL-POLITIKA TAL-INFORMAZZJONI U L-KOMUNIKAZZJONI

0

0

0

0

10 5

APPROPRJAZZJONIJIET PROVVIŻORJI GĦALL-BINI

0

0

0

0

10 6

RIŻERVA GĦALL-OBJETTIVI TA’ PRIJORITÀ L-ĠODDA

0

0

0

0

10 8

Riżerva tal-EMAS

1 0 00  000

-  1 0 00  000

0

0

T O T A L

1  75 0 4 63  939

0

1  75 0 4 63  939

1  73 5 9 63  486

99,2 %