|
14.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 182/2 |
PJAN TA’ AZZJONI EWROPEW PLURIENNALI DWAR IL-ĠUSTIZZJA ELETTRONIKA 2014-2018
2014/C 182/02
I. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fis-6 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill ĠAI adotta l-Istrateġija l-ġdida dwar il-Ġustizzja elettronika Ewropea 2014-2018 (1). Din l-Istrateġija tiddefinixxi l-prinċipji ġenerali u l-objettivi tal-Ġustizzja elettronika Ewropea u tistabbilixxi linji gwida ġenerali għall-istabbiliment ta’ Pjan ta’ Azzjoni pluriennali Ewropew ġdid korrispondenti dwar il-Ġustizzja elettronika matul l-ewwel nofs tal-2014. |
|
2. |
Dan il-Pjan ta’ Azzjoni, kif jinsab fl-Anness, jinkludi lista tal-proġetti meqjusa għall-implimentazzjoni fil-perijodu 2014-2018, b’indikazzjoni tal-parteċipanti, l-azzjonijiet għall-implimentazzjoni prattika tagħhom u skeda ta’ żmien indikattiva, fejn possibbli, bil-ħsieb li jippermetti segwitu konkret għall-Pjan ta’ Azzjoni mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni elettronika (Ġustizzja elettronika). |
|
3. |
Dan it-tieni Pjan ta’ Azzjoni pluriennali Ewropew dwar il-Ġustizzja elettronika għandu l-għan li jibni fuq il-ħidma li diġà twettqet u li jkompli b’dan l-iżvilupp pożittiv f’livell nazzjonali u Ewropew. Din il-ħidma għandha titqies ukoll bħala parti minn evoluzzjoni usa’ lejn spazju Ewropew ta’ ġustizzja fil-kuntest tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-iżvilupp futur tal-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni. |
|
4. |
Matul id-diskussjonijiet li saru taħt il-Presidenza Litwana fil-ħarifa tal-2013 u li komplew taħt il-Presidenza Ellenika fl-ewwel nofs tal-2014, kien hemm kunsens sostanzjali fost l-Istati Membri rigward l-iżvilupp ulterjuri tal-Ġustizzja elettronika bħala wieħed mill-pedamenti tal-funzjonament effiċjenti tal-ġustizzja fl-Istati Membri u fuq livell Ewropew. |
II. PJAN TA’ AZZJONI
|
5. |
L-implimentazzjoni tal-Istrateġija teħtieġ Pjan ta’ Azzjoni komprensiv imfassal biex itejjeb il-funzjonament ġenerali tas-sistemi tal-Ġustizzja elettronika fl-Istati Membri u fuq livell Ewropew. |
|
6. |
Fir-rigward tal-Istrateġija dwar il-Ġustizzja elettronika Ewropea (2014-2018) (2), u mingħajr preġudizzju għal proġetti nazzjonali u żviluppi fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika, ospitat u operat mill-Kummissjoni f’konformità mal-linji gwida tal-Kunsill, hu element prinċipali fil-kisba tal-Ġustizzja elettronika fuq livell Ewropew. |
|
7. |
Dan l-objettiv hu rifless fil-lista annessa ta’ proġetti fil-qasam tal-aċċess għall-informazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, l-aċċess għall-qrati u l-proċeduri extraġudizzjarji f’sitwazzjonijiet transkonfinali, u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. |
Proġetti
|
8. |
L-iżvilupp tal-Ġustizzja elettronika Ewropea għandu jinkludi azzjonijiet kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika. |
|
9. |
Għal proġetti ġodda u eżistenti kollha fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kisba tal-bażi ta’ parteċipazzjoni l-aktar wiesgħa possibbli, sabiex jiġi żgurat li jiġu sodisfatti l-aspettattivi tal-utenti, il-vijabbiltà fit-tul u l-kosteffiċjenza ta’ dawk il-proġetti. Il-proġetti ġodda żviluppati taħt il-Ġustizzja elettronika Ewropea għandu għalhekk ikollhom il-potenzjal li jinvolvu lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, u l-Istati Membri kollha għandhom jiġu mħeġġa jipparteċipaw fil-proġetti kollha fuq bażi volontarja. |
|
10. |
Bil-għan li dan jinkiseb, il-proġetti ġodda b’impatt possibbli fuq il-Ġustizzja elettronika Ewropea ppjanati mill-Istati Membri u mhux inklużi fl-Anness, sa fejn possibbli, għandhom l-ewwel jiġu diskussi mal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni elettronika (Ġustizzja elettronika) għal valutazzjoni ġenerali tal-aspetti prattiċi u aspetti rilevanti oħrajn tal-proġett. Dan jiżgura wkoll li l-ħtiġijiet u l-fehmiet ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni jiġu kkunsidrati adegwatament u li tiġi evitata d-duplikazzjoni. |
|
11. |
Fl-ippjanar ta’ ħidma futura, għandu jinkiseb bilanċ adegwat bejn l-innovazzjoni u l-konsolidazzjoni. Għal raġunijiet ta’ kosteffiċjenza u b’kont meħud tar-riżorsi limitati disponibbli, il-proġetti eżistenti għandhom jitkomplew u jitwessgħu biex jinkludu l-akbar numru ta’ Stati Membri qabel ma jinbdew proġetti ġodda. L-iżviluppi konsiderevoli li seħħew f’dan il-qasam fl-Istati Membri fis-snin reċenti juru, madankollu, li għandhom jiġu inkoraġġuti proġetti emerġenti u innovattivi ġodda fil-qasam tal-ġustizzja. |
Finanzjament tal-proġetti
|
12. |
L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bejniethom fuq bażi volontarja biex jiżguraw il-finanzjament tal-proġetti proposti. |
|
13. |
Il-Kummissjoni ser tkompli tiffinanzja l-iżvilupp, l-operazzjoni u t-traduzzjonijiet tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika u tipprovdi opportunitajiet għall-finanzjament ta’ proġetti tal-Ġustizzja elettronika ta’ valur miżjud, pereżempju taħt il-Programm dwar il-Ġustizzja (2014-2020) (3) jew taħt programmi oħra bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (4) jew l-ISA (5) jew il-programm suċċessur tiegħu. |
A. Aċċess għall-informazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja
1. Informazzjoni permezz tal-Portal tal-Ġustizzja elettronika
|
14. |
Biex jiġi żgurat approċċ ikkoordinat, il-Kummissjoni għandha tkompli tippreżenta pjan ta’ ħidma regolari fil-bidu ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur. |
|
15. |
Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika għandu jibqa’ jipprovdi informazzjoni ġenerali liċ-ċittadini, in-negozji, il-ġuristi u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja dwar il-leġislazzjoni u l-każistika tal-UE u dawk tal-Istati Membri, kif ukoll jipprovdi aċċess għal EUR-Lex u N-Lex. |
|
16. |
Il-Portal għandu jkun ukoll mezz biex jiġi offrut aċċess għal informazzjoni speċifika fil-qasam tal-ġustizzja fuq livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali. |
|
17. |
Barra minn hekk, biex titjieb l-effiċjenza tal-Portal tal-Ġustizzja elettronika ser jitwettaq stħarriġ dwar il-ħtiġijiet tal-utenti. Għandhom jitwettqu wkoll attivitajiet addizzjonali bil-għan li jagħmlu l-Portal aktar faċli għall-utent. |
|
18. |
L-Informazzjoni dwar sistemi żviluppati jew l-interkonnessjoni magħhom bħala parti minn inizjattivi mwettqa mill-membri tal-professjoni legali, bħall-avukati, in-nutara u l-uffiċjali ġudizzjarji, għandha tkompli titqies għall-inklużjoni fil-Portal tal-Ġustizzja elettronika f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti. L-inizjattivi minn partijiet interessati rilevanti oħra, bħall-medjaturi jew l-esperti ġudizzjarji, jista’ wkoll jittieħed kont tagħhom fil-futur. |
|
19. |
Fir-rigward tal-kontenut ta’ informazzjoni tal-Portal, il-fornituri tal-kontenut, inkluż b’mod partikolari l-Istati Membri u l-Kummissjoni, huma responsabbli għall-preċiżjoni u l-aġġornament tal-informazzjoni fuq il-paġni tal-kontenut rispettivi tagħhom. Mill-inqas darba f’sena, il-fornituri tal-kontenut għandhom janalizzaw u, fejn meħtieġ, jaġġornaw l-informazzjoni li jkunu pprovdew. |
2. Reġistri
|
20. |
Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika għandu wkoll jipprovdi punt ta’ aċċess uniku permezz ta’ interkonnessjonijiet mal-informazzjoni fir-reġistri nazzjonali b’rilevanza fil-qasam tal-ġustizzja ġestit minn korpi pubbliċi nazzjonali jew professjonali li jiffaċilitaw l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-aċċess għaliha, dment li fl-Istati Membri jkunu jeżistu l-prekondizzjonijiet tekniċi u legali meħtieġa għal tali interkonnessjonijiet. |
|
21. |
L-azzjoni f’dan il-qasam għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-interkonnessjoni tar-reġistri li huma ta’ interess għaċ-ċittadini, in-negozji, il-ġuristi u l-ġudikatura. |
3. Web semantiku
|
22. |
Għandu jitkompla l-iżvilupp ta’ mezzi effettivi għall-iskambju ta’ informazzjoni legali transkonfinali, u b’mod partikolari data relatata ma’ leġislazzjoni, każistika u glossarji legali (bħal Legivoc) Ewropej jew nazzjonali. |
|
23. |
Proġetti differenti jistgħu jindirizzaw din il-kwistjoni u jżidu l-iskambju ta’ data legali u l-interoperabbiltà semantika tagħha fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha. Identifikazzjoni unika, metadata komuni u ontoloġiji ta’ informazzjoni legali huma l-moduli bażiċi tal-web semantiku legali Ewropew. |
B. Aċċess għall-qrati u proċedimenti extraġudizzjarji f’sitwazzjonijiet transkonfinali
1. Aspetti ġenerali
|
24. |
Ir-rikors fil-qorti u l-bidu ta’ proċedimenti extraġudizzjarji b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet transkonfinali għandhom jiġu ffaċilitati permezz tad-disponibbiltà ta’ komunikazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi bejn il-qrati u l-partijiet għall-proċedimenti kif ukoll ix-xhieda, l-esperti u l-parteċipanti l-oħra. |
|
25. |
Barra minn hekk, l-użu tal-vidjokonferenzi, it-telekonferenzi jew ta’ mezzi oħra adatti ta’ komunikazzjoni fuq distanza twila għal seduti orali, fejn adatt, għandu jiġi estiż sabiex titneħħa l-ħtieġa għall-ivvjaġġar lejn qorti għall-parteċipazzjoni fi proċedimenti ġudizzjarji, b’mod partikolari f’każijiet transkonfinali. |
2. Kooperazzjoni mal-ġudikatura u l-ġuristi
|
26. |
Il-ġudikatura u l-ġuristi rilevanti tal-Istati Membri (bħall-avukati, in-nutara u l-uffiċjali ġudizzjarji) għandhom ikunu involuti f’diskussjonijiet futuri fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika sabiex jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet żviluppati jikkorrispondu għall-ħtiġijiet proprji tal-gruppi fil-mira possibbli tagħhom. |
|
27. |
Tali arranġament jippermetti kuntatt dirett ma’ dawn is-setturi professjonali, li l-Ġustizzja elettronika hi bażikament immirata għalihom, biex jiġu diskussi kwistjonijiet ta’ interess komuni u għal sensibilizzazzjoni għall-aktar żviluppi reċenti fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika. |
|
28. |
L-Istrateġija dwar il-Ġustizzja elettronika Ewropea tipprevedi l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mal-ġudikatura u l-ġuristi. F’dan il-kuntest, ser tiġi organizzata laqgħa annwali ma’ rappreżentanti tal-ġudikatura u l-ġuristi (bħall-avukati, in-nutara u l-uffiċjali ġudizzjarji) sabiex ikun jista’ jsir skambju regolari ta’ fehmiet ma’ dawn il-gruppi ta’ professjonisti fil-mira (6). Dawn il-laqgħat ser jiġu organizzati fil-forma ta’ punti speċifiċi fl-aġenda għal-laqgħat regolari tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni elettronika (Ġustizzja elettronika). |
|
29. |
Ir-rappreżentanti tal-ġudikatura u l-ġuristi għandhom jiġu assoċjati kemm jista’ jkun mal-ħidma tal-gruppi informali u l-gruppi esperti fil-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawk il-proġetti li huma ta’ interess dirett għalihom. |
|
30. |
In-Netwerks Ġudizzjarji Ewropej f’materji ċivili u kummerċjali kif ukoll f’materji kriminali għandhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-Ġustizzja elettronika u għandha titkompla l-kollaborazzjoni mill-qrib maż-żewġ netwerks. |
C. Komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji
|
31. |
L-iżvilupp ta’ komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri, b’mod aktar speċifiku fil-qafas ta’ strumenti adottati fl-Ispazju ġudizzjarju Ewropew fil-qasam tad-dritt ċivili, kriminali u amministrattiv, għandu jitkompla aktar (eż. permezz ta’ vidjokonferenzi jew skambji siguri ta’ data elettronika). |
|
32. |
F’dan il-kuntest, il-Portal tal-Ġustizzja elettronika għandu jibqa’ jiġi żviluppat bħala għodda effiċjenti għall-użu mill-ġuristi u l-awtoritajiet ġudizzjarji billi jiġu pprovduti pjattaforma u funzjonalitajiet individwali għal skambju effettiv u sigur ta’ informazzjoni, inkluż permezz tan-netwerk e-CODEX. |
D. Kwistjonijiet orizzontali
1. Aspetti ġenerali
|
33. |
Ċerti aspetti relatati mal-azzjoni futura huma ta’ natura aktar ġenerali u jkopru setturi differenti fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika. L-iżvilupp ta’ proġetti tal-IT fuq skala kbira, bħal e-CODEX, kien ta’ suċċess, u għandhom jiġu żgurati l-integrazzjoni u s-segwitu tar-riżultati tal-proġett e-CODEX fil-Portal tal-Ġustizzja elettronika. (7) |
2. Prijoritizzazzjoni tax-xogħol
|
34. |
Il-proġetti li għandhom jiġu inklużi fil-Pjan ta’ Azzjoni kif jinsabu fl-Anness ġew maqsuma f’żewġ kategoriji differenti - Il-proġetti “A” u “B” (8): |
|
35. |
Il-lista ta’ proġetti “A” għandha l-ewwel prijorità. Dawn huma proġetti li jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
36. |
Il-Proġetti “B” huma proġetti li ma jaqgħux taħt il-kategorija “A”, iżda li
|
|
37. |
Matul il-monitoraġġ ta’ segwitu tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni, il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni Elettronika (Ġustizzja elettronika) ser jistabbilixxi liema mill-proġetti “B” inklużi taħt il-paragrafu 36 għandhom jiġu implimentati bħala prijorità, filwaqt li jittieħed kont tar-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli kif ukoll il-prinċipji ta’ azzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 9. |
|
38. |
Sabiex jippermetti l-flessibbiltà meħtieġa fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni, il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni Elettronika (Ġustizzja elettronika) jista’ jiddeċiedi wkoll li jintroduċi inizjattivi ġodda jew imexxi l-proġetti minn kategorija għal oħra fid-dawl ta’ żviluppi ġodda. |
3. Eżami analitiku ta’ proposti leġislattivi
|
39. |
Sabiex jiġi żgurat l-użu konsistenti ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni moderna fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni l-ġdida tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja, il-Ġustizzja elettronika għandha tiġi integrata fl-istrumenti leġislattivi futuri kollha adottati f’dak il-qasam, mingħajr ma taffettwa l-ambitu tal-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill. Għal dan il-fini, l-istrumenti leġislattivi futuri kollha għandhom jgħaddu minn eżami analitiku qabel l-adozzjoni tagħhom u l-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun jista’ jagħti parir, jekk meħtieġ, sabiex jiżgura li dejjem jittieħed kont tal-użu possibbli ta’ sistemi tal-Ġustizzja elettronika. |
E. Relazzjonijiet esterni
|
40. |
Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi li mhumiex parti mill-UE fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika għandha titkompla, filwaqt li jittieħed kont dovut tar-regoli istituzzjonali stabbiliti fil-livell tal-UE. Il-pajjiżi li mhumiex parti mill-UE għandhom jiġu mħeġġa jadottaw soluzzjonijiet teknoloġiċi u mudelli ta’ informazzjoni komparabbli ma’ dawk użati fl-UE f’dan il-qasam, sabiex jinħoloq ambjent interoperabbli għal kooperazzjoni volontarja fil-futur. |
|
41. |
Il-pajjiżi aderenti u stati oħra interessati li mhumiex parti mill-UE jistgħu jiġu involuti wkoll fir-rigward ta’ punti speċifiċi li għandhom jiġu definiti fil-kuntest tal-Ġustizzja elettronika, bħall-vidjokonferenzi u diskussjonijiet fil-kuntest ta’ e-CODEX. |
|
42. |
Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni elettronika (Ġustizzja elettronika) għandu jeżamina liema tip ta’ kuntatti għandhom jiġu stabbiliti ma’ pajjiżi speċifiċi li mhumiex parti mill-UE. |
F. Struttura governattiva
|
43. |
Għandha titkompla l-esplorazzjoni ta’ soluzzjoni għall-konsolidazzjoni tar-riżultati tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Pjan ta’ Azzjoni, bħar-riżultati tal-proġett e-CODEX. Huwa nnotat ukoll li l-istruttura ġenerali tal-ħidma stabbilita fil-Pjan ta’ Azzjoni pluriennali dwar l-e-Justice Ewropea 2009-2013 (paragrafi 57-63) għandha tapplika fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ dan it-tieni Pjan ta’ Azzjoni. |
G. Azzjoni ta’ segwitu
|
44. |
Tal-inqas darba darba kull semestru l-Grupp ta’ Ħidma ser iwettaq monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni, li għandu jiġi adattat, fejn meħtieġ, fid-dawl ta’ ħtiġijiet u żviluppi fil-ġejjieni. Għandu jiġi kkunsidrat li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kif stabbiliti fl-Anness ser tinvolvi spiża konsiderevoli u/jew ser iżżid il-piż amministrattiv kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni. Għaldaqstant għandu jkun hemm prijoritizzazzjoni bir-reqqa tal-proġetti mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni Elettronika (Ġustizzja elettronika). |
|
45. |
Il-gruppi informali ta’ Stati Membri involuti fi proġetti speċifiċi jistgħu jiltaqgħu sabiex isir progress f’dawk l-oqsma ta’ ħidma. Id-dettalji tal-organizzazzjoni tal-ħidma ta’ dawn il-gruppi informali huma stabbiliti f’dokument separat. |
|
46. |
Il-Kunsill ser jivvaluta l-attivitajiet ta’ implimentazzjoni fl-ewwel nofs tal-2016 u ser jissuġġerixxi azzjoni sabiex jitjieb il-funzjonament tal-Ġustizzja elettronika. |
III. KONKLUŻJONIJIET
|
47. |
Il-Coreper/Kunsill huwa mistieden japprova dan il-Pjan ta’ Azzjoni fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Ġunju 2014. |
(1) Ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fil-21 ta’ Diċembru 2013 (2013/C 376/06).
(2) Ta’ min jinnota li l-paragrafu 17 tal-Istrateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja elettronika 2014-2018 jindika li “Il-Ġustizzja elettronika Ewropea għandha tistinka biex ikun hemm aktar konsistenza mal-qafas ġenerali tal-Gvern elettroniku, […].”
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm dwar il-Ġustizzja għall-perijodu 2014 sal-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 73).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(5) Id-Deċiżjoni Nru 922/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej (ISA) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 20).
(6) Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jħejji tali laqgħat bil-quddiem, b’mod partikolari billi jiddefinixxi l-gruppi ta’ professjonisti fil-mira li għandhom jipparteċipaw f’dawn il-laqgħat. Fir-rigward tar-rappreżentanti tal-ġudikatura, kull Stat Membru għandu jkollu r-responsabbiltà li jindika r-rappreżentat għal tali laqgħat.
(7) Dawn it-temi jistgħu jiġu esplorati aktar taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF).
(8) Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni elettronika (Ġustizzja elettronika) qies ukoll proġetti oħra ta’ interess li ma nżammux bħala proġetti A jew B, iżda li jistgħu jitqiesu mill-ġdid fi stadju aktar tard mill-Grupp ta’ Ħidma.
(9) Limiti ta’ żmien stabbiliti minn tali strumenti għandhom jiġu rrispettati fil-kuntest tal-implimentazzjoni.
(10) Sa fejn ir-riżultati ta’ tali proġetti għandhom jiġu integrati fil-Portal tal-Ġustizzja elettronika, deċiżjoni dwar il-prijorità tagħhom biex jiġu integrati ser tittieħed mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Leġislazzjoni Elettronika (Ġustizzja elettronika) wara li jitqies il-valur miżjud tagħhom bil-ħsieb ta’ inizjattivi oħra u r-riżorsi disponibbli.
ANNESS
A. Aċċess għall-informazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja
1. Informazzjoni permezz tal-Portal tal-Ġustizzja elettronika
|
Proġett |
Responsabbiltà għall-azzjoni |
Azzjonijiet li għandhom jittieħdu |
Skeda ta’ żmien |
Kategorija |
||||||||||||
|
|
|
2014 sal-2018 (għaddejjin) |
A |
||||||||||||
|
|
|
|
B |
||||||||||||
|
|
|
|
B |
||||||||||||
|
|
|
|
B (mhux ta’ prijorità għal traduzzjoni mill-Kummissjoni) |
||||||||||||
|
|
|
|
B |
||||||||||||
|
|
|
2014 sal-2015 |
B (ara wkoll l-azzjoni 36) |
||||||||||||
|
|
|
|
B
|
||||||||||||
|
|
|
|
B
|
||||||||||||
|
|
|
|
B |
2. Reġistri
|
Proġett |
Responsabbiltà għall-azzjoni |
Azzjonijiet li għandhom jittieħdu |
Skeda ta’ żmien |
Kategorija |
||||||||||
|
|
|
2014 |
A |
||||||||||
|
|
2017 sal-2018 |
|
|||||||||||
|
|
|
2015 |
A (3) |
||||||||||
|
|
|
2014 |
A |
||||||||||
|
|
|
2016 |
B |
||||||||||
|
|
|
2014 sal-2016 |
B |
||||||||||
|
|
|
2016 |
B |
||||||||||
|
|
|
|
B |
||||||||||
|
|
|
|
B |
||||||||||
|
|
|
|
A |
||||||||||
|
|
|
|
B |
||||||||||
|
|
|
|
A |
3. Web semantiku
|
Proġett |
Responsabbiltà għall-azzjoni |
Azzjonijiet li għandhom jittieħdu |
Skeda ta’ żmien |
Kategorija |
||||||||||
|
|
Grupp ta’ Ħidma dwar il-Ġustizzja elettronika u grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni |
2014 sal-2018 (għadhom għaddejja) |
A (B jekk ikun hemm estensjoni tal-funzjonalitajiet biex tiġi inkluża estrazzjoni awtomatika mill-atti legali) |
||||||||||
|
|
|
|
A |
||||||||||
|
|
segwitu mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Ġustizzja elettronika |
2014 (proġett li għadu għaddej) |
A |
B. Aċċess għall-qrati u proċedimenti extraġudizzjarji f’sitwazzjonijiet transkonfinali
|
Proġett |
Responsabbiltà għall-azzjoni |
Azzjonijiet li għandhom jittieħdu |
Skeda ta’ żmien |
Kategorija |
||||||
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
2014 |
A |
||||||
|
|
|
|
B |
||||||
|
|
|
2014 |
A |
||||||
|
|
|
2014 |
A |
||||||
|
|
|
2015 |
A |
||||||
|
|
|
|
B |
||||||
|
|
|
2015 sal-2016 |
A |
||||||
|
|
|
|
A |
C. Komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji
|
Proġett |
Responsabbiltà għall-azzjoni |
Azzjonijiet li għandhom jittieħdu |
Skeda ta’ żmien |
Kategorija |
||||||||||||||||
|
|
|
2014 sal-2016 |
A |
||||||||||||||||
|
|
|
|
B |
||||||||||||||||
|
|
|
2014 sal-2016 |
A
|
||||||||||||||||
|
|
|
2014 sal-2016 |
A |
D. Kwistjonijiet orizzontali
|
Proġett |
Responsabbiltà għall-azzjoni |
Azzjonijiet li għandhom jittieħdu |
Skeda ta’ żmien |
Kategorija |
||||||||||
|
|
|
2014 u għadu għaddej |
A |
||||||||||
|
2014 u għadu għaddej |
A |
||||||||||||
|
|
|
2014 u għadu għaddej |
A |
||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||
|
|
|
|
A |
||||||||||
|
|
|
|
B |
||||||||||
|
|
|
|
B |
||||||||||
|
|
|
2014 sa […] |
A |
||||||||||
|
|
|
2014 sa […] |
A |
||||||||||
|
|
|
2014 sa […] |
A |
||||||||||
|
|
|
2014 sa […] |
A |
||||||||||
|
|
|
2014 sa […] |
A |
(1) Dan ser jinkludi l-ikkompletar ta’ informazzjoni dwar vittmi ta’ kriminalità.
(2) Il-ġbir u l-iżgurar tad-disponibbiltà ta’ informazzjoni aġġornata fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali f’materji kriminali.
(3) Għad trid tinstab soluzzjoni dwar kif din ser tiġi implimentata fil-prattika.
(4) Mhux l-Istati Membri kollha jirrikonoxxu l-kategorija ta’ interpreti jew tradutturi legali fil-livell nazzjonali.
(5) Jikkonċerna ċerti Stati Membri.
(6) Dan il-punt hu marbut mal-proġett BABELLEX, li għandu l-għan li jagħmel disponibbli bażijiet ta’ data eżistenti ta’ tradutturi/interpreti legali kif ukoll joffri aċċess għal traduzzjonijiet eżistenti tat-testi legali.
(7) Jikkonċerna ċerti Stati Membri.
(8) Jikkonċerna ċerti Stati Membri.
(9) Proġett pilota li għadu għaddej, li jikkonċerna ċerti Stati Membri.
(10) Proġett pilota li għadu għaddej li qed issir min-nutara.
(11) Dan il-proġett għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ rappreżentanza, eż. f’każijiet ta’ kustodja (pereżempju rigward minorenni).
(12) Il-possibbiltà ta’ estensjoni tal-ambitu ta’ dan il-proġett għandha tiġi kkunsidrata u deċiża mill-Grupp ta’ ħidma fi stadju aktar tard.
(13) L-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi għall-iskambju elettroniku ta’ OIE bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri.
(14) Dan ser jinkludi moduli ta’ tiftix interattivi u dinamiċi.
(15) L-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ komunikazzjoni indipendenti mill-apparat għal proċeduri ċivili transkonfinali.
(16) Tariffi li għandhom jitħallsu fir-rigward ta’ proċedimenti legali jew tariffi għall-aċċess għar-reġistri.